Help Print this page 

Document 32014L0094

Title and reference
Direttiva 2014/94/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 22 ta' Ottubru 2014 dwar l-installazzjoni ta' infrastruttura tal-karburanti alternattivi Test b'rilevanza għaż-ŻEE
  • In force
OJ L 307, 28.10.2014, p. 1–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2014/94/oj
Languages, formats and link to OJ
BG ES CS DA DE ET EL EN FR GA HR IT LV LT HU MT NL PL PT RO SK SL FI SV
HTML html BG html ES html CS html DA html DE html ET html EL html EN html FR html HR html IT html LV html LT html HU html MT html NL html PL html PT html RO html SK html SL html FI html SV
PDF pdf BG pdf ES pdf CS pdf DA pdf DE pdf ET pdf EL pdf EN pdf FR pdf HR pdf IT pdf LV pdf LT pdf HU pdf MT pdf NL pdf PL pdf PT pdf RO pdf SK pdf SL pdf FI pdf SV
Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal
 To see if this document has been published in an e-OJ with legal value, click on the icon above (For OJs published before 1st July 2013, only the paper version has legal value).
Multilingual display
Text

28.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 307/1


DIRETTIVA 2014/94/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tat-22 ta' Ottubru 2014

dwar l-installazzjoni ta' infrastruttura tal-karburanti alternattivi

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 91 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (3),

Billi:

(1)

Fil-Komunikazzjoni tagħha tat-3 ta' Marzu 2010 intitolata “Ewropa 2020: Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv”, il-Kummissjoni timmira li ssaħħaħ il-kompetittività u s-sigurtà tal-enerġija b'użu aktar effiċjenti tar-riżorsi u tal-enerġija.

(2)

Il-White Paper tal-Kummissjoni tat-28 ta' Marzu 2011 intitolata “Pjan direzzjonali għal Żona Unika Ewropea tat-Trasport — Lejn Sistema tat-Trasport Kompetittiva u li Tuża r-Riżorsi b'Mod Effiċjenti” appellat biex titnaqqas id-dipendenza tat-trasport fuq iż-żejt. Jeħtieġ li dan jinkiseb permezz ta' għadd ta' inizjattivi ta' politika, inkluż l-iżvilupp ta' strateġija sostenibbli għall-karburanti alternattivi kif ukoll tal-infrastruttura adegwata. Il-White Paper tal-Kummissjoni pproponiet ukoll tnaqqis ta' 60 % fl-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra mit-trasport sal-2050, meta mqabbla mal-livelli tal-1990.

(3)

Id-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) tistabbilixxi objettiv ta' sehem tas-suq ta' 10 % għal sorsi rinnovabbli tal-enerġija fil-karburanti tat-trasport.

(4)

Abbażi tal-konsultazzjoni mal-partijiet interessati u l-esperti nazzjonali, kif ukoll mill-għarfien espert riflessi fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta' Jannar 2013 intitolata “l-Enerġija Nadifa għat-Trasport: strateġija Ewropea dwar il-fjuwils alternattivi”, l-elettriku, l-idroġenu, il-bijokarburanti, il-gass naturali, u l-gass likwifikat miż-żejt (LPG) ġew identifikati bħala attwalment il-karburanti alternattivi ewlenin b'potenzjal li jissostitwixxu ż-żejt fit-tul, anke fid-dawl tal-użu simultanju u kkumbinat possibbli tagħhom, pereżempju permezz ta' sistemi ta' teknoloġija b'żewġ tipi ta' karburant.

(5)

Sorsi tal-enerġija tfisser is-sorsi alternattivi kollha tal-enerġija għat-trasport, bħall-elettriku u l-idroġenu, li ma jeħtieġx li jkunu rilaxxati permezz tal-kombustjoni jew l-ossidazzjoni mingħajr kombustjoni.

(6)

Il-karburanti sintetiċi, li jissostitwixxu d-diżil, il-petrol u l-karburant tal-avjazzjoni, jistgħu jiġu prodotti minn bażijiet differenti, li jbiddlu l-bijomassa, il-gass, il-faħam jew l-iskart tal-plastik f'karburanti likwidi, il-metan u d-dimetiletere (DME). Il-karburanti ta' diżil paraffiniku sintetiku, bħaż-żjut veġetali idrotrattati (HVO) u d-diżil Fischer-Tropsch, huma funġibbli u jistgħu jitħalltu fid-diżil fossili fi proporzjonijiet għoljin ħafna ta' taħlit, jew jistgħu jintużaw mhux imħallta f'vetturi attwali jew futuri li jaħdmu bid-diżil. Għalhekk, dawk il-karburanti jistgħu jiġu distribwiti, maħżuna jew użati mal-infrastruttura eżistenti. Il-karburanti sintetiċi li jissostitwixxu l-petrol, bħall-metanol u alkoħols oħrajn, jistgħu jitħalltu mal-petrol u jistgħu jintużaw teknikament mat-teknoloġija tal-vetturi attwali b'adattamenti żgħar. Il-metanol jista' jintuża wkoll għan-navigazzjoni fuq l-ilma intern u t-trasport marittimu fuq distanzi qosra. Il-karburanti sintetiċi u paraffiniċi għandhom potenzjal li jnaqqsu l-użu ta' sorsi taż-żejt fil-provvista tal-enerġija lit-trasport.

(7)

L-LPG jew l-awtogass huwa karburant alternattiv, idderivat mill-ipproċessar tal-gass naturali u r-raffinar taż-żejt, li għandu marka tal-karbonju aktar baxxa u emissjonijiet li jniġġsu sinifikattivament inqas mill-karburanti konvenzjonali. Il-bijo-LPG idderivat minn diversi sorsi ta' bijomassa huwa mistenni li jiżviluppa bħala teknoloġija vijabbli fuq perijodu ta' żmien medju sa twil. L-LPG jista' jintuża għat-trasport bit-triq (għall-karozzi u t-trakkijiet) għall-firxiet kollha ta' distanzi. Jista' jintuża wkoll għan-navigazzjoni fuq l-intern u t-trasport marittimu fuq distanzi qosra. L-infrastruttura tal-LPG hija relattivament żviluppata sew b'għadd sinifikanti ta' stazzjonijiet ta' distribuzzjoni diġà preżenti fl-Unjoni (madwar 29 000). Madankollu, id-distribuzzjoni ta' dawk l-istazzjonijiet ta' distribuzzjoni hija irregolari, b'penetrazzjoni baxxa f'għadd ta' pajjiżi.

(8)

Mingħajr preġudizzju għad-definizzjoni tal-karburanti alternattivi f'din id-Direttiva, għandu jiġi nnotat li jeżistu tipi addizzjonali ta' karburanti nodfa li jistgħu jirrappreżentaw alternattivi potenzjali għall-karburanti fossili. Għandhom jitqiesu r-riżultati promettenti mir-riċerka u l-iżvilupp meta jiġu magħżula tipi ġodda ta' karburanti alternattivi. L-istandards u l-leġislazzjoni għandhom jiġu mfassla b'tali mod li ma jagħtux preferenza għal xi tip partikolari ta' teknoloġija, sabiex ma jfixklux l-iżvilupp ulterjuri ta' karburanti alternattivi u trasportaturi tal-enerġija.

(9)

Ir-rapport tal-Grupp ta' Livell Għoli CARS 21 tas-6 ta' Ġunju 2012 iddikjara li n-nuqqas ta' infrastruttura armonizzata għall-karburanti alternattivi mal-Unjoni kollha jfixkel l-introduzzjoni fis-suq ta' vetturi li jużaw karburanti alternattivi u jdewwem il-benefiċċji ambjentali tagħhom. Fil-Komunikazzjoni tagħha tat-8 ta' Novembru 2012 intitolata “CARS 2020: Pjan ta' Azzjoni għal industrija tal-karozzi kompetittiva u sostenibbli fl-Ewropa”, il-Kummissjoni laqgħet ir-rakkomandazzjonijiet ewlenin tar-rapport tal-Grupp ta' Livell Għoli CARS 21, u ppreżentat Pjan ta' Azzjoni bbażat fuqhom. Din id-Direttiva hija waħda mill-azzjonijiet ewlenin dwar l-infrastruttura tal-karburanti alternattivi mħabbra mill-Kummissjoni.

(10)

Għandha tiġi evitata l-frammentazzjoni tas-suq intern minħabba l-introduzzjoni mhux ikkoordinata fis-suq tal-karburanti alternattivi. Għaldaqstant, oqfsa ta' politika kkoordinati tal-Istati Membri kollha għandhom jipprovdu s-sigurtà fit-tul meħtieġa għall-investiment privat u pubbliku fit-teknoloġija tal-vetturi u tal-karburanti, kif ukoll fil-bini tal-infrastruttura, għall-għan doppju tal-minimizzazzjoni tad-dipendenza fuq iż-żejt u l-mitigazzjoni tal-impatt ambjentali tat-trasport. Għalhekk, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu oqfsa ta' politika nazzjonali li jiddeskrivu l-miri u l-objettivi nazzjonali, kif ukoll l-azzjonijiet ta' appoġġ tagħhom għall-iżvilupp tas-suq fir-rigward tal-karburanti alternattivi, inkluż l-iskjerament tal-infrastruttura meħtieġa li għandha tiġi installata, b'kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet reġjonali u lokali u mal-industrija kkonċernata, filwaqt li jittieħed kont tal-ħtiġijiet tal-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju. Fejn meħtieġ, l-Istati Membri għandhom jikkooperaw ma' Stati Membri oħra fil-viċin tagħhom, fil-livell reġjonali jew makroreġjonali, permezz ta' konsultazzjoni jew ta' oqfsa konġunti ta' politika, b'mod partikolari fejn ikunu meħtieġa l-kontinwità tal-kopertura tal-infrastruttura għall-karburanti alternattivi bejn il-fruntieri nazzjonali, jew il-bini ta' infrastruttura ġdida qrib il-fruntieri nazzjonali, inklużi għażliet differenti ta' aċċess mhux diskriminatorju għall-punti tal-iċċarġjar u ta' riforniment. Il-koordinazzjoni ta' dawk l-oqfsa ta' politika nazzjonali u l-koerenza tagħhom fil-livell tal-Unjoni għandhom jiġu appoġġati b'kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u l-valutazzjoni kif ukoll ir-rapportar mill-Kummissjoni. Sabiex jiġi ffaċilitat ir-rapportar mill-Istati Membri tal-informazzjoni prevista fl-Anness I, linji gwida mhux vinkolanti għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni.

(11)

Huwa meħtieġ approċċ koordinat sabiex jintlaħqu l-ħtiġijiet fit-tul f'termini ta' enerġija tal-modi ta' trasport kollha. B'mod partikolari, il-politiki għandhom jibnu fuq l-użu ta' karburanti alternattivi, b'enfasi fuq il-ħtiġijiet speċifiċi ta' kull mod ta' trasport. Fl-elaborazzjoni tal-oqfsa ta' politika nazzjonali, għandu jittieħed kont tal-ħtiġijiet tal-modi differenti ta' trasport li jeżistu fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat, inklużi dawk li għalihom huma disponibbli alternattivi limitati għall-karburanti fossili.

(12)

L-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-oqfsa ta' politika nazzjonali tal-Istati Membri għandhom jiġu ffaċilitati mill-Kummissjoni permezz ta' skambju ta' informazzjoni u tal-aħjar prattika bejn l-Istati Membri.

(13)

Sabiex jiġu promossi l-karburanti alternattivi u tiġi żviluppata infrastruttura rilevanti, l-oqfsa ta' politika nazzjonali jistgħu jkunu jikkonsistu minn diversi pjanijiet, strateġiji jew dokumentazzjoni ta' ppjanar oħra żviluppati separatament jew b'mod integrat, jew f'forma oħra, u fil-livell amministrattiv deċiż mill-Istati Membri.

(14)

Il-karburanti inklużi fl-oqfsa nazzjonali tal-politika biss għandhom ikunu eliġibbli għall-miżuri ta' appoġġ tal-Unjoni u nazzjonali għall-infrastruttura tal-karburanti alternattivi, sabiex l-appoġġ pubbliku jkun jista' jiffoka fuq żvilupp koordinat tas-suq intern, lejn mobbiltà mal-Unjoni kollha bl-użu ta' vetturi u bastimenti li jużaw karburanti alternattivi.

(15)

Din id-Direttiva mhix intiża li tqiegħed piż finanzjarju addizzjonali fuq l-Istati Membri jew fuq l-awtoritajiet reġjonali u lokali. Għandu jkun possibbli li l-Istati Membri jimplimentaw din id-Direttiva bl-użu ta' firxa wiesgħa ta' inċentivi u miżuri regolatorji u mhux regolatorji, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-atturi tas-settur privat, li għandu jkollhom rwol ewlieni fl-appoġġ għall-iżvilupp ta' infrastruttura tal-karburanti alternattivi.

(16)

F'konformità mar-Regolament (UE) Nru 1316/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), l-iżvilupp ta' teknoloġiji ġodda u l-innovazzjoni, b'mod partikolari fir-rigward tad-dekarbonizzazzjoni tat-trasport, huwa eliġibbli għal finanzjament mill-Unjoni. Dak ir-Regolament jipprevedi wkoll l-għoti ta' finanzjament addizzjonali għal azzjonijiet li jisfruttaw is-sinerġiji bejn tal-anqas tnejn mis-setturi koperti minnu(jiġifieri t-trasport, l-enerġija u t-telekomunikazzjoni). Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni hija assistita mill-Kumitat ta' Koordinazzjoni tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (CEF) fil-koordinazzjoni tal-programmi ta' ħidma bil-għan li jkunu jistgħu jsiru sejħiet għal proposti multisettorjali, sabiex jittieħed vantaġġ sħiħ tas-sinerġiji possibbli bejn dawk is-setturi. Il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa b'hekk tikkontribwixxi għall-installazzjoni tal-infrastruttura tal-karburanti alternattivi.

(17)

Il-programm qafas Orizzont 2020, stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 1291/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) ser jipprovdi wkoll appoġġ għar-riċerka u l-innovazzjoni fir-rigward tal-vetturi li jaħdmu b'karburanti alternattivi u l-infrastruttura relatata, b'mod partikolari permezz tal-Isfida tas-Soċjetà “Trasport intelliġenti, ekoloġiku u integrat”. Dak is-sors speċifiku ta' finanzjament għandu jikkontribwixxi wkoll għall-iżvilupp tal-infrastruttura tal-karburanti alternattivi u għandu jitqies bis-sħiħ bħala opportunità addizzjonali biex jiġi żgurat suq ta' mobbiltà sostenibbli fl-Unjoni kollha.

(18)

Sabiex jitħeġġeġ l-investiment fit-trasport sostenibbli u jiġi appoġġat l-użu ta' netwerk kontinwu ta' karburanti alternattivi fl-Unjoni, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jappoġġaw miżuri nazzjonali u reġjonali għall-iżvilupp f'dan il-qasam. Huma għandhom jinkoraġġixxu skambji tal-aħjar prattiki fl-installazzjoni u l-ġestjoni tal-infrastruttura tal-karburanti alternattivi bejn l-inizjattivi għall-iżvilupp lokali u dawk reġjonali u, għal dan il-fini, għandhom jippromwovu l-użu tal-Fondi Ewropej Strutturali u ta' Investiment, b'mod partikolari l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond ta' Koeżjoni.

(19)

Għandhom jiġu implimentati miżuri ta' appoġġ għal infrastruttura għall-karburanti alternattivi, f'konformità mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat li jinsabu fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE). L-Istati Membri jistgħu jqisu li hu meħtieġ li jipprovdu appoġġ lill-operaturi affettwati minn din id-Direttiva skont ir-regoli applikabbli dwar l-għajnuna mill-Istat. Kwalunkwe miżura ta' appoġġ nazzjonali għall-infrastruttura tal-karburanti alternattivi notifikata lill-Kummissjoni għandha tiġi vvalutata mingħajr dewmien.

(20)

Il-linji gwida tan-Netwerk Trans-Ewropew tat-Trasport (TEN-T) jirrikonoxxu li l-karburanti alternattivi iservu, tal-inqas parzjalment, bħala sostitut għas-sorsi taż-żejt fossili fil-forniment tal-enerġija lit-trasport, jikkontribwixxu għad-dekarbonizzazzjoni tagħha u jtejbu l-prestazzjoni ambjentali tas-settur tat-trasport. Il-linji gwida tat-TEN-T jitolbu, fir-rigward tat-teknoloġiji ġodda u l-innovazzjoni, li t-TEN-T għandu jippermetti d-dekarbonizzazzjoni tal-modi kollha tat-trasport kemm billi jistimula l-effiċjenza tal-enerġija kif ukoll bl-introduzzjoni ta' sistemi ta' propulsjoni alternattivi u l-installazzjoni tal-infrastruttura korrispondenti. Il-linji gwida tat-TEN-T jitolbu wkoll li l-portijiet interni u l-portijiet fil-baħar, l-ajruporti u t-toroq tan-netwerk ewlieni stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 1315/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) (“Netwerk Ewlieni tat-TEN-T”) jipprevedu disponibbiltà ta' karburanti alternattivi. Fis-CEF, l-istrument ta' finanzjament tat-TEN-T jagħmel l-introduzzjoni fin-Netwerk Ewlieni tat-TEN-T ta' dawk it-teknoloġiji l-ġodda u l-innovazzjoni, inkluża l-infrastruttura għal karburanti nodfa alternattivi, eliġibbli għall-għotjiet. Barra minn hekk, l-installazzjoni ta' infrastruttura għall-karburanti nodfa alternattivi f'netwerk komprensiv usa' ser tkun tista' tirċievi assistenza finanzjarja mis-CEF fil-forma ta' strumenti tal-akkwist u strumenti finanzjarji, bħall-bonds għall-finanzjament ta' proġetti.

(21)

Il-bijokarburanti, kif iddefiniti fid-Direttiva 2009/28/KE, huma attwalment l-aktar tip importanti ta' karburanti alternattivi, responsabbli għal 4,7 % tal-karburanti totali kkunsmati fit-trasport fl-UE fl-2011. Huma jistgħu jikkontribwixxu wkoll għal tnaqqis sostanzjali fl-emissjonijiet ta' CO2 inġenerali, jekk jiġu prodotti b'mod sostenibbli. Jistgħu jipprovdu enerġija nadifa lill-modi kollha tat-trasport.

(22)

In-nuqqas ta' żvilupp armonizzat ta' infrastruttura għall-karburanti alternattivi mal-Unjoni kollha jipprevjeni l-iżvilupp ta' ekonomiji ta' skala fuq in-naħa tal-provvista, u t-trawwim ta' mobbiltà mal-Unjoni kollha fuq in-naħa tad-domanda. Jeħtieġ li jinbnew netwerks ġodda ta' infrastruttura, bħal dawk għall-elettriku, għall-gass naturali (gass naturali likwifikat (LNG) u gass naturali kkompressat (CNG)) u, fejn adatt, għall-idroġenu. Huwa importanti li jiġu rikonoxxuti l-istadji differenti ta' żvilupp ta' kull teknoloġija tal-karburanti u l-infrastrutturi relatati, inklużi l-maturità tal-mudelli kummerċjali għal investituri privati u d-disponibbiltà u l-aċċettazzjoni mill-utent ta' karburanti alternattivi. Għandha tiġi żgurata n-newtralità teknoloġika u l-oqfsa tal-politiki nazzjonali għandhom jieħdu kont debitu tar-rekwiżit li jiġi appoġġat l-iżvilupp kummerċjali tal-karburanti alternattivi. Barra minn hekk, għandu jittieħed kont tad-densità tal-popolazzjoni u l-karatteristiċi ġeografiċi meta jiġu mfassla l-oqfsa tal-politiki nazzjonali.

(23)

L-elettriku għandu l-potenzjal li jżid l-effiċjenza tal-enerġija tal-vetturi tat-triq u li jikkontribwixxi għal tnaqqis tas-CO2 fit-trasport. Huwa sors ta' enerġija li huwa indispensabbli għall-użu tal-vetturi elettriċi, inkluż il-vetturi tal-kategorija L kif imsemmi fid-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8), u fir-Regolament (UE) Nru 168/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9) li jistgħu jikkontribwixxu għat-titjib tal-kwalità tal-arja u t-tnaqqis tal-istorbju fl-agglomerazzjonijiet urbani/suburbani u żoni oħrajn b'densità għolja ta' popolazzjoni. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jinbena għadd adegwat ta' punti tal-iċċarġjar aċċessibbli għall-pubbliku, sabiex il-vetturi elettriċi jkunu jistgħu jiċċirkolaw tal-anqas fl-agglomerazzjonijiet urbani/suburbani u żoni oħra b'densità għolja ta' popolazzjoni, u, fejn adatt, f'netwerks determinati mill-Istati Membri. L-għadd ta' tali punti tal-iċċarġjar għandu jiġi stabbilit b'kont meħud tal-għadd stmat tal-vetturi elettriċi li ser ikunu rreġistrati sa tmiem l-2020 f'kull Stat Membru. Bħala indikazzjoni, l-għadd medju adegwat ta' punti tal-iċċarġjar għandu jkun ekwivalenti għal tal-anqas punt wieħed tal-iċċarġjar għal kull għaxar karozzi, b'kont meħud ukoll tat-tip ta' karozzi, it-teknoloġija tal-iċċarġjar u l-punti tal-iċċarġjar privati disponibbli. Għadd adegwat ta' punti tal-iċċarġjar aċċessibbli għall-pubbliku għandu jiġi installat, b'mod partikolari, fl-istazzjonijiet tat-trasport pubbliku, bħat-terminals tal-passiġġieri fil-portijiet, l-ajruporti jew l-istazzjonijiet ferrovjarji. Is-sidien privati ta' vetturi elettriċi jiddependu fil-biċċa l-kbira mill-aċċess għal punti tal-iċċarġjar f'parkeġġi kollettivi, bħal fi blokok tal-appartamenti u uffiċċji u postijiet tan-negozju. L-awtoritajiet pubbliċi għandhom jieħdu miżuri biex jassistu lill-utenti ta' tali vetturi billi jiżguraw li dawk li jiżviluppaw u jiġġestixxu s-siti jipprovdu infrastruttura adatta b'punti suffiċjenti għall-iċċarġjar ta' vetturi elettriċi.

(24)

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tinbena infrastruttura aċċessibbli għall-pubbliku għall-provvista tal-elettriku lil vetturi bil-mutur. Sabiex jiddefinixxu għadd adatt ta' punti tal-iċċarġjar aċċessibbli għall-pubbliku fil-qafas ta' politika nazzjonali tagħhom, għandu jkun possibbli li l-Istati Membri jieħdu kont tal-għadd ta' punti tal-iċċarġjar aċċessibbli għall-pubbliku li diġà għandhom fit-territorju tagħhom u tal-ispeċifikazzjonijiet tagħhom, u jiddeċiedu jekk jikkonċentrawx l-isforzi ta' installazzjoni fuq punti tal-iċċarġjar normali jew fuq dawk ta' qawwa għolja.

(25)

L-elettromobbiltà huwa qasam li qed jiżviluppa b'mod rapidu. It-teknoloġiji attwali tal-interfaċċi tal-iċċarġjar jinkludu l-konnetturi tal-kejbils, imma jeħtieġ li jiġu kkunsidrati wkoll it-teknoloġiji tal-interfaċċi futuri, bħal l-iċċarġjar mingħajr fili jew l-iskambju ta' batteriji. Il-leġislazzjoni għandha tiżgura li l-innovazzjoni teknoloġika hija ffaċilitata. Din id-Direttiva għalhekk għandha tiġi aġġornata kif adatt sabiex jittieħed kont tal-istandards futuri għal teknoloġiji bħall-iċċarġjar mingħajr fili u l-iskambju ta' batteriji.

(26)

Punt tal-iċċarġjar jew ta' riforniment aċċessibbli għall-pubbliku jista' jinkludi, pereżempju, punti tal-iċċarġjar jew ta' riforniment b'sjieda privata jew tagħmir aċċessibbli għall-pubbliku permezz ta' kards ta' reġistrazzjoni jew tariffi, punti tal-iċċarġjar jew ta' riforniment ta' skemi ta' car sharing li jippermettu aċċess lil utenti terzi permezz ta' abbonament, jew punti tal-iċċarġjar jew ta' riforniment fil-parkeġġipubbliċi. Punti tal-iċċarġjar jew ta' riforniment li jippermettu aċċess fiżiku lil utenti privati permezz ta' awtorizzazzjoni jew abbonament għandhom jitqiesu bħala punti tal-iċċarġjar jew ta' riforniment aċċessibbli għall-pubbliku.

(27)

L-elettriku u l-idroġenu huma sorsi tal-enerġija partikolarment attraenti għall-użu ta' vetturi elettriċi/biċ-ċelloli tal-karburant u vetturi tal-kategorija L f'agglomerazzjonijiet urbani/suburbani u żoni oħrajn b'densità għolja ta' popolazzjoni li jistgħu jikkontribwixxu għat-titjib tal-kwalità tal-arja u jnaqqsu l-istorbju. L-elettromobbiltà hija kontributur importanti biex jintlaħqu l-miri ambizzjużi tal-Unjoni fir-rigward tal-klima u l-enerġija għall-2020. Fil-fatt, id-Direttiva 2009/28/KE, trasposta mill-Istati Membri sal-5 ta' Diċembru 2010, stabbilixxiet objettivi obbligatorji għall-Istati Membri kollha għas-sehem tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli, bil-għan li jintlaħaq sal-2020 objettiv tal-UE ta' mill-inqas sehem ta' 20 % ta' enerġija minn sorsi rinnovabbli, u sehem ta' 10 % ta' enerġija rinnovabbli li tkun tintuża speċifikament fis-settur tat-trasport.

(28)

L-iċċarġjar ta' vetturi elettriċi fil-punti tal-iċċarġjar għandu, jekk ikun teknikament u finanzjarjament raġonevoli, jagħmel użu mis-sistemi ta' arloġġi intelliġenti sabiex jikkontribwixxu għall-istabbiltà tas-sistema tal-elettriku billi jiċċarġjaw il-batteriji min-netwerk ta' distribuzzjoni f'ħinijiet ta' domanda ġenerali baxxa għall-elettriku u jippermettu trattament sigur u flessibbli tad-data. Fil-perijodu fit-tul dan jista' wkoll jippermetti li l-vetturi elettriċi jalimentaw l-enerġija mill-batteriji lura fin-netwerk ta' distribuzzjoni f'ħinijiet ta' domanda ġenerali għolja għall-elettriku. Sistemi ta' arloġġi intelliġenti kif definit fid-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10) jippermettu li tiġi prodotta data f'ħin reali li tkun meħtieġa sabiex tiġi żgurata l-istabbiltà tan-netwerk ta' distribuzzjoni u jiġi mħeġġeġ 6l-użu razzjonali tas-servizzi tal-iċċarġjar. Is-sistemi ta' arloġġi intelliġenti jipprovdu informazzjoni preċiża u trasparenti dwar id-disponibbiltà tas-servizzi tal-iċċarġjar u kemm jiswew, biex b'hekk jiġi nkoraġġut l-iċċarġjar f'perijodi “off peak”, jiġifieri f'ħinijiet meta d-domanda ġenerali għall-elettriku tkun baxxa u l-prezzijiet tal-enerġija jkunu baxxi. L-użu tas-sistemi ta' arloġġi intelliġenti jottimizza l-iċċarġjar, b'benefiċċji għas-sistema tal-elettriku u għall-konsumaturi.

(29)

Fir-rigward tal-punti tal-iċċarġjar għal vetturi elettriċi li mhumiex aċċessibbli pubblikament, l-Istati Membri għandhom jimmiraw li jesploraw il-fattibbiltà teknika u finanzjarja ta' sinerġiji bi pjanijiet għall-introduzzjoni ta' arloġġi intelliġenti li jsegwu l-obbligu taħt l-Anness I.2 għad-Direttiva 2009/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11). L-operaturi tas-sistemi ta' distribuzzjoni għandhom rwol importanti fir-rigward tal-punti tal-iċċarġjar. Fl-iżvilupp tal-kompiti tagħhom, l-operaturi tas-sistemi ta' distribuzzjoni, li wħud minnhom jistgħu jkunu parti minn impriża integrata vertikalment li tkun is-sid jew l-operatur tal-punti tal-iċċarġjar, għandhom jikkooperaw fuq bażi mhux diskriminatorja ma' kwalunkwe sid jew operatur ieħor ta' punti tal-iċċarġjar, b'mod partikolari billi jipprovdulhom l-informazzjoni meħtieġa għall-aċċess u l-użu effiċjenti tas-sistema.

(30)

Fl-iżvilupp ta' infrastruttura għall-vetturi elettriċi, l-interazzjoni ta' dik l-infrastruttura mas-sistema tal-elettriku, kif ukoll il-politika tal-elettriku tal-Unjoni, għandhom ikunu konsistenti mal-prinċipji stabbiliti skont id-Direttiva 2009/72/KE. L-istabbiliment u l-operazzjoni tal-punti tal-iċċarġjar għall-vetturi elettriċi għandhom jiġu żviluppati bħala suq kompetittiv b'aċċess miftuħ għall-partijiet kollha interessati fl-introduzzjoni jew fl-operazzjoni tal-infrastrutturi tal-iċċarġjar.

(31)

L-aċċess tal-fornituri tal-elettriku tal-Unjoni għal punti tal-iċċarġjar għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-derogi skont l-Artikolu 44 tad-Direttiva 2009/72/KE.

(32)

Fl-2010, il-Kummissjoni tat mandat (M468) lill-Organizzazzjonijiet Ewropej tal-Istandardizzazzjoni (ESOs) biex joħorġu standards ġodda, jew jirrevedu l-istandards eżistenti, bil-għan li jiżguraw l-interoperabbiltà u l-konnettività bejn punt tal-provvista tal-elettriku u sistema tal-iċċarġjar tal-vetturi elettriċi. Is-CEN/CENELEC waqqaf grupp ta' fokus, li ppubblika rapport f'Ottubru 2011. Filwaqt li r-rapport kien fih għadd ta' rakkomandazzjonijiet, ma ntlaħaq l-ebda kunsens dwar l-għażla ta' interfaċċa standard waħdanija. Għaldaqstant, jeħtieġ aktar azzjoni ta' politika sabiex tipprovdi soluzzjoni mhux proprjetarja li tiżgura l-interoperabbiltà mal-Unjoni kollha.

(33)

Interfaċċa għall-iċċarġjar ta' vetturi elettriċi tista' tinkludi bosta żbokkijiet ta' sokits jew konnetturi għall-vetturi sakemm wieħed minn dawn ikun f'konformità mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi stabbiliti f'din id-Direttiva, sabiex ikun permess l-iċċarġjar multistandard. Madankollu, l-għażla magħmula f'din id-Direttiva għall-konnetturi komuni fl-Unjoni kollha għall-vetturi elettriċi (Tip 2 u Combo 2) ma għandhomx ikunu ta' ħsara għall-Istati Membri ladarba diġà investew fl-installazzjoni ta' teknoloġiji standardizzati oħra għall-punti tal-iċċarġjar u m'għandhomx jaffettwaw punti tal-iċċarġjar eżistenti installati qabel id-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva. Vetturi elettriċi li jkunu qed jiċċirkolaw diġà qabel id-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva għandhom ikunu jistgħu jiċċarġjaw, anke jekk dawn ikunu ġew maħsuba li jiċċarġjaw f'punti tal-iċċarġjar li ma jikkonformawx mal-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti f'din id-Direttiva. L-għażla tat-tagħmir għall-punti tal-iċċarġjar normali u ta' qawwa għolja għandha tkun konformi mar-rekwiżiti ta' sikurezza speċifiċi fis-seħħ fil-livell nazzjonali.

(34)

Faċilitajiet għall-provvista tal-elettriku max-xatt jistgħu jaqdu t-trasport marittimu u t-trasport tal-passaġġi fuq l-ilma intern bħala provvista ta' enerġija nadifa, partikolarment f'portijiet marittimi u dawk tan-navigazzjoni f'passaġġi fuq l-ilma intern fejn il-kwalità tal-arja mhix tajba jew fejn hemm livelli għoljin ta' storbju. L-elettriku max-xatt jista' jikkontribwixxi għal tnaqqis fl-impatt ambjentali tal-vapuri tal-baħar u l-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma intern.

(35)

L-istandardizzazzjoni tal-provvista tal-elettriku max-xatt ma għandhiex timpedixxi l-użu ta' sistemi li jkunu diġà stabbiliti qabel id-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva. B'mod partikolari, l-Istati Membri għandhom jippermettu l-manutenzjoni u l-aġġornament ta' sistemi eżistenti bil-għan li jiġi żgurat l-użu effiċjenti tagħhom tul il-ħajja kollha tagħhom, mingħajr ma tkun rikjesta konformità sħiħa mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi stabbiliti f'din id-Direttiva.

(36)

Il-provvista tal-elettriku lil ajruplani wieqfa fl-ajruporti tista' tnaqqas il-konsum tal-karburanti u l-istorbju, ittejjeb il-kwalità tal-arja u tnaqqas l-impatt fuq it-tibdil fil-klima. L-Istati Membri għalhekk għandhom jiżguraw li l-ħtieġa li tiġi installata provvista tal-elettriku fl-ajruporti tiġi kkunsidrata fl-oqfsa tal-politiki nazzjonali tagħhom.

(37)

Il-vetturi bil-mutur li jaħdmu bl-idroġenu, inklużi l-vetturi L li jaħdmu bl-idroġenu, bħalissa għandhom rati baxxi ħafna ta' penetrazzjoni fis-suq, iżda l-bini ta' infrastruttura suffiċjenti għar-riforniment tal-idroġenu jkun essenzjali biex jagħmel possibbli l-użu tal-vetturi bil-mutur li jaħdmu bl-idroġenu fuq skala akbar.

(38)

L-Istati Membri li jiddeċiedu li jinkludu punti ta' riforniment tal-idroġenu fl-oqfsa tal-politiki nazzjonali tagħhom, għandhom jiżguraw li tinbena infrastruttura aċċessibbli għall-pubbliku għall-provvista tal-elettriku lil vetturi bil-mutur, sabiex tiġi żgurata ċ-ċirkolazzjoni tal-vetturi bil-mutur li jaħdmu bl-idroġenu fin-netwerks iddeterminati minn dawk l-Istati Membri. Fejn adatt, għandhom jiġu kkunsidrati rabtiet transkonfinali bil-ħsieb li l-vetturi bil-mutur li jaħdmu bl-idroġenu jkunu jistgħu jiċċirkolaw fl-Unjoni kollha.

(39)

F'dak li għandu x'jaqsam mal-vetturi li jaħdmu bil-gass naturali, hemm madwar 3 000 punti ta' riforniment attivi fl-Unjoni. Punti ta' riforniment addizzjonali jistgħu jiġu installati u pprovduti miż-żona li hija attwalment żviluppata sew li tkopri n-netwerks ta' distribuzzjoni tal-gass naturali fl-Unjoni, dment li l-kwalità tal-gass tkun adatta għall-użu f'vetturi tal-gass li jużaw it-teknoloġiji eżistenti u avvanzati. In-netwerk ta' distribuzzjoni attwali għall-gass naturali tista' tiġi ssupplimentata b'punti ta' riforniment lokali li jużaw bijometan prodott lokalment.

(40)

Infrastruttura komuni għall-gass naturali tirrikjedi speċifikazzjonijiet tekniċi komuni għall-hardware tagħha kif ukoll għall-kwalità tal-gass. Il-kwalità tal-gass naturali li jintuża fl-Unjoni tiddependi mill-oriġini tiegħu, mill-kostitwenti tiegħu, eż. il-bijometan imħallat fil-gass naturali, u mill-mod li bih il-gass jiġi ttrattat tul il-katina ta' distribuzzjoni. Għalhekk, firxa ta' karatteristiċi tekniċi tista' tipprevjeni l-użu ottimali tal-magni u tnaqqas l-effiċjenza tal-enerġija tagħhom. F'dan ir-rigward, il-Kumitat Tekniku CEN/TC 408 — Kumitat tal-Proġett qed jiżviluppa sett ta' speċifikazzjonijiet tal-kwalità għall-gass naturali li jintuża fit-trasport u għall-injezzjoni tal-bijometan fin-netwerk ta' distribuzzjoni tal-gass naturali.

(41)

L-Istati Membri għandhom jiżguraw, permezz tal-oqfsa tal-politiki nazzjonali tagħhom, li jinbena għadd adegwat ta' punti ta' riforniment aċċessibbli għall-pubbliku għall-provvista tas- CNG jew bijometan ikkompressat għall-vetturi bil-mutur, sabiex tiġi żgurata li l-vetturi bil-mutur tas-CNG ikunu jistgħu jiċċirkolaw fl-agglomerazzjonijiet urbani/suburbani u żoni oħrajn b'densità għolja ta' popolazzjoni kif ukoll fl-Unjoni kollha, tal-anqas tul in-Netwerk Ewlieni tat-TEN-T eżistenti. Meta jistabbilixxu n-netwerks tagħhom għall-provvista tas-CNG għall-vetturi bil-mutur, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-punti ta' riforniment aċċessibbli għall-pubbliku jkunu installati, b'kont meħud tad-distanza minima li jistgħu jkopru l-vetturi bil-mutur tas-CNG. Bħala indikazzjoni, id-distanza medja meħtieġa bejn il-punti ta' riforniment għandha tkun madwar 150 km. Biex jiġu żgurati l-funzjonament tas-suq u l-interoperabbiltà, il-punti kollha ta' riforniment tas-CNG għall-vetturi bil-mutur għandhom jipprovdu gass tal-kwalità meħtieġa għall-użu fil-vetturi b'teknoloġija attwali u avvanzata li jaħdmu bis-CNG.

(42)

L- LNG huwa karburant alternattiv attraenti għall-bastimenti, biex jilħqu r-rekwiżiti ta' tnaqqis tal-kontenut tal-kubrit fil-karburanti tal-baħar fiż-Żoni ta' Kontroll tal-Emissjonijiet SOx, li jolqtu nofs il-vapuri li jbaħħru fit-trasport marittimu Ewropew fuq distanzi qosra, kif previst fid-Direttiva 2012/33/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12). Netwerk ewlieni ta' punti ta' riforniment għal-LNG fil-portijiet marittimi u interni għandu jkun disponibbli, tal-inqas, sa tmiem l-2025 u l-2030 rispettivament. Il-punti ta' riforniment għal-LNG jinkludu, fost l-oħrajn, terminals tal-LNG, tankijiet, kontejners mobbli, bastimenti li jaħżnu u jfornu l-karburanti u barkuni. L-enfasi inizjali fuq in-netwerk ewlieni ma għandhiex teskludi l-possibbiltà li, fi żmien aktar fit-tul, l-LNG isir disponibbli wkoll f'portijiet barra min-netwerk ewlieni, partikolarment dawk il-portijiet li huma importanti għall-bastimenti li mhumiex involuti f'operazzjonijiet tat-trasport. Id-deċiżjoni dwar is-sit tal-punti ta' riforniment tal-LNG fil-portijiet għandha tkun ibbażata fuq analiżi tal-kost u l-benefiċċji, inkluż eżami tal-benefiċċji ambjentali. Għandhom jiġu kkunsidrati wkoll id-dispożizzjonijiet applikabbli relatati mas-sikurezza. L-installazzjoni tal-infrastruttura tal-LNG prevista f'din id-Direttiva m'għandhiex tfixkel l-iżvilupp ta' karburanti alternattivi futuri oħra effiċjenti fl-enerġija u b'potenzjal.

(43)

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jimpenjaw ruħhom li jimmodifikaw il-Ftehim Ewropew dwar it-Trasport Internazzjonali ta' Oġġetti Perikolużi fuq Passaġġi tal-Ilma Interni, konkluż f'Ġinevra fis-26 ta' Mejju 2000, kif emendat (ADN), sabiex tkun permessa t-trasport fuq skala kbira tal-LNG f'passaġġi fuq l-ilma interni. L-emendi li dan jinvolvi għandhom isiru applikabbli għat-trasport kollu fit-territorju tal-Unjoni billi jiġi adattat l-Anness III, Taqsima III.1 tad-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13) dwar it-trasport intern ta' oġġetti perikolużi. Id-Direttiva 2006/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14) għandha tiġi emendata, fejn meħtieġ, biex tippermetti l-użu effiċjenti u sigur tal-LNG għall-propulsjoni ta' bastimenti f'passaġġi fuq l-ilma interni. L-emendi proposti ma għandhomx ikunu f'konflitt mad-dispożizzjonijiet tal-ADN applikabbli fit-territorju tal-Unjoni bis-saħħa tal-Anness III, Taqsima III.1 tad-Direttiva 2008/68/KE.

(44)

L-Istati Membri għandhom jiżguraw sistema ta' distribuzzjoni adatta bejn l-istazzjonijiet tal-ħażna u l-punti ta' riforniment għal-LNG. Fir-rigward tat-trasport bit-triq, id-disponibbiltà u s-sit ġeografiku tal-punti ta' tagħbija għal vetturi b'tank tal-LNG huma essenzjali għall-iżvilupp ta' mobbiltà tal-LNG ekonomikament sostenibbli.

(45)

L-LNG, inkluż il-bijometan likwifikat, jista' joffri ukoll teknoloġija kosteffiċjenti li tippermetti lill-vetturi tqal jilħqu l-limiti stretti ħafna ta' emissjonijiet ta' sustanzi li jniġġsu, skont l-istandards Euro VI kif imsemmi fir-Regolament (UE) Nru 595/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15).

(46)

In-Netwerk Ewlieni tat-TEN-T għandu jkun il-bażi għall-installazzjoni tal-infrastruttura tal-LNG, billi jkopri l-flussi ewlenin tat-traffiku, u jagħti lok għal benefiċċji tan-netwerk. Meta jkunu qed jistabbilixxu n-netwerks tagħhom għall-forniment tal-LNG għal vetturi tqal b'mutur, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jiġu installati l-punti ta' riforniment aċċessibbli għall-pubbliku, tal-anqas tul in-Netwerk Ewlieni tat-TEN-T eżistenti, f'distanzi adegwati b'kont meħud tad-distanza minima ta' vetturi tqal b'mutur tal-LNG. Bħala indikazzjoni, id-distanza medja meħtieġa bejn il-punti ta' riforniment għandha tkun ta' madwar 400 kilometru.

(47)

L-installazzjoni tal-punti ta' riforniment kemm għal-LNG u għas-CNG għandha tkun ikkoordinata kif xieraq mal-implimentazzjoni tan-Netwerk Ewlieni tat-TEN-T.

(48)

Għadd xieraq ta' punti ta' riforniment aċċessibbli għall-pubbliku tal-LNG u s-CNG għandu jiġi installat sal-31 ta' Diċembru 2025, tal-anqas tul in-Netwerk Ewlieni tat-TEN-T eżistenti f'dik id-data, u wara dik id-data, fuq il-partijiet l-oħra tan-Netwerk Ewlieni tat-TEN-T fejn dawn isiru aċċessibbli għall-vetturi.

(49)

Fid-dawl tad-diversità dejjem tikber fit-tipi ta' karburanti għall-vetturi bil-mutur, flimkien mat-tkabbir kontinwu fil-mobbiltà bit-triq taċ-ċittadini mal-Unjoni kollha, jeħtieġ li l-utenti tal-vetturi jiġu pprovduti b'informazzjoni ċara u faċli li tinftiehem dwar il-karburanti disponibbli fl-istazzjonijiet ta' riforniment u dwar il-kompatibbiltà tal-vettura tagħhom mal-karburanti differenti jew il-punti tal-iċċarġjar fis-suq tal-Unjoni tal-karburanti tat-trasport, mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2009/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (16). L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jiddeċiedu li jimplimentaw dawn il-miżuri ta' informazzjoni fir-rigward tal-vetturi fiċ-ċirkolazzjoni.

(50)

Fin-nuqqas ta' standard Ewropew għal karburant alternattiv partikolari, l-Istati Membri għandhom jitħallew jużaw standards oħrajn għall-informazzjoni tal-utent u t-tikkettar.

(51)

Informazzjoni sempliċi u li titqabbel faċilment rigward il-prezzijiet tal-karburanti differenti jista' jkollha rwol importanti biex tippermetti lill-utenti tal-vetturi jevalwaw aħjar il-kost relattiv tal-karburant individwali disponibbli fuq is-suq. Għaldaqstant, meta il-prezzijiet tal-karburanti jintwerew fi stazzjonijiet tal-karburanti, b'mod partikolari għall-gass naturali u l-idroġenu, għandu jkun possibbli li l-paragun tal-prezz ta' kull unità ma' dak ta' karburanti konvenzjonali, pereżempju ma' “ekwivalenti għal litru (1) petrol”, jintwera għall-finijiet ta' informazzjoni.

(52)

Fid-dawl tad-diversità li qed tiżdied fit-tipi ta' karburant għal vetturi bil-mutur, huwa meħtieġ li l-utenti tal-vetturi jiġu pprovduti b'data li tirrigwarda s-sit ġeografiku tar-riforniment u l-punti tal-iċċarġjar aċċessibbli għall-pubbliku ta' karburanti alternattivi koperti b'din id-Direttiva. Għalhekk, meta kumpanniji jew siti tal-internet jagħtu din l-informazzjoni, din għandha tkun aċċessibbli fuq bażi miftuħa u nondiskriminatorja lill-utenti kollha.

(53)

Huwa ta' importanza partikolari għal tfassil ta' politika bbażata fuq il-fatti fil-livelli kollha li jinġabru l-aħjar prattiki u data kkoordinata permezz ta' attivitajiet ta' monitoraġġ, bħall-Portal Vetturi Nodfa u l-Osservatorju Ewropew għall-Elettromobbiltà.

(54)

Informazzjoni ewlenija dwar id-disponibbiltà ta' punti tal-iċċarġjar u tar-riforniment u kwalunkwe informazzjoni oħra meħtieġa għall-mobbiltà fl-Unjoni kollha għandha tiġi inkluża, fejn applikabbli, fis-servizzi tal-informazzjoni dwar it-traffiku u l-ivvjaġġar bħala parti mis-sistema ta' trasport intelliġenti.

(55)

Sabiex jiġi żgurat l-adattament tad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva għall-iżvilupp tas-suq u l-progress tekniku, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti f'konformità mal-Artikolu 290 TFUE, fir-rigward tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-punti ta' riforniment u tal-iċċarġjar u standards rilevanti. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni ssegwi l-prattika normali tagħha u twettaq konsultazzjonijiet xierqa tul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell tal- ta' atti delegati, il-Kummissjoni għandha tiżgura trasmissjoni simultanja, fil-ħin u adegwata ta' dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(56)

L-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (OMI) tiżviluppa standards ta' sigurtà u ambjentali uniformi u rikonoxxuti internazzjonalment għat-trasport marittimu. Kunflitti mal-istandards internazzjonali għandhom jiġu evitati fid-dawl tan-natura globali tat-trasport marittimu. Għalhekk l-Unjoni għandha tiżgura li l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għat-trasport marittimu adottati skont din id-Direttiva jkunu konsistenti mar-regoli internazzjonali adottati mill-OMI.

(57)

L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-interoperabbiltà tal-punti tal-iċċarġjar u ta' riforniment għandhom jiġu speċifikati fi istandards Ewropej jew internazzjonali. L-ESOs għandhom jadottaw l-istandards Ewropej f'konformità mal-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (17), u dawk l-istandards għandhom ikunu bbażati fuq standards internazzjonali attwali jew fuq ħidma attwali ta' standardizzazzjoni internazzjonali, fejn applikabbli. Għall-istandards li għadhom ma ġewx adottati, il-ħidma għandha tkun ibbażata fuq standards li qed jiġu żviluppati: “Linji gwida għas-sistemi u l-installazzjonijiet għall-provvista tal-LNG bħala karburant għall-bastimenti” (ISO/DTS 18683), “Stazzjonijiet ta' riforniment tal-gass naturali — Stazzjonijiet tal-LNG għar-riforniment tal-vetturi” (ISO/DIS 16924) u “Stazzjonijiet ta' riforniment tal-gass naturali — Stazzjonijiet tas-CNG għar-riforniment tal-vetturi” (ISO/DIS 16923). Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li taġġorna, permezz ta' atti delegati, ir-referenzi għall-ispeċifikazzjonijiet tekniċi mogħtija fi standards Ewropej jew internazzjonali.

(58)

Fl-applikazzjoni ta' din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta ma' gruppi ta' esperti rilevanti, inkluż tal-inqas il-Grupp Espert Ewropew dwar Karburanti Futuri għat-Trasport, li huwa magħmul minn esperti mill-industrija u mis-soċjetà ċivili, kif ukoll il-Grupp Espert Konġunt għat-Trasport u l-Ambjent, li jġib flimkien esperti mill-Istati Membri.

(59)

Grupp ta' esperti msejjaħ Forum Ewropew dwar Trasport Marittimu Sostenibbli (ESSF) ġie stabbilit mill-Kummissjoni sabiex jassistiha fl-implimentazzjoni tal-attivitajiet tal-Unjoni fil-qasam tas-sostenibbiltà tat-trasport marittimu. Sottogrupp għal-LNG marittimu ġie stabbilit taħt l-ESSF, bil-mandat li jipproponi lill-ESSF l-iżvilupp ta' standards jew regoli għal-LNG marittimu bħala karburant tal-vapuri li jkopri aspetti tekniċi, operazzjonali, ta' sigurtà, ta' sikurezza, ta' taħriġ u ambjentali tal-forniment tal-LNG lill-bastimenti. Kumitat Ewropew għall-Ħolqien ta' Standards Tekniċi (CESTE) ġie stabbilit biex jittratta l-istandards tekniċi fil-qasam tan-navigazzjoni fuq l-ilma intern. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni ssegwi l-prattika li normalment issegwi u twettaq konsultazzjonijiet mal-esperti, inklużi l-ESSF u s-CESTE, qabel ma tadotta l-atti delegati dwar ir-rekwiżiti tal-forniment tal-LNG lill-bastimenti, inklużi l-aspetti ta' sikurezza relatati miegħu.

(60)

Il-Kummissjoni Ċentrali għan-Navigazzjoni fuq ir-Renu (CCNR) hija organizzazzjoni internazzjonali li tindirizza l-kwistjonijiet kollha dwar in-navigazzjoni fuq l-ilma intern. Il-Kummissjoni tad-Danubju hija organizzazzjoni intergovernattiva internazzjonali li tipprovdi u tiżviluppa navigazzjoni libera fuq id-Danubju. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni ssegwi l-prattika li normalment issegwi u twettaq konsultazzjonijiet ma' esperti, inkluż s-CCNR u l-Kummissjoni tad-Danubju, qabel ma tadotta atti delegati dwar in-navigazzjoni fuq l-ilma intern.

(61)

Meta kwistjonijiet relatati ma' din id-Direttiva, bl-eċċezzjoni tal-implimentazzjoni jew il-ksur tagħha, ikunu qed jiġu eżaminati minn esperti, li għalhekk ikunu qed jaġixxu bħala gruppi ta' esperti, il-Parlament Ewropew għandu jirċievi informazzjoni u dokumentazzjoni sħiħa u, fejn opportun, stedina biex jattendi l-laqgħat rilevanti.

(62)

Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tingħata setgħat ta' implimentazzjoni biex tistipula proċeduri u speċifikazzjonijiet komuni. Dawn is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati f'konformità ma-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (18).

(63)

Biex jiġi żgurat li karburanti alternattivi għat-trasport jkunu tal-kwalità rekwiżita għall-użu fit-teknoloġija tal-magni attwali u futuri, u li joffru livell għoli ta' prestazzjoni ambjentali fir-rigward tas-CO2 u emissjonijiet ta' tniġġis oħra, il-Kummissjoni għandha tissorvelja l-introduzzjoni tagħhom fis-suq. Għal dak il-għan, il-Kummissjoni għandha, jekk adatt, tipproponi l-miżuri legali meħtieġa biex tiżgura livell għoli armonizzat ta' kwalità ta' karburant fl-Unjoni kollha.

(64)

Sabiex jinkiseb l-użu l-aktar wiesa' ta' karburanti alternattivi għat-trasport, filwaqt li biex tiġi żgurata n-newtralità teknoloġika, u biex tiġi promossa mobbiltà elettrika sostenibbli mal-Unjoni kollha, il-Kummissjoni għandha, jekk tqis li dan ikun xieraq, tieħu l-miżuri adegwati, bħall-adozzjoni ta' Pjan ta' Azzjoni għall-implimentazzjoni tal-istrateġija deskritta fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bl-isem “Enerġija Nadifa għat-Trasport: strateġija Ewropea għal karburanti alternattivi”. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni tista' tqis il-ħtiġijiet u l-iżviluppi fis-swieq individwali fl-Istati Membri.

(65)

Billi l-objettiv ta' din id-Direttiva, jiġifieri li jitrawwem żvilupp estensiv tas-suq tal-karburanti alternattivi, ma jistax jintlaħaq b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri individwalment, iżda jista' pjuttost, minħabba l-ħtieġa ta' azzjoni li tissodisfa d-domanda għal massa kritika ta' vetturi li jaħdmu b'karburanti alternattivi u għal żviluppi kosteffiċjenti mill-industrija Ewropea, u biex tkun possibbli l-mobbiltà mal-Unjoni kollha tal-vetturi li jaħdmu b'karburanti alternattivi, jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stipulat f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħaq dak l-objettiv,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Suġġett

Din id-Direttiva tistabbilixxi qafas komuni ta' miżuri għall-installazzjoni ta' infrastruttura tal-karburanti alternattivi fl-Unjoni sabiex timminimizza d-dipendenza fuq iż-żejt u biex jiġi mmitigat l-impatt tat-trasport fuq l-ambjent. Din id-Direttiva tistabbilixxi r-rekwiżiti minimi għall-bini ta' infrastruttura għall-karburanti alternattivi, inkluż punti tal-iċċarġjar għall-vetturi elettriċi u punti ta' riforniment għall-gass naturali (LNG u CNG) u għall-idroġenu, li għandha tiġi implimentata permezz tal-oqfsa ta' politika nazzjonali tal-Istati Membri, kif ukoll l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi komuni għal tali punti ta' ċċarġjar u ta' riforniment, u r-rekwiżiti għall-informazzjoni tal-utent.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“karburanti alternattivi” tfisser karburanti jew sorsi tal-enerġija li jservu, tal-anqas parzjalment, ta' sostitut għas-sorsi ta' żejt fossili fil-provvista tal-enerġija għat-trasport, u li għandhom il-potenzjal li jikkontribwixxu lejn id-dekarbonizzazzjoni u jsaħħu l-prestazzjoni ambjentali tas-settur tat-trasport. Dawn jinkludu, inter alia:

l-elettriku,

l-idroġenu,

il-bijokarburanti kif iddefiniti fil-punt (i) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/28/KE,

il-karburanti sintetiċi u paraffiniċi,

il-gass naturali, inkluż il-bijometan, f'forma gassuża (gass naturali kkompressat — (CNG)) u f'forma likwifikata (gass naturali likwifikat — (LNG)), u

il-gass likwifikat miż-żejt (LPG);

(2)

“vettura elettrika” tfisser vettura bil-mutur mgħammra b'sistema ta' propulsjoni li fiha tal-inqas magna elettrika mhux periferika waħda bħala konvertitur tal-enerġija b'sistema ta' ħażna ta' enerġija elettrika rikarikabbli, li tista' tiġi ċċarġjata esternament;

(3)

“punt tal-iċċarġjar” tfisser interfaċċa, li tista' tiċċarġja vettura waħda kull darba jew tbiddel batterija ta' vettura elettrika waħda kull darba;

(4)

“punt tal-iċċarġjar b'potenza normali” tfisser punt tal-iċċarġjar li jippermetti trasferiment tal-elettriku lil vettura elettrika b'potenza ugwali għal 22 kW jew inqas, eskluż tagħmir b'potenza ta' 3,7 kW jew inqas, li huwa installat f'unitajiet domestiċi privati jew li l-għan ewlieni tiegħu mhuwiex l-iċċarġjar ta' vetturi elettriċi u li mhuwiex aċċessibbli għall-pubbliku;

(5)

“punt tal-iċċarġjar b'potenza qawwija” tfisser punt tal-iċċarġjar li jippermetti trasferiment tal-elettriku lil vettura elettrika b'potenza ta' aktar minn 22 kW;

(6)

“provvista tal-elettriku max-xtut” tfisser il-forniment tal-enerġija elettrika max-xtut permezz ta' interfaċċa standardizzata lill-vapuri tat-tbaħħir jew bastimenti tal-passaġġi tal-ilma interni li jkunu fuq l-irmiġġ;

(7)

“punt tal-iċċarġjar jew ta' riforniment aċċessibbli għall-pubbliku” tfisser punt tal-iċċarġjar jew ta' riforniment li jforni karburant alternattiv li jipprovdi aċċess mhux diskriminatorju lill-utenti fl-Unjoni kollha. Aċċess mhux diskriminatorju jista' jinkludi kondizzjonijiet differenti ta' awtentikazzjoni, użu u ħlas;

(8)

“punt ta' riforniment” tfisser faċilità ta' riforniment għall-forniment ta' kwalunkwe karburant għajr l-LNG, permezz ta' installazzjoni fissa jew installazzjoni mobbli;

(9)

“punt ta' riforniment tal-LNG” tfisser faċilità ta' riforniment għall-forniment tal-LNG, li tikkonsisti minn faċilità fissa jew mobbli, faċilità fuq il-baħar, jew sistema oħra.

Artikolu 3

Oqfsa ta' politika nazzjonali

1.   Kull Stat Membru għandu jadotta qafas ta' politika nazzjonali għall-iżvilupp tas-suq fir-rigward tal-karburanti alternattivi fis-settur tat-trasport u l-installazzjoni tal-infrastruttura rilevanti. Hi għandha tinkludi mill-anqas dan li ġej:

Evalutazzjoni tas-sitwazzjoni attwali u l-iżvilupp futur tas-suq fir-rigward ta' karburanti alternattivi fis-settur tat-trasport, inkluż fid-dawl tal-użu simultanju u kkumbinat possibbli tagħhom, u tal-iżvilupp ta' infrastruttura ta' karburanti alternattivi, filwaqt li tiġi kkunsidrata, fejn rilevanti, il-kontinwità transkonfinali;

miri u objettivi nazzjonali, skont l-Artikoli 4(1), 4(3), 4(5), 6(1), 6(2), 6(3), 6(4), 6(6), 6(7), 6(8) u, fejn applikabbli, l-Artikolu 5(1), għall-installazzjoni ta' infrastruttura ta' karburanti alternattivi. Dawk il-miri u l-objettivi nazzjonali għandhom jiġu stabbiliti u jistgħu jiġu riveduti abbażi ta' valutazzjoni tad-domanda nazzjonali, reġjonali jew fl-Unjoni kollha, filwaqt li tiġi żgurata l-konformità mar-rekwiżiti minimi tal-infrastruttura stabbiliti f'din id-Direttiva;

jintlaħqu l-miżuri meħtieġa biex jiġu żgurati l-miri u l-objettivi nazzjonali li jinsabu fil-qafas ta' politika nazzjonali tagħhom;

miżuri li jistgħu jippromwovu l-installazzjoni ta' infrastruttura ta' karburanti alternattivi fis-servizzi tat-trasport pubbliku;

għażla tal-agglomerazzjonijiet urbani/suburbani, ta' żoni u ta' netwerks oħra b'densità għolja ta' popolazzjoni, li, skont il-ħtiġijiet tas-suq, għandhom ikunu mgħammra b'punti tal-iċċarġjar aċċessibbli għall-pubbliku f'konformità mal-Artikolu 4(1);

għażla tal-agglomerazzjonijiet urbani/suburbani, ta' żoni u ta' netwerks oħra b'densità għolja ta' popolazzjoni, li, skont il-ħtiġijiet tas-suq, għandhom ikunu mgħammra b'punti ta' riforniment tas-CNG f'konformità mal-Artikolu 6(7);

valutazzjoni tal-ħtieġa għall-installazzjoni ta' punti ta' riforniment għal-LNG f'portijiet barra min-Netwerk Ewlieni tat-TEN-T;

konsiderazzjoni tal-ħtieġa għall-installazzjoni ta' provvista tal-elettriku fl-ajruporti għall-użu minn ajruplani weqfin.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-oqfsa ta' politika nazzjonali jieħdu kont tal-ħtiġijiet tal-modi differenti ta' trasport li jeżistu fit-territorju tagħhom, inklużi dawk li għalihom huma disponibbli alternattivi limitati għall-karburanti fossili.

3.   L-oqfsa ta' politika nazzjonali għandhom iqisu, fejn adatt, l-interessi tal-awtoritajiet reġjonali u lokali, kif ukoll dawk tal-partijiet interessati kkonċernati.

4.   Fejn meħtieġ, l-Istati Membri għandhom jikkooperaw, permezz ta' konsultazzjonijiet jew oqfsa ta' politika konġunta, biex jiżguraw li l-miżuri meħtieġa biex jinkisbu l-objettivi ta' din id-Direttiva jkunu koerenti u koordinati.

5.   Għandhom jiġu implimentati miżuri ta' appoġġ għal infrastruttura għall-fjuwils alternattivi, f'konformità mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat li jinsabu fit-TFUE.

6.   L-oqfsa ta' politika nazzjonali għandhom ikunu f'konformità mal-leġislazzjoni tal-Unjoni fis-seħħ fir-rigward tal-protezzjoni tal-ambjent u tal-klima.

7.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw l-oqfsa tal-politika nazzjonali tagħhom lill-Kummissjoni sat-18 ta' Novembru 2016.

8.   Abbażi tal-oqfsa ta' politika nazzjonali, il-Kummissjoni għandha tippubblika u taġġorna b'mod regolari l-informazzjoni dwar il-miri nazzjonali u l-objettivi ppreżentati minn kull Stat Membru fir-rigward ta':

l-għadd ta' punti tal-iċċarġjar aċċessibbli għall-pubbliku;

punti ta' riforniment tal-LNG fil-portijiet marittimi u interni

punti ta' riforniment tal-LNG aċċessibbli għall-pubbliku għall-vetturi bil-mutur;

punti ta' riforniment tas-CNG aċċessibbli għall-pubbliku għall-vetturi bil-mutur;

Fejn applikabbli, l-informazzjoni rigward dan li ġej għandha wkoll tiġi ppubblikata:

il-punti ta' riforniment tal-idroġenu aċċessibbli għall-pubbliku;

l-infrastruttura għall-provvista tal-elettriku max-xtut fil-portijiet marittimi u interni;

l-infrastruttura għall-provvista tal-elettriku għal ajruplani weqfin.

9.   Il-Kummissjoni għandha tassisti lill-Istati Membri fir-rappurtar dwar l-oqfsa ta' politika nazzjonali permezz tal-linji gwida msemmija fl-Artikolu 10(4), għandha tivvaluta l-koerenza tal-oqfsa ta' politika nazzjonali fil-livell tal-Unjoni u għandha tassisti lill-Istati Membri fil-proċess ta' kooperazzjoni previst fil-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu.

Artikolu 4

Provvista tal-elettriku għat-trasport

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw, permezz tal-oqfsa ta' politika nazzjonali tagħhom, li jiġu installati għadd xieraq ta' punti tal-iċċarġjar aċċessibbli għall-pubbliku sal-31 ta' Diċembru 2020, sabiex jiġi żgurat li l-vetturi elettriċi jkunu jistgħu jiċċirkolaw tal-anqas f'agglomerazzjonijiet urbani/suburbani u żoni oħra b'densità għolja ta' popolazzjoni, u fejn xieraq, f'netwerks determinati mill-Istati Membri. L-għadd ta' tali punti tal-iċċarġjar għandu jiġi stabbilit b'kont meħud, fost l-oħrajn, tal-għadd ta' vetturi elettriċi stmati li ser ikunu rreġistrati sa tmiem l-2020, kif indikat fl-oqfsa ta' politika nazzjonali tagħhom, kif ukoll l-aħjar prattiki u rakkomandazzjonijiet maħruġa mill-Kummissjoni. Il-ħtiġijiet partikolari relatati mal-installazzjoni ta' punti tal-iċċarġjar aċċessibbli għall-pubbliku fi stazzjonijiet tat-trasport pubbliku għandhom jitqiesu, fejn adatt.

2.   Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-applikazzjoni tar-rekwiżiti fil-paragrafu 1 u, kif xieraq, tippreżenta proposta biex temenda din id-Direttiva, b'kont meħud tal-iżvilupp tas-suq għall-vetturi elettriċi, sabiex jiġi żgurat li għadd addizzjonali ta' punti tal-iċċarġjar li jkunu aċċessibbli għall-pubbliku jiġu installati f'kull Stat Membru sal-31 ta' Diċembru 2025, tal-anqas fin-Netwerk Ewlieni tat-TEN-T, f'agglomerazzjonijiet urbani/suburbani u żoni oħra b'densità għolja ta' popolazzjoni.

3.   L-Istati Membri għandhom ukoll jieħdu miżuri fl-oqfsa ta' politika nazzjonali tagħhom biex jinkoraġġixxu u jiffaċilitaw l-installazzjoni ta' punti tal-iċċarġjar mhux aċċessibbli għall-pubbliku.

4.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-punti tal-iċċarġjar b'potenza normali għal vetturi elettriċi, esklużi l-unitajiet mingħajr fili jew induttivi, installati jew immodernizzati mit-18 ta' Novembru 2017, jikkonformaw tal-inqas mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi li jinsabu fil-punt 1.1 tal-Anness II u ma' rekwiżiti ta' sigurtà speċifiċi fis-seħħ fil-livell nazzjonali.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-punti tal-iċċarġjar b'potenza qawwija għal vetturi elettriċi, esklużi l-unitajiet mingħajr fili jew induttivi, installati jew immodernizzati mit-18 ta' Novembru 2017, tal-inqas jikkonformaw mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi li jinsabu fil-punt 1.2 tal-Anness II.

5.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ħtieġa għall-provvista tal-elettriku max-xatt għall-bastimenti f'passaġġi tal-ilma interni jew vapuri tat-tbaħħir f'portijiet marittimi u interni tkun ivvalutata fl-oqfsa ta' politika nazzjonali tagħhom. Tali provvista tal-elettriku max-xatt għandha tiġi installata bħala prijorità fil-portijiet tan-Netwerk Ewlieni tat-TEN-T, u f'portijiet oħra, sal-31 ta' Diċembru 2025, dment li ma jkun hemm l-ebda domandau l-ispejjeż ma jkunux sproporzjonati meta mqabbla mal-benefiċċji, inklużi l-benefiċċji ambjentali.

6.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-installazzjonijiet tal-provvista tal-elettriku max-xatt għat-trasport marittimu, installati jew immodernizzati sat-18 ta' Novembru 2017, jikkonformaw mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi li jinsabu fil-punt 1.7 tal-Anness II.

7.   L-iċċarġjar ta' vetturi elettriċi f'punti tal-iċċarġjar aċċessibbli għall-pubbliku għandu, jekk ikun teknikament fattibbli u ekonomikament raġonevoli, juża sistemi ta' arloġġi intelliġenti kif iddefiniti fil-punt (28) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2012/27/UE, u għandu jikkonforma mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 9(2) tal-istess Direttiva.

8.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operaturi tal-punti tal-iċċarġjar aċċessibbli għall-pubbliku huma liberi li jixtru l-elettriku minn kwalunkwe fornitur tal-elettriku fl-Unjoni, soġġett għall-qbil tal-fornitur. L-operaturi ta' punti tal-iċċarġjar għandhom jitħallew jipprovdu servizzi tal-iċċarġjar għall-vetturi elettriċi għall-klijenti fuq bażi kuntrattwali, inkluż f'isem u għan-nom ta' fornituri ta' servizzi oħrajn.

9.   Il-punti kollha tal-iċċarġjar aċċessibbli għall-pubbliku għandhom jipprevedu wkoll il-possibbiltà li utenti ta' vetturi elettriċi jkunu jistgħu jiċċarġjaw mingħajr ma jidħlu f'kuntratt mal-fornitur tal-elettriku jew l-operatur ikkonċernat.

10.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-prezzijiet mitluba mill-operaturi tal-punti tal-iċċarġjar aċċessibbli għall-pubbliku jkunu raġonevoli, kumparabbli b'mod ċar u faċli, trasparenti u mhux diskriminatorji.

11.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operaturi tas-sistemi ta' distribuzzjoni jikkooperaw fuq bażi mhux diskriminatorja ma' kwalunkwe persuna li tistabbilixxi jew topera punti tal-iċċarġjar aċċessibbli għall-pubbliku.

12.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-qafas legali jippermetti li l-provvista tal-elettriku għal punt tal-iċċarġjar tkun is-suġġett ta' kuntratt ma' fornitur li mhijiex l-entità li tforni l-elettriku lill-unità domestika jew tal-bini fejn tali punt tal-iċċarġjar ikun jinsab.

13.   Mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) Nru 1025/2012, l-Unjoni għandha taħdem għall-iżvilupp mill-organizzazzjonijiet ta' standardizzazzjoni adatti ta' standards Ewropej, li jinkludu speċifikazzjonijiet tekniċi dettaljati għall-punti tal-iċċarġjar mingħajr fili u l-iskambju ta' batteriji għall-vetturi bil-mutur, u għall-punti tal-iċċarġjar għall-vetturi bil-mutur tal-kategorija L u l-karozzi tal-linja elettriċi.

14.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 8 biex:

(a)

tissupplimenta dan l-Artikolu u l-punti 1.3, 1.4, 1.5, 1.6 u 1.8 tal-Anness II sabiex tesiġi l-konformità tal-infrastrutturi li ser jiġu installati jew immodernizzati mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi inklużi fl-istandards Ewropej li għandhom jiġu żviluppati skont il-paragrafu 13 ta' dan l-Artikolu, fejn l-ESOs rilevanti rrakkomandaw soluzzjoni teknika waħda biss bl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi kif deskritti fi standard Ewropew rilevanti;

(b)

taġġorna r-referenzi għall-istandards imsemmija fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi li jinsabu fil-punt 1 tal-Anness II meta dawk l-istandards jiġu ssostitwiti minn verżjonijiet ġodda tagħhom adottati mill-organizzazzjonijiet ta' standardizzazzjoni rilevanti.

Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni ssegwi l-prattika li normalment issegwi u twettaq konsultazzjonijiet ma' esperti, inklużi esperti tal-Istati Membri, qabel ma tadotta dawk l-atti delegati.

Dawk l-atti delegati għandhom jipprevedu perijodi transizzjonali ta' mill-inqas 24 xahar qabel ma l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi f'dawk l-atti delegati, jew fl- emendi tagħhom, isiru vinkolanti fuq l-infrastruttura li għandha tiġi installata jew immodernizzata.

Artikolu 5

Provvista tal-idroġenu għat-trasport bit-triq

1.   L-Istati Membri li jiddeċiedu li jinkludu l-punti ta' riforniment tal-idroġenu aċċessibbli għall-pubbliku fl-oqfsa tal-politika nazzjonali tagħhom għandhom jiżguraw li, sal-31 ta' Diċembru 2025, ikun disponibbli numru adatt ta' punti bħal dawn sabiex tkun żgurata ċ-ċirkolazzjoni tal-vetturi bil-mutur li jaħdmu bl-idroġenu, inklużi vetturi biċ-ċelloli tal-karburant, fin-netwerks iddeterminati minn dawk l-Istati Membri, inkluż, fejn adatt, il-konnessjonijiet transkonfinali.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-punti ta' riforniment tal-idroġenu aċċessibbli għall-pubbliku installati jew immodernizzati sat-18 ta' Novembru 2017 jikkonformaw mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi li jinsabu fil-punt 2 tal-Anness II.

3.   Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta l-atti delegati skont l-Artikolu 8 biex jiġu aġġornati r-referenzi għall-istandards imsemmija fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi kif jinsabu fil-punt 2 tal-Anness II fejn dawk l-istandards huma sostitwiti minn verżjonijiet ġodda tagħhom adottati mill-organizzazzjonijiet ta' standardizzazzjoni rilevanti.

Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni ssegwi l-prattika li normalment issegwi u twettaq konsultazzjonijiet ma' esperti, inklużi esperti tal-Istati Membri, qabel ma tadotta dawk l-atti delegati.

Dawk l-atti delegati għandhom jipprevedu perijodi transizzjonali ta' mill-inqas 24 xahar qabel ma l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi f'dawk l-atti delegati, jew fl- emendi tagħho, isiru vinkolanti fuq l-infrastruttura li għandha tiġi installata jew immodernizzata.

Artikolu 6

Provvista ta' gass naturali għat-trasport

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw, permezz tal-oqfsa ta' politika nazzjonali tagħhom, li għadd xieraq ta' punti ta' riforniment tal-LNG jiġu installati fil-portijiet marittimi sabiex l-inġenji f'passaġġi fuq l-ilma intern jew il-vapuri tat-tbaħħir ikunu jistgħu jiċċirkolaw man-Netwerk Ewlieni tat-TEN-T sal-31 ta' Diċembru 2025. L-Istati Membri għandhom jikkooperaw mal-Istati Membri ġirien, fejn meħtieġ, biex jiżguraw kopertura adegwata tan-Netwerk Ewlieni tat-TEN-T.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw, permezz tal-oqfsa ta' politika nazzjonali tagħhom, li għadd xieraq ta' punti ta' riforniment tal-LNG jiġu installati fil-portijiet interni sabiex l-inġenji f'passaġġi fuq l-ilma intern jew il-vapuri tat-tbaħħir ikunu jistgħu jiċċirkolaw man-Netwerk Ewlieni tat-TEN-T sal-31 ta' Diċembru 2030. L-Istati Membri għandhom jikkooperaw mal-Istati Membri ġirien, fejn meħtieġ, biex jiżguraw kopertura adegwata tan-Netwerk Ewlieni tat-TEN-T.

3.   L-Istati Membri għandhom jindikaw, fl-oqfsa ta' politika nazzjonali tagħhom, il-portijiet marittimi u interni li għandhom jipprovdu aċċess għall-punti ta' riforniment tal-LNG imsemmija fil-paragrafi 1 u 2, filwaqt li jqisu wkoll il-ħtiġijiet attwali tas-suq.

4.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw, permezz tal-oqfsa ta' politika nazzjonali tagħhom, li għadd xieraq ta' punti ta' riforniment għal-LNG li jkunu aċċessibbli għall-pubbliku jiġu installati sal-31 ta' Diċembru 2025, mill-inqas tul in-Netwerk Ewlieni eżistenti tat-TEN-T, sabiex jiġi żgurat li l-vetturi tqal b'mutur tal-LNG jkunu jistgħu jiċċirkolaw madwar l-Unjoni, fejn ikun hemm domanda, sakemm l-ispejjeż ma jkunux sproporzjonati għall-benefiċċji, inklużi l-benefiċċji ambjentali.

5.   Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-applikazzjoni tar-rekwiżit fil-paragrafu 4 u, kif xieraq, tippreżenta proposta biex timmodifika din id-Direttiva sal-31 ta' Diċembru 2027, filwaqt li tqis is-suq tal-vetturi tqal b'mutur tal-LNG, sabiex jiġi żgurat li jiġu installati għadd xieraq ta' punti ta' riforniment għal-LNG f'kull Stat Membru.

6.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fit-territorju tagħhom ikun hemm disponibbli sistema adatta ta' distribuzzjoni għall-provvista għal-LNG, inklużi faċilitajiet ta' tagħbija għall-vetturi b'tank tal-LNG, għall-provvista tal-punti ta' riforniment imsemmijin fil-paragrafi 1, 2 u 4. B'deroga, l-Istati Membri ġirien jistgħu, fil-kuntest tal-oqfsa ta' politika nazzjonali tagħhom, jifformaw ħażna komuni sabiex dan ir-rekwiżit jiġi ssodisfat. Ftehimiet dwar il-ħażna għandhom ikunu s-suġġett tal-obbligi ta' rappurtar tal-Istati Membri, taħt din id-Direttiva

7.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw, permezz tal-oqfsa ta' politika nazzjonali tagħhom, li jiġu installati għadd xieraq ta' punti ta' riforniment tas-CNG aċċessibbli għall-pubbliku sal-31 ta' Diċembru 2020, sabiex jiġi żgurat, f'konformità mas-sitt inċiż tal-Artikolu 3(1), li vetturi b'mutur tas-CNG jkunu jistgħu jiċċirkolaw f'agglomerazzjonijiet urbani/suburbani u żoni oħra b'densità għolja ta' popolazzjoni, u fejn xieraq, f'netwerks determinati mill-Istati Membri.

8.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw, permezz tal-oqfsa ta' politika nazzjonali tagħhom, li għadd xieraq ta' punti ta' riforniment tas-CNG li jkunu aċċessibbli għall-pubbliku jiġu installati sal-31 ta' Diċembru 2025, mill-inqas tul in-Netwerk Ewlieni eżistenti tat-TEN-T, sabiex jiġi żgurat li l-vetturi b'mutur tas-CNG ikunu jistgħu jiċċirkolaw madwar l-Unjoni.

9.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-punti ta' riforniment tas-CNG għal vetturi bil-mutur installati jew immodernizzati mit-18 ta' Novembru 2017 jikkonformaw mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi li jinsabu fil-punt 3.4 tal-Anness II.

10.   Mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) Nru 1025/2012, l-Unjoni għandha taħdem biex l-organizzazzjonijiet Ewropej jew internazzjonali ta' standardizzazzjoni rilevanti jiżviluppaw standards, li jinkludu speċifikazzjonijiet tekniċi ddettaljati:

(a)

għall-punti ta' riforniment tal-LNG għat-trasport marittimu u dak fuq il-passaġġi fuq l-ilma intern,

(b)

għall-punti ta' riforniment għall-vetturi b'mutur tal-LNG u tas-CNG.

11.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 8 biex:

(a)

tissupplimenta dan l-Artikolu u l-punti 3.1, 3.2 u 3.4 tal-Anness II, sabiex tkun rekwiżita l-konformità tal-infrastrutturi li għandhom jiġu skjerati jew immodernizzati mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi mniżżla fl-istandards li għandhom jiġu żviluppati skont il-punti (a) u (b) tal-paragrafu 10 ta' dan l-Artikolu, fejn l-ESOs rilevanti jkunu rrakkomandaw soluzzjoni teknika waħda biss bi speċifikazzjonijiet tekniċi kif deskritt fi standard Ewropew rilevanti li jkun kompatibbli mal-istandards internazzjonali rilevanti, fejn ikun applikabbli,;

(b)

taġġorna r-referenzi għall-istandards imsemmijin fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi mniżżla jew li għandhom jitniżżlu fil-punt 3 tal-Anness II fejn dawk l-istandards jiġu sostitwiti minn verżjonijiet ġodda tagħhom adottati mill-organizzazzjonijiet Ewropej jew internazzjonali ta' standardizzazzjoni rilevanti.

Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni ssegwi l-prattika li normalment issegwi u twettaq konsultazzjonijiet ma' esperti, inklużi esperti tal-Istati Membri, qabel ma tadotta dawk l-atti delegati.

Dawk l-atti delegati għandhom jipprevedu perijodi transizzjonali ta' mill-inqas 24 xahar qabel ma l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi f'dawk l-atti delegati, jew fl- emendi tagħhom, isiru vinkolanti fuq l-infrastruttura li għandha tiġi installata jew immodernizzata.

12.   Fin-nuqqas ta' standard li jkun fih speċifikazzjonijiet tekniċi dettaljati għall-punti ta' riforniment tal-LNG għat-trasport marittimu u fuq passaġġi fuq l-ilma intern, imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 10, u b'mod partikolari fin-nuqqas ta' dawk l-ispeċifikazzjonijiet li jirrigwardaw il-forniment tal-LNG lill-bastimenti, il-Kummissjoni, filwaqt li tqis il-ħidma li qed issir fl-OMI, fis-CCNR, fil-Kummissjoni tad-Danubju u f'fora internazzjonali oħrajn rilevanti, għandha tingħata s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 8 biex tistipula:

rekwiżiti għall-interfaċċi tat-trasferimenti għall-forniment tal-LNG lill-bastimenti fit-trasport marittimu u dak fuq il-passaġġi fuq l-ilma intern;

rekwiżiti marbutin mal-aspetti ta' sikurezza tal-ħażna fuq l-art tal-LNG u tal-proċedura ta' forniment tal-LNG lill-bastimenti fit-trasport marittimu u fuq il-passaġġi fuq l-ilma intern.

Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni ssegwi l-prattika li normalment issegwi u jkollha konsultazzjonijiet ma' gruppi rilevanti ta' esperti dwar it-trasport marittimu u dwar it-trasport fuq il-passaġġi fuq l-ilma intern, inklużi esperti mill-awtoritajiet nazzjonali marittimi jew tan-navigazzjoni fuq il-passaġġi fuq l-ilma intern, qabel ma tadotta dawk l-atti delegati.

Artikolu 7

Informazzjoni għall-utent

1.   Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2009/30/KE, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li ssir disponibbli informazzjoni rilevanti, konsistenti u ċara fir-rigward ta' dawk il-vetturi bil-mutur li jistgħu jieħdu l-karburant b'mod regolari b'karburanti individwali li jkunu tqiegħdu fis-suq, jew jiġu ċċarġjati minn punti ta' ċċarġjar. Informazzjoni bħal din għandha ssir disponibbli fil-manwali tal-vetturi bil-mutur, f'punti ta' riforniment u ta' ċċarġjar, f'vetturi bil-mutur u negozji ta' vetturi bil-mutur fit-territorju tagħhom. Dan ir-rekwiżit għandu japplika għal vetturi bil-mutur kollha, u l-manwali ta' dawn il-vetturi bil-mutur, li jkunu tqiegħdu fis-suq wara t-18 ta' Novembru 2016.

2.   Il-provvista tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun ibbażata fuq id-dispożizzjonijiet ta' tikkettar li jirrigwardaw il-konformità tal-karburant skont l-istandards tal-ESOs li jistabbilixxu l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-karburanti. Fejn dawn l-istandards jirreferu għal espressjoni grafika, inkluż skema ta' kodiċi ta' kulur, l-espressjoni grafika għandha tkun sempliċi u faċli biex tinftiehem, u għandha titqiegħed b'mod li tkun viżibbli b'mod ċar:

(a)

fuq il-pompi korrispondenti u ż-żennuni tagħhom fil-punti ta' riforniment kollha, mid-data li fiha l-karburanti jitqiegħdu fis-suq;

(b)

fuq jew fil-viċin immedjat tal-għotjien kollha minn fejn jimtlew it-tankijiet tal-karburant tal-vetturi bil-mutur rakkomandati u kompatibbli ma' dak il-karburant u fil-manwali tal-vetturi bil-mutur, meta tali vetturi bil-mutur jitqiegħdu fis-suq wara t-18 ta' Novembru 2016.

3.   Fejn ikun xieraq, u b'mod partikolari għall-gass naturali u għall-idroġenu, meta jintwerew il-prezzijiet tal-karburant fi stazzjon tal-karburant, għandu jintwera tqabbil bejn il-prezzijiet tal-unità rilevanti għal skopijiet ta' tagħrif. Il-wiri ta' dan it-tagħrif ma għandux iqarraq bl-utent jew jikkonfondih.

Sabiex jiżdied l-għarfien tal-konsumaturi u tiġi prevista t-trasparenza fil-prezzijiet tal-karburanti b'mod konsistenti madwar l-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, metodoloġija komuni għat-tqabbil tal-prezzijiet tal-unità tal-karburanti alternattivi.

4.   Fejn l-istandards tal-ESO li jistipulaw l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi ta' karburant ma jinkludux dispożizzjonijiet dwar it-tikkettar għall-konformità mal-istandards ikkonċernati, fejn id-dispożizzjonijiet dwar it-tikkettar ma jagħmlux referenza għal espressjoni grafika inkluż skemi ta' kodiċi ta' kulur, jew fejn id-dispożizzjonijiet dwar it-tikkettar mhumiex adatti biex jintlaħqu l-objettivi ta' din id-Direttiva, il-Kummissjoni tista', għall-fini tal-implimentazzjoni uniformi tal-paragrafi 1 u 2, tagħti l-mandat lill-ESOs biex jiżviluppaw speċifikazzjonijiet dwar it-tikkettar ta' kompatibbiltà, jew tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jiddeterminaw l-espressjoni grafika, li tinkludi skema ta' kodiċi ta' kulur, tal-kompatibbiltà għal karburanti introdotti fis-suq tal-Unjoni li jilħqu l-livell ta' 1 % tal-ammont totali ta' bejgħ, fil-valutazzjoni tal-Kummissjoni, f'iktar minn Stat Membru wieħed.

5.   Jekk id-dispożizzjonijiet dwar it-tikkettar tal-istandards tal-ESO rispettivi jiġu aġġornati, jekk l-atti ta' implimentazzjoni dwar it-tikkettar jiġu adottati jew jekk jiġu żviluppati standards tal-ESO ġodda għall-karburanti alternattivi kif meħtieġ, ir-rekwiżiti ta' tikkettar korrispondenti għandhom japplikaw għall-punti ta' riforniment u ta' ċċarġjar u l-vetturi bil-mutur kollha rreġistrati fit-territorju tal-Istati Membri minn 24 xahar wara l-aġġornament jew adozzjoni rispettiva tagħhom.

6.   L-atti ta' implimentazzjoni msemmija f'dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 9(2).

7.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta tkun disponibbli, id-data li tindika s-sit ġeografiku tal-punti ta' riforniment u ċċarġjar aċċessibbli għall-pubbliku ta' karburanti alternattivi koperti b'din id-Direttiva tkun aċċessibbli fuq bażi miftuħa u mhux diskriminatorja lill-utenti kollha. Għall-punti tal-iċċarġjar, tali data, meta tkun disponibbli, tista' tinkludi informazzjoni dwar l-aċċessibbiltà fil-ħin reali kif ukoll informazzjoni storika jew dwar l-iċċarġjar fil-ħin reali.

Artikolu 8

Eżerċizzju tad-delega

1.   Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

2.   Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikoli 4, 5 u 6 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perijodu ta' ħames snin mis-17 ta' Novembru 2014. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħa sa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel it-tmiem tal-perijodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perijodi ta' durata identika, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jopponix tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perijodu.

3.   Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 4, 5 u 6 tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.   Att delegat adottat skont l-Artikoli 4, 5 u 6 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perijodu ta' xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż bi tliet xhur fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 9

Proċedura tal-kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn kumitat. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.   Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. Meta l-kumitat ma jagħti l-ebda opinjoni, il-Kummissjoni ma għandhiex tadotta l-abbozz ta' att ta' implimentazzjoni u għandu japplika t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

3.   Fejn ikun meħtieġ li l-opinjoni tal-kumitat tinkiseb permezz ta' proċedura bil-miktub, dik il-proċedura għandha tintemm mingħajr riżultat meta, qabel l-iskadenza għall-ħruġ tal-opinjoni, dan jiġi deċiż mill-president tal-kumitat jew jintalab minn maġġoranza sempliċi tal-membri tal-kumitat.

Artikolu 10

Rappurtar u reviżjoni

1.   Kull Stat Membru għandu jressaq quddiem il-Kummissjoni rapport rigward l-implimentazzjoni tal-qafas ta' politika nazzjonali tiegħu sat-18 ta' Novembru 2019, u kull tliet snin wara dan. Dawk ir-rapporti għandhom ikopru l-informazzjoni elenkata fl-Anness I u għandhom, fejn xieraq, jinkludu ġustifikazzjoni rilevanti dwar il-livell tal-kisba tal-miri u l-objettivi nazzjonali msemmijin fl-Artikolu 3(1).

2.   Sat-18 ta' Novembru 2017, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar il-valutazzjoni tal-oqfsa ta' politika nazzjonali u l-koerenza tagħhom fil-livell tal-Unjoni, inkluża evalwazzjoni tal-livell ta' kisba tal-miri u l-objettivi nazzjonali msemmijin fl-Artikolu 3(1).

3.   Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dwar l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill kull tliet snin b'effett mit-18 ta' Novembru 2020.

Ir-rapport tal-Kummissjoni għandu jinkludi l-elementi li ġejjin:

valutazzjoni tal-azzjonijiet meħudin mill-Istati Membri;

valutazzjoni tal-effetti ta' din id-Direttiva fuq l-iżvilupp tas-suq fir-rigward tal-infrastruttura tal-karburanti alternattivi u l-kontribut tagħha għas-suq tal-karburanti alternattivi għat-trasport, kif ukoll l-impatt tagħha fuq l-ekonomija u l-ambjent;

informazzjoni dwar il-progress tekniku u l-iżvilupp tas-suq fir-rigward tal-karburanti alternattivi fis-settur tat-trasport u tal-infrastruttura rilevanti koperta b'din id-Direttiva u ta' kwalunkwe karburant alternattiv ieħor.

Il-Kummissjoni tista' tiddeskrivi eżempji tal-aħjar prattiki u tagħti rakkomandazzjonijiet adatti.

Ir-rapport tal-Kummissjoni għandu jivvaluta wkoll ir-rekwiżiti u d-dati stipulati f'din id-Direttiva fir-rigward tal-bini tal-infrastruttura u l-implimentazzjoni ta' speċifikazzjonijiet, filwaqt li jitqiesu l-iżviluppi tekniċi, ekonomiċi u tas-suq tal-karburanti alternattivi rispettivi, flimkien ma' proposta leġislattiva fejn xieraq.

4.   Il-Kummissjoni għandha tadotta linji gwida rigward ir-rappurtar mill-Istati Membri tal-elementi elenkati fl-Anness I.

5.   Sal-31 ta' Diċembru 2020, il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, u, kif xieraq, tippreżenta proposta biex temenaha billi tistipula speċifikazzjonijiet tekniċi komuni ġodda għall-infrastruttura tal-karburanti alternattivi fl-ambitu ta' din id-Direttiva.

6.   Sal-31 ta' Diċembru 2018, il-Kummissjoni għandha, jekk tqis li dan hu xieraq, tadotta Pjan ta' Azzjoni għall-implimentazzjoni tal-istrateġija deskritta fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bl-isem “Enerġija Nadifa għat-Trasport: strateġija Ewropea għal karburanti alternattivi” sabiex jinkiseb l-usa' użu possibbli tal-karburanti alternattivi għat-trasport, filwaqt li tiġi żgurata n-newtralità teknoloġika, u tiġi promossa l-mobbiltà elettrika sostenibbli madwar l-Unjoni. Għal dak il-fini, hija tista' tqis il-ħtiġijiet u l-iżviluppi tas-swieq individwali fl-Istati Membri.

Artikolu 11

Traspożizzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sat-18 ta' Novembru 2016. Huma għandhom minnufih jgħarrfu lill-Kummissjoni dwar dan.

2.   Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva, jew għandhom ikunu akkumpanjati minn tali referenza fil-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi għal tali referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

3.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 12

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 13

Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Strasburgu, it-22 ta' Ottubru 2014.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

M. SCHULZ

Għall-Kunsill

Il-President

B. DELLA VEDOVA


(1)  ĠU C 271, 19.9.2013, p. 111.

(2)  ĠU C 280, 27.9.2013, p. 66.

(3)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' April 2014 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tad-29 ta' Settembru 2014.

(4)  Id-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi 2001/77/KE u 2003/30/KE (ĠU L 140, 5.6.2009, p. 16).

(5)  Regolament (UE) Nru 1316/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 913/2010 u jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 680/2007 u (KE) Nru 67/2010 (ĠU L 348, 20.12.2013, p. 129).

(6)  Regolament (UE) Nru 1291/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi Orizzont 2020 — il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020) u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 104).

(7)  Regolament (UE) Nru 1315/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar linji gwida tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-netwerk trans-Ewropew tat-trasport u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 661/2010/UE (ĠU L 348, 20.12.2013, p. 1).

(8)  Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta' sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (Direttiva Kwadru) (ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1).

(9)  Regolament (UE) Nru 168/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Jannar 2013 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta' vetturi b'żewġ jew tliet roti u kwadriċikli (ĠU L 60, 2.3.2013, p. 52).

(10)  Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar l-effiċjenza fl-enerġija, li temenda d-Direttivi 2009/125/KE u 2010/30/UE u li tħassar id-Direttivi 2004/8/KE u 2006/32/KE (ĠU L 315, 14.11.2012, p. 1).

(11)  Direttiva 2009/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku u li temenda d-Direttiva 2003/54/KE (ĠU L 211, 14.8.2009, p. 55).

(12)  Direttiva 2012/33/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 1999/32/KE fir-rigward tal-kontenut ta' kubrit fil-karburanti għal użu marittimu (ĠU L 327, 27.11.2012, p. 1).

(13)  Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Settembru 2008 dwar it-trasport intern ta' oġġetti perikolużi (ĠU L 260, 30.9.2008, p. 13).

(14)  Direttiva 2006/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 li tistabbilixxi r-rekwiżiti tekniċi għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 82/714/KEE (ĠU L 389, 30.12.2006, p. 1).

(15)  Regolament (KE) Nru 595/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Ġunju 2009 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur u magni rigward l-emissjonijiet minn vetturi heavy-duty (Euro VI) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 715/2007 u d-Direttiva 2007/46/KE u li jħassar id-Direttivi 80/1269/KEE, 2005/55/KE u 2005/78/KE (ĠU L 188, 18.7.2009, p. 1).

(16)  Direttiva 2009/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 li temenda d-Direttiva 98/70/KE rigward l-ispeċifikazzjoni tal-petrol, tad-diżil u taż-żejt tal-gass u li tintroduċi mekkaniżmu għall-monitoraġġ u għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 1999/32/KE rigward l-ispeċifikazzjoni tal-karburant użat mill-bastimenti tal-passaġġi tal-ilma interni u li tħassar id-Direttiva 93/12/KEE (ĠU L 140, 5.6.2009, p. 88).

(17)  Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12).

(18)  Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjon (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).


ANNESS I

RAPPORT

Ir-rapport għandu jinkludi deskrizzjoni tal-miżuri meħuda fi Stat Membru b'appoġġ għall-bini tal-infrastruttura tal-karburanti alternattivi. Ir-rapport għandu jinkludi mill-inqas l-elementili ġejjin:

1.   Miżuri legali

Informazzjoni dwar miżuri legali, li jistgħu jikkonsistu minn miżuri leġislattivi, regolatorji jew amministrattivi b'appoġġ għall-bini ta' infrastruttura tal-karburanti alternattivi, bħall-permessi għall-bini, il-permessi għall-parkeġġi, iċ-ċertifikazzjoni tal-prestazzjoni ambjentali tan-negozji u konċessjonijiet ta' stazzjonijiet tal-karburant.

2.   Miżuri ta' politika b'appoġġ għall-implimentazzjoni tal-qafas ta' politika nazzjonali

L-informazzjoni dwar dawk il-miżuri għandha tinkludi l-elementi li ġejjin:

inċentivi diretti għax-xiri ta' mezzi tat-trasport li jużaw karburanti alternattivi jew għall-bini tal-infrastruttura;

disponibbiltà ta' inċentivi tat-taxxa għall-promozzjoni ta' mezzi tat-trasport li jużaw karburanti alternattivi u l-infrastruttura rilevanti;

użu ta' akkwist pubbliku b'appoġġ għall-karburanti alternattivi, inkluż l-akkwist konġunt;

inċentivi min-naħa tad-domanda li mhumiex ta' natura finanzjarja: pereżempju aċċess preferenzjali għal żoni ristretti, politika tal-parkeġġ u korsiji ddedikati;

konsiderazzjoni tal-ħtieġa għal punti ta' riforniment ta' karburanti rinnovabbli tal-avjazzjoni fl-ajruporti fin-Netwerk Ewlieni tat-TEN-T;

proċeduri tekniċi u amministrattivi u leġislazzjoni fir-rigward tal-awtorizzazzjoni tal-provvista ta' karburanti alternattivi, sabiex jiġi ffaċilitat il-proċess ta' awtorizzazzjoni.

3.   Appoġġ għall-installazzjoni u l-manifattura

Il-baġit pubbliku annwali allokat għall-installazzjoni tal-infrastruttura għall-karburanti alternattivi, imqassam skont il-karburant alternattiv u skont il-mod tat-trasport (bit-triq, bil-ferrovija, fuq l-ilma u bl-ajru).

Il-baġit pubbliku annwali allokat għall-appoġġ ta' impjanti għall-manifattura ta' teknoloġiji li jużaw karburanti alternattivi, imqassam skont il-karburant alternattiv u skont il-mezz tat-trasport.

Konsiderazzjoni ta' kwalunkwe ħtieġa partikolari waqt il-fażi inizjali tal-installazzjoni ta' infrastrutturi għall-karburanti alternattivi.

4.   Riċerka, żvilupp teknoloġiku u dimostrazzjoni(RŻT&D)

Il-baġit pubbliku annwali allokat għall-appoġġ tar-RŻT&D fil-karburanti alternattivi, imqassam skont il-karburant u skont il-mod tat-trasport.

5.   Miri u objettivi

estimi tan-numru ta' vetturi li jaħdmu b'karburanti alternattivi mistennija sal-2020, l-2025 u l-2030;

il-livell ta' kisba tal-objettivi nazzjonali għall-użu ta' karburanti alternattivi fil-mezzi tat-trasport differenti (bit-triq, bil-ferrovija, fuq l-ilma u bl-ajru);

il-livell ta' kisba tal-miri nazzjonali, sena b'sena, għall-installazzjoni tal-infrastruttura tal-karburanti alternattivi fil-mezzi ta' trasport differenti;

l-informazzjoni dwar il-metodoloġija applikata biex titqies l-effiċjenza tal-iċċarġjar ta' punti tal-iċċarġjar b'potenza għolja.

6.   Żviluppi fl-infrastruttura għall-karburanti alternattivi

Bidliet fil-provvista (kapaċità addizzjonali tal-infrastruttura) u fid-domanda (kapaċità li fil-fatt tintuża).


ANNESS II

SPEĊIFIKAZZJONIJIET TEKNIĊI

1.   Speċifikazzjonijiet tekniċi għall-punti tal-iċċarġjar

1.1

Punti tal-iċċarġjar b'potenza normali għal vetturi bil-mutur

Il-punti tal-iċċarġjar b'potenza normali b'kurrent alternanti (AC) għall-vetturi elettriċi għandhom ikunu mgħammra, għal finijiet ta' interoperabbiltà, tal-inqas bi żbokk ta' sokits jew konnetturi tal-vetturi tat-Tip 2, kif deskritt fl-istandard EN62196-2. Filwaqt li tinżamm il-kompatibbiltà mat-Tip 2, dawk l-iżbokkijiet ta' sokits jistgħu jiġu mgħammra b'karatteristiċi bħal shutters mekkaniċi.

1.2

Punti tal-iċċarġjar b'potenza qawwija għal vetturi bil-mutur

Il-punti tal-iċċarġjar b'potenza qawwija b'kurrent alternanti (AC) għall-vetturi elettriċi għandhom ikunu mgħammra, għal finijiet ta' interoperabbiltà, tal-inqas b'konnetturi tat-Tip 2, kif deskritt fl-istandard EN62196-2.

Il-punti tal-iċċarġjar b'potenza qawwija b'kurrent dirett (DC) għall-vetturi elettriċi għandhom ikunu mgħammra, għal finijiet ta' interoperabbiltà, tal-inqas bil-konnetturi tas-sistema tal-iċċarġjar konġunti 'Combo 2', kif deskritt fl-istandard EN62196-3.

1.3

Punti tal-iċċarġjar mingħajr fili għall-vetturi bil-mutur

1.4

Skambju ta' batteriji għall-vetturi bil-mutur

1.5

Punti ta' ċċarġjar għal vetturi bil-mutur tal-kategorija L

1.6

Punti ta' ċċarġjar għal karozzi tal-linja elettriċi

1.7

Provvista ta' elettriku max-xtut għal vapuri tat-tbaħħir

Il-provvista ta' elettriku max-xatt għal vapuri tat-tbaħħir, inkluż id-disinn, l-installazzjoni u l-ittestjar tas-sistemi, għandhom jikkonformaw mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-istandard IEC/ISO/IEEE 80005-1.

1.8

Provvista ta' elettriku max-xtut għal bastimenti f'passaġġi fuq l-ilma intern

2.   Speċifikazzjonijiet tekniċi għall-punti ta' riforniment tal-idroġenu għall-vetturi bil-mutur

2.1.

Il-punti ta' riforniment fil-miftuħ tal-idroġenu minn fejn jista' jinxtara idroġenu gassuż li jintuża bħala karburant abbord vetturi bil-mutur għandhom jikkonformaw mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-ispeċifikazzjoni ISO/TS 20100 għar-Riforniment ta' Idroġenu Gassuż.

2.2.

Il-purezza tal-idroġenu li jista' jinxtara mill-punti ta' riforniment tal-idroġenu għandha tikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi inklużi fl-istandard ISO 14687-2.

2.3.

Il-punti ta' riforniment tal-idroġenu għandhom jużaw tagħmir u algoritmi tal-karburant li jikkonformaw mal-ispeċifikazzjoni ISO/TS 20100 għar-Riforniment ta' Idroġenu Gassuż.

2.4.

Il-konnetturi għall-vetturi bil-mutur għar-riforniment ta' idroġenu gassuż għandhom jikkonformaw mal-istandard ISO 17268 għat-tagħmir ta' konnessjoni għar-riforniment tal-idroġenu gassuż għall-vetturi bil-mutur.

3.   Speċifikazzjonijiet tekniċi għall-punti ta' riforniment tal-gass naturali

3.1.

Speċifikazzjonijiet tekniċi għall-punti ta' riforniment tal-LNG għal bastimenti f'passaġġi fuq l-ilma intern jew vapuri tat-tbaħħir

3.2.

Speċifikazzjonijiet tekniċi għall-punti ta' riforniment tal- LNG għall-vetturi bil-mutur

3.3.

Speċifikazzjonijiet tekniċi għal konnetturi/reċipjenti tas- CNG

Il-konnetturi/reċipjenti tas-CNG għandhom jikkonformaw mar-Regolament UN-ECE Nru. 110 (li jirreferi għall-ISO 14469, partijiet I u II).

3.4

Speċifikazzjonijiet tekniċi għall-punti ta' riforniment tas-CNG għall-vetturi bil-mutur


Top