EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014R0005

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 5/2014 tas- 6 ta’ Jannar 2014 li jemenda d-Direttiva 2008/38/KE li tistabbilixxi lista ta' użu intiż tal-materjali tal-għalf għall-annimali għal skopijiet partikolari nutrizzjonali Test b’relevanza għaż-ŻEE

OJ L 2, 7.1.2014, p. 3–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 24/12/2020; Impliċitament imħassar minn 32020R0354

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2014/5(1)/oj

7.1.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 2/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 5/2014

tas-6 ta’ Jannar 2014

li jemenda d-Direttiva 2008/38/KE li tistabbilixxi lista ta' użu intiż tal-materjali tal-għalf għall-annimali għal skopijiet partikolari nutrizzjonali

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 767/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ għalf, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 79/373/KEE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 80/511/KEE, id-Direttivi tal-Kunsill 82/471/KEE, 83/228/KEE, 93/74/KEE, 93/113/KE u 96/25/KE u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/217/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(5) tiegħu,

Billi:

(1)

B'konformità mal-Artikolu 32(2) tar-Regolament (KE) Nru 767/2009, qabel l-1 ta' Settembru 2010 tressqu quddiem il-Kummissjoni bosta applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni għall-aġġornament tal-lista ta' użi maħsubin, kif imsemmi fl-Artikolu 10 ta' dak ir-Regolament.

(2)

Xi wħud minn dawk l-applikazzjonijiet jikkonċernaw tibdil tal-kundizzjonijiet marbutin mal-għanijiet nutrittivi partikolari “Restawr nutrizzjonali, konvalexxenza” fejn jikkonċerna l-klieb, u “Stabilizzazzjoni ta’ diġestjoni fiżjoloġika” rigward għalf li jista' jkun fih l-adittivi b'konċentrazzjonijiet ogħla daqs 100 darba mill-kontenut massimu rilevanti stabbilit fl-għalf komplet, kif imsemmi fl-Artikolu 8(2) tar-Regolament (KE) Nru 767/2009. L-applikazzjonijiet l-oħra jikkonċernaw għanijiet nutrittivi partikolari ġodda rigward ir-rekwiżit stabbilit fl-Artikolu 8(2) tar-Regolament (KE) Nru 767/2009.

(3)

Barra minn hekk, b'konformità mal-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 767/2009, il-Kummissjoni rċeviet applikazzjoni biex jiżdied l-għan nutrittiv partikolari “Tnaqqis ta' livelli ta' jodju fl-għalf fil-każ ta' ipertirojdiżmu” fir-rigward tal-qtates.

(4)

Mod speċifiku ta' tmigħ huwa l-amministrazzjoni ta' bolus. Biex ikun garantit użu xieraq u sikur ta' bolus bħala għalf għal għanijiet nutrittivi partikolari, għandhom jiġu stabbiliti rekwiżiti ġenerali għall-kundizzjonijiet marbutin ma' ċerti użi maħsubin.

(5)

Il-Kummissjoni poġġiet l-applikazzjonijiet kollha, inklużi d-dossiers, għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri.

(6)

Id-dossiers inklużi fl-applikazzjonijiet juru li l-kompożizzjoni tat-tipi diversi tal-għalf jissodisfaw l-għanijiet nutrittivi partikolari maħsuba rilevanti. “Restawr nutrizzjonali, konvalexxenza” fejn jikkonċerna l-klieb, u “Stabilizzazzjoni ta’ diġestjoni fiżjoloġika”“Tnaqqis ta' livelli ta' jodju fl-għalf fil-każ ta' ipertirojdiżmu” fir-rigward tal-qtates, “Sostenn tat-tħejjija għal, u l-irkupru minn eżerċizju ta' sforz sportiv” għall-equidae, “Kumpens għan-nuqqas ta' ħadid wara t-twelid” fir-rigward tal-ħnienes mhux miftuma u l-għoġġiela, “Sostenn tar-riġenerazzjoni ta' qwieqeb, saqajn u ġilda” fir-rigward ta' żwiemel, ruminanti u qżieqes, “Sostenn għat-tħejjija għall-estru u r-riproduzzjoni” fir-rigward ta' mammiferi u għasafar u “L-għotja tul żmien twil ta' mikronutrijenti u/jew vitamini lil annimali li jirgħu” fir-rigward tar-ruminanti b'kirxa funzjonali.

(7)

Barra minn hekk, l-evalwazzjoni wriet li t-tipi ta' għalf ikkonċernati ma għandhomx effetti ħżiena fuq is-saħħa tal-annimali u tal-bnedmin, fuq l-ambjent u fuq il-benessri tal-annimali. L-evalwazzjoni tad-dossiers kienet tinkludi verifika li l-karatterizzazzjoni livell għoli ta' ċertu addittiv tal-għalf timplika livell importanti tal-addittiv rispettiv li javviċina l-kontenut massimu stabbilit rilevanti fl-għalf komplet, iżda li ma jaqbiżx lil dan il-livell.

(8)

Għaldaqstant, l-applikazzjonijiet huma validi u l-għanijiet partikolari nutrittivi għandhom jinżiedu mal-lista tal-użi maħsubin, u l-kundizzjonijiet marbutin mal-għanijiet nutrittivi partikolari “Restawr nutrizzjonali, konvalexxenza” u “Stabilizzazzjoni ta’ diġestjoni fiżjoloġika” għandhom jinbidlu.

(9)

Għalhekk, id-Direttiva 2008/38/KE għandha tiġi emendata skont dan.

(10)

Peress li r-raġunijiet ta' sikurezza ma jitolbux l-applikazzjoni immedjata tal-modifiki għall-għalf li attwalment qed jitqiegħed fis-suq b'mod legali, huwa xieraq li l-partijiet interessati jingħataw perjodu tranżitorju biex jippreparaw ruħhom biex jilħqu r-rekwiżiti l-ġodda.

(11)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, u la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma opponewhom,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tad-Direttiva 2008/38/KE huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

L-għalf inkluż fl-Anness ta' dan ir-Regolament u msemmi fl-Artikolu 8(2) tar-Regolament (KE) Nru 767/2009 li kien diġà tqiegħed fis-suq b'mod legali qabel l-1 ta' Settembru 2010 u li ġie prodott u ttikkettat qabel is-27 ta’ Lulju 2014 jista' jibqa' jitqiegħed fis-suq u użat sakemm jintużaw l-istokkijiet kollha li fadal. Jekk dan l-għalf ikun maħsub għall-annimali ta' kumpanija (pets), id-data msemmija fl-aħħar sentenza hija is-27 ta’ Jannar 2016.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Jannar 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 229, 1.9.2009, p. 1.


ANNESS

L-Anness I tad-Direttiva 2008/38/KE huwa emendat kif ġej:

(1)

Fil-Parti A, jiżdied il-punt li ġej:

“10.

Meta għalf li jkun maħsub għal għanijiet nutrittivi partikolari jitqiegħed fis-suq fil-forma ta' bolus, billi dan huwa għalf, jew għalf supplimentari, maħsub biex jingħata b'mod orali permezz ta' tmigħ sfurzat, it-tikketta ta' dan l-għalf għandha, fejn hu applikabbli, tagħti l-perjodu massimu tar-rilaxx kontinwu mill-bolus u r-rata tar-rilaxx ta' kuljum għal kull addittiv li għalih ikun stabbilit kontenut massimu fl-għalf komplet. Fuq talba tal-awtorità kompetenti, l-operatur tan-negozju tal-għalf li jqiegħed bolus fis-suq għandu jagħti prova li l-livell tal-addittiv disponibbli fil-kanal tal-ikel kuljum ma jaqbiżx, jekk applikabbli, il-kontenut massimu tal-addittiv stabbilit għal kull kilogramma ta' għalf komplet matul il-perjodu kollu tat-tmigħ (effett ta' rilaxx bil-mod). Huwa rrakkomandat li l-għalf fil-forma ta' bolus jiġi amministrat minn veterinarju jew minn persuna kompetenti oħra.”

(2)

Il-Parti B tiġi emendata kif ġej:

Għan nutrittiv partikolari

Karatteristiċi nutrittivi essenzjali

Speċi jew kategorija tal-annimal

Dikjarazzjonijiet tal-ittikkettar

Tul tal-użu rakkomandat

Dispożizzjonijiet oħra

(a)

Ir-ringiela li ġejja tiddaħħal bejn ir-ringiela tal-għan nutrittiv partikolari “Regolazzjoni tal-metaboliżmu lipidu fil-każ ta' iperlipidimija” u r-ringiela tal-għan nutrittiv partikolari “Tnaqqis ta' ram fil-fwied”:

“Tnaqqis ta' livelli ta' jodju fl-għalf fil-każ ta' ipertirojdiżmu

Livell ristrett ta' jodju: massimu 0,26 mg/kg ta' għalf tal-annimali ta' kumpanija komplet b'kontenut ta' 12 % ndewwa.

Qtates

Total tal-jodju

Inizjalment mhux aktar minn 3 xhur

Indika fuq it-tikketta: 'Huwa rakkomandat li jinkiseb parir mingħand veterinarju qabel l-użu u qabel ma jittawwal il-perjodu tal-użu.”

(b)

Ir-ringiela tal-għan nutrittiv partikolari “Restawr nutrizzjonali, konvalexxenza” speċi jew kategorija ta' annimali: “klieb u qtates”, huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Restawr nutrizzjonali, konvalexxenza (*)

Densità kbira ta’ enerġija, konċentrazzjonijiet għolja ta’ nutrijenti essenzjali u ingredjenti faċilment diġeribbli

Klieb u qtates

Ingredjenti faċilment diġeribbli, inkluż it-trattament tagħhom jekk rilevanti

Valur tal-enerġija

Kontenut ta’ aċidi grassi n-3 u n-6 (jekk dawn huma miżjuda)

Sakemm jintlaħaq ir-restawr

Fil-każ ta’ għalf maħsub biex jingħata permezz ta' tubi, dan li ġej għandu jkun indikat fuq it-tikketta: ‘Amministrazzjoni taħt superviżjoni veterinarja.’

Enterococcus faecium DSM 10663 / NCIMB 10415 (E1707)

L-għalf supplimentari jista' jkun fih addittivi tal-grupp funzjonali ‘stabbilizzanti tal-batterji tal-musrana’ b'konċentrazzjoni ogħla minn 100 darba daqs il-kontenut massimu rilevanti stabbilit għall-għalf komplet.

Klieb

Isem l-istabbilizzant tal-batterji tal-musrana u l-ammont miżjud

Bejn 10 ijiem sa 15

L-istruzzjonijiet għall-użu tal-għalf għandhom jiżguraw li l-kontenut massimu legali tal-istabbilizzant tal-batterji tal-musrana għall-għalf komplet jiġi rispettat.

Indika fuq it-tikketta: ‘Huwa rakkomandat li jinkiseb parir mingħand veterinarju qabel l-użu u qabel ma jittawwal il-perjodu tal-użu.’

(c)

Ir-ringiela tal-għan nutrittiv partikolari “Stabbilizzazzjoni tad-diġestjoni fiżjoloġika” hija sostitwita b'dan li ġej:

“Stabilizzazzjoni tad-diġestjoni fiżjoloġika

Kapaċità ta’ tmewwit baxxa, u ingredjenti faċilment diġeribbli

Ħnienes

Ingredjenti faċilment diġeribbli, dan jinkludi t-trattament tagħhom, jekk rilevanti

Kapaċità ta’ tmewwit

Sors(i) ta’ sustanzi astrinġenti (jekk miżjuda)

Sors(i) ta’ sustanzi muċillaġini (jekk miżjuda)

Ġimagħtejn sa 4 ġimgħat

Indika fuq it-tikketta:

‘Fil-każ ta’ riskju ta’ disturbi diġestivi, matul il-perjodi ta’ disturbi diġestivi, jew waqt l-irkuprar minn disturbi diġestivi.’

Ingredjenti faċilment diġeribbli

Qżieqeż

Ingredjenti faċilment diġeribbli, dan jinkludi t-trattament tagħhom, jekk rilevanti

Sors(i) ta’ sustanzi astrinġenti (jekk miżjuda)

Sors(i) ta’ sustanzi muċillaġini (jekk miżjuda)

L-addittivi tal-għalf tat-tip ‘Stabbilizzanti tal-batterji tal-musrana’ tal-kategorija ‘addittivi żootekniċi’ kif imsemmija fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

L-għalf supplimentari jista' jkun fih addittivi tal-grupp funzjonali ‘stabbilizzanti tal-batterji tal-musrana’ b'konċentrazzjoni ogħla minn 100 darba daqs il-kontenut massimu rilevanti stabbilit għall-għalf komplet.

L-ispeċi ta' annimal li għalih huwa awtorizzat l-istabbilizzant tal-batterji tal-musrana

Isem l-istabbilizzant tal-batterji tal-musrana u l-ammont miżjud

Sa 4 ġimgħat

Indika fuq it-tikketta tal-għalf:

(1)

‘Fil-każ ta’ riskju ta’ disturbi diġestivi, matul il-perjodi ta’ disturbi diġestivi, jew waqt l-irkuprar minn disturbi diġestivi.’

(2)

Jekk applikabbli: ‘L-għalf fih stabbilizzant tal-batterji tal-musrana b'konċentrazzjoni ogħla minn 100 darba tal-kontenut massimu awtorizzat għall-għalf komplet.’

L-istruzzjonijiet għall-użu tal-għalf għandhom jiżguraw li l-kontenut massimu legali tal-istabbilizzant tal-batterji tal-musrana għall-għalf komplet jiġi rispettat.”

(d)

Ir-ringieli li ġejjin jiddaħħlu bejn ir-ringiela tal-għan nutrittiv partikolari “Tnaqqis tar-riskju tal-aċidożi” u r-ringiela tal-għan nutrittiv partikolari “Stabilizzazzjoni tal-bilanċ tal-ilma u l-elettroliti”:

“L-għotja tul żmien twil ta' mikronutrijenti u/jew vitamini lil annimali li jirgħu

Livell għoli ta'

Mikronutrijenti

u/jew

vitamini, provitamini u sustanzi ddefiniti sew kimikament li għandhom effetti simili.

L-għalf supplimentari jista' jkun fih addittivi b'konċentrazzjoni ogħla minn 100 darba daqs il-kontenut massimu rilevanti stabbilit għall-għalf komplet.

Ruminanti b'kirxa funzjonali

L-ismijiet u l-ammonti totali miżjuda ta' kull mikronutrijent, vitamina, provitamina u sustanza ddefinita kimikament li għandhom effetti simili.

Ir-rata ta' rilaxx kuljum ta' kull mikronutrijent u/jew vitamina jekk jintuża bolus;

Il-perjodu massimu tar-rilaxx kontinwu tal-mikronutrijent jew tal-vitamina jekk jintuża bolus.

Sa 12-il xahar

Hija permessa l-applikazzjoni fil-forma ta' bolus. Bolus jista' jkun fih sa 20 % ħadid f'forma inerti, mhux bijodisponibli, biex tiżdied id-densità tiegħu.

Indika fuq it-tikketta tal-għalf:

‘—

Is-supplimentazzjoni simultanja ta' addittivi b'kontenut massimu minn sorsi differenti minn ta' dawk fil-bolus, jekk applikabbli, għandha tiġi evitata.

Qabel l-użu, huwa rakkomandat li jintalab parir mingħand veterinarju jew dietologu dwar:

(1)

il-bilanċ tal-mikronutrijenti fil-porzjon ta' kuljum;

(2)

l-istatus tal-mikronutrijenti tal-merħla

Il-bolus fih x % ħadid inerti biex tiżdied id-densità tiegħu, jekk applikabbli.’

Kumpens għal nuqqas ta' ħadid disponibbli wara t-twelid

Livelli għoljin ta' komposti tal-ħadid awtorizzati skont il-grupp funzjonali ‘komposti ta' mikronutrijenti’ tal-kategorija ‘addittivi nutrittivi’ kif imsemmija fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

L-għalf supplimentari jista' jkun fih il-ħadid b'konċentrazzjoni ogħla minn 100 darba daqs il-kontenut massimu rilevanti stabbilit għall-għalf komplet.

Ħnienes mhux miftuma u għoġġiela

Kontenut totali ta' ħadid

Wara t-twelid sa 3 ġimgħat

L-istruzzjonijiet għall-użu tal-għalf għandhom jiżguraw li l-kontenut massimu legali tal-ħadid għall-għalf komplet jiġi rispettat.

Sostenn tar-riġenerazzjoni ta' qwieqeb, saqajn u ġilda

Livell għoli ta' żingu.

L-għalf supplimentari jista' jkun fih iż-żingu b'konċentrazzjoni ogħla minn 100 darba daqs il-kontenut massimu rilevanti stabbilit għall-għalf komplet.

Żwiemel, ruminanti u qżieqeż

L-ammont totali ta'

żingu

metjonina

Sa 8 ġimgħat

L-istruzzjonijiet għall-użu tal-għalf għandhom jiżguraw li l-kontenut massimu legali taż-żingu għall-għalf komplet jiġi rispettat.

Sostenn għat-tħejjija għall-estru u r-riproduzzjoni

Livell għoli ta'-selenju u

kontenut minimu ta' vitamina E f'kull kg ta' għalf komplet b'kontenut ta' ndewwa ta' 12 %, għall-qżieqeż, kontenut ta' 53 mg, għall-fniek, 35 mg, għall-klieb, il-qtates, il-mink, ta' 88 mg;

kontenut minimu ta' vitamina E kuljum għal kull annimal, għall-ovini 100 mg, għall-bovini 300 mg u għaż-żwiemel 1 100  mg

jew

Livell(i) għoli/għoljin ta'vitamina A

u/jew vitamina D u/jew

kontenut minimu ta' beta karotin ta' 300 mg kuljum għal kull annimal

L-għalf supplimentari jista' jkun fih is-selenju, u l-vitamini A u D b'konċentrazzjoni ogħla minn 100 darba daqs il-kontenut massimu rilevanti stabbilit għall-għalf komplet.

Mammiferi

L-ismijiet u l-ammonti totali ta' kull mikronutrijent u vitamina miżjuda.

Baqar: ħmistax qabel tmiem il-ġestazzjoni sa meta tiġi kkonfermata ġestazzjoni oħra.

Ħnieżer nisa: minn 7 ijiem qabel ma jwelldu sa 3 ijiem wara u minn 7 ijiem qabel it-tgħammir sa 3 ijiem wara.

Mammiferi nisa oħrajn: mill-aħħar ftit tal-ġestazzjoni sa meta tiġi kkonfermata ġestazzjoni oħra.

Irġiel: waqt perjodi ta' attività riproduttiva

L-istruzzjonijiet għall-użu tal-għalf għandhom jiżguraw li l-kontenut massimu legali għall-għalf komplet jiġi rispettat.

Indika fuq it-tikketta tal-għalf:

'Gwida għas-sitwazzjonijiet li fihom l-użu tal-għalf huwa rilevanti.”

Livell(i) għoli/għoljin tavitamina A u/jew vitamina D

jew

Livell(i) għoli/għoljin ta' selenju u/jew żingu u/jewkontenut minimu 44 mg/kg ta' vitamina E fl-għalf komplet b'kontenut ta' ndewwa ta' 12 %.

L-għalf supplimentari jista' jkun fih is-selenju, iż-żingu u l-vitamini A u D b'konċentrazzjoni ogħla minn 100 darba daqs il-kontenut massimu rilevanti stabbilit għall-għalf komplet.

Għasafar

L-ismijiet u l-ammonti totali ta' kull mikronutrijent u vitamina miżjuda.

Għan-nisa: waqt l-estru

Għall-irġiel: waqt perjodi ta' attività riproduttiva

(e)

Ir-ringiela li ġejja tiddaħħal bejn ir-ringiela tal-għan nutrittiv partikolari “Kumpens għat-telf tal-elettrolite fil-każi ta’ għaraq żejjed” u r-ringiela tal-għan nutrittiv partikolari “Restawr nutrizzjonali, konvalexxenza”, l-ispeċi jew il-kategorija tal-annimali: “L-annimali equidae”:

“Sostenn tat-tħejjija għal, u l-irkupru minn eżerċizju ta' sforz sportiv

Livell għoli ta' selenju u kontenut minimu ta' 50mg ta' vitamina E f'kull kg ta' għalf komplet b'kontenut ta' ndewwa ta' 12 %.

L-għalf supplimentari jista' jkun fih il-komposti tas-selenju b'konċentrazzjoni ogħla minn 100 darba daqs il-kontenut massimu rilevanti stabbilit għall-għalf komplet.

Equidae

L-ammont totali ta'

il-vitamina E:

is-selenju.

Sa 8 ġimgħat qabel l-eżerċizzju ta' sforz sportiv - Sa 4 ġimgħat wara l-eżerċizzju ta' sforz sportiv

L-istruzzjonijiet għall-użu tal-għalf għandhom jiżguraw li l-kontenut massimu legali tas-selenju għall-għalf komplet jiġi rispettat.”


(*)  Il-manifattur jista jikkompleta l-għan nutrittiv partikolari b'referenza għal-“Lipidosi ħepatika fellina”.”


Top