Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014R0361R(02)

Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 361/2014 tad-9 ta' April 2014 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1073/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-dokumenti għat-trasport internazzjonali ta' passiġġieri bil-kowċ u x-xarabank u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2121/98 (ĠU L 107, 10.4.2014)

ĠU L 258, 3.10.2015, p. 11–23 (HU)
ĠU L 258, 3.10.2015, p. 11–18 (FR, LV, SV)
ĠU L 258, 3.10.2015, p. 11–24 (ET, IT, NL)
ĠU L 258, 3.10.2015, p. 11–15 (BG, ES, DA, DE, EL, EN, HR, LT, MT, PT, SK, SL, FI)
ĠU L 258, 3.10.2015, p. 11–17 (PL)
ĠU L 258, 3.10.2015, p. 11–20 (CS, RO)

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2014/361/corrigendum/2015-10-03/oj

3.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 258/11


Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 361/2014 tad-9 ta' April 2014 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1073/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-dokumenti għat-trasport internazzjonali ta' passiġġieri bil-kowċ u x-xarabank u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2121/98

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 107 tal-10 ta' April 2014 )

Fil-paġna 43, l-Anness I jinqara kif ġej:

ANNESS I

Image

Test ta 'immaġni

Fil-paġni 47 sa 49, l-Anness III jinqara kif ġej:

“ANNESS III

Qoxra

(Karta sintentika A4 Format DIN)

Għandha tiġi fformulata fil-lingwa(i) uffiċjali jew f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru li fih hu stabbilit it-trasportatur

APPLIKAZZJONI  (1) :

BIEX WIEĦED JIBDA SERVIZZ REGOLARI ☐

BIEX WIEĦED JIBDA SERVIZZ REGOLARI SPEĊJALI (2)

BIEX TIĠEDDED AWTORIZZAZZJONI GĦAL SERVIZZ (3)

BIEX JINBIDLU L-KUNDIZZJONIJIET TA' SERVIZZ AWTORIZZAT (3)

li jsir bil-kowċ u bix-xarabank bejn Stati Membri skont ir-Regolament (KE) Nru 1073/2009

għal: …

(L-awtorità kompetenti)

1.   Il-kunjom u l-isem jew l-isem tan-negozju u l-indirizz, it-tel.efown, il-fakx u/jew l-indirizz tal-posta elettronika tal-applikant u, fejn ikun xieraq, tat-trasportatur maniġerjali fil-każ ta' assoċjazzjoni (pool):

2.   Is-servizz(i) mwettqa (1)

minn impriża ☐

bħala membru ta' assoċjazzjoni (pool) ☐

bħala sottokuntrattur ☐

3.   Ismijiet u indirizzi-:

tat-Trasportatur trasportatur(i) assoċjat(i) jew sottokuntrattur(i) (4)  (5)

3.1    …tel. …

3.2    …tel. …

3.3    …tel. …

3.4    …tel …

(It-tieni paġna tal-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni jew għat-tiġdid tal-awtorizzazzjoni)

4.   Fil-każ ta' servizz regolari speċjali

4.1   Kategorija ta' passiġġieri …

5.   It-tul ta' żmien li għalih qed tintalab l-awtorizazzjoni jew id-data li fiha jintemm is-servizz:

6.   Ir-rotta prinċipali tas-servizz (issottolinja l-postijiet mnejn jitrikkbu l-passiġġieri)

7.   Il-perjodu ta' operat

8.   Il-frekwenza (kuljum, kull ġimgħa. eċċ.)

9.   Nollijiet: …L-anness mehmuż

10.   Inkludi skeda tas-sewqan li tkun tippermetti verifika tal-konformità mal-leġi żlazzjoni tal-Unjoni dwar il-perjodi ta' sewqan u ta' mistrieħ.

11.   L-għadd ta' awtorizzazzjonijiet jew tal-kopji tal-awtorizzazzjonijiet mitluba (6):

12.   Kwalunkwe informazzjoni oħra:

13.

 

(Post u data)

(Il-firma tal-applikant)

(It-tielet paġna tal-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni jew għat-tiġdid tal-awtorizzazzjoni)

AVVIŻ IMPORTANTI

1.

Dawn li ġejjin jinthemżu mal-applikazzjoni, kif ikun xieraq:

(a)

l-iskeda tal-ħinijiet;

(b)

l-iskala tan-nollijiet;

(c)

kopja awtentikata ċċertifikata tal-liċenzja Komunitarja għat-trasport internazzjonali tal-passiġġieri bit-triq għall-kiri jew b'kumpens kif provdut fl-Artikolu 4 tar-Regolamnent (KE) Nru 1073/2009;

(d)

l-informazzjoni dwar it-tip u l-volum tas-servizz li l-applikant ikun beħsiebu jipprovdi fil-każ ta' servizz ġdid, jew li ġie pprovdut fil-każ ta' tiġdid ta' awtorizzazzjoni;

(e)

mappa ta' skala xierqa, li fuqha jkun hemm immarkata r-rotta u l-postijiet tal-waqfiet fejn il-passiġġieri jitrikkbu jew jitniżżlu;

(f)

skeda ta' sewqan li tkun tippermetti verifika tal-konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-perjodi ta' sewqan u ta' mistrieħ.

2.

L-applikanti għandhom jipprovdu kull informazzjoni ulterjuri li huma jikkunsidraw li tista' tkun rilevanti jew li tintalab mill-awtorità emittenti.

3.

Skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1073/2009 dawn is-servizzi li ġejjin huma soġġetti għal awtorizzazzjoni:

(a)

is-servizzi regolari, is-servizzi li jipprovdu għat-trasport tal-passiġġieri f'intervalli speċifiċi fuq rotot speċifiċi, fejn il-passiġġieri jitrikkbu u jitniżżlu f'waqfiet predeterminati. Is-servizzi regolari jkunu miftuħin għal kulħadd, soġġetti, meta jkun il-każ, għal prenotazzjoni obbligatorja. In-natura regolari tas-servizz ma tiġix effettwata minn xi aġġustament fil-kondizzjonijiet operattivi tas-servizz.

(b)

is-servizzi speċjali regolari mhux koperti minn kuntratt bejn l-organizzatur u t-trasportatur. Is-servizzi, irrispettivament minn min jorganizzhom, li jipprovdu trasport għal kategoriji speċifiċi ta' passiġġieri bl-esklużjoni ta' passiġġieri oħra, jitqiesu bħala servizzi regolari. Dawk is-servizzi jissejħu ‘servizzi regolari speċjali’ u jinkludu:

(i)

it-trasport ta' ħaddiema bejn id-dar u l-post tax-xogħol;

(ii)

it-trasport ta' tfal tal-iskola u studenti lejn u mill-istituzzjoni edukattiva.

Il-fatt li servizz speċjali jista' jvarja skont il-bżonnijiet tal-utenti, ma jaffettwax l-klassifikazzjoni tiegħu bħala servizz regolari speċjali.

4.

L-applikazzjoni għandha ssir lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li minnu jitlaq is-servizz, jiġifieri waħda mill-vendi tas-servizz.

5.

Il-perjodu massimu tal-validità tal-awtorizzazzjoni huwa ta' ħames snin.”


(1)  Immarka jew imla kif ikun il-każ.

(2)  Servizzi speċjali regolari mhux koperti minn kuntratt bejn l-organizzatur u t-trasportatur.

(3)  Fil-kuntest tal-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1073/2009.

(4)  F'kull każ indika jekk hux ikkonċernat membru ta' assoċjazzjoni jew sottokontrattur.

(5)  Ehmeż lista jekk ikun il-każ.

(6)  Tinġibed l-attenzjoni tal-applikant lejn il-fatt li billi l-awtorizzazzjoni għandha tinżamm fuq il-vettura, l-għadd ta' awtorizzazzjonijiet li l-applikant irid ikollu għandu jikkorrispondi mal-għadd ta' vetturi meħtieġa biex jingħata s-servizz mitlub fl-istess ħin.


Top