Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014D0750

    Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/750/PESK tat- 30 ta' Ottubru 2014 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/642/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja

    ĠU L 311, 31.10.2014, p. 39–53 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2014/750/oj

    31.10.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 311/39


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2014/750/PESK

    tat-30 ta' Ottubru 2014

    li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/642/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Fil-15 ta' Ottubru 2012, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2012/642/PESK (1).

    (2)

    Fuq il-bażi ta' rieżami tad-Deċiżjoni 2012/642/PESK, il-miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja għandhom jiġu estiżi sal-31 ta' Ottubru 2015.

    (3)

    Il-Kunsill iqis li m'għadx hemm raġunijiet biex ċerti persuni u entitajiet jitħallew fuq il-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi kif stipulat fl-Anness għad-Deċiżjoni 2012/642/PESK.

    (4)

    Barra minn hekk, l-informazzjoni relatata ma' ċerti persuni u entitajiet fuq il-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi kif hemm fl-Anness għad-Deċiżjoni 2012/642/PESK għandha tiġi aġġornata.

    (5)

    Id-Deċiżjoni 2012/642/PESK għandha għalhekk tiġi emendata kif meħtieġ,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Id-Deċiżjoni 2012/642/PESK hija b'dan emendata kif ġej:

    (1)

    Fl-Artikolu 8, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “2.   Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-31 ta' Ottubru 2015. Din għandha tinżamm taħt reviżjoni kostanti. Hija għandha tiġġedded, jew tiġi emendata, kif ikun meħtieġ, jekk il-Kunsill iqis li l-objettivi tagħha ma ntlaħqux.”

    (2)

    L-Anness huwa b'dan emendat kif hemm fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Ottubru 2014.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    S. GOZI


    (1)  Deċiżjoni 2012/642/PESK tal-15 ta' Ottubru 2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja (ĠU L 285, 17.10.2012, p. 1).


    ANNESS

    I.

    Il-persuni u l-entitajiet li ġejjin huma mħassra mil-lista li tinsab fl-Anness għad-Deċiżjoni 2012/642/PESK:

    A.   Persuni

    Nru 2

    Akulich, Sviatlana Rastsislavauna;

    Nru 3

    Aliaksandrau, Dzmitry Piatrovich;

    Nru 34

    Chasnouski, Mechyslau Edvardavich;

    Nru 45

    Gardzienka, Siarhei Aliaksandravich;

    Nru 46

    Guseu, Aliaksei Viktaravich;

    Nru 70

    Kaliada, Aliaksandr Mikhailavich;

    Nru 76

    Kastsian, Siarhei Ivanavich;

    Nru 82

    Khadanovich, Aliaksandr Alyaksandrauvich;

    Nru 90

    Kisialiova, Nadzeia Mikalaeuna;

    Nru 99

    Krot, Ihar Uladzimiravich;

    Nru 100

    Krukouski, Viachaslau Iafimavich;

    Nru 102

    Kukharchyk, Piotr Dzmitryevich;

    Nru 132

    Mikhalchanka, Aliaksei Yakaulevich;

    Nru 141

    Orda, Mikhail Siarheevich;

    Nru 143

    Padaliak, Eduard Vasilievich;

    Nru 147

    Peftsieu, Uladzimir Paulavich;

    Nru 159

    Reliava, Aksana Anatolyeuna;

    Nru 172

    Sheiko, Ina Valerieuna;

    Nru 189

    Stosh, Mikalai Mikalaevich;

    Nru 197

    Taranda, Aliaksandr Mikhailavich;

    Nru 198

    Tarapetskaia, Halina Mikhailauna;

    Nru 199

    Ternavsky, Anatoly Andreevich;

    Nru 205

    Tsitsiankova, Alena Viktarauna;

    Nru 220

    Yuferytsyn, Dzmitry Viktaravich.

    B.   Entitajiet

    Nru 2

    Private Unitary Enterprise (PUE) BT Telecommunications;

    Nru 6

    JLLC Neftekhimtrading;

    Nru 21

    JLLC Triplepharm;

    Nru 22

    LLC Triple-Veles;

    Nru 23

    Univest-M;

    Nru 24

    FLLC Unis Oil;

    Nru 25

    JLLC UnivestStroyInvest.

    II.

    L-entrati għall-persuni u l-entitajiet li ġejjin stipulati fl-Anness għad-Deċiżjoni 2012/642/PESK huma sostitwiti b'dan li ġej:

    A.   Persuni

     

    Ismijiet

    Traskrizzjoni tal-ortografija Bjelorussa

    Traskrizzjoni tal-ortografija Russa

    Isem

    (Ortografija Bjelorussa)

    Isem

    (Ortografija Russa)

    Informazzjoni ta' Identifikazzjoni

    Raġunijiet

    12.

    Bakhmatau, Ihar Andreevich

    Bakhmatov, Igor Andreevich

    Image

    БАХМАТОВ, Игорь Андреевич

    Indirizz: БФСО “Динамо”

    220030, г. Минск, ул. Кирова 8 корп. 2

    Kien involut attivament fir-repressjoni tas-soċjetà ċivili fil-Bjelorussja. Bħala ex-Viċi Kap tal-KGB, inkarigat mill-persunal u l-organizzazzjoni tad-dmirijiet tagħhom, kien responsabbli għall-attività repressiva tal-KGB kontra s-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika. Ġie riassenjat mal-forzi tar-riżerva f'Mejju 2012.

    Membru wkoll tal-Kunsill Ċentrali ta' CJSC Dinamo- Minsk li huwa elenkat fil-punt 20 tat-Taqsima B.

    33.

    Charnyshou, Aleh Anatolievich

    Chernyshev, Oleg Anatolievich

    Image

    Image

    Indirizz: КГБ 210623, г. Минск, проспект Независимости, 17

    Viċi Kap tal-KGB, inkarigat mill-intelligence estera, minn April 2014. Kurunell, kien responsabbli mill-unità ta' kontra t-terroriżmu tal-KGB, l-unità “Alpha”. Huwa pparteċipa personalment fit-trattament inuman u degradanti ta' attivisti tal-oppożizzjoni fiċ-ċentru ta' detenzjoni tal-KGB f'Minsk wara t-trażżin tad-dimostrazzjoni ta' protesta wara l-elezzjoni f'Minsk fid-19 ta' Diċembru 2010. L-azzjonijiet tiegħu kienu jikkostitwixxu ksur dirett tal-impenji internazzjonali tal-Bjelorussja fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem.

    35.

    Chatviartkova, Natallia Alexeeuna

    Chetvertkova, Natalia Alexeevna (Chetvertkova, Natalya Alexeevna)

    ЧАТВЯРТКОВА, Наталля Алексееўнa

    ЧЕТВЕРТКОВА, Наталья Алексеевнa

     

    Kienet Viċi President u mħallef tal-Qorti Distrettwali ta' Partizanski ta' Minsk (sat-18.6.2012).

    Hija trattat il-proċess tal-eks-kandidat presidenzjali Andrei Sannikov, attivista tas-soċjetà ċivili Ilia Vasilevich, Fedor Mirzoianov, Oleg Gnedchik u Vladimir Yeriomenok. Il-mod kif mexxiet il-proċess kien ksur ċar tal-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali. Hija sostniet l-użu ta' evidenza u ta' xhieda irrilevanti għall-akkużati.

    40.

    Dysko, Henadz Iosifavich

    Dysko, Gennadi Iosifovich

    Image

    Image

    Data tat-twelid: 1964

    Post tat-twelid: Oshmiany, reġjun ta' Hrodna

    Indirizz: 210601 г.Витебск, ул. Жесткова, 14а (ul. Zhestkova, 14a Vitebsk)

    Prosekutur tar-Reġjun ta' Vitebsk sat-2.8.2011. Responsabbli għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili wara l-elezzjonijiet ta' Diċembru 2010. Dan jinkludi r-responsabbiltà għal kawżi kontra Siarhei Kavalenka u Andrei Haidukow.

    41.

    Dzemiantsei, Vasil Ivanavich (Dzemyantsey, Vasil Ivanovich)

    Dementei, Vasili Ivanovich (Dementey, Vasili Ivanovich)

    ДЗЕМЯНЦЕЙ, Васiль Iванавiч

    ДЕМЕНТЕЙ, Василий Иванович

    Data tat-twelid: 20.9.1954

    Post tat-twelid: Distrett ta' Chashniki, reġjun ta' Vitebsk

    ID: 3200954E045PB4

    Indirizz: Гродненская региональная таможня

    230003, г. Гродно, ул. Карского, 53

    Kap tal-Kumitat reġjonali tad-Dwana ta' Hrodna, kien l-Ewwel Viċi President tal-KGB (2005-2007), kien Viċi Kap tal-Kumitat tad-Dwana tal-Istat.

    Huwa responsabbli għall-attività repressiva tal-KGB kontra s-soċjetà ċivili u oppożizzjoni demokratika, b'mod partikolari fl-2006 u l-2007.

    42.

    Dziadkou, Leanid Mikalaevich

    Dedkov, Leonid Nikolaevich

    ДЗЯДКОЎ, Леанiд Мiкалаевiч

    ДЕДКОВ, Леонид Николаевич

    Data tat-twelid: 10.1964

    ID: 3271064M000PB3

    Indirizz: КГБ 210623, г. Минск, проспект Независимости, 17

    Eks-Viċi Kap tal-KGB (minn Lulju 2013), inkarigat mill-intelligence estera. Kien responsabbli wkoll għall-attività repressiva tal-KGB kontra s-soċjetà ċivili u oppożizzjoni demokratika.

    55.

    Hureeu Siarhei Viktaravich (Hureyeu Siarhey Viktaravich)

    Gureev Sergei Viktorovich, (Gureyev Sergey Viktorovich)

    Image

    ГУРЕЕВ, Сергей Викторович

     

    Kien involut attivament fir-repressjoni tas-soċjetà ċivili fil-Bjelorussja. Bħala eks-Viċi Ministru tal-Intern u Kap tal-Investigazzjoni Preliminari, huwa kien responsabbli għas-soppressjoni vjolenti ta' protesti u ksur tad-drittijiet tal-bniedem matul il-proċedimenti tal-investigazzjonijiet fir-rigward tal-elezzjonijiet ta' Diċembru 2010. Ingħaqad mal-forzi ta' riżerva fi Frar 2012. Attwalment huwa Ġeneral fil-forzi ta' riżerva.

    62.

    Iauseev, Ihar Uladzimiravich (Yauseev, Ihar Uladzimiravich; Yauseyev, Ihar Uladzimiravich)

    Evseev, Igor Vladimirovich (Yevseev, Igor Vladimirovich; Yevseyev, Igor Vladimirovich)

    ЯЎСЕЕЎ, Irap Уладзiмiравiч

    ЕВСЕЕВ, Игорь Владимирович

    Data tat-twelid: 1968

    Indirizz: г.Витебск, пр-т Фрунзе, д.41а

    Kap tal-Pulizija reġjonali ta' Vitebsk (minn Ġunju 2012), ġeneral tal-pulizija (mill-2013). Ex-Viċi Kap tal-Pulizija ta' Minsk u Kap tal-iskwadra ta' kontra l-irvellijiet (OMON) ta' Minsk. Kellu l-kmand tat-truppi li xejnu d-dimostrazzjonijiet paċifiċi tad-19 ta' Diċembru 2010 u ħa sehem personalment fil-brutalità, u għal dan irċieva premju u ittra ta' rikonoxximent mill-President Lukashenka fi Frar 2011. Fl-2011, kellu l-kmand ukoll tat-truppi li rażżnu diversi protesti oħra minn attivisti politiċi u ċittadini paċifiċi f'Minsk.

    68.

    Kakunin, Aliaksandr Aliaksandravich

    (Kakunin, Aliaxandr Aliaxandravich)

    Kakunin, Aleksandr Aleksandravich

    (Kakunin, Alexandr Alexandrovich)

    КАКУНИН, Александр Александрович

    Image

    Kap tal-kolonja penali IK-2 f'Bobruisk

    Responsabbli għat-trattament inuman tal-priġunieri politiċi A. Sannikau u A. Beliatski fil-kolonja penali IK-2 f'Bobruisk. Attivisti tal-oppożizzjoni ġew ittorturati, imċaħħda mill-aċċess għall-avukati u mqiegħda fl-iżolament fil-kolonja penali taħt is-superviżjoni tiegħu. Kakunin għamel pressjoni fuq A. Beliatski u A. Sannikau sabiex iġiegħelhom jiffirmaw appell għal maħfra.

    73.

    Kanapliou, Uladzimir Mikalaevich

    Konoplev, Vladimir Nikolaevich

    КАНАПЛЕЎ, Уладзiмiр Мiкалаевiч

    КОНОПЛЕВ, Владимир Николаевич

    Data tat-twelid: 3.1.1954

    Post tat-twelid: Akulintsi, reġjun ta' Mohilev

    ID: 3030154A124PB9

    Indirizz: Национальный олимпийский комитет Республики Беларусь

    220020 г. Минск ул.Радужная, 27

    Huwa għandu rabtiet mill-qrib mal-President Lukashenka li miegħu ħadem mill-qrib matul is-snin tmenin u l-aktar fis-snin disgħin. Viċi Kap tal-Kumitat Olimpiku Nazzjonali (il-Kap huwa Alexandr Lukashenka), Kap tal-Federazzjoni tal-Handball. Ex-President tal-Kamra Inferjuri tal-Parlament, maħtur mill-President. Kien wieħed mill-atturi ewlenin fl-elezzjoni presidenzjali frodulenti fl-2006.

    Ingħata residenza f'Minsk, fid-distrett tan-nomenklatura Drozdy mill-Amministrazzjoni Presidenzjali.

    78.

    Kavaliou, Aliaksandr Mikhailavich

    Kovalev, Aleksandr Mikhailovich

    КАВАЛЕЎ, Аляксандр Мiхайлавiч

    КОВАЛЕВ, Александр Михайлович

     

    Kien Direttur tal-kamp tal-priġunieri f'Horki. Huwa kien responsabbli għat-trattament inuman tad-detenuti, speċjalment għall-persekuzzjoni u t-trattament ta' tortura tal-attivist tas-soċjetà ċivili Dmitri Dashkevich, li ġie mitfugħ il-ħabs b'rabta mal-elezzjonijiet tad-19 ta' Diċembru 2010 u t-trażżin tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika.

    85.

    Khmaruk, Siargei Konstantinovich

    Khmaruk, Sergei Konstantinovich (Khmaruk, Sergey Konstantinovich)

    ХМАРУК, Сяргей Канстанцiнавiч

    ХМАРУК, Сергей Константинович

    Indirizz: Прокуратура г. Минска ул. Раковская 38

    Prosekutur tal-Belt ta' Minsk. Kien Prosekutur tar-Reġjun ta' Brest. Responsabbli għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili wara l-elezzjonijiet ta' Diċembru 2010.

    Promoss fi Frar 2011.

    93.

    Konan, Viktar Aliaksandravich

    Konon, Viktor Aleksandrovich

    КОНАН, Вiктар Аляксандравiч

    КОНОН, Виктoр Александрович

     

    Ħadem attivament biex jimmina d-demokrazija fil-Bjelorussja. Fir-rwol li kellu bħala Viċi Prosekutur Ġenerali sal-2012, huwa kien inkarigat u involut direttament fl-attivitajiet kollha tal-intelligence mwettqa mill-uffiċċju tal-Prosekutur Ġenerali kontra entitajiet indipendenti u tal-oppożizzjoni, inkluż fl-2010.

    94.

    Kornau, Uladzimir Uladzimiravich

    Kornov, Vladimir Vladimirovich

    КОРНАЎ, Уладзiмiр Уладзiмiравiч

    КОРНОВ, Владимир Владимирович

    Indirizz: Суд Советского района г. Минска

    220113, г. Минск, Логойский тракт, 3

    Tel: +375 17 280 83 40

    Kap tal-Qorti Distrettwali ta' Sovetski ta' Minsk, kien Imħallef fil-Qorti tal-Belt ta' Minsk li awtorizza ċ-ċaħda tal-appell ta' Byalyatski. Byalyatski kien attiv fid-difiża u l-għoti ta' assistenza lil dawk li sofrew minn repressjoni marbuta mal-elezzjonijiet tad-19 ta' Diċembru 2010 u t-trażżin tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika.

    95.

    Korzh, Ivan Aliakseevich

    Korzh, Ivan Alekseevich

    КОРЖ, Iван Аляксеевiч

    КОРЖ, Иван Алексеевич

     

    Ġeneral, Kap tal-KGB tar-Reġjun ta' Hrodna. Responsabbli għall-attività repressiva tal-KGB kontra s-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika fir-reġjun ta' Hrodna.

    97.

    Krasheuski, Viktar

    Krashevski, Viktor

    Image

    КРАШЕВСКИЙ, Виктор

     

    Ġeneral, Kien Kap tal-GRU (Dipartiment tal-Intelligence tal-Ministeru tad-Difiża) u Viċi Kap tal-persunal tal-Forzi Armati tal-Bjelorussja (sa Frar 2013). Responsabbli għall-attività tas-servizzi tal-intelligence fir-repressjoni tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika.

    105.

    Kuzniatsou, Ihar Nikonavich

    Kuznetsov, Igor Nikonovich

    КУЗНЯЦОЎ, Irap Нiконaвiч

    КУЗНЕЦОВ, Игорь Никонович

    Indirizz: Ċentru ta' Taħriġ tal-KGB Бядули 2, 220034, Минск

    Ġeneral, Kap taċ-Ċentru ta' Taħriġ tal-KGB, kien Kap tal-KGB fir-reġjun ta' Minsk u fil-belt ta' Minsk.

    Bħala l-persuna responsabbli għat-tħejjija u t-taħriġ tal-persunal tal-KGB, huwa kien responsabbli għall-attività repressiva tal-KGB kontra s-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika. Fir-rigward tal-funzjonijiet preċedenti tiegħu, huwa kien responsabbli għall-istess attività repressiva tal-KGB fil-belt ta' Minsk u fir-reġjun ta' Minsk.

    114.

    Liabedzik, Mikhail Piatrovich

    Lebedik, Mikhail Petrovich

    ЛЯБЕДЗIК, Мiхаiл Пятровiч

    ЛЕБЕДИК, Михаил Петрович

    Indirizz: Ул. Б.Хмельницкого, 10 а, Минск, 220013

    Matul il-kampanja elettorali Presidenzjali tal-2010 huwa nħatar mill-Kap tal-Kumitat Elettorali Ċentrali. L-ewwel Viċi Kap (maħtur mill-ġdid fil-21 ta' Jannar 2014) tal-Bord Superviżorju inkarigat mill-monitoraġġ tal-konformità mal-proċeduri u r-regoli tal-kampanji elettorali fil-mezzi tal-informazzjoni, u, bħala tali, kellu rwol attiv fil-propaganda tar-reġim matul il-kampanji elettorali tal-2010 u l-2012. Fis-26 ta' Ottubru 2011 huwa ingħata l-“Ordni ta' Franzisk Skorina” mill-President. F'Settembru 2012, huwa rrifjuta li jinkludi membri tal-mezzi tal-informazzjoni indipendenti fil-Bord. L-Ewwel Viċi Editur tal-gazzetta tal-Amministrazzjoni tal-President u l-gazzetta ewlenija ta' propaganda “Sovietskaia Belarus”. Sors ta' politika favur il-gvern, iffalsifika l-fatti u għamel kummenti inġusti dwar il-proċessi li għaddejjin fil-Bjelorussja kontra l-oppożizzjoni demokratika u s-soċjetà ċivili, li ġew deskritti sistematikament b'mod negattiv u derogatorju, b'mod partikolari wara l-elezzjonijiet Presidenzjali fl-2010.

    115.

    Liaskouski, Ivan Anatolievich

    Leskovski, Ivan Anatolievich

    ЛЯСКОЎСКI, Iван Анатольевiч

    ЛЕСКОВСКИЙ, Иван Анатольевич

     

    Kien Kap tal-KGB għar-reġjun ta' Homel u kien Viċi Kap tal-KGB għal Homel. Responsabbli għall-attività repressiva tal-KGB kontra s-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika fir-reġjun ta' Homel. Huwa tneħħa mill-pożizzjoni tiegħu mill-President fit-2 ta' April 2014 għal imġiba mhux xierqa.

    117.

    Lomats, Zianon Kuzmich

    Lomat, Zenon Kuzmich

    ЛОМАЦЬ, Зянон Кузьмiч

    ЛОМАТЬ, Зенон Кузьмич

    Data tat-twelid: 27.1.1944

    Post tat-twelid: Karabani, Minsk

    Ħadem attivament biex jimmina d-demokrazija fil-Bjelorussja. Fir-rwol li kellu bħala President tal-Kumitat għall-Kontroll mill-Istat (sal-2010) kien wieħed mill-persuni ewlenin involuti fil-każ ta' Ales Byalyatski, wieħed mid-difensuri l-aktar prominenti tad-drittijiet tal-bniedem, Kap taċ-Ċentru tad-Drittijiet tal-Bniedem Bjelorussu “Vyasna”, Viċi President tal-FIDH. A. Byalyatski kien attiv fid-difiża u l-għoti ta' assistenza lil dawk li batew mir-repressjoni marbuta mal-elezzjonijiet tad-19 ta' Diċembru 2010 u t-trażżin tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika.

    118.

    Lopatko, Alexander Alexandrovich

    Александр Александрович Лопатко

    Аляксандр Аляксандровiч Лапатка

    Viċi Kap tal-kolonja penali IK-9 f'Mazyr

    Responsabbli għat-trattament inuman ta' D.Dashevich, li jinkludi torturi u ċaħda tal-aċċess għal rappreżentanti legali. Lopatko kellu pożizzjoni ewlenija fil-kolonja penali fejn inżamm Dashekevich u fejn ġiet applikata pressjoni psikoloġika, inkluża ċ-ċaħda ta' irqad u l-iżolament, fuq il-priġunieri politiċi inkluż is-Sur Dashekevich.

    120.

    Lukashenka, Dzmitry Aliaksandravich

    Lukashenko, Dmitri Aleksandrovich

    Image

    ЛУКАШЕНКО, Дмитрий Александрович

    Data tat-twelid: 23.3.1980

    Indirizz: Klabb tal-Isports tal-President

    220029, г. Минск, ул. Старовиленская, 4.

    Negozjant, b'parteċipazzjoni attiva f'operazzjonijiet finanzjarji li jinvolvu l-familja Lukashenka.

    President tal-Klabb tal-Isports tal-President.

    126.

    Maltsau, Leanid Siamionavich

    Maltsev, Leonid Semenovich

    МАЛЬЦАЎ, Леанiд Сяменавiч

    МАЛЬЦЕВ, Леонид Семенович

    Data tat-twelid: 29.8.1949,

    Post tat-twelid: Vetenevka, Slonim rayon, Reġjun ta' Hrodna

    (д. Ветеньевка, Слонимского района, Гродненской области)

    ID: 3290849A002PB5

    Kap tal-Kumitat tal-Fruntiera tal-Istat, kien Segretarju tal-Kunsill tas-Sigurtà.

    137.

    Navumau, Uladzimir Uladzimiravich

    Naumov, Vladimir Vladimirovich

    НАВУМАЎ, Уладзiмiр Уладзiмiравiч

    НАУМОВ, Владимир Владимирович

    Data tat-twelid: 7.2.1956,

    Post tat-twelid: Smolensk (Russja)

    Naqas milli jieħu azzjoni biex jinvestiga l-każ tal-għajbien mhux solvut ta' Yuri Zakharenko, Viktor Gonchar, Anatoly Krasovski u Dmitri Zavadski fil-Bjelorussja fl-1999 u fl-2000. Ex-Ministru tal-Intern u wkoll ex-Kap tas-Servizz tas-Sigurtà tal-President. Bħala Ministru tal-Intern huwa kien responsabbli għar-repressjoni matul id-dimostrazzjonijiet paċifiċi sakemm irtira fis-6 ta' April 2009 għal raġunijiet ta' saħħa.

    Ingħata residenza f'Minsk fid-distrett tan-nomenklatura Drozdy mill-Amministrazzjoni Presidenzjali.

    146.

    Paulichenka, Dzmitry Valerievich

    Pavlichenko, Dmitri Valerievich (Pavlichenko, Dmitriy Valeriyevich)

    Image

    ПАВЛИЧЕНКО, Дмитрий Валериевич

    Data tat-twelid: 1966,

    Post tat-twelid: Vitebsk

    Indirizz: Белорусская ассоциация ветеранов спецподразделений войск МВД “Честь”

    220028, Минск Маяковского, 111

    Persuna ċentrali fl-għajbien mhux solvut ta' Yuri Zakharenko, Viktor Gonchar, Anatoly Krasovski u Dmitri Zavadski fil-Bjelorussja fl-1999 u fl-2000. Kien Kap tal-Grupp ta' Reazzjoni Speċjali fil-Ministeru tal-Intern (SOBR).

    Negozjant, Kap tal-“Unur”, l-Assoċjazzjoni tal-Ministeru tal-Intern tal-veterani minn forzi speċjali tal-Ministeru tal-Intern.

    148.

    Piakarski, Aleh Anatolievich

    Pekarski, Oleg Anatolievich

    ПЯКАРСКI, Алег Анатольевiч

    ПЕКАРСКИЙ, Олег Анатольевич

    ID: 3130564A041PB9

    Kien involut attivament fir-repressjoni tas-soċjetà ċivili fil-Bjelorussja. Bħala l-ewwel Viċi Ministru tal-Intern (sal-2012), kien responsabbli għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili wara l-elezzjonijiet ta' Diċembru 2010.

    Kurunell fil-forzi ta' riżerva.

    155.

    Pykina, Natallia Mikhailauna (Pykina, Natalia Mikhailauna)

    Pikina, Natalia Mikhailovna (Pykina, Natalya Mikhailovna)

    Image

    Image

    Data tat-twelid: 20.4.1971

    Post tat-twelid: Rakov

    Indirizz: Суд Партизанского района г. Минска

    220027, г. Минск, ул. Семашко, 33

    Responsabbli għall-implimentazzjoni tas-sanzjonijiet amministrattivi u kriminali motivati politikament kontra rappreżentanti tas-soċjetà ċivili. Imħallef tal-Qorti Distrettwali Partizanski li qed tittratta l-kawża ta' Likhovid. Fid-29 ta' Marzu 2011, hija kkundannat lis-Sur Likhovid, attivist ta' “Il-Moviment għall-Ħelsien”, għal tliet snin u nofs ħabs. Hija ġiet maħtura Viċi President tal-Qorti Distrettwali ta' Partizanski ta' Minsk.

    157.

    Rakhmanava, Maryna Iurievna

    Rakhmanova, Marina Iurievna

    РАХМАНАВА, Марына Юр'еуна

    РАХМАНОВА, Марина Юрьевна

    Data tat-twelid: 1970

    Post tat-twelid: Hrodna

    Membru tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali (KEĊ) u Kap tad-Dipartiment tat-Talbiet Pubbliċi fl-amministrazzjoni reġjonali ta' Hrodna. Bħala Membru tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali, hija kienet responsabbli għall-ksur tal-istandards elettorali internazzjonali fl-elezzjonijiet Presidenzjali tad-19 ta' Diċembru 2010 u fl-elezzjonijiet Parlamentari ta' Settembru 2012.

    160.

    Rubinau, Anatol Mikalaevich

    Rubinov, Anatoli Nikolaevich

    PYБIНAЎ, Анатоль Мiкалаевiч

    РУБИНОВ, Анатолий Николаевич

    Data tat-twelid: 15.4.1939

    Mohilev

    President tal-Kamra Superjuri tal-Parlament, kien Viċi Kap inkarigat mill-Mezzi tal-Informazzjoni u l-Ideoloġija tal-Amministrazzjoni tal-President (2006-2008). F'dik il-pożizzjoni, kien wieħed mill-għejun u l-ilħna ewlenin tal-propaganda statali u tal-appoġġ ideoloġiku għar-reġim. Membru tal-Kunsill tas-Sigurtà minn Marzu 2014.

    161.

    Rusak, Viktar Uladzimiravich

    Rusak, Viktor Vladimirovich

    РУСАК, Вiктар Уладзiмiравiч

    РУСАК, Виктор Владимирович

    Data tat-twelid: 4.5.1955

    Post tat-twelid: Minsk

    Indirizz: Палата представителей Национального собрания Республики Беларусь

    220010, Республика Беларусь, г. Минск, ул. Советская, 11

    Membru tal-Kamra Inferjuri tal-Parlament, Viċi Kap tal-Kumitat għas-Sigurtà Nazzjonali. Ex-Kap tal-Bord tal-KGB għas-Sigurtà Ekonomika.

    Kien responsabbli għall-attività repressiva tal-KGB kontra s-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika.

    166.

    Sauko, Valery Iosifavich

    Savko, Valeri Iosifovich

    САЎКО, Валерый Iосiфавiч

    САВКО, Валерий Иосифович

     

    Kap tal-fergħa Hrodna tat-trade union favur ir-reġim. Ex-Kap tal-Kummissjoni Elettorali Reġjonali (KER) tar-Reġjun ta' Hrodna għall-elezzjoni Presidenzjali tal-2010 u l-elezzjonijiet lokali ta' Marzu 2014. Bħala President ta' Kummissjoni Elettorali Reġjonali, kien responsabbli għall-ksur tal-istandards elettorali internazzjonali fl-elezzjonijiet Presidenzjali tad-19 ta' Diċembru 2010, u għall-falsifikazzjonijiet fl-elezzjonijiet lokali ta' Marzu 2014 fir-reġjun ta' Hrodna.

    167.

    Shaeu, Valiantsin Piatrovich (Shayeu, Valyantsin Piatrovich)

    Shaev, Valentin Petrovich (Shayev, Valentin Petrovich)

    ШАЕЎ, Валянцiн Пятровiч

    ШАЕВ, Валентин Петрович

     

    Membru tal-Kunsill tas-Sigurtà, Kap tal-Kumitat ta' Investigazzjoni, kien Viċi Kap tal-Kumitat ta' Investigazzjoni, kien Prosekutur tar-reġjun ta' Homel. Responsabbli għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili wara l-elezzjonijiet ta' Diċembru 2010.

    171.

    Shchurok, Ivan Antonavich

    Shchurok, Ivan Antonovich

    ШЧУРОК, Iван Антонавiч

    ЩУРОК, Иван Антонович

     

    Membru tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali (KEĊ) u Kap tad-Dipartiment tal-Edukazzjoni fl-amministrazzjoni reġjonali ta' Vitebsk. Bħala Membru tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali, kien responsabbli għall-ksur tal-istandards elettorali internazzjonali fl-elezzjonijiet Presidenzjali tad-19 ta' Diċembru 2010 u fl-elezzjonijiet Parlamentari ta' Settembru 2012.

    184.

    Sirenka, Viktar Ivanavich

    Sirenko, Viktor Ivanovich

    Image

    СИРЕНКО, Виктор Иванович

    Data tat-twelid: 4.3.1962

    ID: 3040362B062PB7

    Indirizz: Комитет по здравоохранению Минского горисполкома

    ул. Маяковского, 22, корп. 2, 220006, г. Минск

    Kap tal-Kumitat għall-Kura tas-Saħħa fil-Belt ta' Minsk u ex-Kap Kirurgu tal-Isptar tal-Emerġenza ta' Minsk. Huwa ma opponiex il-ħtif tal-kandidat presidenzjali Nekliayev, li kien ittrasportat lejn l-isptar tiegħu wara li safa' msawwat severament fid-19 ta' Diċembru 2010 u, billi naqas li jsejjaħ lill-pulizija, ikkoopera mal-awturi mhux magħrufa. Dan in-nuqqas ta' azzjoni wassal għall-promozzjoni.

    Bħala Kap tal-Kumitat għall-Kura tas-Saħħa fil-Belt ta' Minsk huwa responsabbli għas-superviżjoni tal-użu ta' istituzzjonijiet tal-kura tas-saħħa għall-ħaddiema fis-soppressjoni tad-drittijiet tal-bniedem.

    185.

    Sivakau, Iury Leanidavich (Sivakau, Yury Leanidavich)

    Sivakov, Iury (Yurij, Yuri) Leonidovich

    СIВАКАЎ, Юрый Леанідавіч

    СИВАКОВ, Юрий Леонидович

    Data tat-twelid: 5.8.1946,

    Post tat-twelid: Onory, Reġjun ta' Sakhalin

    Indirizz: Белорусская ассоциация ветеранов спецподразделений войск МВД “Честь”

    220028, Минск Маяковского, 111

    Organizza l-għajbien mhux solvut ta' uri Zakharenko, Viktor Gonchar, Anatoly Krasovski u Dmitri Zavadski fil-Bjelorussja fl-1999-2000. Ex-Ministru għat-Turiżmu u l-Isport, ex-Ministru għall-Intern u kien Viċi Kap tal-Amministrazzjoni Presidenzjali.

    186.

    Skurat, Viktar Vatslavavich

    Skurat, Viktor Vatslavovich

    СКУРАТ, Вiктар Вацлавaвiч

    СКУРАТ, Виктор Вацлавович

     

    Kien Kap tad-Dipartiment tas-Sigurtà tal-Ministeru għall-Intern. F'din il-kapaċità responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u r-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika, b'mod partikolari wara dak li seħħ b'riżultat tal-elezzjonijiet presidenzjali tal-2010. Fi Frar 2011, huwa rċieva premju fil-forma ta' ċertifikat ta' rikonoxximent għas-servizzi tiegħu. Irtirat minn Frar 2013. Kap tad-dipartiment tas-sigurtà tal-kumpannija holding “MZOR”, li hija kumpannija tal-Istat taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru għall-Industrija tar-Repubblika tal-Bjelorussja u għalhekk assoċjat direttament mar-reġim ta' Lukashenka.

    201.

    Traulka, Pavel

    Traulko, Pavel

    ТРАУЛЬКА, Павел

    ТРАУЛЬКО, Павел

     

    Logutenent Kurunell, li kien operattiv tal-kontrospjunaġġ militari tal-KGB (attwalment kap tas-servizz tal-istampa tal-Kumitat Investigattiv tal-Bjelorussja). Huwa ffalsifika evidenza u uża theddid sabiex jikseb konfessjonijiet mingħand attivisti tal-oppożizzjoni fiċ-ċentru ta' detenzjoni tal-KGB f'Minsk wara t-trażżin tad-dimostrazzjoni ta' protesta wara l-elezzjoni f'Minsk fid-19 ta' Diċembru 2010. Huwa kien direttament responsabbli għall-użu ta' trattament jew kastig krudili, inuman u degradanti u għaċ-ċaħda tad-dritt għal proċess ġust. L-azzjonijiet tiegħu kienu jikkostitwixxu ksur dirett tal-impenji internazzjonali tal-Bjelorussja fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem.

    202.

    Trutka, Iury Igorevich (Trutka, Yury Igorevich)

    Trutko, Iury (Yurij, Yuri) Igorevich

    ТРУТКA, Юрый Iгаравич

    ТРУТКО, Юрий Игоревич

    Viċi Kap tal-kolonja penali IK-2 f'Bobruisk

    Responsabbli għat-trattament inuman u krudili tal-priġunieri politiċi A. Sannikau u A. Beliatski fil-kolonja penali IK-2 f'Bobruisk. Attivisti tal-oppożizzjoni ġew ittorturati, miċħuda l-aċċess għal rappreżentazzjoni legali u mqiegħda fl-iżolament fil-kolonja penali taħt is-sorveljanza tiegħu. Trutko għamel pressjoni fuq A. Beliatski u A. Sannikau sabiex iġiegħelhom jiffirmaw appell għal maħfra.

    217.

    Volkau, Siarhei Mikhailavich

    Volkov, Sergei Mikhailovich (Volkov, Sergey Mikhailovich)

    ВОЛКАЎ, Сяргей Мiхайлавiч

    ВОЛКОВ, Сергей Михайлович

     

    Kien involut attivament fir-repressjoni tas-soċjetà ċivili fil-Bjelorussja. Bħala eks-Kap tal-Bord tal-KGB tal-Intelligence, kien responsabbli wkoll għall-attività repressiva tal-KGB kontra s-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika.

    221.

    Zaharouski, Anton Uladzimiravich

    Zagorovski, Anton Vladimirovich

    ЗАГАРОЎСКI, Антон Уладзiмiравiч

    ЗАГОРОВСКИЙ, Антон Владимирович

     

    Prosekutur tal-Belt ta' Minsk, kien Prosekutur tad-Distrett Frunzenski ta' Minski, li ttratta l-kawża tad-dimostrant Vasili Parfenkov fi Frar 2011, u l-kawża kontra A. Sannikau f'Lulju 2011. Responsabbli għall-implimentazzjoni tas-sanzjonijiet amministrattivi u kriminali politikament motivati kontra r-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili.

    222.

    Zaitsau, Vadzim Iurievich

    Zaitsev, Vadim Iurievich

    ЗАЙЦАЎ, Вадзiм Юр'евiч

    ЗАЙЦЕВ, Вадим Юрьевич

    Data tat-twelid: 1964

    Post tat-twelid: Reġjun ta' Zhitomyr, Ukraina (USSR)

    Kap Eżekuttiv tal-kumpannija pubblika-privata Cosmos TV minn Ġunju 2013, maħtur mill-Gvern tal-Bjelorussja bħala rappreżentant tal-Istat. Kien Kap tal-KGB (Lulju 2008-Novembru 2012).

    Responsabbli għat-trasformazzjoni tal-KGB fl-organu prinċipali tar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika. Responsabbli għat-tixrid, permezz tal-mezzi tal-informazzjoni, ta' informazzjoni falza dwar id-dimostranti fid-19 ta' Diċembru 2010, meta allega li kienu ġabu materjal biex jintuża bħala armi. Huwa hedded personalment il-ħajja u s-saħħa tal-mara u t-tifel tal-eks-kandidat presidenzjali Andrei Sannikov. Huwa l-istigatur prinċipali ta' ordnijiet għal intimidazzjoni illegali tal-oppożizzjoni demokratika, it-tortura ta' avversarji politiċi u l-maltrattament tal-priġunieri.

    224.

    Zakharau, Aliaksei Ivanavich

    Zakharov, Aleksei Ivanovich (Zakharov, Alexey Ivanovich)

    ЗАХАРАЎ, Аляксей Iванавiч

    ЗАХАРОВ, Алексей Иванович

     

    Kien involut attivament fir-repressjoni tas-soċjetà ċivili fil-Bjelorussja. Bħala eks-Kap tal-Bord ta' Kontrospjunaġġ Militari tal-KGB (sal-2012), kien responsabbli għall-attività repressiva tal-KGB kontra s-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika. Taħt is-superviżjoni tiegħu, il-persunal tal-KGB ħa sehem f'interrogazzjonijiet ta' attivisti politiċi wara d-dimostrazzjoni tad-19 ta' Diċembru 2010.

    226.

    Zhadobin, Iury Viktaravich (Zhadobin, Yury Viktaravich)

    Zhadobin, Iuri Viktorovich (Zhadobin, Yuri Viktorovich)

    ЖАДОБIН, Юрый Biктapaвiч

    ЖАДОБИН, Юрий Викторович

    Data tat-twelid: 14.11.1954

    Post tat-twelid: Dnipropetrovsk

    ID: 3141154A021PB0

    Ministru għad-Difiża minn Diċembru 2009.

    Bħala membru tal-Kunsill tas-Sigurtà, japprova d-deċiżjonijiet repressivi maqbula fil-livell ministerjali, inkluża d-deċiżjoni dwar ir-repressjoni tad-dimostrazzjonijiet paċifiċi fid-19 ta' Diċembru 2010. Wara Diċembru 2010, faħħar ir-“rebħa totali fuq forzi distruttivi”, meta rrefera għall-oppożizzjoni demokratika.

    227.

    Zhuk, Alena Siamionauna (Zhuk Alena Syamionauna)

    Zhuk Elena Semenovna (Zhuk Yelena Semyonovna)

    ЖУК, Алена Сямёнаўна

    ЖУК, Елена Семеновна

     

    Imħallef tal-qorti distrettwali ta' Pervomayskij f'Vitsebsk. Fl-24 ta' Frar 2012, hija kkundannat lil Syarhei Kavalenka, li kien meqjus bħala priġunier politiku fl-2012 u fl-2013, għal sentejn u xahar il-ħabs talli ma ħarisx il-perijodu ta' prova. Alena Zhuk kienet direttament responsabbli għal ksur tad-drittijiet tal-bniedem ta' persuna għax ċaħdet lil Syarhei Kavalenka mid-dritt ta' proċess ġust. Syarhei Kavalenka qabel kien ingħata sentenza sospiża talli dendel barra f'Vitsebsk bandiera bajda-ħamra-bajda storika, simbolu tal-moviment tal-oppożizzjoni, li kienet ġiet ipprojbita. Is-sentenza sussegwenti mogħtija minn Alena Zhuk kienet ħarxa b'mod sproporzjonat meta titqies in-natura tar-reat u mhux konformi mal-kodiċi kriminali tal-Bjelorussja. L-azzjonijiet ta' Alena Zhuk ikkostitwixxew ksur dirett tal-impenji internazzjonali tal-Bjelorussja fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem.

    228.

    Zhuk, Dzmitry Aliaksandravich

    Zhuk, Dmitri Aleksandrovich

    ЖУК, Дзмiтрый Аляксандравiч

    ЖУК, Дмитрий Александрович

    Data tat-twelid: 7.7.1970

    ID: 3070770A081PB7

    Indirizz: БЕЛОРУССКОЕ ТЕЛЕГРАФНОЕ АГЕНТСТВО

    Республика Беларусь, 220030, Минск, ул. Кирова, 26

    Direttur Ġenerali (Kap Eżekuttiv) tal-Aġenzija tal-Aħbarijiet tal-Istat BELTA minn Mejju 2003.

    Huwa responsabbli li wassal il-propaganda tal-Istat fil-mezzi tal-informazzjoni, li appoġġa u ġġustifika r-repressjoni tal-oppożizzjoni demokratika u tas-soċjetà ċivili fid-19 ta' Diċembru 2010 bl-użu ta' informazzjoni falsifikata.

    230.

    Zhukouski, Siarhei Kanstantsinavich

    Zhukovski, Sergei Konstantinovich

    ЖУКОЎСКI, Сяргей Канстанцiнавiч

    ЖУКОВСКИЙ, Сергей Константинович

     

    Viċi Prosekutur tad-Distrett Zavodskoi ta' Minsk li qed jittratta l-kawża ta' Khalip Irina, Martselev Sergei, Severinets Pavel, rappreżentanti eċċellenti tas-soċjetà ċivili. L-akkuża ppreżentata minnu kellha motivazzjoni politika ċara u imminenti u kienet ksur ċar tal-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali. Hija kienet ibbażata fuq klassifikazzjoni żbaljata tal-avvenimenti tad-19 ta' Diċembru 2010, u mhux appoġġata b'evidenza, provi jew testimonjanzi tax-xhieda.

    B.   Entitajiet

     

    Ismijiet

    Traskrizzjoni tal-ortografija Bjelorussa

    Traskrizzjoni tal-ortografija Russa

    Isem

    (Ortografija Bjelorussa)

    Isem

    (Ortografija Russa)

    Informazzjoni ta' Identifikazzjoni

    Raġunijiet

    1.

    Beltechexport

     

    Image

    Repubblika tal-Bjelorussja, 220012, Minsk, Nezavisimost ave., 86-B

    Tel: (+375 17) 263-63-83,

    Numru tal-fax: (+375 17) 263-90-12

    Beltechexport tibbenefika mir-reġim bħala esportatur ewlieni tal-armi u tagħmir militari fil-Bjelorussja, li jeħtieġ l-awtorizzazzjonijiet mill-awtoritajiet tal-Bjelorussja

    3.

    Beltech Holding

    Белтех Холдинг

     

     

    Beltech Holding tibbenefika mir-reġim, b'mod partikolari permezz tal-Beltechexport, li hija parti mill-Beltech Holding. Beltechexport jibbenefika mir-reġim bħala esportatur ewlieni tal-armi u tagħmir militari fil-Bjelorussja, li jeħtieġ l-awtorizzazzjonijiet mill-awtoritajiet tal-Bjelorussja.


    Top