EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014D0531

2014/531/UE: Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal- 14 ta' Awwissu 2014 dwar il-konformità tal-istandards Ewropej EN 16433:2014 u EN 16434:2014 u ta' ċerti klawsoli tal-istandard Ewropew EN 13120:2009+A1:2014 għal tendini interni mar-rekwiżit ta' sikurezza ġenerali tad-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-pubblikazzjoni tar-referenzi ta' dawk l-istandards f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea Test b'rilevanza għaż-ŻEE

OJ L 243, 15.8.2014, p. 54–55 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

No longer in force, Date of end of validity: 09/10/2019; Imħassar b' 32019D1698

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2014/531/oj

15.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 243/54


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-14 ta' Awwissu 2014

dwar il-konformità tal-istandards Ewropej EN 16433:2014 u EN 16434:2014 u ta' ċerti klawsoli tal-istandard Ewropew EN 13120:2009+A1:2014 għal tendini interni mar-rekwiżit ta' sikurezza ġenerali tad-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-pubblikazzjoni tar-referenzi ta' dawk l-istandards f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2014/531/UE)

IL-KUMISSJONI EWROPEA

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' Diċembru 2001 dwar is-sigurtà ġenerali tal-prodotti (1), u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(2) tagħha,

Billi:

(1)

L-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/95/KE jeħtieġ li l-produtturi jqiegħdu biss prodotti sikuri fis-suq.

(2)

Skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2001/95/KE, prodott għandu jitqies bħala sikur, safejn għandhom x'jaqsmu r-riskji u l-kategoriji tar-riskji koperti bl-istandards nazzjonali rilevanti, meta jkun konformi mal-istandards nazzjonali volontarji li jittrasponu l-istandards Ewropej, li r-referenzi tagħhom ikunu ġew ippubblikati mill-Kummissjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, skont l-Artikolu 4(2) ta' dik id-Direttiva.

(3)

Skont l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2001/95/KE, l-istandards Ewropej huma stabbiliti minn organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni skont mandati stipulati mill-Kummissjoni.

(4)

Skont l-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 2001/95/KE, il-Kummissjoni trid tippubblika r-referenzi ta' dawn l-istandards.

(5)

Fis-27 ta' Lulju 2011, il-Kummissjoni adottat id- Deċiżjoni 2011/477/UE (2). Din id-Deċiżjoni tispeċifika li, sabiex jitnaqqas ir-riskju ta' tgħalliq u ta' asfissija interna, it-tendini tat-twieqi interni (u l-ilqugħ tat-twieqi bil-ħbula) għandhom ikunu sikuri minnhom infushom u li ħabel/ħbula, katina/ktajjen, katina/ktajjen tal-boċċi aċċessibbli, jekk ikun hemm, ma għandhomx jiffurmaw ingassa perikoluża. Barra minn hekk, jekk id-disinn tal-prodott ma jeliminax ir-riskju li tifforma ingassa perikoluża, il-prodott irid ikollu miegħu tagħmir tas-sikurezza addattat, biex inaqqas ir-riskju tat-tgħalliq. Jekk preżenti, it-tagħmir tas-sikurezza irid ikun tali li ma jkunux jistgħu jużawh it-tfal. Barra minn hekk, m'għandux ikollu partijiet żgħar li jinqalgħu faċilment li jistgħu jikkawżaw asfissija interna fit-tfal, ma għandux ikun ta' riskju fiżiku għat-tfal, minħabba, pereżempju, truf li jaqtgħu, postijiet fejn jistgħu jagħlqu subgħajhom jew partijiet ħerġin' il barra, irid ikun jiflaħ għal testijiet tad-durabilità u tal-fatigue (wear and tear) u għandu jkun reżistenti tul iż-żmien kontra l-kundizzjonijiet tat-temp.

(6)

Fl-4 ta' Settembru 2012, il-Kummissjoni ħarġet il-mandat M/505 lill-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni biex ifasslu standards Ewropej dwar ċerti riskji għat-tfal minħabba f'tendini interni, ilqugħ tat-twieqi bil-ħbula u tagħmir tas-sikurezza.

(7)

Fid-19 ta' Frar 2014, il-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni ppubblika għall-ewwel darba l-istandards Ewropej EN 16433:2014 u EN 16434:2014 u l-istandard Ewropew irrevedut EN 13120:2009+A1:2014 għal tendini interni bi tweġiba għall-mandat tal-Kummissjoni.

(8)

L-istandards Ewropej EN 16433 u EN 16434 u ċerti klawsoli tal-istandard Ewropew EN 13120+A1 jissodisfaw il-mandat M/505 u jikkonformaw mar-rekwiżit ta' sikurezza ġenerali tad-Direttiva 2001/95/KE. Ir-referenzi tagħhom għaldaqstant għandhom jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(9)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skont id-Direttiva 2001/95/KE,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-istandards Ewropej li ġejjin jissodisfaw ir-rekwiżit ġenerali ta' sikurezza tad-Direttiva 2001/95/KE għar-riskji li jkopru:

(a)

EN 16433:2014 “Internal blinds — Protection from strangulation hazards — Test methods”;

(b)

EN 16434:2014 “Internal blinds — Protection from strangulation hazards — Requirements and test methods for safety devices”; kif ukoll

(c)

il-klawsoli 8.2 u 15 tal-istandard Ewropew EN 13120:2009+A1:2014 “Internal blinds — Performance requirements including safety”.

Artikolu 2

Ir-referenzi tal-istandards EN 16433:2014 u EN 16434:2014 u tal-klawsoli 8.2 u 15 tal-istandard Ewropew EN 13120:2009+A1:2014 għandhom jiġu ppubblikati fis-serje C ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Awwissu 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 11, 15.1.2002, p. 4.

(2)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/477/UE tas-27 ta' Lulju 2011 dwar ir-rekwiżiti tas-sikurezza li għandhom jiġu ssodisfati mill-istandards Ewropej dwar ċerti riskji għat-tfal minħabba f'tendini interni, ilqugħ tat-twieqi bil-ħbula u tagħmir tas-sikurezza skont id-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 196, 28.7.2011, p. 21).


Top