EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014D0836

2014/836/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tas- 27 ta' Novembru 2014 li tiddetermina ċerti arraġamenti konsegwenzjali u tranżizzjonali dwar il-waqfien tal-parteċipazzjoni tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq f'ċerti atti tal-Unjoni fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u tal-kooperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet kriminali adottati qabel id-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona

OJ L 343, 28.11.2014, p. 11–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2014/836/oj

28.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 343/11


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-27 ta' Novembru 2014

li tiddetermina ċerti arraġamenti konsegwenzjali u tranżizzjonali dwar il-waqfien tal-parteċipazzjoni tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq f'ċerti atti tal-Unjoni fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u tal-kooperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet kriminali adottati qabel id-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona

(2014/836/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra l-Protokoll Nru 36 dwar id-dispożizzjonijiet tranżizzjonali (minn hawn 'il quddiem “Protokoll Nru 36”), anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 10(4) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Skont il-Protokoll Nru 36, ir-Renju Unit kellu l-possibbiltà li jinnotifika lill-Kunsill, sal-31 ta' Mejju 2014, li ma jaċċettax il-poteri tal-Kummissjoni u tal-Qorti tal-Ġustizzja introdotti mit-Trattat ta' Lisbona fir-rigward ta' atti tal-Unjoni fil-qasam tal-koperazzjoni tal-pulizija u tal-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali li kienu ġew adottati qabel id-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona.

(2)

Permezz ta' ittra lill-President tal-Kunsill iddatata l-24 ta' Lulju 2013, ir-Renju Unit innotifika lill-Kunsill li ma jaċċettax il-poteri tal-Kummissjoni u tal-Qorti tal-Ġustizzja introdotti mit-Trattat ta' Lisbona fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u tal-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali. Bħala konsegwenza, l-atti rilevanti fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u l-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali ma jibqgħux japplikaw għar-Renju Unit fl-1 ta' Diċembru 2014.

(3)

Ir-Renju Unit jista' jinnotifika x-xewqa tiegħu li jipparteċipa fl-atti li ma baqgħux japplikaw għalih.

(4)

Ir-Renju Unit indika l-intenzjoni tiegħu li jinnotifika x-xewqa tiegħu li jipparteċipa f'uħud minn dawk l-atti.

(5)

Skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 10(4) tal-Protokoll Nru 36, il-Kunsill, fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu jiddetermina l-arranġamenti ta' konsegwenza u tranżizzjonali neċessarji. Il-Kunsill jista' wkoll, abbażi tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 10(4), jiddetermina li r-Renju Unit għandu jkun responsabbli għall-konsegwenzi finanzjarji diretti li jirriżultaw neċessarjament u inevitabbilment mill-waqfien tal-parteċipazzjoni tiegħu fl-atti kkonċernati.

(6)

Kull interruzzjoni fl-implimentazzjoni u l-applikazzjoni tal-atti li r-Renju Unit fittex li jingħaqad mill-ġdid magħhom għandha tkun evitata. Dawk l-atti għandhom għalhekk jibqgħu japplikaw għar-Renju Unit għal perjodu tranżizzjonali limitat sakemm id-deċiżjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni li jawtorizzaw il-parteċipazzjoni tar-Renju Unit jidħlu fis-seħħ.

(7)

Minħabba li r-Renju Unit għadu ma nnotifikax lill-Kunsill bix-xewqa tiegħu li jipparteċipa fid-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2008/615/ĠAI (1) u 2008/616/ĠAI (2) u d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/905/ĠAI (3), (minn hawn 'il quddiem “id-Deċiżjonijiet ta' Prüm”), dawn ma jibqgħux jibqgħu japplikaw għar-Renju Unit mill-1 ta' Diċembru 2014. Bħala konsegwenza tal-waqfien tal-applikazzjoni tagħhom, u sa dak iż-żmien li fih ir-Renju Unit jerġa' jingħaqad -mad-Deċiżjonijiet ta' Prüm, huwa m'għandux jitħalla jaċċessa l-bażi tad-dejta tal-EURODAC stabbilita skont ir- Regolament (UE) Nru 603/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi (4).

(8)

Madankollu, minħabba s-sinifikat prattiku u operazzjonali tad-Deċiżjonijiet ta' Prüm għall-Unjoni għas-sigurtà pubblika, u b'mod aktar partikolari għall-infurzar tal-liġi u l-prevenzjoni, id-detezzjoni u l-investigazzjoni ta' reati kriminali, ir-Renju Unit għandu, f'konsultazzjoni mill-qrib mas-sħab operazzjonali tiegħu fir-Renju Unit, Stati Membri oħra, il-Kummissjoni, il-Europol u l-Eurojust, iwettaq każ sħiħ tal-operat u l-implimentazzjoni sabiex jivvaluta l-merti u l-benefiċċji prattiċi tas-sħubija mill-ġdid tar-Renju Unit fid-Deċiżjonijiet ta' Prüm u l-passi neċessarji biex jagħmel dan, li r-riżultati tiegħu għandhom jiġu pubblikati sat-30 ta' Settembru 2015.

(9)

Jekk il-każ tal-operat u l-implimentazzjoni ta' hawn fuq ikun pożittiv, ir-Renju Unit għandu, sal-31 ta' Diċembru 2015, jiddeċiedi dwar jekk li jinnotifikax lill-Kunsill, fi żmien erba' ġimgħat, dwar ix-xewqa tiegħu li jipparteċipa fid-Deċiżjonijiet ta' Prüm, skont l-Artikolu 10(5) tal-Protokoll Nru 36. Ir-Renju Unit indika li huwa meħtieġ vot pożittiv fil-Parlament tiegħu qabel tittieħed deċiżjoni bħal din.

(10)

Ir-regoli dwar il-konsegwenzi finanzjarji mġarrba bħala riżultat tal-waqfien tal-parteċipazzjoni tar-Renju Unit fid-Deċiżjonijiet ta' Prüm għandhom jiġu previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/837/UE (5).

(11)

Skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 10(4) tal-Protokoll Nru 36, ir-Renju Unit mhux qed jipparteċipa fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni iżda huwa marbut biha,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-atti li huma elenkati fl-Anness għandhom jibqgħu japplikaw lir-Renju Unit sas-7 ta' Diċembru 2014.

Artikolu 2

1.   Fi żmien 10 ijiem mit-30 ta' Novembru 2014, ir-Renju Unit għandu jibda jwettaq każ sħiħ tal-operat u l-implimentazzjoni sabiex jivvaluta l-merti u benefiċċji prattiċi għar-Renju Unit li jingħaqad mill-ġdid mad-Deċiżjonijiet ta' Prüm u l-passi meħtieġa biex jagħmel dan.

Huwa għandu jagħmel dan b'konsultazzjoni mill-qrib ma' sħab operazzjonali fir-Renju Unit, l-Istati Membri, il-Kummissjoni, il-Europol u l-Eurojust.

2.   Sat-30 ta' Settembru 2015, ir-Renju Unit għandu jippubblika r-riżultati tal-każ tal-operat u l-implimentazzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 1.

3.   Jekk il-każ tal-operat u l-implimentazzjoni jkun pożittiv, sal-31 ta' Diċembru 2015, ir-Renju Unit għandu jiddeċiedi dwar jekk jinnotifikax lill-Kunsill dwar ix-xewqa tiegħu li jipparteċipa fid-Deċiżjonijiet ta' Prüm, skont l-Artikolu 10(5) tal-Protokoll Nru 36. In-notifika ssir fi żmien erba' ġimgħat mill-31 ta' Diċembru 2015.

Artikolu 3

Sakemm tidħol fis-seħħ deċiżjoni li tikkonferma l-parteċipazzjoni tar-Renju Unit fid-Deċiżjonijiet ta' Prüm, ir-Renju Unit ma jitħalliex jaċċessa l-bażi tad-dejta tal-EURODAC stabbilit taħt ir-Regolament (UE) Nru 603/2013, għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi.

Artikolu 4

Jekk ir-Renju Unit ma jkunx innotifika lill-Kunsill bix-xewqa tiegħu li jipparteċipa fid-Deċiżjonijiet ta' Prüm fi żmien erba' ġimgħat mill-31 ta' Diċembru 2015, il-Kummissjoni tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-effetti tan-nuqqas ta' parteċipazzjoni tar-Renju Unit f'dawk id-Deċiżjonijiet.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-30 ta' Novembru 2014.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Novembru 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

A. GIACOMELLI


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/615/ĠAI tat-23 ta' Ġunju 2008 dwar it-titjib tal-kooperazzjoni transkonfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali (ĠU L 210, 6.8.2008, p. 1).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/616/ĠAI tat-23 ta' Ġunju 2008 dwar l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI dwar it-titjib tal-koperazzjoni transkonfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali (ĠU L 210, 6.8.2008, p. 12).

(3)  Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/905/ĠAI tat-30 ta' Novembru 2009 dwar l-Akkreditament tal-fornituri ta' servizzi forensiċi li jwettqu attivitajiet tal-laboratorji (ĠU L 322, 9.12.2009, p. 14).

(4)  Ir-Regolament (UE) Nru 603/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar l-istabbiliment tal-“Eurodac” għat-tqabbil tal-marki tas-swaba' għall-applikazzjoni effettiva tar-Regolament (UE) Nru 604/2013 li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali ddepożitata f'wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna apolida u dwar talbiet għat-tqabbil ma' data tal-Eurodac mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri u mill-Europol għall-finijiet ta' infurzar tal-liġi, u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1077/2011 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja (ĠU L 180, 29.6.2013, p. 1).

(5)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/837/UE tas-27 ta' Novembru 2014 li tiddetermina ċerti arranġamenti konsegwenzjali u tranżizzjonali dwar il-waqfien tal-parteċipazzjoni tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq f'ċerti atti tal-Unjoni fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u tal-kooperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet kriminali adottati qabel id-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona (ara l-paġna 17 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).


ANNESS

LISTA TA' ATTI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 1

1.

Il-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen tal-1985: L-Artikolu 39 l-Artikolu 40, l-Artikoli 42 u 43 (sa fejn dawn huma relatati mal-Artikolu 40), l-Artikolu 44, l-Artikolu 46, l-Artikolu 47 (ħlief il-paragrafi (2)(c) u (4)), l-Artikoli 54 sa 58, l-Artikolu 59, l-Artikoli 61 sa 69, l-Artikolu 71, l-Artikolu 72, l-Artikoli 126 sa 130 (sa fejn dawn huma relatati mad-disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta' Schengen li r-Renju Unit jipparteċipa fiha), u l-Att finali — id-Dikjarazzjoni Nru 3 (dwar l-Artikolu 71(2)) (ĠU L 239, 22.9.2000, p. 19)

2.

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/586/ĠAI tat-28 ta' Settembru 2000 li jistabbilixxi proċedura biex jiġu emendati l-Artikoli 40(4) u (5), 41(7) u 65(2) tal-Konvenzjoni li timplementa l-Ftehim ta' Schengen tal-14 ta' Ġunju 1985 dwar it-tneħħija gradwali ta' kontrolli fuq il-fruntieri komuni (ĠU L 248, 3.10.2000, p. 1), (Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 19, Volum 004, p. 3 - 4)

3.

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/725/JHA tat-2 ta' Ottubru 2003 li temenda d-disposizzjonijiet tal-Artikolu 40(1) u (7) tal-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen tal-14 ta' Ġunju 1985 dwar l-abolizzjoni gradwali tal-kontrolli fuq il-fruntieri komuni (ĠU L 260, 11.10.2003, p. 37), (Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 19, Volum 006, p. 231 - 232)

4.

L-Azzjoni Konġunta 97/827/ĠAI tal-5 ta' Diċembru 1997 li tistabbilixxi mekkaniżmu għall-evalwazzjoni tal-applikazzjoni u l-implimentazzjoni fil-livell nazzjonali ta' obbligi internazzjonali fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata (ĠU L 344, 15.12.1997, p. 7), (Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 19, Volum 001, p. 77 - 79)

5.

L-Att tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 1997 li jfassal, abbażi tal-Artikolu K.3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-Konvenzjoni dwar l-assistenza u l-kooperazzjoni reċiproċi bejn l-amministrazzjonijiet doganali (ĠU C 24, 23.1.1998, p. 1)

6.

L-Azzjoni konġunta 98/700/JHA tat-3 ta' Diċembru 1998 adottata mill-Kunsill fuq il-bażi tal-Artikolu K.3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea li tikkonċerna l-istabbiliment ta' Sistema Ewropea ta' Arkivjar ta' Immaġini (FADO) (ĠU L 333, 9.12.1998, p. 4), (Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 19 Volum 001 p. 100 - 103)

7.

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/375/ĠAI tad-29 ta' Mejju 2000 sabiex tkun miġġielda l-pornografija tat-tfal fuq l-Internet (ĠU L 138, 9.6.2000, p. 1), (Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 19, Volum 001, p. 183)

8.

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/641/ĠAI tas-17 ta' Ottubru 2000 li tistabbilixxi segretarjat għall-korpi konġunti tas-sorveljanza tal-protezzjoni tad-data stabbiliti mill-Konvenzjoni dwar l-istabbiliment ta' Uffiċċju tal-Pulizija Ewropea (Konvenzjoni Europol), il-Konvenzjoni dwar l-Użu tat-Teknoloġija tal-Informazzjoni għall-Għanijiet ta' Dwana u l-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen dwar l-abolizzjoni gradwali ta' investigazzjoni fil-fruntieri komuni (Konvenzjoni ta' Schengen) (ĠU L 271, 24.10.2000, p. 1), (Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 19, Volum 004, p. 12 - 14)

9.

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/642/JHA tas-17 ta' Ottubru 2000 dwar l-arranġamenti għall-kooperazzjoni bejn l-unitajiet tal-intelliġenza finanzjarja tal-Istati Membri fir-rigward tal-iskambju ta' informazzjoni (ĠU L 271, 24.10.2000, p. 4) (Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 19, Volum 004 p. 12 - 14)

10.

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/187/JHA tat-28 ta' Frar 2002 li twaqqaf il-Eurojust bil-ħsieb li tirrinforza l-ġlieda kontra d-delitti serji (ĠU L 63, 6.3.2002, p. 1), (Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 19, Volum 004, p. 197 - 209)

11.

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/659/JHA tat-18 ta' Ġunju 2003 li temenda d-Deċiżjoni 2002/187/JHA li tistabbilixxi l-Eurojust bil-ħsieb li tirrinforza l-ġlieda kontra d-delitti serji (ĠU L 245, 29.9.2003, p. 44), Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 19, Volum 006, p. 222 - 223)

12.

Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/426/ĠAI tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar it-tisħiħ tal-Eurojust u li temenda d-Deċiżjoni 2002/187/ĠAI li tistabbilixxi l-Eurojust bil-għan li tiġi msaħħa l-ġlieda kontra l-kriminalità serja (ĠU L 138, 4.6.2009, p. 14)

13.

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/348/ĠAI tal-25 ta' April 2002 dwar sigurtà b'konnessjoni ma' logħbiet tal-futbol b'dimensjoni internazzjonali (ĠU L 121, 8.5.2002, p. 1)

14.

Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/412/ĠAI tat-12 ta' Ġunju 2007 li temenda d-Deċiżjoni 2002/348/ĠAI dwar is-sigurtà b'konnessjoni ma' logħbiet tal-futbol b'dimensjoni internazzjonali (ĠU L 155, 15.6.2007, p. 76)

15.

Id-Deċiżjoni kwadru 2002/465/ĠAI tal-Kunsill tat-13 ta' Ġunju 2002 dwar l-iskwadri ta' investigazzjoni konġunti (ĠU L 162, 20.6.2002, p. 1)

16.

Id-Deċiżjoni kwadru tal-Kunsill tat-13 ta' Ġunju 2002 fuq il-mandat ta' arrest Ewropew u l-proċeduri ta' ċediment bejn l-Istati Membri (ĠU L 190, 18.7.2002, p. 1)

17.

Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/299/ĠAI tas-26 ta' Frar 2009 li temenda d-Deċiżjonijiet Kwadru 2002/584/ĠAI, 2005/214/ĠAI, 2006/783/ĠAI, 2008/909/ĠAI u 2008/947/ĠAI, u b'hekk issaħħaħ id-drittijiet proċedurali ta' persuni, li trawwem l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku fir-rigward ta' deċiżjonijiet mogħtija fl-assenza tal-persuna konċernata fil-kawża (ĠU L 81, 27.3.2009, p. 24)

18.

Id-Deċiżjoni kwadru tal-Kunsill 2005/214/ĠAI tal-24 ta' Frar 2005 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku ta' penali finanzjarji (ĠU L 76, 22.3.2005, p. 16) (Edizzjoni Speċjali bil-Malti: 159M, 13.6.2006, p. 256)

Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/299/ĠAI tas-26 ta' Frar 2009 li temenda d-Deċiżjonijiet Kwadru 2002/584/ĠAI, 2005/214/ĠAI, 2006/783/ĠAI, 2008/909/ĠAI u 2008/947/ĠAI, u b'hekk issaħħaħ id-drittijiet proċedurali ta' persuni, li trawwem l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku fir-rigward ta' deċiżjonijiet mogħtija fl-assenza tal-persuna konċernata fil-kawża (ĠU L 81, 27.3.2009, p. 24)

19.

Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2006/783/ĠAI tas-6 ta' Ottubru 2006 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku għal ordnijiet ta' konfiska (ĠU L 328, 24.11.2006, p. 59), (Edizzjoni Speċjali bil-Malti: ĠU L 239M, 10.9.2010, p. 340)

Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/299/ĠAI tas-26 ta' Frar 2009 li temenda d-Deċiżjonijiet Kwadru 2002/584/ĠAI, 2005/214/ĠAI, 2006/783/ĠAI, 2008/909/ĠAI u 2008/947/ĠAI, u b'hekk issaħħaħ id-drittijiet proċedurali ta' persuni, li trawwem l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku fir-rigward ta' deċiżjonijiet mogħtija fl-assenza tal-persuna konċernata fil-kawża (ĠU L 81, 27.3.2009, p. 24)

20.

Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2006/960/ĠAI tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar is-simplifikazzjoni tal-iskambju ta' informazzjoni u intelligence bejn l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 386, 29.12.2006, p. 89)

21.

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/171/KE tas-16 ta' Marzu 2007 li tistipula r-rekwiżiti tan-netwerk għas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen II,, (it-3 pilastru) (ĠU L 79, 20.3.2007, p. 29), (Edizzjoni Speċjali bil-Malti: ĠU L 219M, 24.8.2007, p. 358)

22.

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/ĠAI tat-12 ta' Ġunju 2007 dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-sistema ta' informazzjoni ta' Schengen tat-Tieni Ġenerazzjoni (SIS II) (ĠU L 205, 7.8.2007, p. 63)

23.

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/845/ĠAI tas-6 ta' Diċembru 2007 dwar il-kooperazzjoni bejn l-Uffiċċji għall-Irkupru tal-Assi tal-Istati Membri fil-qasam tar-rintraċċar u l-identifikazzjoni ta' rikavati mill-kriminalità, jew proprjetà relatata magħha (ĠU L 332, 18.12.2007, p. 103)

24.

Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI tas-27 ta' Novembru 2008 dwar il-protezzjoni ta' dejta personali pproċessata fil-qafas tal-kooperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja f'materji kriminali (ĠU L 350, 30.12.2008, p. 60)

25.

Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2008/675/ĠAI tal-24 ta' Lulju 2008 dwar it-teħid in konsiderazzjoni ta' kundanni fl-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea waqt proċedimenti kriminali ġodda (ĠU L 20, 15.8.2008, p. 32)

26.

Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/909/ĠAI tas-27 ta' Novembru 2008 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku ta' sentenzi f'materji kriminali li jimponu pieni ta' kustodja jew miżuri li jinvolvu ċ-ċaħda tal-libertà bil-għan li jiġu infurzati fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 327, 5.12.2008, p. 27)

Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/299/ĠAI tas-26 ta' Frar 2009 li temenda d-Deċiżjonijiet Kwadru 2002/584/ĠAI, 2005/214/ĠAI, 2006/783/ĠAI, 2008/909/ĠAI u 2008/947/ĠAI, u b'hekk issaħħaħ id-drittijiet proċedurali ta' persuni, li trawwem l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku fir-rigward ta' deċiżjonijiet mogħtija fl-assenza tal-persuna konċernata fil-kawża (ĠU L 81, 27.3.2009, p. 24)

27.

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/976/ĠAI tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar in-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew (ĠU L 348, 24.12.2008, p. 130)

28.

Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/315/ĠAI tas-26 ta' Frar 2009 dwar l-organizzazzjoni u l-kontenut tal-iskambju bejn l-Istati Membri, ta' informazzjoni estratta mir-rekords kriminali (ĠU L 93, 7.4.2009, p. 23)

29.

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/316/ĠAI tas-6 ta' April 2009 dwar l-istabbiliment ta' Sistema Ewropea ta' Informazzjoni ta' Rekords Kriminali (ECRIS) fl-applikazzjoni tal-Artikolu 11 tad-Deċiżjoni Qafas 2009/315/ĠAI (ĠU L 93, 7.4.2009, p. 33)

30.

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/371/ĠAI tas-6 ta' April 2009 li tistabbilixxi l-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol) (ĠU L 121, 15.5.2009, p. 37)

31.

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/934/ĠAI tat-30 ta' Novembru 2009 li tadotta r-regoli implimentattivi li jirregolaw ir-relazzjonijiet tal-Europol mal-imsieħba, inkluż l-iskambju ta' data personali u informazzjoni kklassifikata (ĠU L 325, 11.12.2009, p. 6)

32.

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/936/ĠAI tat-30 ta' Novembru 2009 li tadotta r-regoli implimentattivi għar-reġistri ta' ħidma ta' analiżi tal-Europol (ĠU L 325, 11.12.2009, p. 14)

33.

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/968/ĠAI tat-30 ta' Novembru 2009 li tadotta r-regoli dwar il-konfidenzjalità tal-informazzjoni tal-Europol (ĠU L 332, 17.12.2009, p. 17)

34.

Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/829/ĠAI tat-23 ta' Ottubru 2009 dwar l-applikazzjoni, bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, tal-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku għal deċiżjonijiet dwar miżuri ta' superviżjoni bħala alternattiva għal detenzjoni proviżorja (ĠU L 294, 11.11.2009, p. 20)

35.

Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/917/ĠAI tat-30 ta' Novembru 2009 dwar l-użu tat-teknoloġija tal-informatika għall-finijiet doganali (ĠU L 323, 10.12.2009, p. 20)


Top