Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014D0683

2014/683/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 25 ta' Settembru 2014 li taħtar membru mir-Renju Unit fil-Kumitat tar-Reġjuni

OJ L 284, 30.9.2014, p. 48–48 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

No longer in force, Date of end of validity: 25/01/2015

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2014/683/oj

30.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 284/48


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-25 ta' Settembru 2014

li taħtar membru mir-Renju Unit fil-Kumitat tar-Reġjuni

(2014/683/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gverntar-Renju Unit,

Billi:

(1)

Fit-22 ta' Diċembru 2009 u fit-18 ta' Jannar 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet 2009/1014/UE (1) u 2010/29/UE (2) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2010 sal-25 ta' Jannar 2015. Fil-11 ta' Marzu 2014, permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/C 74/01 (3), is-Sur Andrew LEWER inħatar membru sal-25 ta' Jannar 2015.

(2)

Konsegwentement għat-tmiem tal-mandat tas-Sur Andrew LEWER, sar vakanti siġġu ta' membru.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Huwa b'dan maħtur membru fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-25 ta' Jannar 2015:

Is-Sinjura Ann STRIBLEY, Councillor.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Settembru 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

F. GUIDI


(1)  ĠU L 348, 29.12.2009, p. 22.

(2)  ĠU L 12, 19.1.2010, p. 11.

(3)  Deċiżjoni tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 li taħtar erba' membri mir-Renju Unit fil-Kumitat tar-Reġjuni (ĠU C 74, 13.3.2014, p. 1).


Top