EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014L0023R(01)

Rettifika għad-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-għoti ta' kuntratti ta' konċessjoni (ĠU L 94, 28.3.2014)

OJ L 114, 5.5.2015, p. 24–24 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2014/23/corrigendum/2015-05-05/oj

5.5.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 114/24


Rettifika għad-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-għoti ta' kuntratti ta' konċessjoni

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 94 tat-28 ta' Marzu 2014 )

Paġna 33, il-punt (a) tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 31(5):

flok:

“(a)

fejn l-operatur ekonomiku kkonċernat għandu jew jista' jiġi eskluż skont il-paragrafi 38(5) sa (9) jew ma jissodisfax il-kriterji ta' għażla stabbiliti mill-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti skont l-Artikolu 38(1);”

aqra:

“(a)

fejn l-operatur ekonomiku kkonċernat għandu jew jista' jiġi eskluż skont l-Artikolu 38(4) sa (9) jew ma jissodisfax il-kriterji ta' għażla stabbiliti mill-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti skont l-Artikolu 38(1);”

;

Paġna 33, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 33(1):

flok:

“1.   L-avviżi ta' konċessjoni, l-avviżi tal-għoti ta' konċessjoni u l-avviż imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 43(1) għandhom jinkludu l-informazzjoni li tinsab fl-Annessi V, VII u VIII u fil-format tal-formoli standard, inklużi formoli standard għall-korriġenda.”

aqra:

“1.   L-avviżi ta' konċessjoni, l-avviżi tal-għoti ta' konċessjoni u l-avviż imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 43(1) għandhom jinkludu l-informazzjoni li tinsab fl-Annessi V, VI, VII, VIII u XI u fil-format tal-formoli standard, inklużi formoli standard għall-korriġenda.”

;

Paġna 53, Anness II, il-kliem introduttorju tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1:

flok:

“Il-provvista minn entità kontraenti msemmija fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 7(1) ta' gass jew tisħin lil netwerks fissi m'għandhiex titqies li hija attività rilevanti skont it-tifsira tal-paragrafu 1 fejn il-kondizzjonijiet kollha li ġejjin ikunu sodisfatti:”

aqra:

“Il-provvista minn entità kontraenti msemmija fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 7(1) ta' gass jew tisħin lil netwerks fissi li jipprovdu servizz lill-pubbliku m'għandhiex titqies li hija attività rilevanti skont it-tifsira tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu fejn il-kondizzjonijiet kollha li ġejjin ikunu sodisfatti:”

;

Paġna 53, Anness II, il-kliem introduttorju tat-tielet subparagrafu tal-paragrafu 2:

flok:

“Il-provvista minn entità kontraenti msemmija fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 4 (1) tal-elettriku lin-netwerks li jipprovdu servizz lill-pubbliku m'għandhiex titqies li hija attività rilevanti skont it-tifsira tal-paragrafu 1 fejn il-kondizzjonijiet kollha li ġejjin ikunu sodisfatti:”

aqra:

“Il-provvista minn entità kontraenti msemmija fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 7(1) tal-elettriku lin-netwerks li jipprovdu servizz lill-pubbliku m'għandhiex titqies li hija attività rilevanti skont it-tifsira tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu fejn il-kondizzjonijiet kollha li ġejjin ikunu sodisfatti:”

.


Top