This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32014R0065
Commission Delegated Regulation (EU) No 65/2014 of 1 October 2013 supplementing Directive 2010/30/EU of the European Parliament and of the Council with regard to the energy labelling of domestic ovens and range hoods Text with EEA relevance
Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 65/2014 tal- 1 ta’ Ottubru 2013 li jissupplimenta lid-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fejn jidħol it-tikkettar enerġetiku tal-fran domestiċi u l-estratturi tal-kukers Test b’relevanza għaż-ŻEE
Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 65/2014 tal- 1 ta’ Ottubru 2013 li jissupplimenta lid-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fejn jidħol it-tikkettar enerġetiku tal-fran domestiċi u l-estratturi tal-kukers Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 29, 31.1.2014, p. 1–32
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force: This act has been changed. Current consolidated version: 07/03/2017
31.1.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 29/1 |
REGOLAMENT TA’ DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 65/2014
tal-1 ta’ Ottubru 2013
li jissupplimenta lid-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fejn jidħol it-tikkettar enerġetiku tal-fran domestiċi u l-estratturi tal-kukers
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Mejju 2010 dwar l-indikazzjoni permezz ta’ ttikkettar u l-informazzjoni standard tal-prodott dwar il-konsum tal-enerġija u riżorsi oħra minn prodotti marbutin mal-enerġija (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10 tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Direttiva 2010/30/UE teżiġi li l-Kummissjoni tadotta atti delegati fejn jidħol it-tikkettar ta’ prodotti relatati mal-enerġija b’potenzjal sinifikanti li jiffrankaw l-enerġija u li għandhom differenzi kbar fil-livelli tal-prestazzjoni b’funzjonalità ekwivalenti. |
(2) |
L-enerġija li jużaw il-fran tal-elettriku hija parti sinifikanti mid-domanda totali tal-enerġija fl-Unjoni. Apparti t-titjib li diġà ntlaħaq fl-effiċjenza enerġetika, għad hemm lok sostanzjali biex jibqa’ jonqos il-konsum tal-enerġija ta’ dan l-apparat. |
(3) |
Ġew stabbiliti dispożizzjonijiet għat-tikkettar enerġetiku tal-fran tal-elettriku domestiċi mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/40/KE tat-8 ta’ Mejju 2002 li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 92/75/KEE rigward it-tikkettar li jindika l-konsum tal-enerġija tal-fran tal-elettriku domestiċi (2). |
(4) |
Tul l-aħħar snin sar żvilupp teknoloġiku mgħaġġel fil-qasam tal-apparat domestiku tat-tisjir. L-istudji preparatorji wrew li l-fran tal-gass domestiċi u l-estratturi tal-kukers għandhom potenzjal sinifikanti li jiffrankaw l-enerġija. Sabiex ikun żgurat li t-tikketti tal-enerġija jagħtu inċentivi dinamiċi lill-fornituri biex jibqgħu jtejbu l-effiċjenza enerġetika ta’ dan l-apparat u jħaffu l-bidla fis-suq għal teknoloġiji effiċjenti fl-enerġija, id-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/40/KE għandha titneħħa u jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet ġodda. |
(5) |
Id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw għall-fran tal-elettriku u tal-gass domestiċi, inkluż meta jkunu inkorporati fil-kukers, u għall-estratturi tal-kukers domestiċi li jaħdmu bl-elettriku. |
(6) |
Dan ir-Regolament għandu jdaħħal skala riveduta tal-effiċjenza enerġetika minn A+++ sa D għall-fran kollha kkonċernati u skala ġdida tal-effiċjenza enerġetika minn A sa G bi “+” miżjuda fin-naħa ta’ fuq tal-iskala kull sentejn sa ma tintlaħaq il-klassi A+++ għall-estratturi tal-kukers domestiċi, dawn il-klassijiet ulterjuri għandhom jiżdiedu biex l-apparat effiċjenti ħafna jippenetra s-suq aktar malajr. |
(7) |
L-effett magħqud tad-dispożizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament, u fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 66/2014 (3) mistenni jwassal biex tiġi ffrankata 27 PJ/a ta’ enerġija primarja fl-2020, u sa 60 PJ/a sal-2030. |
(8) |
Il-livell tal-qawwa tal-ħoss tal-estratturi tal-kukers domestiċi jista’ jkun fattur importanti li għandhom iqisu l-utenti aħħarin. L-informazzjoni dwar il-livelli tal-qawwa tal-ħoss għandha titqiegħed fuq it-tikketti tal-estratturi tal-kukers domestiċi biex l-utenti aħħarin ikunu jistgħu jieħdu deċiżjoni infurmata. |
(9) |
L-informazzjoni li tingħata fuq it-tikketta għandha tinkiseb bi proċeduri tal-kejl u l-kalkolu li jkunu affidabbli, preċiżi u riproduċibbli, u li jqisu l-aqwa metodi tal-kejl u l-kalkolu rikonoxxuti inkluż, meta disponibbli, l-istandards armonizzati li adottaw l-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni, kif elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea (4). |
(10) |
Dan ir-Regolament għandu jispeċifika disinn u kontenut uniformi għat-tikketti tal-fran domestiċi, anki meta jkunu inkorporati fil-kukers, u tal-estratturi tal-kukers domestiċi li jaħdmu bl-elettriku. |
(11) |
Dan ir-Regolament għandu jispeċifika r-rekwiżiti għad-dokumentazzjoni teknika u l-iskeda tat-tagħrif għall-fran domestiċi, anki meta jkunu inkorporati fil-kuker, u għall-estratturi tal-kukers domestiċi li jaħdmu bl-elettriku, anki meta jintużaw għal skopijiet mhux domestiċi. |
(12) |
Dan ir-Regolament għandu jispeċifika r-rekwiżiti għall-informazzjoni li trid tingħata għal kull għamla ta’ bejgħ mill-bogħod, riklamar u materjal tekniku ta’ promozzjoni tal-fran domestiċi (anki meta jkunu inkorporati fil-kukers) u tal-estratturi tal-kukers domestiċi li jaħdmu bl-elettriku, anki meta jintużaw għal skopijiet li mhumiex domestiċi. |
(13) |
Jixraq ikun hemm provediment għal reviżjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament li tqis il-progress teknoloġiku, u b’mod partikolari l-effikaċja u l-adegwatezza ta’ dan l-approċċ segwit, sabiex jinstabu l-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika għall-fran domestiċi, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Is-suġġett u l-kamp ta’ appikazzjoni
1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-rekwiżiti għat-tikkettar u d-dispożizzjoni tal-informazzjoni supplimentarja dwar il-prodott għall-fran tal-elettriku u tal-gass domestiċi (anki meta jkunu inkorporati fil-kukers) u għall-estratturi tal-kukers domestiċi li jaħdmu bl-elettriku, anki meta jintużaw għal skopijiet li mhumiex domestiċi.
2. Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal:
(a) |
fran li jużaw sorsi oħra tal-enerġija flok l-elettriku jew il-gass; |
(b) |
fran li joffru l-funzjoni li “jsaħħan bil-microwave”; |
(c) |
fran żgħar; |
(d) |
fran portabbli; |
(e) |
fran li jaħdmu bil-ħżin tas-sħana; |
(f) |
fran li jissaħħnu bil-fwar bħala l-mezz ewlieni tat-tisħin tagħhom; |
(g) |
fran maħsubin biex jaħdmu biss bil-gassijiet tat-“tielet familja” (il-propan u l-butan). |
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Minbarra d-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2010/30/KE, għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1) |
“forn” tfisser apparat jew parti minnu li jkollhom kavità waħda jew aktar u biex jaħdmu jeħtieġu l-elettriku u/jew il-gass u fihom jitħejja l-ikel fil-modalità Konvenzjonali jew fil-modalità Fann mixgħul; |
(2) |
“kavità” tfisser kompartiment magħluq li t-temperatura ta’ ġo fih tista’ tiġi kkontrollata għall-preparazzjoni tal-ikel; |
(3) |
“forn b’diversi kavitajiet” tfisser forn b’żewġ kavitajiet jew aktar u kull waħda minnhom tissaħħan għaliha; |
(4) |
“forn żgħir” tfisser forn b’kull kavità tkun wiesgħa u fonda inqas minn 250 mm jew għolja inqas minn 120 mm; |
(5) |
“forn portabbli” tfisser forn b’massa tal-prodott inqas minn 18 kg, sakemm ma jkunx iddisinjat għal installazzjonijiet inkorporati; |
(6) |
“isaħħan bil-microwave” tfisser li jsaħħan l-ikel bl-enerġija elettromanjetika; |
(7) |
“modalità Konvenzjonali” tfisser il-modalità ta’ forn li jkun qed jaħdem biss bil-konvezzjoni naturali biex jiċċirkola arja msaħħna fil-kavità tal-forn; |
(8) |
“modalità Fann mixgħul” tfisser il-modalità ta’ forn meta l-fann inkorporat fih ikun qed jiċċirkola arja msaħħna fil-kavità tal-forn; |
(9) |
“ċiklu” tfisser il-perjodu tat-tisħin ta’ tagħbija standard f’kavità tal-forn f’kundizzjonijiet definiti; |
(10) |
“kuker” tfisser apparat li jkun fih forn u ħobb li jużaw il-gass jew l-elettriku; |
(11) |
“modalità Mħaddem” tfisser il-qagħda ta’ forn meta jkun qed jintuża; |
(12) |
“sors tas-sħana” tfisser forma ewlenija tal-enerġija biex jissaħħan il-forn; |
(13) |
“estrattur tal-kukers” tfisser apparat li jaħdem b’mutur li huwa stess jikkontrolla, maħsub biex jiġbor l-arja kkontaminata minn fuq il-ħobb, jew li jkun fih sistema ta’ estrazzjoni tal-arja ‘l isfel maħsuba biex tiġi installata ħdejn estratturi tat-tisjir, ħobbs jew prodotti simili fit-tisjir li jiġbdu l-fwar f’pajp tal-eġżost intern. |
(14) |
“modalità Funzjonament awtomatiku waqt il-perjodu tat-tisjir” tfisser qagħda li fiha l-fluss tal-arja tal-estrattur tal-kukers waqt il-perjodu tat-tisjir jiġi kkontrollat awtomatikament bis-senser(s), anki fejn jidħlu l-umdità, it-temperatura, eċċ; |
(15) |
“estrattur tal-kukers kompletament awtomatiku” tfisser estrattur tal-kukers li fih il-fluss tal-arja u/jew funzjonijiet oħra jiġi kkontrollat awtomatikament bis-senser(s) matul il-ġurnata kollha anki waqt il-perjodu tat-tisjir; |
(16) |
“il-punt tal-effiċjenza massima” (BEP) tfisser il-punt tat-tħaddim tal-estrattur tal-kukers li jkollu effiċjenza fluwidodinamika massima (FDEestrattur); |
(17) |
“effiċjenza tat-tidwil” (LEestrattur) tfisser il-proporzjon bejn il-luminazzjoni medja tas-sistema tat-tidwil tal-estrattur tal-kukers domestiku u l-enerġija tas-sistema tat-tidwil f’lux/W; |
(18) |
“effiċjenza tal-filtrazzjoni tal-grassijiet” (GFEestrattur) tfisser l-ammont relattiv ta’ grass li jinqabad fil-filters tal-grass tal-estratturi tal-kukers; |
(19) |
“modalità Mitfi” tfisser qagħda li fiha t-tagħmir ikun imqabbad mal-mejnijiet tal-elettriku imma ma jkun qed jipprovdi l-ebda funzjoni jew jipprovdi biss indikazzjoni ta’ qagħda ta’ modalità Mitfi, jew jipprovdi biss funzjonalitajiet maħsuba biex jiżguraw kompatibbiltà elettromanjetika skont id-Direttiva 2004/108/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5); |
(20) |
“modalità Stennija” tfisser qagħda li fiha l-apparat ikun imqabbad mal-mejnijiet tal-elettriku, jiddependi fuq l-input tal-enerġija mill-mejnijiet tal-elettriku biex ikun jista’ jaħdem kif suppost u jagħti l-funzjoni biss ta’ riattivazzjoni, jew il-funzjoni ta’ riattivazzjoni u indikazzjoni biss li l-funzjoni ta’ riattivazzjoni hija attivata, u/jew turija tal-informazzjoni jew tal-istatus li tista’ ddum żmien indefinit; |
(21) |
“funzjoni ta’ riattivazzjoni” tfisser funzjoni li tiffaċilita l-attivazzjoni ta’ modalitajiet oħra, inkluża l-modalità attiva, bi swiċċ mill-bogħod, inkluż il-kontroll mill-bogħod, senser intern, jew kronometru għal qagħda li tagħti funzjonijiet addizzjonali, inkluża l-funzjoni ewlenija; |
(22) |
“turija tal-informazzjoni jew tal-istatus” tfisser funzjoni kontinwa li tagħti informazzjoni jew turi l-istatus tat-tagħmir fuq skrin, inklużi l-arloġġi; |
(23) |
“utent aħħari” tfisser konsumatur li jixtri prodott jew li jkun mistenni jixtrih; |
(24) |
“post tal-bejgħ” tfisser post fejn jintwera l-apparat u/jew fejn jitqiegħed għall-bejgħ jew għall-kiri; |
(25) |
“mudell ekwivalenti” tfisser mudell li jitqiegħed fis-suq bl-istess parametri tekniċi bħal mudell ieħor li l-istess manifattur jew importatur iqiegħed fis-suq b’numru tal-kodiċi kummerċjali differenti. |
Artikolu 3
Ir-responsabbiltajiet tal-fornituri u skeda taż-żmien
Il-fornituri għandhom jiżguraw li:
1. |
Fir-rigward tat-tikketti, l-iskedi tat-tagħrif u d-dokumentazzjoni teknika
|
2. |
Fir-rigward tal-klassijiet tal-effiċjenza:
|
3. |
Fir-rigward tal-formati tat-tikketti:
|
Artikolu 4
Ir-responsabbiltajiet tan-negozjanti
In-negozjanti għandhom jiżguraw li:
1. |
Għall-fran domestiċi:
|
2. |
Għall-estratturi tal-kukers domestiċi:
|
Artikolu 5
Miżuri tal-kejl u l-kalkolu
L-informazzjoni li trid tingħata skont l-Artikoli 3 u 4 għandha tinkiseb bi proċeduri tal-kejl affidabbli, preċiżi u riproduċibbli, li jqisu l-aqwa metodi tal-kejl u l-kalkolu rikonoxxuti.
Artikolu 6
Il-proċedura ta’ verifika għall-finijiet tas-sorveljanza tas-suq
Meta jsiru l-kontrolli tas-sorveljanza tas-suq għall-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw il-proċedura ta’ verifika deskritta fl-Anness VIII.
Artikolu 7
Reviżjoni
Il-Kummissjoni għandha tirrevedi dan ir-Regolament fid-dawl tal-progress teknoloġiku sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2021.
Artikolu 8
Revoka
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/40/KE għandha titħassar mill-1 ta’ Jannar 2015.
Artikolu 9
Dispożizzjonijiet tranżitorji
1. Ilfran domestiċi li jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u li jitqiegħdu fis-suq jew li jkunu għall-bejgħ, għall-kiri jew għax-xiri bin-nifs qabel l-1 ta’ Jannar 2015 għandhom jitqiesu konformi mar-rekwiżiti tad-Direttiva 2002/40/KE.
2. Mill-1 ta’ Jannar sal-1 ta’ April 2015, in-negozjanti jistgħu japplikaw l-Artikolu 4(1)(b) għal fran speċifiċi li jaqgħu taħt din id-dispożizzjoni.
3. Mill-1 ta’ Jannar sal-1 ta’ April 2015, in-negozjanti jistgħu japplikaw l-Artikolu 4(2)(b) għal estratturi tal-kukers speċifiċi li jaqgħu taħt din id-dispożizzjoni.
Artikolu 10
Id-dħul fis-seħħ u l-applikazzjoni
1. Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
2. Dan għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2015. Madanakollu, l-Artikolu 3(1)(a)(iv) u (v), l-Artikolu 3(1)(b)(iv) u (v), l-Artikolu 4(1)(b), (c) u (d), u l-Artikolu 4(2)(b), (c) u (d) għandhom japplikaw mill-1 ta’ April 2015.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Ottubru 2013.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 153, 18.6.2010, p. 1.
(2) ĠU L 128, 15.5.2002, p. 45.
(3) Ara paġna 33 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.
(4) ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12.
(5) Id-Direttiva 2004/108/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 2004 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-kompatibilità elettromanjetika u li tħassar id-Direttiva 89/336/KEE (ĠU L 390, 31.12.2004, p. 24).
ANNESS I
Klassijiet tal-effiċjenza
1. IL-FRAN DOMESTIĊI
Il-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika tal-fran domestiċi għandhom jiġu stabbiliti b’mod separat għal kull kavità skont il-valuri mogħtija fit-Tabella 1 ta’ dan l-Anness. L-effiċjenza enerġetika tal-fran għandha tiġi stabbilita skont il-punt 1. tal-Anness II.
It-Tabella 1
Il-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika tal-fran domestiċi
Klassi tal-effiċjenza enerġetika |
Indiċi tal-effiċjenza enerġetika (EEIkavità) |
A+++ (l-iktar effiċjenti) |
EEIkavità < 45 |
A++ |
45 ≤ EEIkavità < 62 |
A+ |
62 ≤ EEIkavità < 82 |
A |
82 ≤ EEIkavità < 107 |
B |
107 ≤ EEIkavità < 132 |
C |
132 ≤ EEIkavità < 159 |
D (l-inqas effiċjenti) |
EEIkavità ≥ 159 |
2. L-ESTRATTURI TAL-KUKERS DOMESTIĊI
(a) |
Il-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika tal-estratturi tal-kukers domestiċi għandhom jiġu stabbiliti skont il-valuri mogħtija fit-Tabella 2 ta’ dan l-Anness. L-indiċi tal-effiċjenza enerġetika (EEIestrattur) tal-estratturi tal-kukers domestiċi għandu jiġi kkalkulat skont il-punt 2.1 tal-Anness II. It-Tabella 2 Il-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika tal-estratturi tal-kukers domestiċi
|
(b) |
Il-klassijiet tal-effiċjenza fluwidodinamika ta’ estrattur tal-kukers domestiku għandhom jiġu stabbiliti skont l-effiċjenza fluwidodinamika tiegħu (FDEestrattur) skont il-valuri mogħtija fit-Tabella 3 li ġejja. L-effiċjenza fluwidodinamika tal-estratturi tal-kukers domestiċi għandha tiġi stabbilita skont il-punt 2.2 tal-Anness II. It-Tabella 3 Il-klassijiet tal-effiċjenza fluwidodinamika tal-estratturi tal-kukers domestiċi
|
(c) |
Il-klassijiet tal-effiċjenza tat-tidwil ta’ estrattur tal-kukers domestiku għandhom jiġu stabbiliti skont l-effiċjenza tat-tidwil tiegħu (LEestrattur) skont il-valuri mogħtija fit-Tabella 4 li ġejja. L-effiċjenza tat-tidwil tal-estratturi tal-kukers domestiċi għandha tiġi stabbilita skont il-punt 2.3 tal-Anness II. It-Tabella 4 Il-klassijiet tal-effiċjenza tat-tidwil tal-estratturi tal-kukers domestiċi
|
(d) |
Il-klassijiet tal-effiċjenza tal-filtrazzjoni tal-grassijiet ta’ estrattur tal-kukers domestiku għandhom jiġu stabbiliti skont l-effiċjenza tal-filtrazzjoni tal-grassijiet tiegħu (GFEestrattur) skont il-valuri mogħtija fit-Tabella 5 li ġejja. L-effiċjenza tal-filtrazzjoni tal-grassijiet tal-estratturi tal-kukers domestiċi għandha tiġi stabbilita skont il-punt 2.4 tal-Anness II. It-Tabella 5 Il-klassijiet tal-effiċjenza tal-filtrazzjoni tal-grassijiet (GFEestrattur) tal-estratturi tal-kukers domestiċi
|
ANNESS II
Il-kejl u l-kalkoli
Għall-għanijiet tal-konformità u tal-verifika tal-konformità mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, il-kejl u l-kalkoli għandhom isiru billi jintuża metodu li jkun affidabbli, preċiż u riproduċibbli, li jqis il-metodi tal-kejl u tal-kalkolu l-aktar avvanzati ġeneralment irrikonoxxuti, fosthom l-istandards armonizzati li n-numri ta’ referenza tagħhom ġew ippubblikati għal dan il-għan f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Dawn għandhom jissodisfaw id-definizzjonijiet, il-kundizzjonijiet, l-ekwazzjonijiet u l-parametri tekniċi stipulati f’dan l-Anness.
1. IL-FRAN DOMESTIĊI
Il-konsum tal-enerġija ta’ kavità ta’ forn domestiku għandu jitkejjel għal ċiklu wieħed standardizzat, fil-modalità Konvenzjonali u fil-modalità Fann mixgħul, jekk din tkun disponibbli, billi tissaħħan tagħbija standardizzata mxarrba fl-ilma. Għandu jiġi vverifikat li t-temperatura ta’ ġol-kavità tal-forn tilħaq it-temperatura magħżula tat-termostat u/jew tal-iskrin tal-kontroll tal-forn waqt li jkun qed isir it-test. Fil-kalkoli li ġejjin għandu jintuża l-konsum tal-enerġija għal kull ċiklu li jikkorrispondi għall-modalità bl-aħjar prestazzjoni (il-modalità Konvenzjonali jew il-modalità Fann mixgħul).
Għal kull kavità ta’ forn domestiku, l-indiċi tal-effiċjenza enerġetika (EEIkavità) għandu jiġi kkalkulat skont il-formoli li ġejjin:
għall-fran domestiċi li jaħdmu bl-elettriku:
(f’kWh);
għall-fran domestiċi li jaħdmu bil-gass:
(f’MJ)
fejn:
— EEIkavità = l-indiċi tal-effiċjenza enerġetika għal kull kavità ta’ forn domestiku, f’perċentwali, imqarreb għal ċifra wara l-punt deċimali;
— SECkavità tal-elettriku = il-konsum standard tal-enerġija (tal-elettriku) meħtieġ biex tissaħħan tagħbija standardizzata f’kavità ta’ forn domestiku li jissaħħan bl-elettriku f’ċiklu wieħed, mogħti f’kWh u mqarreb għal żewġ ċifri wara l-punt deċimali;
— SECkavità tal-gass = il-konsum standard tal-enerġija meħtieġ biex tissaħħan tagħbija standardizzata f’kavità ta’ forn domestiku li jaħdem bil-gass f’ċiklu wieħed, mogħti f’MJ u mqarreb għal żewġ ċifri wara l-punt deċimali;
— V= il-volum tal-kavità tal-forn domestiku f’litri (L), imqarreb għall-eqreb numru sħiħ;
— ECkavità tal-elettriku = il-konsum tal-enerġija meħtieġ biex tissaħħan tagħbija standardizzata f’kavità ta’ forn domestiku li jissaħħan bl-elettriku f’ċiklu wieħed, mogħti f’kWh u mqarreb għal żewġ ċifri wara l-punt deċimali;
— ECkavità tal-gass = il-konsum tal-enerġija meħtieġ biex tissaħħan tagħbija standardizzata f’kavità ta’ forn domestiku li jaħdem bil-gass f’ċiklu wieħed, mogħti f’MJ u mqarreb għal żewġ ċifri wara l-punt deċimali.
2. L-ESTRATTURI TAL-KUKERS DOMESTIĊI
2.1. Kalkolu tal-indiċi tal-effiċjenza enerġetika (EEIestrattur)
L-indiċi tal-effiċjenza enerġetika (EEIestrattur ) huwa kkalkulat kif ġej:
u jitqarreb għal ċifra wara l-punt deċimali;
fejn:
— |
SAECestrattur huwa l-konsum annwali standard tal-enerġija tal-estrattur tal-kukers domestiku, mogħti f’kWh fis-sena u mqarreb għal ċifra wara l-punt deċimali; |
— |
AECestrattur huwa l-konsum annwali tal-enerġija tal-estrattur tal-kukers domestiku, mogħti f’kWh fis-sena u mqarreb għal ċifra wara l-punt deċimali. |
Il-konsum annwali standard tal-enerġija (SAECestrattur ) ta’ estrattur tal-kukers domestiku għandu jiġi kkalkulat kif ġej:
fejn:
— |
WBEP huwa l-kontribut tal-enerġija elettrika tal-estrattur tal-kukers domestiku fil-punt tal-effiċjenza massima, mogħti f’Watts u mqarreb għal ċifra wara l-punt deċimali; |
— |
WL huwa l-kontribut nominali tal-enerġija elettrika tas-sistema tat-tidwil tal-estrattur tal-kukers domestiku fuq il-wiċċ għat-tisjir, mogħti f’Watts u mqarreb għal ċifra wara l-punt deċimali. |
Il-konsum annwali tal-enerġija (AECestrattur ) ta’ estrattur tal-kukers domestiku huwa kkalkulat kif ġej:
(i) |
għall-estratturi tal-kukers domestiċi li huma kompletament awtomatiċi: |
(ii) |
għall-estratturi tal-kukers domestiċi l-oħrajn kollha: fejn:
|
2.2. Kalkolu tal-effiċjenza fluwidodinamika (FDEestrattur)
L-effiċjenza fluwidodinamika (FDEestrattur ) fil-punt tal-effiċjenza massima hija kkalkulata permezz tal-formola li ġejja u hija mqarrba għal ċifra wara l-punt deċimali:
fejn:
— |
QBEP hija r-rata tal-fluss tal-estrattur tal-kukers domestiku fil-punt tal-effiċjenza massima, mogħtija f’metri kubi fis-siegħa u mqarrba għal ċifra wara l-punt deċimali; |
— |
PBEP hija d-differenza fil-pressjoni statika tal-estrattur tal-kukers domestiku fil-punt tal-effiċjenza massima, mogħtija f’Pa u mqarrba għall-eqreb numru sħiħ; |
— |
WBEP huwa l-kontribut tal-enerġija elettrika tal-estrattur tal-kukers domestiku fil-punt tal-effiċjenza massima, mogħti f’Watts u mqarreb għal ċifra wara l-punt deċimali. |
2.3. Kalkolu tal-effiċjenza tat-tidwil (LEestrattur)
L-effiċjenza tat-tidwil (LEestrattur) ta’ estrattur tal-kukers domestiku tirreferi għall-proporzjon tal-luminazzjoni medja meta mqabbla mal-kontribut nominali tal-enerġija elettrika tas-sistema tat-tidwil. Din għandha tiġi kkalkulata f’lux għal kull Watt kif ġej u għandha titqarreb għall-eqreb numru sħiħ:
fejn:
— |
Emedja hija l-luminazzjoni medja tas-sistema tat-tidwil fuq il-wiċċ għat-tisjir, imkejla f’kundizzjonijiet standard, mogħtija f’lux u mqarrba għall-eqreb numru sħiħ; |
— |
WL huwa l-kontribut nominali tal-enerġija elettrika tas-sistema tat-tidwil tal-estrattur tal-kukers domestiku fuq il-wiċċ għat-tisjir, mogħti f’Watts u mqarreb għal ċifra wara l-punt deċimali. |
2.4. Kalkolu tal-effiċjenza tal-filtrazzjoni tal-grassijiet (GFEestrattur)
L-effiċjenza tal-filtrazzjoni tal-grassijiet (GFEestrattur) ta’ estrattur tal-kukers domestiku tirreferi għall-ammont relattiv ta’ grass maqbud mill-filtri tal-grass tal-estrattur tal-kukers. Din għandha tiġi kkalkulata kif ġej u għandha titqarreb għal ċifra wara l-punt deċimali:
fejn:
— wg = il-massa taż-żejt fil-filtru tal-grass, inklużi l-partijiet kollha li jservu ta’ għata li jistgħu jinqalgħu, mogħtija fi grammi u mqarrba għal ċifra wara l-punt deċimali;
— wr = il-massa taż-żejt maqbuda fil-pajpijiet tal-arja tal-estrattur tal-kukers, mogħtija fi grammi u mqarrba għal ċifra wara l-punt deċimali;
— wt = il-massa taż-żejt maqbuda fil-filtru assolut, mogħtija fi grammi u mqarrba għal ċifra wara l-punt deċimali.
2.5. L-istorbju
Il-livell ta’ storbju (f’dB) jitkejjel bħala l-emissjonijiet akustiċi tal-qawwa tal-ħoss fl-arja, ippeżati għall-frekwenza A (valur medju ppeżat - LWA), ta’ estrattur tal-kukers domestiku meta jkun qed jitħaddem bl-ogħla konfigurazzjoni tiegħu għall-użu normali, imqarrbin għall-eqreb numru sħiħ.
ANNESS III
It-tikketta
1. IT-TIKKETTA GĦALL-FRAN DOMESTIĊI
1.1. Il-fran domestiċi li jaħdmu bl-elettriku
1.1.1. Il-preżentazzjoni tat-tikketta – għal kull kavità ta’ forn domestiku li jaħdem bl-elettriku
1.1.2. Tagħrif fuq it-tikketta – għall-fran domestiċi li jaħdmu bl-elettriku
It-tikketta għandha tinkludi t-tagħrif li ġej:
I. |
isem il-fornitur jew il-marka kummerċjali tiegħu; |
II. |
l-identifikatur tal-mudell tal-fornitur, fejn “identifikatur tal-mudell” tfisser il-kodiċi, ġeneralment alfanumeriku, li jiddistingwi mudell speċifiku ta’ forn domestiku minn mudelli oħrajn tal-istess marka kummerċjali jew bl-isem tal-istess fornitur; |
III. |
is-sors tal-enerġija tal-forn domestiku; |
IV. |
il-klassi tal-effiċjenza enerġetika tal-kavità stabbilita skont l-Anness I. It-tarf tal-vleġġa li fiha tidher l-ittra ta’ indikazzjoni għandu jitqiegħed fl-istess livell bħat-tarf tal-vleġġa li fiha tidher il-klassi tal-effiċjenza enerġetika rilevanti; |
V. |
il-volum tal-kavità li jista’ jintuża, f’litri, imqarreb għall-eqreb numru sħiħ; |
VI. |
il-konsum tal-enerġija għal kull ċiklu, mogħti f’kWh għal kull ċiklu (il-konsum tal-elettriku), għall-funzjoni(jiet) tat-tisħin tal-kavità (konvenzjonali u jekk disponibbli, bil-konvezzjoni tal-arja sfurzata) abbażi ta’ tagħbija standard stabbilita skont il-proċeduri tat-testijiet, imqarreb għal żewġ ċifri wara l-punt deċimali (ECkavità tal-elettriku ). |
1.1.3. Id-disinn tat-tikketta – għall-fran domestiċi li jaħdmu bl-elettriku
Id-disinn tat-tikketta għal kull kavità ta’ forn domestiku li jaħdem bl-elettriku għandu jkun bħal dak tal-istampa li ġejja:
fejn:
(i) |
It-tikketta għandha tkun wiesgħa mill-inqas 85 millimetru u għolja mill-inqas 170 millimetru. F’każ li t-tikketta tiġi stampata f’format ikbar, il-kontenut tagħha xorta waħda għandu jibqa’ proporzjonat ma’ dawn l-ispeċifikazzjonijiet. |
(ii) |
L-isfond għandu jkun abjad. |
(iii) |
Il-kuluri għandhom ikunu dawk bil-kodiċi CMYK – blu jagħti fl-aħdar (“cyan”), maġenta, isfar u iswed – bħal f’dan l-eżempju: 00-70-X-00: 0 % blu jagħti fl-aħdar, 70 % maġenta, 100 % isfar u 0 % iswed. |
(iv) |
It-tikketta għandha tissodisfa r-rekwiżiti kollha li ġejjin (in-numri jirreferu għall-istampa t’hawn fuq):
|