EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32014D0445(01)
2014/445/EU: Council Decision of 8 July 2014 appointing two Danish members and six Danish alternate members of the Committee of the Regions
2014/445/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 8 ta' Lulju 2014 li taħtar żewġ membri Daniżi u sitt membri supplenti Daniżi fil-Kumitat tar-Reġjuni
2014/445/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 8 ta' Lulju 2014 li taħtar żewġ membri Daniżi u sitt membri supplenti Daniżi fil-Kumitat tar-Reġjuni
OJ L 201, 10.7.2014, p. 25–26
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 25/01/2015
10.7.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 201/25 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tat-8 ta' Lulju 2014
li taħtar żewġ membri Daniżi u sitt membri supplenti Daniżi fil-Kumitat tar-Reġjuni
(2014/445/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Daniż,
Billi:
(1) |
Fit-22 ta' Diċembru 2009 u fit-18 ta' Jannar 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet 2009/1014/UE (1) u 2010/29/UE (2) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2010 sal-25 ta' Jannar 2015. Fis-27 ta' Settembru 2010, permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/590/UE (3), Is-Sinjura Kirstine Helene BILLE ġiet maħtura bħala membru u s-Sur Steen Ole DAHLSTRØM u s-Sur Carsten KISSMEYER-NIELSEN ġew maħtura bħala membri supplenti sal-25 ta' Jannar 2015. Fil-11 ta' Frar 2014, permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/79/UE (4), Is-Sur Simon Mønsted STRANGE ġie maħtur bħala membru u s-Sur Anker BOYE, is-Sinjura Jane FINDAHL, is-Sur Lars KRARUP u s-Sur Michael ZIEGLER ġew maħtura bħala membri supplenti sal-25 ta' Jannar 2015. |
(2) |
Konsegwentement għat-tmiem tal-mandati tas-Sinjura Kirstine BILLE u s-Sur Simon Mønsted STRANGE saru vakanti s-siġġijiet ta' żewġ membri fil-Kumitat tar-Reġjuni. |
(3) |
Konsegwentement għat-tmiem tal-mandati tas-Sur Anker BOYE, is-Sur Steen Ole DAHLSTRØM, is-Sinjura Jane FINDAHL, is-Sur Carsten KISSMEYER-NIELSEN, is-Sur Lars KRARUP u s-Sur Michael ZIEGLER saru vakanti s-siġġijiet ta' sitt membri supplenti. |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Dawn li ġejjin huma b'dan maħturin fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-25 ta' Jannar 2015:
(a) |
bħala membri:
u |
(b) |
bħala membri supplenti:
|
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Lulju 2014.
Għall-Kunsill
Il-President
P. C. PADOAN
(1) ĠU L 348, 29.12.2009, p. 22.
(2) ĠU L 12, 19.1.2010, p. 11.
(3) ĠU L 260, 2.10.2010, p. 20.
(4) ĠU L 44, 14.2.2014, p. 48.