EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32014R0125
Council Implementing Regulation (EU) No 125/2014 of 10 February 2014 implementing Article 2(3) of Regulation (EC) No 2580/2001 on specific restrictive measures directed against certain persons and entities with a view to combating terrorism and repealing Implementing Regulation (EU) No 714/2013
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 125/2014 tal- 10 ta’ Frar 2014 li jimplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 714/2013
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 125/2014 tal- 10 ta’ Frar 2014 li jimplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 714/2013
OJ L 40, 11.2.2014, p. 9–11
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 22/07/2014; Imħassar b' 32014R0790
11.2.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 40/9 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 125/2014
tal-10 ta’ Frar 2014
li jimplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 714/2013
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001 tas-27 ta’ Diċembru 2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 2(3) tiegħu,
Billi:
(1) |
Fil-25 ta’ Lulju 2013, il-Kunsill adotta r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 714/2013 (2) li jimplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001, li jaġġorna l-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplika r-Regolament (KE) Nru 2580/2001 (“il-lista”). |
(2) |
Il-Kunsill ipprovda, fejn possibbli fil-prattika, lill-persuni, il-gruppi u l-entitajiet kollha b’dikjarazzjonijiet ta’ raġunijiet li fihom fisser għaliex huma ġew elenkati fil-lista. |
(3) |
B’avviż ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, il-Kunsill informa lill-persuni, il-gruppi u l-entitajiet fil-lista li huwa kien iddeċieda li jżommhom fiha. Il-Kunsill informa wkoll lill-persuni, il-gruppi u l-entitajiet ikkonċernati li kien possibbli li tintalab dikjarazzjoni ta’ raġunijiet tal-Kunsill għall-inklużjoni tagħhom fil-lista, fejn din ma kinitx diġà ġiet ikkomunikata lilhom. |
(4) |
Il-Kunsill irreveda l-lista, kif meħtieġ mill-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001. Meta għamel din huwa ħa kont ta’ osservazzjonijiet ippreżentati lill-Kunsill minn dawk ikkonċernati. |
(5) |
Il-Kunsill ikkonkluda li ma għadx hemm raġunijiet biex ċertu grupp jinżamm fil-lista. |
(6) |
Il-Kunsill ikkonkluda wkoll li persuni, gruppi u entitajiet fil-lista kienu involuti f’atti terroristiċi fit-tifsira tal-Artikolu 1(2) u (3) tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK (3), li ttieħdet deċiżjoni fir-rigward tagħhom minn awtorità kompetenti fit-tifsira tal-Artikolu 1(4) ta’ din il-Pożizzjoni Komuni, u li huma għandhom ikomplu jkunu soġġetti għall-miżuri restrittivi speċifiċi previsti fir-Regolament (KE) Nru 2580/2001. |
(7) |
Il-lista għandha tiġi aġġornata kif meħtieġ u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 714/2013 għandu jitħassar, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-lista prevista fl-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 tinsab fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 714/2013 huwa b’dan imħassar.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Frar 2014.
Għall-Kunsill
Il-President
C. ASHTON
(1) ĠU L 344, 28.12.2001, p. 70.
(2) Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 714/2013 tal-25 ta’ Lulju 2013 li jimplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu, u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1169/2012 (ĠU L 201, 26.7.2013, p. 10).
(3) Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2001/931/PESK tas-27 ta’ Diċembru 2001 dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiki fil-ġlieda kontra t-terroriżmu (ĠU L 344, 28.12.2001, p. 93).
ANNESS
Lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet imsemmija fl-Artikolu 1
1. PERSUNI
1. |
ABDOLLAHI Hamed (magħruf ukoll bħala Mustafa Abdullahi), imwieled fil-11 ta’ Awwissu 1960 fl-Iran. Nru tal-Passaport: D9004878. |
2. |
AL-NASSER, Abdelkarim Hussein Mohamed, imwieled f’Al Ihsa (l-Arabja Sawdija); ċittadin tal-Arabja Sawdija. |
3. |
AL YACOUB, Ibrahim Salih Mohammed, imwieled fis-16 ta’ Ottubru 1966 f’Tarut (l-Għarabja Sawdija); ċittadin tal-Arabja Sawdija. |
4. |
ARBABSIAR Manssor (magħruf ukoll bħala Mansour Arbabsiar), imwieled fis-6 jew fil-15 ta’ Marzu 1955 fl-Iran. Ċittadin Iranjan u tal-Istati Uniti. Nru tal-Passaport: C2002515 (Iran); Nru tal-Passaport: 477845448 (Stati Uniti tal-Amerika). Nru tal-ID nazzjonali: 07442833, data ta’ skadenza l-15 ta’ Marzu 2016 (liċenzja tas-sewqan tal-Istati Uniti tal-Amerika). |
5. |
BOUYERI, Mohammed (magħruf ukoll bħala Abu ZUBAIR, magħruf ukoll bħala SOBIAR, magħruf ukoll bħala Abu ZOUBAIR), imwieled fit-8 ta’ Marzu 1978 f’Amsterdam (il-Pajjiżi l-Baxxi) – membru tal-“Hofstadgroep”. |
6. |
FAHAS, Sofiane Yacine, imwielda fl-10 ta’ Settembru 1971 f’Algiers (l-Alġerija) – membru ta’ “al-Takfir” u “al-Hijra”. |
7. |
IZZ-AL-DIN, Hasan (magħruf ukoll bħala GARBAYA, Ahmed; magħruf ukoll bħala SA-ID; magħruf ukoll bħala SALWWAN, Samir), il-Libanu, imwieled fl-1963 fil-Libanu, ċittadin tal-Libanu. |
8. |
MOHAMMED, Khalid Shaikh (magħruf ukoll bħala ALI, Salem; magħruf ukoll bħala BIN KHALID, Fahd Bin Adballah; magħruf ukoll bħala HENIN, Ashraf Refaat Nabith; magħruf ukoll bħala WADOOD, Khalid Adbul) imwieled fl-14 ta’ April 1965 jew fl-1 ta’ Marzu 1964 fil-Pakistan, Nru tal-Passaport: 488555. |
9. |
SHAHLAI Abdul Reza (magħruf ukoll bħala Abdol Reza Shala’i, magħruf ukoll bħala Abd-al Reza Shalai, magħruf ukoll bħala Abdorreza Shahlai, magħruf ukoll bħala Abdolreza Shahla’i, magħruf ukoll bħala Abdul-Reza Shahlaee, magħruf ukoll bħala Hajj Yusef, magħruf ukoll bħala Haji Yusif, magħruf ukoll bħala Hajji Yasir, magħruf ukoll bħala Hajji Yusif, magħruf ukoll bħala Yusuf Abu-al-Karkh), imwieled bejn wieħed u ieħor fl-1957 l-Iran. Indirizzi: (1) Kermanshah, Iran, (2) Bażi Militari ta’ Mehran, Provinċja ta’ Ilam, l-Iran. |
10. |
SHAKURI Ali Gholam, imwieled bejn wieħed u ieħor fl-1965 f’Teheran, l-Iran. |
11. |
SOLEIMANI Qasem (magħruf ukoll bħala Ghasem Soleymani, magħruf ukoll bħala Qasmi Sulayman, magħruf ukoll bħala Qasem Soleymani, magħruf ukoll bħala Qasem Solaimani, magħruf ukoll bħala Qasem Salimani, magħruf ukoll bħala Qasem Solemani, magħruf ukoll bħala Qasem Sulaimani, magħruf ukoll bħala Qasem Sulemani), imwieled fil-11 ta’ Marzu 1957 fl-Iran. Ċittadin Iranjan. Nru tal-Passaport: 008827 (Diplomatiku Iranjan), maħruġ fl-1999. Titolu: Maġġur Ġeneral. |
2. GRUPPI U ENTITAJIIET
1. |
L-“Organizzazzjoni Abu Nidal” – “ANO”, (magħrufa wkoll bħala l-“Kunsill Rivoluzzjonarju ta’ Fatah”, magħruf ukoll bħala l-“Brigati Rivoluzzjonarji Għarab”, magħruf ukoll bħala “Settembru l-Iswed”, magħruf ukoll bħala l-“Organizzazzjoni Rivoluzzjonarja tal-Musulmani Soċjalisti”). |
2. |
“Il-Brigata tal-Martri ta’ Al-Aqsa”. |
3. |
“Al-Aqsa e.V.”. |
4. |
“Al-Takfir” u “Al-Hijra”. |
5. |
“Babbar Khalsa”. |
6. |
“Il-Partit Komunista tal-Filippini”, inkluża n-“New People’s Army” – “NPA”, il-Filippini. |
7. |
“Gama’a al-Islamiyya” (magħruf ukoll bħala “Al-Gama’a al-Islamiyya”) (“Grupp Iżlamiku” – “IG”). |
8. |
“İslami Büyük Doğu Akıncılar Cephesi” – “IBDA-C” (“Il-Front Kbir Iżlamiku tal-Ġellieda tal-Lvant”). |
9. |
“Hamas”, inkluż “Hamas-Izz al-Din al-Qassem”. |
10. |
“Hizballah Military Wing” (magħruf ukoll bħala “Hezbollah Military Wing”, magħruf ukoll bħala “Hizbullah Military Wing” magħruf ukoll bħala “Hizbollah Military Wing”, magħruf ukoll bħala “Hezballah Military Wing”, magħruf ukoll bħala “Hisbollah Military Wing”, magħruf ukoll bħala “Hizbu’llah Military Wing” magħruf ukoll bħala “Hizb Allah Military Wing”, magħruf ukoll bħala “Jihad Council” (u l-unitajiet kollha li jirrappurtaw lilha, inkluż l-Organizzazzjoni Esterna tas-Sigurtà)). |
11. |
“Hizbul Mujahideen” – “HM”. |
12. |
“Hofstadgroep”. |
13. |
“Fondazzjoni tal-Art Imqaddsa għas-Soljev u l-Iżvilupp”. |
14. |
“International Sikh Youth Federation” – (ISYF). |
15. |
“Khalistan Zindabad Force” – (KZF). |
16. |
“Partit tal-Ħaddiema Kurdi” – “PKK”, (magħruf ukoll bħala “KADEK”, magħruf ukoll bħala “KONGRA-GEL”). |
17. |
“Liberation Tigers ta’ Tamil Eelam” – “LTTE”. |
18. |
“Ejército de Liberación Nacional” (“Armata għal-Liberazzjoni Nazzjonali”). |
19. |
“Ġiħad Iżlamika tal-Palestina” – “PIJ”. |
20. |
“Front Popolari għal-Liberazzjoni tal-Palestina” – “PFLP”. |
21. |
“Front Popolari għal-Liberazzjoni tal-Palestina – Kmand Ġenerali” (magħruf ukoll bħala “PFLP – Kmand Ġenerali”). |
22. |
“Fuerzas armadas revolucionarias de Colombia” – “FARC” (“Il-Forzi Armati Rivoluzzjonarji tal-Kolombja”). |
23. |
“Devrimci Halk Kurtuluș Partisi-Cephesi” – “DHKP/C” (magħruf ukoll bħala “Devrimci Sol” (“Xellug Rivoluzzjonarju”), magħruf ukoll bħala “Dev Sol”) (“L-Armata/Il-Front/Il-Partit Rivoluzzjonarju/a għal-Liberazzjoni tal-Poplu”). |
24. |
“Sendero Luminoso” – “SL” It-(“Triq li Tiddi”). |
25. |
“Teyrbazen Azadiya Kurdistan” – “TAK” (magħruf ukoll bħala “Kurdistan Freedom Falcons”, magħruf ukoll bħala “Kurdistan Freedom Hawks”). |