Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014D0350

2014/350/UE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 5 ta' Ġunju 2014 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għall-prodotti tessili (notifikata bid-dokument C(2014) 3677) Test b'rilevanza għaż-ŻEE

OJ L 174, 13.6.2014, p. 45–83 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2014/350/oj

13.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 174/45


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-5 ta' Ġunju 2014

li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għall-prodotti tessili

(notifikata bid-dokument C(2014) 3677)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2014/350/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 dwar skema ta' Ekotikketta tal-UE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 8(2) tiegħu,

Wara li kkonsultat il-Bord tal-Ekotikkettar tal-Unjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Skont ir-Regolament (KE) Nru 66/2010, l-Ekotikketta tal-UE tista' tingħata lill-prodotti b'impatt ambjentali mnaqqas matul iċ-ċiklu kollu ta' ħajjithom.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 jipprevedi li kriterji speċifiċi tal-Ekotikketta tal-UE għandhom jiġu stabbiliti skont il-gruppi tal-prodotti.

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/567/KE (2) stabbilixxiet il-kriterji ekoloġiċi u r-rekwiżiti relatati tal-valutazzjoni u l-verifika għall-prodotti tessili, li huma validi sat-30 ta' Ġunju 2014.

(4)

Sabiex tkun riflessa aħjar l-aktar teknoloġija aġġornata tas-suq għal dan il-grupp ta' prodotti, u sabiex titqies l-innovazzjoni li tkun saret matul il-perjodu intermedjarju, jitqies xieraq li jiġi modifikat l-ambitu tal-grupp ta' prodotti u jiġi stabbilit sett rivedut ta' kriterji ekoloġiċi.

(5)

Il-kriterji għandhom l-għan, b'mod partikolari, li jidentifikaw il-prodotti li għandhom impatt ambjentali iktar baxx matul iċ-ċiklu ta' ħajjithom, b'titjib speċifiku biex b'hekk: jinkisbu minn forom aktar sostenibbli tal-agrikoltura u tal-forestrija, jiġu mmanifatturati bl-użu aktar effiċjenti tar-riżorsi u tal-enerġija, jintużaw proċessi li jniġġsu anqas, immanifatturati billi jintużaw sustanzi anqas perikolużi, u ddisinjati u speċifikati biex ikunu ta' kwalità għolja u durabbli. Il-kriterji għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għat-tessuti huma stabbiliti għall-aspetti msemmija qabel u għandhom jiġu promossi dawk il-prodotti bi prestazzjoni mtejba f'dawn l-aspetti. Għalhekk jixraq li jiġu stabbiliti kriterji tal-Ekotikketta tal-UE għall-grupp ta' prodotti “tessuti”.

(6)

Il-kriterji riveduti, kif ukoll ir-rekwiżiti relatati tal-valutazzjoni u tal-verifika, għandhom ikunu validi għal erba' snin mid-data tal-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni, filwaqt li jitqies iċ-ċiklu ta' innovazzjoni għal dan il-grupp ta' prodotti.

(7)

Għaldaqstant, id-Deċiżjoni 2009/567/KE għandha tinbidel b'din id-Deċiżjoni.

(8)

Għandu jingħata perjodu tranżitorju għall-produtturi li l-prodotti tagħhom ingħataw l-Ekotikketta tal-UE għall-prodotti tessili abbażi tal-kriterji stabbiliti fid-Deċiżjoni 2009/567/KE, sabiex ikollhom żmien biżżejjed biex jadattaw il-prodotti tagħhom biex isiru konformi mal-kriterji u r-rekwiżiti riveduti.

(9)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 66/2010,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Il-grupp ta' prodotti “prodotti tessili” għandu jinkludi:

(a)

Ħwejjeġ tal-ilbies u aċċessorji tessili: ħwejjeġ tal-ilbies u aċċessorji li jikkonsistu f'mill-inqas 80 % bil-piż ta' fibri tessili f'forma minsuġa, mhux minsuġa jew maħduma bil-labar.

(b)

Tessuti għal ġewwa: prodotti tessili għal użu fuq ġewwa li jikkonsistu f'mill-inqas 80 % bil-piż ta' fibri tessili f'forma minsuġa, mhux minsuġa jew maħduma bil-labar;

(c)

Fibri, ħajt, drapp u pannelli maħduma bil-labar: maħsuba għall-użu fi ħwejjeġ tal-ilbies u aċċessorji tessili u tessuti għal ġewwa, inklużi drapp għat-tappizzerija u kisi għall-mili tal-imtieraħ qabel l-applikazzjoni tar-rinforz u tat-trattamenti marbuta mal-prodott finali;

(d)

Elementi mhux ta' fibra: żippijiet, buttuni u aċċessorji oħra li huma inkorporati fil-prodott. Membrani, kisi u laminati.

(e)

Prodotti tat-tindif: prodotti tad-drapp minsuġa jew mhux minsuġa maħsuba għat-tindif fl-umdità jew fix-xott tal-uċuħ u l-ixxuttar ta' oġġetti tal-kċina.

2.   Il-prodotti li ġejjin mhumiex inklużi fil-grupp ta' prodotti “prodotti tessili”:

(a)

prodotti li huma maħsuba biex jintremew wara li jintużaw darba biss;

(b)

kisi tal-art, kopert mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/967/KE (3)

(c)

drappijiet li jiffurmaw parti minn strutturi maħsuba għall-użu fuq barra.

3.   Ħwejjeġ, drappijiet u fibri li fihom dawn li ġejjin u huma esklużi mill-grupp ta' prodotti.

(a)

tagħmir elettriku jew li jifforma parti integrali miċ-ċirkwiterija elettrika;

(b)

tagħmir jew sustanzi mimlija maħsuba biex iħossu l-bidliet fil-kundizzjonijiet ambjentali jew biex jirreaġixxu għalihom.

Artikolu 2

Id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw għall-fini ta' din id-Deċiżjoni:

(a)

“fibri tessili” tfisser fibri naturali, fibri sintetiċi u fibri ċellulożi magħmula mill-bniedem;

(b)

“Fibri naturali” tfisser qoton u fibri oħra ta' żrieragħ ċellulożi naturali, kittien u fibri oħra tat-tilju, suf u fibri oħra tal-keratina;

(c)

“Fibri sintetiċi” tfisser akriliku, elastane, poliammid, poliester u polipropilen;

(d)

“Fibri ċellulożi magħmula mill-bniedem” tfisser lijoċell, modal u viskuż.

Artikolu 3

Għal “ħwejjeġ tal-ilbies u aċċessorji tessili” u għal mili ta' “tessuti għal ġewwa”, inforor, padding, membrani, u kisjiet magħmula minn fibri inklużi fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni ma għandhomx għalfejn jitqiesu fil-kalkolu tal-perċentwal tal-fibri tessili.

Artikolu 4

Il-materjali tal-mili li mhumiex magħmula minn fibri tessili għandhom jikkonformaw mar-restrizzjonijiet elenkati fil-kriterju 10 stabbiliti fl-Anness u li jikkonċernaw l-awżiljarji, tensjoattivi, bijoċidi u formaldeid.

Artikolu 5

Il-kriterji biex tingħata l-Ekotikketta tal-UE skont ir-Regolament (KE) Nru 66/2010, għal prodott li jaqa' fil-grupp ta' prodotti “prodotti tessili” kif definit fl-Artikolu 1 ta' din id-Deċiżjoni, kif ukoll ir-rekwiżiti relatati tal-valutazzjoni u tal-verifika huma stabbiliti fl-Anness.

Artikolu 6

Il-kriterji u r-rekwiżiti tal-valutazzjoni relatati stabbiliti fl-Anness, għandhom ikunu validi għal erba' snin mid-data tal-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 7

Għall-finijiet amministrattivi, in-numru tal-kodiċi assenjat lill-grupp ta' prodotti “prodotti tessili” għandu jkun “016”.

Artikolu 8

Id-Deċiżjoni 2009/567/KE hija mħassra.

Artikolu 9

1.   L-applikazzjonijiet għall-Ekotikketta tal-UE għal prodotti li jaqgħu fil-grupp tal-prodotti “prodotti tessili” ppreżentati fi żmien xahrejn mid-data tal-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni jistgħu jkunu bbażati jew fuq il-kriterji stabbiliti fid-Deċiżjoni 2009/567/KE, jew fuq il-kriterji stabbiliti f'din id-Deċiżjoni. L-applikazzjonijiet għandhom ikunu evalwati skont il-kriterji li huma bbażati fuqhom.

2.   Il-liċenzji għall-Ekotikketta tal-UE mogħtija skont il-kriterji stabbiliti fid-Deċiżjoni 2009/567/KE jistgħu jintużaw għal 12-il xahar mid-data tal-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 10

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Ġunju 2014.

Għall-Kummissjoni

Janez POTOČNIK

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 27, 30.1.2010, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/567/KE tad-9 ta' Lulju 2009 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta Komunitarja lill-prodotti tessili (ĠU L 197, 29.7.2009, p. 70).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/967/KE tat-30 ta' Novembru 2009 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta Komunitarja għall-kisi tessili tal-art (ĠU L 332, 17.12.2009, p. 1).


ANNESS

Il-kriterji għall-aġġudikazzjoni tal-Ekotikketta tal-UE għall-prodotti tat-tessut, kif ukoll is-sottokategoriji li taħthom huma miġbura, huma kif ġej:

Fibri tessili

1.

Fibri tal-qoton u ta' żrieragħ ċellulożi naturali oħrajn

2.

Kittien u fibri oħrajn tat-tilju

3.

Suf u fibri oħrajn tal-keratina

4.

Akrilik

5.

Elastane

6.

Poljamide

7.

Poliester

8.

Polipropilen

9.

Fibri ċellulożi magħmula mill-bniedem (lijoċell, modal u visk)

Komponenti u aċċessorji

10.

Mili

11.

Kisjiet, laminati u membrani

12.

Aċċessorji

Sustanzi kimiċi u proċessi

13.

Lista ta' Sustanzi Ristretti (RSL)

14.

Sostituzzjoni ta' sustanzi perikolużi fl-għoti tal-kulur taż-żebgħa, fl-istampar u fl-irfinatura

15.

L-effiċjenza fl-użu tal-enerġija għall-ħasil, għat-tnixxif u għat-tqaddid

16.

It-trattament tal-emissjonijiet fl-arja u fl-ilma

L-adegwatezza għall-użu

17.

Bidliet dimensjonali matul il-ħasil u t-tnixxif

18.

Iż-żamma tal-kulur fil-ħasil

19.

Iż-żamma tal-kulur fil-għaraq (aċidu, alkalin)

20.

Iż-żamma tal-kulur fit-tagħrik bit-tixrib

21.

Iż-żamma tal-kulur fit-tagħrik bit-tnixxif

22.

Iż-żamma tal-kulur fid-dawl

23.

Ir-reżistenza tal-prodotti tat-tindif għall-ħasil

24.

Ir-reżistenza tad-drappijiet għall-ifformar f'għamla ta' pilloli u għall-brix

25.

Id-durabbiltà tal-funzjoni

Ir-Responsabbiltà Soċjali Korporattiva

26.

Il-prinċipji u d-drittijiet fundamentali fuq il-post tax-xogħol

27.

Restrizzjoni fuq it-tindif bit-tfigħ tar-ramel (sandblasting) tad-denim

Informazzjoni ta' appoġġ

28.

L-informazzjoni li tidher fuq l-Ekotikketta

Barra minn hekk, l-Appendiċi 1 jinkludi l-RSL imsemmija fil-kriterju 13. Din telenka r-restrizzjonijiet li japplikaw għal sustanzi perikolużi li jistgħu jintużaw fil-manifattura ta' prodotti tessili u li jistgħu jkunu preżenti fil-prodott finali.

Il-kriterji tal-Ekotikketta jirriflettu l-prodotti bl-aqwa prestazzjoni ambjentali fis-suq tat-tessuti. Filwaqt li l-użu ta' prodotti kimiċi u r-rilaxx tas-sustanzi li jniġġsu huma parti mill-proċess tal-produzzjoni, prodott li jkollu l-Ekotikketta tal-UE jiggarantixxi lill-konsumatur li l-użu ta' tali sustanzi kien limitat kemm jista' jkun teknikament possibbli mingħajr ħsara għall-adegwatezza tiegħu għall-użu.

Kull meta jkun possibbli, il-kriterji jeskludu, jew inkella jirrestrinġu għall-minimu, il-konċentrazzjoni (meħtieġa għall-provvista ta' funzjonijiet u karatteristiċi speċifiċi) ta' numru ta' sustanzi identifikati bħala perikolużi jew potenzjalment perikolużi għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent li jistgħu jintużaw għall-manifattura tat-tessuti. Huwa biss meta s-sustanza tkun meħtieġa sabiex jintlaħqu l-aspettattivi tal-prestazzjoni tal-konsumaturi jew ir-rekwiżiti obbligatorji għall-prodott (pereżempju r-reżistenza għall-fjammi), u meta ma jkunx hemm alternattivi disponibbli li jkunu ġew applikati u ttestjati, li tkun tista' tingħata deroga sabiex tintuża tali sustanza fl-Ekotikketta.

Id-derogi jiġu evalwati fuq il-bażi tal-prinċipju ta' prekawzjoni u fuq il-bażi tal-evidenza teknika u xjentifika, speċjalment jekk ikun hemm prodotti aktar sikuri fis-suq.

L-ittestjar tal-prodotti għal sustanzi perikolużi ristretti jintalab sabiex tiġi pprovduta assigurazzjoni ta' livell għoli lill-konsumaturi. Qegħdin jiġu imposti wkoll kondizzjonijiet stretti fuq il-proċessi tal-manifattura tat-tessuti sabiex jiġi kkontrollat it-tniġġis tal-ilma u tal-arja, kif ukoll sabiex titnaqqas l-espożizzjoni tal-forza tax-xogħol. Il-verifika tal-konformità mal-kriterji tiġi fformulata b'tali mod li tipprovdi livell għoli ta' assigurazzjoni lill-konsumaturi, tirrifletti l-potenzjal prattiku għall-applikanti sabiex jiksbu informazzjoni mill-katina tal-provvista u teskludi l-potenzjal għal “parassitiżmu” mill-applikanti.

Valutazzjoni u verifika Sabiex juri l-konformità mal-kriterji, l-applikant għandu jiddikjara l-informazzjoni li ġejja dwar il-prodott(i) u l-katina tal-provvista tagħhom:

Kull kriterju jinkludi rekwiżiti ddettaljati tal-verifika li jitolbu lill-applikant jiġbor id-dikjarazzjonijiet, id-dokumentazzjoni, l-analiżi, ir-rapporti tal-ittestjar u evidenza oħra relatata mal-prodott(i) u l-katina tal-provvista tagħhom.

Il-validità tal-liċenzja hija bbażata fuq verifika mal-applikazzjoni u, fejn speċifikat taħt il-kriterju 13, ittestjar tal-prodott li għandu jiġi sottomess lill-korpi kompetenti għal verifika. Il-bidliet fil-fornituri u fis-siti tal-produzzjoni li jappartjenu għall-prodotti liċenzjati għandhom jiġu nnotifikati lill-korpi kompetenti, flimkien ma' informazzjoni ta' appoġġ sabiex tiġi vverifikata l-konformità kontinwa mal-kondizzjonijiet tal-liċenzja.

Il-korpi kompetenti għandhom jirrikonoxxu preferenzjalment it-testijiet mil-laboratorji akkreditati skont l-ISO 17025 u l-verifiki mwettqa minn korpi li huma akkreditati skont l-istandard EN 45011 jew standard internazzjonali ekwivalenti.

L-unità funzjonali, li magħha għandhom ikunu relatati d-dħul u l-ħruġ, hija ta' 1 kg tal-prodott tessili f'kondizzjonijiet normali (65 % RH ± 4 % u 20 °C ± 2 °C; dawn il-kondizzjonijiet tan-normi huma speċifikati fl-ISO 139 Tessuti — l-atmosferi standard għall-kondizzjonament u l-ittestjar).

Meta l-applikant juża sistema ta' ċertifikazzjoni sabiex jipprovdi verifiki indipendenti, is-sistema magħżula u s-sistemi assoċjati għall-akkreditazzjoni tal-verifikaturi għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti ġenerali ta' EN 45011 u ISO 17065. Fejn ikun xieraq, il-korpi kompetenti jista' jkollhom bżonn dokumentazzjoni ta' appoġġ u jistgħu jwettqu verifiki indipendenti u żjarat fuq il-post.

Huwa rrakkomandat li l-korpi kompetenti jieħdu f'kunsiderazzjoni l-implimentazzjoni ta' skemi rikonoxxuti ta' ġestjoni ambjentali, bħal EMAS, ISO 14001 u ISO 50001, meta jivvalutaw l-applikazzjonijiet u jimmonitorjaw il-konformità mal-kriterji (nota: mhuwiex meħtieġ li jiġu implimentati tali skemi ta' ġestjoni).

IL-KRITERJI TAL-EKOTIKKETTA TAL-UE

L-applikanti għandhom juru l-konformità mal-kriterji rilevanti għall-kompożizzjoni tal-materjal, għall-formulazzjonijiet kimiċi, għas-siti tal-produzzjoni u l-adegwatezza għall-użu tal-prodotti li jixtiequ li jkollhom l-Ekotikketta.

1.   IL-KRITERJI TAL-FIBRI TESSILI

Il-kriterji speċifiċi għall-fibri huma stipulati f'din it-taqsima għat-tipi ta' fibri li ġejjin:

(a)

Fibri naturali: Il-qoton u fibri ta' żrieragħ ċellulożi naturali oħrajn, il-kittien u fibri oħrajn tat-tilju, is-suf u fibri oħrajn tal-keratina;

(b)

Fibri sintetiċi: L-akrilik, l-elastane, il-poljamide, il-poliester u l-polipropilene;

(c)

Fibri ċellulożi magħmula mill-bniedem: il-lijoċell, il-modal u l-visk.

Il-kriterji għal tip ta' fibra partikolari ma għandhomx bżonn jiġu ssodisfati jekk fibra tikkontribwixxi għal inqas minn 5 % tal-piż totali tal-prodott jew jekk hija tikkostitwixxi kkuttunar jew lining. Bl-eċċezzjoni tal-poljamide u tal-poliester, dawn il-kriterji ma għandhomx bżonn jiġu ssodisfati:

(a)

Mill-prodott kollu jekk dan ikun fih fibri b'kontenut irriċiklat li jikkostitwixxi mill-inqas 70 % skont il-piż tal-fibri kollha fil-prodott,

(b)

Minn fibri individwali li jifformaw parti mill-prodott bl-ekotikketta li jikkostitwixxi mill-inqas 70 % skont il-piż tal-kontenut irriċiklat.

F'dan il-kuntest, il-fibri li fihom kontenut irriċiklat huma definiti bħala fibri li joriġinaw minn skart qabel jasal għand il-konsumaturi (inklużi skart mill-produzzjoni tal-polimer u tal-fibra, xtur ta' tessuti u skart ieħor prodott mill-manifatturi tal-ilbies), kif ukoll minn skart li jħallu l-konsumaturi (tessut u kull xorta ta' prodotti tessili u tal-fibri, kif ukoll skart mhux tessili, fosthom fliexken tax-xorb tal-PET u xbieki tas-sajd).

Il-kontenut irriċiklat għandu, bl-eċċezzjoni tal-fliexken tal-PET użati għall-manifattura tal-poliester, jissodisfa r-rekwiżiti tal-kriterju 13 RSL. Dan għandu jinkludi ttestjar analitiku aleatorju u annwali għall-gruppi ta' sustanzi speċifikati.

Valutazzjoni u verifika għall-kontenut irriċiklat : il-kontenut irriċiklat għandu jkun rintraċċabbli lura għall-ipproċessar mill-ġdid tal-materja prima. Dan għandu jiġi vverifikat permezz ta' ċertifikazzjoni minn parti terza indipendenti tal-katina tal-kustodja jew permezz ta' dokumentazzjoni pprovduta mill-fornituri u mir-riproċessuri tal-materja prima. Fejn ikun meħtieġ mill-kriterju 13, għandhom jiġu pprovduti d-dikjarazzjonijiet u r-riżultati tal-ittestjar fil-laboratorju mill-manifatturi tal-fibri u mill-fornituri tal-materja prima.

Kriterju 1. Fibri tal-qoton u ta' żrieragħ ċellulożi naturali oħrajn (inkluż kapok)

Il-fibri tal-qoton u ta' żrieragħ ċellulożi naturali oħrajn (li minn hawn 'il quddiem issir referenza għalihom bħala qoton) għandu jkollhom kontenut minimu ta' qoton organiku (ara l-kriterju 1a) jew ta' qoton b'ġestjoni integrata tal-pesti (integrated pest management — IPM) (ara l-kriterju 1b). Minbarra dan:

Il-qoton konvenzjonali u l-qoton IPM kollu li jintuża għandu jkun konformi mar-restrizzjonijiet fuq il-pestiċidi msemmija fil-kriterju 1c;

Għall-istandard tal-produzzjoni organika 1(a), il-qoton konvenzjonali u l-qoton IPM kollu li jintuża għandu jkun ġej minn varjetajiet mhux immodifikati ġenetikament;

Il-qoton organiku u l-qoton IPM kollu għandu jkun kompletament rintraċċabbli skont il-kriterju 1d.

L-ilbies għat-trabi ta' taħt it-3 snin għandu jkun fih minimu ta' 95 % qoton organiku

Il-prodotti li jissodisfaw il-livelli limiti tal-kontenut speċifiku għall-qoton organiku jew IPM għandhom jitħallew juru test addizzjonali ħdejn l-Ekotikketta li jikkomunika l-pretensjoni tal-kontenut. Għal dan il-għan, qiegħda tiġi pprovduta gwida fil-kriterju 28.

1(a)   Standard tal-produzzjoni organika

Bl-eċċezzjoni tal-prodotti elenkati hawn taħt, minimu ta' 10 % tal-qoton għandu jitkabbar skont ir-rekwiżiti stipulati fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 (1), fil-Programm Organiku Nazzjonali (NOP) tal-Istati Uniti jew fl-obbligi legali ekwivalenti stabbiliti mill-imsieħba kummerċjali tal-UE. Il-kontenut tal-qoton organiku jista' jinkludi qoton imkabbar b'mod organiku u qoton organiku tranżitorju.

Il-kontenut ta' qoton tal-prodotti li ġejjin għandu jinkludi minimu ta' 95 % qoton organiku: T-shirts, flokkijiet tan-nisa, qomos każwali, jeans, piġami u lbies ta' bil-lejl, ħwejjeġ ta' taħt u kalzetti.

Valutazzjoni u verifika : Il-kontenut organiku għandu jiġi ċċertifikat minn korp ta' kontroll indipendenti u għandu jkun ġie prodott skont ir-rekwiżiti tal-produzzjoni u tal-ispezzjoni stipulati fir-Regolament (KE) Nru 834/2007, tal-Programm Organiku Nazzjonali (NOP) tal-Istati Uniti jew dawk stabbiliti minn imsieħba kummerċjali oħrajn. Il-verifika għandha tiġi pprovduta fuq bażi annwali għal kull pajjiż ta' oriġini.

Il-varjetajiet mhux immodifikati ġenetikament tal-qoton għandhom jiġu vverifikati skont ir-Regolament (KE) Nru 1830/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2).

1(b)   Il-produzzjoni tal-qoton skont il-prinċipji tal-IPM

Minimu ta' 20 % tal-qoton għandu jitkabbar skont il-prinċipji tal-IPM kif definiti mill-programm IPM tal-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura tan-Nazzjonijiet Uniti (FAO) jew skont is-sistemi tal-Ġestjoni Integrata tal-Uċuh tar-Raba' (ICM) li jinkorporaw il-prinċipji tal-IPM, filwaqt li għandu jikkonforma mar-restrizzjonijiet fuq il-pestiċidi stipulati fil-kriterju 1(c).

Għall-prodotti li ġejjin, il-perċentwal minimu tal-qoton li għandu jitkabbar skont il-prinċipji tal-IPM kif definit hawn fuq għandu jkun ta' 60 %: T-shirts, flokkijiet tan-nisa, qomos każwali, jeans, piġami u lbies ta' bil-lejl, ħwejjeġ ta' taħt u kalzetti.

Valutazzjoni u verifika : L-applikant għandu jipprovdi evidenza li l-qoton tkabbar minn bdiewa li pparteċipaw fi programmi ta' taħriġ informali tal-FAO tan-Nazzjonijiet Uniti jew fil-programmi IPM u ICM tal-Gvern u/jew li l-qoton ġie vverifikat bħala parti mill-iskemi tal-IPM iċċertifikati minn parti terza. Il-verifika għandha tiġi pprovduta jew fuq bażi annwali għal kull pajjiż ta' oriġini jew inkella fuq il-bażi ta' ċertifikazzjonijiet għall-balal kollha tal-qoton IPM mixtrija għall-manifattura tal-prodott.

Il-konformità mar-restrizzjoni fuq il-pestiċidi ma għandhiex tkun meħtieġa għal dawk l-iskemi li jipprojbixxu l-użu tas-sustanzi elenkati fil-kriterju 1(c) u fejn l-ittestjar jitwettaq jew id-dikjarazzjonijiet tan-nuqqas ta' użu jinkisbu minn bdiewa u/jew gruppi ta' produtturi agrikoli li jiġu vverifikati permezz ta' żjarat fuq il-post imwettqa minn korpi ta' kontroll akkreditati minn gvernijiet nazzjonali jew skemi rikonoxxuti għaċ-ċertifikazzjoni tal-qoton organiku jew IPM.

Il-qoton IPM mhux immodifikat ġenetikament, li jintuża flimkien mal-qoton organiku, għandu jiġi vverifikat skont ir-Regolament (KE) Nru 1830/2003. L-iskemi tal-IPM li jeskludu l-qoton immodifikat ġenetikament għandhom jiġu aċċettati bħala prova tal-konformità għall-kontenut tal-IPM.

1(c)   Restrizzjonijiet fuq il-pestiċidi li japplikaw għall-qoton konvenzjonali u għall-qoton IPM

Il-qoton kollu li jintuża fi prodotti tessili bl-ekotikketta, bl-eċċezzjoni tal-qoton organiku u l-qoton mill-iskemi applikabbli tal-IPM eżentati f'1(b), għandu jitkabbar mingħajr l-użu ta' kwalunkwe waħda mis-sustanzi li ġejjin:

Alaklor, aldikarb, aldrin, kamfeklor (toksafen), kaptafol, klordan, 2,4,5-T, klordimeform, klorobenżilat, ċipermetrina, DDT, dieldrin, dinoseb u l-imluħa tiegħu, endosulfan, endrin, glifosulfat, heptaklor, eżaklorobenżen, eżakloroċikloeżan (isomeri totali), metamidofos, metil-o-dematon, metilparatjon, monokrotofos, neonikotinojdi (klotjanidin, imidakloprid, tijametoksam), paratjon, fosfamidon, pentaklorofenol, tjofaneż, triafaneż, triażofos

B'kollox, il-qoton għandu jkun fih aktar minn 0,5 ppm tas-sustanzi elenkati hawn fuq.

Valutazzjoni u verifika : Il-qoton għandu jiġi ttestjat għas-sustanzi elenkati. Barra minn hekk, għandu jiġi pprovdut rapport tat-test abbażi tal-metodi tal-ittestjar li ġejjin, skont kif xieraq:

US EPA 8081 B (il-pestiċidi tal-organoklorin, bl-estrazzjoni ultrasonika jew Soxhlet u s-solventi apolari (l-isoottane jew l-eżan)),

US EPA 8151 A (l-erbiċidi kklorinati, bl-użu tal-metanol),

US EPA 8141 B (il-komposti tal-organofosfru),

US EPA 8270 D (il-komposti organiċi semivolatili).

It-testijiet għandhom isiru fuq kampjuni ta' qoton mhux ipproċessat minn kull pajjiż ta' oriġini qabel jgħaddi minn xi trattament bit-tixrib. Għal kull pajjiż ta' oriġini, l-ittestjar għandu jitwettaq fuq il-bażi li ġejja:

(i)

Fejn jintuża lott wieħed biss ta' qoton fis-sena, għandu jittieħed kampjun minn balla magħżula b'mod aleatorju,

(ii)

Jekk jintużaw żewġ lottijiet jew aktar ta' qoton fis-sena, għandhom jittieħdu kampjuni komposti minn 5 % tal-balal.

Mhuwiex meħtieġ li l-qoton jiġi ttestjat meta dan ikun ġie ċċertifikat minn skema tal-IPM li tipprojbixxi l-użu tas-sustanzi elenkati.

1(d)   Ir-rekwiżiti tat-traċċabilità li japplikaw għall-qoton organiku u għall-qoton IPM

Il-qoton kollu li jitkabbar skont l-istandards tal-produzzjoni organika u tal-IPM u li jintuża għall-manifattura ta' prodott tessili bl-Ekotikketta għandu jkun rintraċċabbli mill-punt tal-verifika tal-istandard tal-produzzjoni sa, bħala minimu, il-produzzjoni tat-tessuti greige.

Valutazzjoni u verifika : l-applikant għandu juri l-konformità mar-rekwiżit tal-kontenut minimu tal-qoton jew għall-volum annwali tal-qoton mixtri jew inkella għat-taħlita ta' qoton li tintuża għall-manifattura tal-prodott(i) finali u skont kull linja tal-prodott:

(i)

Fuq bażi annwalizzata: Għandhom jiġu pprovduti reġistri tat-tranżazzjonijiet u/jew fatturi li jiddokumentaw il-kwantità ta' qoton mixtri fuq bażi annwali minn bdiewa jew gruppi ta' produtturi, u/jew il-piż totali tal-balal iċċertifikati, sal-produzzjoni tat-tessuti greige.

(ii)

Fuq bażi tal-prodott finali: Għandha tiġi pprovduta dokumentazzjoni mill-istadji tal-għażel u/jew tal-produzzjoni tad-drappijiet. Id-dokumentazzjoni kollha għandha tagħmel referenza għall-Korp ta' Kontroll jew għaċ-ċertifikatur tal-forom differenti ta' qoton.

Kriterju 2. Kittien u fibri oħrajn tat-tilju (inklużi l-qanneb, il-ġuta u r-rami)

2(a)   Il-kittien u fibri oħrajn tat-tilju għandhom jitrattbu f'kondizzjonijiet ambjentali u mingħajr inputs tal-enerġija termali.

Valutazzjoni u verifika : l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni tal-metodu tat-trattib użat mill-bdiewa u/jew l-imtieħen tal-imxit li jfornu l-fibra.

2(b)   Meta jintuża l-metodu tat-trattib bl-ilma, l-ilma mormi mill-għadajjar tat-trattib għandu jiġi ttrattat b'tali mod li jnaqqas is-COD jew it-TOC b'mill-inqas 75 % għall-fibri tal-qanneb u b'mill-inqas 95 % għall-kittien u għal fibri oħrajn tat-tilju.

Valutazzjoni u verifika : jekk jintuża l-metodu tat-trattib bl-ilma, l-applikant għandu jipprovdi rapport tat-test li juri l-konformità u l-użu tal-metodu tal-ittestjar li ġej: ISO 6060 (COD).

Kriterju 3. Suf u fibri oħrajn tal-keratina (inkluż suf minn nagħaġ u ħrief, u xagħar minn iġmla, alpaka u mogħoż)

3(a)   It-totali tas-somma pprovduti fit-tabella 2 ma għandhomx jinqabżu għall-konċentrazzjonijiet ektoparassitiċi tas-suf fuq suf mhux ipproċessat qabel it-tagħrik.

Dawn ir-rekwiżiti ma għandhomx japplikaw jekk tkun tista' tiġi ppreżentata evidenza dokumentarja li tistabbilixxi l-identità tal-impriżi agrikoli li jipproduċu mill-inqas 75 % tal-fibri tas-suf jew tal-keratina inkwistjoni, flimkien ma' verifika indipendenti bbażata fuq żjarat fuq il-post li s-sustanzi elenkati hawn fuq ma ġewx applikati għall-oqsma jew għall-annimali kkonċernati.

Tabella

Ir-restrizzjonijiet tas-somma totali fuq il-konċentrazzjonijiet ektoparassitiċi fis-suf

Gruppi ektoparassitiċi

Il-valur limitu tas-somma totali

γ-eżakloroċikloeżan (lindan), α-eżakloroċikloeżan, β-eżakloroċikloeżan, δ-eżakloroċikloeżan, aldrin, dieldrin, endrin, p,p'-DDT, p,p'-DDD

0,5 ppm

Ċipermetrina, deltametrin, fenvalerat, ċjalotrin, flumetrin

0,5 ppm

Diażinon, propetamfos, klorfenvinfos, diklofentjon, klorprifos, fenchlorphos

2 ppm

Diflubenżuron, triflumuron, diċiklanil

2 ppm

Il-barraxa tas-suf li joperaw sistemi tal-ilma b'ċirkwit magħluq mingħajr ir-rilaxx tal-effluwent tal-ilma li jintrema u li jkissru l-ektoparassitiċidi msemmija fuq, li jistgħu jkunu preżenti fir-residwi tat-tagħrik u fil-ħama permezz ta' inċinerazzjoni, huma derogati mir-rekwiżit għall-ittestjar tas-suf, iżda għandhom jikkonformaw ma' mill-inqas tnejn mill-miżuri msemmija fil-punt 3(c).

Valutazzjoni u verifika : l-applikant għandu jew jipprovdi d-dokumentazzjoni indikata hawn fuq jew inkella jikkompila r-rapporti tat-testijiet, bl-użu tal-metodu tal-ittestjar li ġej: l-abbozz tal-metodu tal-ittestjar 59 tal-IWTO. It-test għandu jsir fuq lottijiet tal-bejgħ ta' suf mhux ipproċessat, skont il-pajjiż tal-oriġini (jekk ikunu mħalltin) u qabel isir kwalunkwe pproċessar bit-tixrib. Għandu jiġi ttestjat minimu ta' kampjun kompost wieħed ta' diversi lottijiet minn kull pajjiż ta' oriġini għal kull lott tal-ipproċessar. Kampjun kompost għandu jkun jikkonsisti minn:

(i)

Fibri tas-suf minn mill-inqas 10 lottijiet ta' impriżi agrikoli magħżula b'mod aleatorju fi ħdan il-lott tal-bejgħ, jew

(ii)

Kampjun kompost wieħed għal kull impriża organika li tforni l-lottijiet fejn ikun hemm inqas minn 10 lottijiet tal-bejgħ fi ħdan il-lott tal-ipproċessar.

B'mod alternattiv, jistgħu jiġu sottomessi ċertifikati tat-testijiet residwi għal-lottijiet tal-bejgħ kollha f'lott tal-ipproċessar.

Fejn tapplika deroga, l-applikant imbagħad ikun irid jipprovdi evidenza li tikkonferma l-konfigurazzjoni tal-impjant tat-tagħrik tas-suf flimkien ma' rapporti tat-testijiet fil-laboratorji li juru t-tkissir tal-ektoparassitiċidi li jistgħu jkunu preżenti fir-residwi tat-tagħrik u fil-ħama.

3(b)   L-operazzjonijiet tat-tagħrik tas-suf għandhom inaqqsu s-COD effluwenti billi jimmassimizzaw it-tneħħija tal-ħmieġ u l-irkupru tal-grass, segwiti minn trattament skont il-valur speċifikat fit-tabella 3 fuq is-sit jew barra minnu. Il-limiti COD li ġejjin għandhom japplikaw għat-tagħrik tas-suf mhux ipproċessat u tas-suf fin u żejtni. Suf fin huwa definit bħala suf merino b'dijametru ta' ≤ 23,5 mikron.

Tabella 3

Il-valuri tas-COD għar-rilaxx finali tal-effluwent mit-tagħrik tas-suf

Tip ta' suf

Rilaxx finali fl-ambjent (g COD/kg ta' suf żejtni)

Suf oħxon

25 g/kg

Suf fin

45 g/kg

Valutazzjoni u verifika : l-applikant għandu jipprovdi dejta rilevanti u rapporti tat-testijiet relatati ma' dan il-kriterju, bl-użu tal-metodu tal-ittestjar li ġej: ISO 6060. Id-dejta għandha turi konformità mis-sit tat-tagħrik tas-suf jew, jekk l-effluwent jiġi ttrattat barra mis-sit, mill-operatur tat-trattament tal-ilma tal-iskart. Il-konformità ma' dan il-kriterju għandha tkun il-bażi tal-medji ta' kull xahar għas-sitt xhur ta' qabel l-applikazzjoni.

3(c)   Il-barraxa tas-suf għandhom jimplimentaw mill-inqas waħda mill-miżuri li ġejjin sabiex jirkupraw il-valur minn grass ossidizzat, fibri, suint jew ħama li jirriżultaw mis-sit tat-tagħrik li jintuża għall-prodotti tas-suf bl-ekotikketta:

(i)

l-irkupru għall-bejgħ bħala materja prima kimika,

(ii)

il-produzzjoni ta' kompost jew fertilizzant likwidu,

(iii)

il-manifattura ta' prodotti bħal materjal tal-bini,

(iv)

it-trattament u l-irkupru tal-enerġija permezz ta' diġestjoni anerobika jew inċinerazzjoni.

Valutazzjoni u verifika : l-applikant għandu jipprovdi rapport u noti dwar it-trasferiment tal-iskart li jikkonfermaw it-tip u l-proporzjon ta' skart irkuprat u l-metodu użat.

Kriterju 4. Akrilik

4(a)   L-emissjonijiet tal-akrilonitril fl-arja (matul il-polimerizzazzjoni sas-soluzzjoni lesta għall-għażil), espressi bħala medja annwali, għandhom ikunu inqas minn 1,0 g/kg ta' fibra prodotta.

Valutazzjoni u verifika : l-applikant għandu jipprovdi dokumentazzjoni ddettaljata u/jew rapporti tat-testijiet li juru l-konformità ma' dan il-kriterju, flimkien ma' dikjarazzjoni tal-konformità mill-manifattur(i) tal-fibri.

4(b)   L-emissjonijiet mill-postijiet tax-xogħol tal-N,N-dimetilaċetammid (127-19-5) fl-arja matul il-polimerizzazzjoni u l-għażil ma għandhomx jaqbżu Valur Limitu Indikattiv ta' Espożizzjoni Professjonali (IOELV) ta' 10,0 ppm.

Valutazzjoni u verifika : il-valuri tal-emissjonijiet għandhom jitkejlu f'dawk l-istadji tal-proċess li fihom jintużaw is-sustanzi, espressi bħala valur medju fuq medda ta' 8 sigħat (valur medju ta' xift). L-applikant għandu jipprovdi rapporti tat-testijiet u dejta dwar il-monitoraġġ mingħand il-manifattur(i) tal-fibri li juru l-konformità ma' dan il-kriterju.

Kriterju 5. Elastan

5(a)   Ma għandhomx jintużaw komposti tal-organotin għall-manifattura tal-fibri.

Valutazzjoni u verifika : l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni tan-nuqqas ta' użu mingħand il-manifattur(i) tal-fibri.

5(b)   L-emissjonijiet mill-postijiet tax-xogħol tas-sustanzi li ġejjin fl-arja matul il-polimerizzazzjoni u l-għażil ma għandhomx jaqbżu l-valuri limiti indikattivi tal-espożizzjoni professjonali (IOELV) li ġejjin:

(i)

difenilmetan-4,4'-diisoċjanat (101-68-8) 0,005 ppm

(ii)

toluen-2,4-diisoċjanat (584-84-9) 0,005 ppm

(iii)

N,N-dimetilaċetammid (127-19-5) 10,0 ppm

Valutazzjoni u verifika : il-valuri tal-emissjonijiet għandhom jitkejlu f'dawk l-istadji tal-proċess li fihom jintużaw is-sustanzi, espressi bħala valur medju fuq medda ta' 8 sigħat (valur medju ta' xift). L-applikant għandu jipprovdi rapporti tat-testijiet u dejta dwar il-monitoraġġ mingħand il-manifattur(i) tal-fibri li juru l-konformità ma' dan il-kriterju.

Kriterju 6. Poliammid (jew najlon)

Il-prodotti tal-poliammid għandhom jikkonformaw ma' mill-inqas wieħed mill-istandards tal-produzzjoni elenkati fis-subkriterji 6(a) u 6(b).

Kwalunkwe prodott li jissodisfa l-limitu massimu tal-kontenut irriċiklat minimu għandu jitħalla juri test addizzjonali ħdejn l-Ekotikketta li jikkomunika pretensjoni dwar il-kontenut. Għal dan il-għan, qiegħda tiġi pprovduta gwida fil-kriterju 28.

6(a)   Standard tal-produzzjoni 1: Il-kontenut irriċiklat minimu.

Il-fibri għandhom jiġu mmanifatturati bl-użu ta' kontenut minimu ta' 20 % najlon li jkun ġie rriċiklat minn skart iġġenerat qabel jasal għand il-konsumaturi u/jew skart li jħallu l-konsumaturi.

Valutazzjoni u verifika : il-kontenut irriċiklat għandu jkun rintraċċabbli lura għall-ipproċessar mill-ġdid tal-materja prima. Dan għandu jiġi vverifikat permezz ta' ċertifikazzjoni indipendenti tal-katina tal-kustodja jew permezz ta' dokumentazzjoni pprovduta mill-fornituri u mill-proċessuri.

6(b)   Standard tal-produzzjoni 2: L-emissjonijiet tal-N2O mill-produzzjoni tal-monomeri.

L-emissjonijiet tal-N2O mill-produzzjoni tal-monomeri tan-najlon fl-arja, espressi bħala medja annwali, ma għandhomx jaqbżu d-9,0 g N2O/kg ta' kaprolaktam (għal najlon 6) jew ta' aċidu adipiku (għal najlon 6,6).

Valutazzjoni u verifika : l-applikant għandu jipprovdi dokumentazzjoni jew rapporti tat-testijiet li juru l-konformità abbażi tad-dejta dwar il-monitoraġġ, flimkien ma' dikjarazzjoni tal-konformità mill-manifattur(i) tal-fibri u mill-fornituri tal-materja prima.

Kriterju 7. Poliester

Il-prodotti tessili li huma primarjament għall-bejgħ lill-konsumaturi għandhom jikkonformaw mas-subkriterji (a) u (b). Il-prodotti tessili li huma primarjament għall-bejgħ lil klijenti kummerċjali jew fis-settur pubbliku għandhom jikkonformaw ma' (a) u (b) jew (c).

Kwalunkwe prodott li jissodisfa l-limitu massimu tal-kontenut irriċiklat minimu għandu jitħalla juri test addizzjonali ħdejn l-Ekotikketta li jikkomunika pretensjoni dwar il-kontenut. Għal dan il-għan, qiegħda tiġi pprovduta gwida fil-kriterju 28.

7(a)   Il-livell ta' antimonju preżenti fil-fibri tal-poliester ma għandux jaqbeż il-260 ppm. Il-fibri tal-poliester immanifatturati minn fliexken irriċiklati tal-PET huma derogati minn dan ir-rekwiżit.

Valutazzjoni u verifika : l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni tan-nuqqas ta' użu jew rapport tat-test bl-użu tal-metodi tal-ittestjar li ġejjin: determinazzjoni diretta permezz ta' Spettrometrija tal-Assorbiment Atomiku jew permezz ta' Spettrometrija tal-Emissjoni Atomika bi Plażma Akkoppjata Induttivament (ICP). It-test għandu jitwettaq fuq kampjun kompost ta' fibri mhux ipproċessati qabel kwalunkwe pproċessar bit-tixrib. Għaldaqstant, għandha tiġi pprovduta dikjarazzjoni għall-fibri li jiġu mmanifatturati minn fliexken irriċiklati tal-PET.

7(b)   Il-fibri għandhom jiġu mmanifatturati bl-użu ta' kontenut minimu ta' PET li jkun ġie rriċiklat minn skart iġġenerat qabel jasal għand il-konsumaturi u/jew skart li jħallu l-konsumaturi. Il-fibri diskontinwi għandu jkollhom kontenut minimu ta' 50 %, filwaqt li l-fibri b'filament għandu jkollhom kontenut minimu ta' 20 %. Il-mikrofibri huma derogati minn dan ir-rekwiżit u minflok għandhom jikkonformaw ma' (c).

Valutazzjoni u verifika : il-kontenut irriċiklat għandu jkun rintraċċabbli lura għall-ipproċessar mill-ġdid tal-materja prima. Dan għandu jiġi vverifikat permezz ta' ċertifikazzjoni indipendenti tal-katina tal-kustodja jew permezz ta' dokumentazzjoni pprovduta mill-fornituri u mill-proċessuri.

7(c)   L-emissjonijiet tal-VOCs matul il-produzzjoni tal-poliester, espressi bħala medja annwali, inklużi kemm is-sorsi lokalizzati kif ukoll l-emissjonijiet fuġittivi, ma għandhomx jaqbżu 1.2 g/kg għal-laqx tal-PET u 10.3 g/kg għall-fibri b'filament.

Valutazzjoni u verifika : l-applikant għandu jipprovdi dejta dwar il-monitoraġġ u/jew rapporti tat-testijiet li juru l-konformità ma' EN 12619 jew standards b'metodu ta' ttestjar ekwivalenti. Il-medji ta' kull xahar għall-emissjonijiet totali tal-komposti organiċi mis-siti tal-produzzjoni għall-prodotti b'ekotikketta għandhom jiġu pprovduti għal minimu ta' sitt xhur qabel l-applikazzjoni.

Kriterju 8. Polipropilen

Ma għandhomx jintużaw pigmenti bbażati fuq iċ-ċomb.

Valutazzjoni u verifika : l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni tan-nuqqas ta' użu.

Kriterju 9. Fibri ċellulożi magħmula mill-bniedem (lijoċell, modal u visk)

Is-subkriterji tal-produzzjoni tal-polpa

9(a)   Minimu ta' 25 % ta' fibri tal-polpa għandhom jiġu mmanifatturati minn injam li jkun tkabbar skont il-prinċipji tal-ġestjoni tal-forestrija sostenibbli kif definit mill-FAO tan-Nazzjonijiet Uniti. Il-proporzjon li jifdal tal-fibri tal-polpa għandu jkun ġej minn polpa li tittieħed minn pjantaġġuni u forestrija legali.

Valutazzjoni u verifika : l-applikant għandu jikseb mingħand il-manifattur(i) tal-fibri ċertifikati validi u ċċertifikati b'mod indipendenti tal-katina tal-kustodja li juru li l-fibri tal-injam tkabbru skont il-prinċipji tal-ġestjoni tal-forestrija sostenibbli u/jew ittieħdu minn sorsi legali. L-iskemi tal-FSC, tal-PEFC jew skemi ekwivalenti għandhom jiġu aċċettati bħala ċertifikazzjoni indipendenti.

Il-manifattur tal-fibri għandu juri li ġew segwiti proċessi ta' diliġenza xierqa kif speċifikat fir-Regolament (UE) Nru 995/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) sabiex jiġi żgurat li l-injam ikun inħasad legalment. Il-liċenzji validi tal-EU FLEGT (L-Infurzar tal-Liġi tal-Foresta, il-Governanza u l-Kummerċ) jew is-CITES tan-Nazzjonijiet Uniti (il-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ Internazzjonali fl-Ispeċijiet ta' Fawna u Flora Selvaġġi fil-Periklu) u/jew iċ-ċertifikazzjoni minn parti terza għandhom jiġu aċċettati bħala evidenza ta' provenjenza legali.

9(b)   Il-polpa li tiġi prodotta minn linterni tal-qoton għandha, bħala minimu, tissodisfa r-rekwiżiti tal-kriterju 1a jew 1b għall-qoton.

Valutazzjoni u verifika : kif indikat fil-kriterji korrispondenti

9(c)   Il-polpa li tintuża għall-manifattura tal-fibri għandha tiġi bbliċjata mingħajr l-użu ta' klorin elementali. L-ammont totali li jirriżulta ta' klorin u ta' klorin organiku fil-fibri maħduma (OX) ma għandux jaqbeż il-150 ppm, filwaqt li l-ammont totali ta' klorin u ta' klorin organiku fl-ilma tal-iskart mill-manifattura tal-polpa (AOX) ma għandux jaqbeż 0.170 kg/ADt ta' polpa.

Valutazzjoni u verifika : l-applikant għandu jipprovdi rapport tat-test li juri l-konformità mar-rekwiżit OX jew mar-rekwiżit AOX, bl-użu tal-metodu tal-ittestjar xieraq: OX: ISO 11480 (kombustjoni kkontrollata u l-mikrokulometrija).

AOX: ISO 9562

9(d)   Minimu ta' 50 % tal-polpa użata għall-manifattura tal-fibri għandha tinxtara minn imtieħen li jħollu l-polpa u li jirkupraw il-valur mil-likuri użati permezz ta':

i.

Ġenerazzjoni tal-elettriku u tal-fwar fuq il-post; jew

ii.

Manifattura ta' koprodotti kimiċi.

Valutazzjoni u verifika : l-applikant għandu jipprovdi lista ta' fornituri tal-polpa li jfornu l-materja prima li tintuża għall-manifattura tal-fibri bl-ekottikketta, kif ukoll il-proporzjon ta' polpa li jfornu. Għandha tiġi pprovduta dokumentazzjoni u evidenza li turi li l-proporzjon meħtieġ ta' fornituri għandhom it-tagħmir xieraq għall-ġenerazzjoni tal-enerġija u/jew sistemi għall-manifattura u l-irkupru ta' koprodotti installati fis-siti tal-produzzjoni relatati.

Is-subkriterji tal-produzzjoni tal-fibri

9(e)   Għall-visk u l-fibri modali, il-kontenut ta' kubrit fl-emissjonijiet ta' komposti tal-kubrit fl-arja mill-proċessi tal-produzzjoni tal-fibri, espress bħala medja annwali, ma għandux jaqbeż il-valuri tal-prestazzjoni li ġejjin indikati fit-tabella 4.

Tabella 4

Il-valuri tal-emissjonijiet ta' kubrit mill-visk u minn fibri modali

Tip ta' fibra

Valur tal-prestazzjoni (g S/kg)

Fibra diskontinwa

30 g/kg

Fibra b'filament

 

Ħasil tal-lott

Ħasil integrat

40 g/kg

170 g/kg

Valutazzjoni u verifika : l-applikant għandu jipprovdi dokumentazzjoni ddettaljata u/jew rapporti tat-testijiet li juru l-konformità ma' dan il-kriterju, flimkien ma' dikjarazzjoni tal-konformità.

2.   IL-KRITERJI TAL-KOMPONENTI U L-AĊĊESSORJI

Il-kriterji f'din it-taqsima japplikaw għall-komponenti u l-aċċessorji li jifformaw parti minn prodott finali.

Kriterju 10. Mili

10(a)   Il-materjali tal-mili li jikkonsistu minn fibri tessili għandhom jikkonformaw mal-kriterji tal-fibri tessili (1–9), fejn ikun xieraq.

10(b)   Il-materjali tal-mili għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tat-tessuti RSL għall-bijoċidi u l-formaldeid (ara l-Appendiċi 1).

10(c)   Id-deterġenti u sustanzi kimiċi oħrajn li jintużaw għall-ħasil tal-mili (rix irqiq artab, rix, fibri naturali jew sintetiċi) għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tat-tessuti RSL għas-sustanzi kimiċi awżiljarji u għad-deterġenti, għar-rattaba tad-drapp u għall-aġenti li jikkumplessaw (ara l-Appendiċi 1).

Valutazzjoni u verifika : kif indikat fil-kriterji korrispondenti

Kriterju 11. Kisjiet, laminati u membrani

11(a)   Il-komponenti magħmula mill-poliuretan għandhom jikkonformaw mal-kriterji tal-fibri tessili 5(a) fir-rigward tal-landa organika u 5(b) fir-rigward tal-espożizzjoni tal-postijiet tax-xogħol għad-diisoċjanati aromatiċi u d-DMAc.

11(b)   Il-komponenti magħmula mill-poliester għandhom jikkonformaw mal-kriterji tal-fibri tessili 7(a) u 7(c) fir-rigward tal-kontenut tal-antimonju u l-emissjoni tal-VOCs matul il-polimerizzazzjoni.

11(c)   Il-polimeri għandhom jikkonformaw mar-restrizzjoni g(v) tal-RSL fl-Appendiċi 1 ta' din id-Deċiżjoni.

Valutazzjoni u verifika : kif indikat fil-kriterji korrispondenti u/jew fl-Appendiċi 1 għal din id-Deċiżjoni.

Kriterju 12. Aċċessorji

Il-komponenti tal-metall u tal-plastik, bħal żippijiet, buttuni u qfieli, għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-RSL għall-aċċessorji (ara l-Appendiċi 1).

Valutazzjoni u verifika : kif indikat fil-kriterji korrispondenti.

3.   KRITERJI TAS-SUSTANZI KIMIĊI U PROĊESSI

Il-kriterji f'din it-taqsima japplikaw, fejn jiġi speċifikat, għall-istadji tal-produzzjoni li ġejjin:

(i)

L-għażil

(ii)

Il-formazzjoni tad-drappijiet

(iii)

Il-proċess ta' qabel it-trattament

(iv)

L-għoti taż-żebgħa

(v)

L-istampar

(vi)

L-irfinatura

(vii)

Il-qtugħ/il-ħidma/it-tirqim

Sakemm ma jiġix speċifikat mod ieħor, dawn il-kriterji, inklużi r-rekwiżiti għall-ittestjar b'mod aleatorju, għandhom japplikaw ukoll għall-fibri li fihom kontenut irriċiklat.

Kriterju 13. Lista ta' Sustanzi Ristretti (RSL)

13(a)   Rekwiżiti ġenerali

Il-prodott finali u r-riċetti tal-produzzjoni użati għall-manifattura tal-prodott finali ma għandhomx jinkludu s-sustanzi perikolużi elenkati fil-Lista ta' Sustanzi Ristretti fi ħdan jew 'il fuq mil-limiti tal-konċentrazzjonijiet speċifikati jew skont ir-restrizzjonijiet speċifikati. L-RSL tista' tinstab fl-Appendiċi 1. Ir-restrizzjonijiet fl-RSL jieħdu preċedenza fuq id-derogi elenkati fil-Kriterju 14, it-Tabella 6.

L-RSL għandha tiġi kkomunikata lill-fornituri u l-aġenti responsabbli mill-istadji tal-għażil, tal-għoti taż-żebgħa, tal-istampar u tal-irfinatura tal-produzzjoni. Ir-rekwiżiti tal-verifika u tal-ittestjar huma speċifikati fl-RSL għal kull stadju tal-produzzjoni u għall-prodott finali.

L-ittestjar fil-laboratorji, fejn ikun meħtieġ, għandu jitwettaq għal kull linja tal-prodott abbażi ta' teħid ta' kampjun aleatorju. L-ittestjar għandu jsir kull sena matul il-perjodu tal-liċenzja sabiex tintwera l-konformità kontinwa mal-RSL.

Valutazzjoni u verifika : l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni tal-konformità mal-RSL appoġġjata minn evidenza kif applikabbli għas-sustanzi u r-riċetti tal-produzzjoni użati għall-manifattura tal-prodott finali. Ir-rekwiżiti huma indikati fl-RSL u jinkludu d-dikjarazzjonijiet miksuba minn dawk responsabbli għall-istadji tal-produzzjoni relatati, id-dikjarazzjonijiet miksuba mingħand il-fornituri tas-sustanzi kimiċi u r-riżultati tat-testijiet mill-analiżi fil-laboratorji tal-kampjuni tal-prodott finali. Id-dikjarazzjonijiet miksuba mill-istadji tal-produzzjoni għandhom jiġu appoġġjati minn skedi ta' dejta tas-sigurtà (SDS) għar-riċetti tal-produzzjoni u, fejn meħtieġ, minn dikjarazzjonijiet mill-fornituri tas-sustanzi kimiċi. L-SDS għandhom jimtlew skont il-gwida pprovduta fit-Taqsimiet 2, 3, 9, 10, 11 u 12 tal-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4)(Gwida għall-kompilazzjoni tal-iskedi ta' dejta tas-sigurtà). SDS inkompleti għandhom jiġu ssupplimentati b'dikjarazzjonijiet mill-fornituri tas-sustanzi kimiċi.

L-analiżi f'laboratorju tal-prodott finali għandha titwettaq b'mod rappreżentattiv għal-linji tal-prodotti liċenzjati, fejn speċifikat, fl-RSL u skont il-metodi tal-ittestjar elenkati. Meta jkun meħtieġ, l-ittestjar għandu jsir mal-applikazzjoni u darba fis-sena minn hemm 'il quddiem għal kull linja ta' prodott abbażi ta' kampjun aleatorju, bir-riżultati mbagħad jiġu kkomunikati lill-korp kompetenti rilevanti. Id-dejta tat-test miksuba għall-finijiet tal-konformità mal-RSL's tal-industrija u ma' skemi oħrajn għandha tiġi aċċettata meta l-metodi tal-ittestjar ikunu ekwivalenti u jkunu twettqu fuq kampjun rappreżentattiv tal-prodott finali.

In-nuqqas ta' riżultat tat-test matul perjodu ta' liċenzja għandu jirriżulta fl-ittestjar mill-ġdid għal-linja speċifika tal-prodott. Jekk it-tieni test ifalli, allura l-liċenzja tiġi sospiża għal-linja speċifika tal-prodott. Għaldaqstant, imbagħad ikun hemm bżonn ta' azzjoni ta' rimedju sabiex terġa' tiddaħħal il-liċenzja.

13(b)   Sustanzi ta' Tħassib Serju Ħafna (SVHC's)

Sakemm ma jkunx idderogat b'mod speċifiku, il-prodott finali, inkluż kwalunkwe komponent jew aċċessorju, ma għandux ikun fih sustanzi li:

(i)

Jissodisfaw il-kriterji fl-Artikolu 57 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006,

(ii)

Ġew identifikati skont il-proċedura deskritta fl-Artikolu 59(1) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 li tistabbilixxi l-lista kandidata ta' sustanzi ta' tħassib serju ħafna.

Dan japplika għas-sustanzi li jintużaw sabiex jagħtu funzjoni lill-prodott finali, kif ukoll għas-sustanzi li ntużaw intenzjonalment fil-formuli tal-produzzjoni.

Ma għandha tingħata ebda deroga fir-rigward tas-sustanzi li jissodisfaw kwalunkwe waħda minn dawn iż-żewġ kondizzjonijiet u li huma preżenti f'oġġett tessili, jew fi kwalunkwe parti omoġenja ta' oġġett tessili kumpless, f'konċentrazzjonijiet ogħla minn 0,10 % (piż skont il-piż).

Valutazzjoni u verifika : Is-sustanzi u r-riċetti li jintużaw f'kull stadju tal-produzzjoni għandhom jiġu eżaminati fl-isfond tal-aħħar verżjoni tal-lista kandidata ppubblikata mill-ECHA. L-applikant għandu jikkompila d-dikjarazzjonijiet ta' konformità minn kull stadju tal-produzzjoni appoġġjati minn dokumentazzjoni tal-eżaminazzjoni.

Meta tkun ingħatat deroga, l-applikant għandu juri li l-użu tas-sustanza huwa f'konformità mal-limiti tal-konċentrazzjoni u mal-kondizzjonijiet tad-deroga stabbiliti fl-RSL.

Kriterju 14. Sostituzzjoni ta' sustanzi perikolużi użati fl-għoti tal-kulur taż-żebgħa, fl-istampar u fl-irfinatura

Is-sustanzi applikati għad-drappijiet u għall-panewijiet maħduma bil-labar matul il-proċessi tal-għoti taż-żebgħa, tal-istampar u tal-irfinatura li jibqgħu fuq il-prodott finali u li, b'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) jew mad-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE (6), jissodisfaw il-kriterji għall-klassifikazzjoni bil-klassijiet ta' periklu jew bil-frażijiet ta' riskju elenkati fit-tabella 5, ma għandhomx jintużaw sakemm ma jkunux ġew derogati b'mod speċifiku. Dawn ir-restrizzjonijiet għandhom japplikaw ukoll għas-sustanzi funzjonali inkorporati fil-fibri magħmula mill-bniedem matul il-manifattura tagħhom.

14(a)   Restrizzjonijiet fuq il-klassifikazzjoni tal-perikli

Il-klassifikazzjonijiet tal-perikli ristretti huma elenkati fit-tabella 5. L-aktar regoli tal-klassifikazzjoni riċenti adottati mill-Unjoni Ewropea għandhom jieħdu preċedenza fuq il-klassifikazzjonijiet tal-perikli u l-frażijiet ta' riskju elenkati. Għaldaqstant, l-applikanti għandhom jiżguraw li l-klassifikazzjonijiet ikunu bbażati fuq l-aktar regoli tal-klassifikazzjoni riċenti.

L-użu tas-sustanzi jew tat-taħlitiet li jbiddlu l-karatteristiċi tagħhom mal-ipproċessar (pereżempju ma jibqgħux aktar bijodisponibbli jew jgħaddu minn modifika kimika) tant li ma jibqax japplika l-periklu identifikat, huma eżentati mir-rekwiżiti msemmija fuq. Dawn għandhom jinkludu l-polimeri li ġew immodifikati sabiex jinkorporaw funzjoni, kif ukoll il-monomeri jew l-addittivi li saru marbuta b'mod kovalenti mal-polimeri.

Tabella 5

Klassifikazzjonijiet ta' perikli u frażijiet ta' riskju ristretti u l-kategorizzazzjoni CLP tagħhom

Tossiċità akuta

Il-Kategoriji 1 u 2

Il-Kategorija 3

H300 Fatali jekk jinbela' (R28)

H301 Tossiku jekk jinbela' (R25)

H310 Fatali jekk imiss mal-ġilda (R27)

H311 Tossiku meta jmiss mal-ġilda (R24)

H330 Fatali jekk jinxtamm (R23/26)

H331 Tossiku jekk jinxtamm (R23)

H304 Jista' jkun fatali jekk jinbela' u jidħol fil-pajpijiet tan-nifs (R65)

EUH070 Tossiku meta jmiss mal-għajnejn (R39/41)

Tossiċità għall-organi speċifiċi fil-mira

Il-Kategorija 1

Il-Kategorija 2

H370 Jagħmel ħsara lill-organi (R39/23, R39/24, R39/25, R39/26, R39/27, R39/28)

H371 Jista' jikkawża ħsara lill-organi (R68/20, R68/21, R68/22)

H372 Jikkawża ħsara lill-organi jekk ikun hemm espożizzjoni fit-tul jew ripetuta (R48/25, R48/24, R48/23)

H373 Jista' jikkawża ħsara lill-organi ikun hemm espożizzjoni fit-tul jew ripetuta (R48/20, R48/21, R48/22)

Sensitizzazzjoni respiratorja u tal-ġilda

Il-Kategorija 1 A

Il-Kategorija 1B

H317: Jista' jikkawża reazzjoni allerġika tal-ġilda (R43)

H317: Jista' jikkawża reazzjoni allerġika tal-ġilda (R43)

H334: Jista' jikkawża l-allerġija jew sintomi tal-ażma jew problemi biex jieħu n-nifs jekk jinxtamm (R42)

H334: Jista' jikkawża l-allerġija jew sintomi tal-ażma jew problemi biex jieħu n-nifs jekk jinxtamm (R42)

Karċinoġeniċi, mutaġeniċi jew tossiċi għar-riproduzzjoni

Il-Kategoriji 1 A u 1B

Il-Kategorija 2

H340 Jista' jikkawża difetti ġenetiċi (R46)

H341 Suspettat li jikkawża difetti ġenetiċi (R68)

H350 Jista' jikkawża l-kanċer (R45)

H351 Suspettat li jikkawża l-kanċer (R40)

H350i Jista' jikkawża l-kanċer jekk jinxtamm (R49)

 

H360F Jista' jagħmel ħsara lill-fertilità (R60)

H361f Suspettat li jista' jagħmel il-ħsara lill-fertilità (R62)

H360D Jista' jagħmel ħsara lit-tarbija li għadha ma twelditx (R61)

H361d Suspettat li jista' jagħmel ħsara lit-tarbija li għadha ma twelditx (R63)

H360FD Jista' jagħmel ħsara lill-fertilità. Jista' jagħmel ħsara lit-tarbija li għadha fil-ġuf (R60, R60/61)

H361fd Suspettat li jagħmel il-ħsara lill-fertilità. Suspettat li jagħmel ħsara lit-tarbija li għadha ma twelditx (R62/63)

H360Fd Jista' jagħmel ħsara lill-fertilità. Jista' jagħmel ħsara lit-tarbija li għadha ma twelditx (R60/63)

H362 Jista' jagħmel ħsara lit-tfal imreddgħa (R64)

H360Df Jista' jagħmel ħsara lit-tarbija li għadha ma twelditx. Suspettat li jagħmel il-ħsara lill-fertilità (R61/62)

 

Perikolużi għall-ambjent akwatiku

Il-Kategoriji 1 u 2

Il-Kategoriji 3 u 4

H400 Tossiku ħafna għall-organiżmi akwatiċi (R50)

H412 Jagħmel ħsara lill-organiżmi li jgħixu fl-ilma b'mod li jħalli effetti dejjiema (R52/53)

H410 Tossiku ħafna għall-organiżmi li jgħixu fl-ilma b'mod li jħalli effetti dejjiema (R50/53)

H413 Jista' jikkawża effetti dejjiema li jagħmlu ħsara lill-organiżmi li jgħixu fl-ilma (R53)

H411 Tossiku għall-organiżmi li jgħixu fl-ilma b'mod li jħalli effetti dejjiema (R51/53)

 

Perikolużi għas-saff tal-ożonu

EUH059 Perikoluż għas-saff tal-ożonu (R59)

 

14(b)   Derogi li japplikaw għall-gruppi ta' sustanzi tessili

Skont l-Artikolu 6(7) tar-Regolament (KE) Nru 66/2010, il-gruppi ta' sustanzi elenkati fit-tabella 6 huma speċifikament derogati mir-rekwiżiti stabbiliti fil-Kriterju 14(a) u skont il-kondizzjonijiet tad-deroga deskritti fit-tabella 6. Għal kull grupp ta' sustanzi, il-kondizzjonijiet kollha tad-deroga huma pprovduti għall-klassifikazzjonijiet tal-perikli speċifikati. Dawn id-derogi japplikaw ukoll għas-sustanzi miżjuda mal-fibri sintetiċi u ċellulożiċi u magħmula mill-bniedem matul il-manifattura tagħhom.

Tabella 6

Klassifikazzjonijiet ta' perikli derogati skont il-grupp ta' sustanzi

Sustanzi li jagħtu funzjoni lill-prodott finali

Grupp ta' sustanzi

Klassifikazzjonijiet tal-perikli derogati

Il-kondizzjonijiet tad-deroga

(i)

Kulurant għall-għoti taż-żebgħa u l-istampar mhux bil-pigmenti

H301, H311, H331, H317, H334

Għandhom jintużaw formulazzjonijiet taż-żebgħa ħielsa mit-trab jew dożaġġ u distribuzzjoni awtomatiċi taż-żebgħat mill-kumpaniji li jipproduċu ż-żebgħa u mill-istampaturi sabiex titnaqqas l-espożizzjoni tal-ħaddiema;

H411, H412, H413

Il-proċessi tal-għoti taż-żebgħa li jagħmlu użu minn żebgħat reattivi, diretti, likwidi b'żebgħa mdewba fihom u żebgħa tal-kubrit għandhom jissodisfaw minimu ta' waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin:

L-użu ta' żebgħat b'affinità għolja;

Il-kisba ta' rata ta' rifjut ta' inqas minn 3,0 %

L-użu ta' strumentazzjoni li tqabbel il-kuluri;

L-implimentazzjoni ta' proċeduri operattivi standard għall-proċess tal-għoti taż-żebgħa;

L-użu ta' tneħħija tal-kulur sabiex l-ilma li jintrema jiġi ttrattat b'konformità mal-kriterju 16a)

L-użu ta' żebgħa ta' soluzzjoni u/jew l-istampar diġitali huma eżentati minn dawn il-kondizzjonijiet.

(ii)

Sustanzi reżistenti għall-fjammi

H317 (1B), H373, H411, H412, H413

Il-prodott għandu jkun intiż sabiex jintuża f'applikazzjonijiet fejn ikun meħtieġ li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-protezzjoni min-nirien fl-istandards u r-regolamenti dwar l-akkwist pubbliku tal-ISO, tal-EN, tal-Istati Membri jew tas-settur pubbliku.

Il-prodott għandu jissodisfa r-rekwiżiti għad-durabbiltà tal-funzjoni (ara l-kriterju 25)

H351 huwa derogat għall-applikazzjoni tat-trijossidu tal-antimonju sinerġizzant għall-kisi minn wara tat-tessuti.

Il-prodott għandu jkun intiż sabiex jintuża f'applikazzjonijiet fejn ikun meħtieġ li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-protezzjoni min-nirien fl-istandards u r-regolamenti dwar l-akkwist pubbliku tal-ISO, tal-EN, tal-Istati Membri jew tas-settur pubbliku.

L-emissjonijiet fl-arja fil-postijiet tax-xogħol fejn tiġi applikata s-sustanza reżistenti għall-fjammi fuq il-prodott tessili għandhom jissodisfaw valur limitu ta' 0,50 mg/m3 ta' espożizzjoni professjonali fuq medda ta' tmien sigħat.

(iii)

Sustanzi li joħolqu luminożità ottika

H411, H412, H413

Is-sustanzi li joħolqu luminożità ottika jistgħu jiġu applikati biss fil-każijiet li ġejjin:

Fl-istampar b'kulur abjad;

Sabiex tinkiseb luminożità mtejba fl-uniformijiet u fl-ilbies tax-xogħol;

Bħala addittivi matul il-produzzjoni ta' poliammid u poliester b'kontenut riċiklat.

(iv)

Sustanzi li jbarru l-ilma, it-trab u t-tbajja'

H413

Is-sustanza li tbarri u l-prodotti ta' degradazzjoni tagħha għandhom ikunu faċilment u/jew inerentement bijodegradabbli u mhux bijoakkumulattivi fl-ambjent akwatiku, inkluż is-sediment akwatiku.

Il-prodott għandu jissodisfa r-rekwiżiti għad-durabbiltà tal-funzjoni (ara l-kriterju 25)

Sustanzi residwi oħrajn li jistgħu jinstabu fuq il-prodott finali

(v)

Awżiljarji li jinkludu:

Trasportaturi,

Aġenti tal-Invellar,

Aġenti ta' Dispersjoni,

Aġenti Tensjoattivi,

Aġenti tat-Tgħaqqid,

Aġenti Leganti

H301, H311, H331, H371, H373, H317 (1B), H334, H411, H412, H413, EUH070,

Ir-riċetti għandhom jiġu fformulati bl-użu ta' sistemi ta' dożaġġ awtomatiċi u l-proċessi għandhom isegwu l-proċeduri operattivi standard.

Sustanzi kklassifikati b'H311, H331 u H317 (1B) ma għandhomx ikunu preżenti fuq il-prodott finali f'konċentrazzjonijiet ta' aktar minn 1,0 % w/w.

Valutazzjoni u verifika : l-applikant għandu jikseb dikjarazzjonijiet tal-konformità minn kull sit tal-produzzjoni taż-żebgħa, tal-istampar u tal-irfinatura u, fejn meħtieġ, mill-fornituri tas-sustanzi kimiċi tagħhom. Huwa għandu jiddikjara li, meta jintużaw fir-riċetti tal-produzzjoni, is-sustanzi li ġejjin, flimkien ma' kwalunkwe sustanzi funzjonali addizzjonali użati li jistgħu jibqgħu fuq il-prodott finali, ma jissodisfawx il-kriterji għall-klassifikazzjoni b'wieħed jew aktar mill-klassifikazzjonijiet tal-periklu u l-frażijiet ta' riskju elenkati fit-tabella 5:

bijoċidi

kuluranti u pigmenti

trasportaturi awżiljarji, aġenti tal-invellar u aġenti ta' dispersjoni

sustanzi li joħolqu luminożità ottika

aġenti tat-tgħaqqid, aġenti leganti u plastifikanti użati fl-istampar

aġenti li jqassmu (minn irfinaturi u stampar b'kura faċli)

ritardanti tal-fjammi u sinerġizzanti

sustanzi li jbarru l-ilma, il-ħmieġ u t-tbajja'

rattaba tad-drapp

Meta s-sustanzi jiġu derogati fit-tabella 6, id-dikjarazzjoni għandha tidentifika b'mod speċifiku dawk is-sustanzi derogati u tipprovdi evidenza ta' appoġġ li turi kif għandhom jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet tad-derogi.

Id-deroga (v) dwar l-Awżiljarji għandha titlob verifika, li tkun ibbażata fuq ittestjar fil-laboratorji, tal-prodott finali, jekk il-formuli tal-produzzjoni jkunu jinkludu sustanzi li jġorru l-klassifikazzjonijiet tal-perikli speċifikati.

L-informazzjoni teknika li ġejja għandha tiġi pprovduta sabiex tappoġġja d-dikjarazzjoni tal-klassifikazzjoni jew tan-nonklassifikazzjoni għal kull sustanza:

(i)

Għas-sustanzi li ma ġewx irreġistrati skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 jew li sa issa għad ma għandhomx klassifikazzjoni armonizzata ta' CLP: Informazzjoni li tissodisfa r-rekwiżiti elenkati fl-Anness VII għal dak ir-Regolament;

(ii)

Għas-sustanzi li ġew irreġistrati skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 u li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti għall-klassifikazzjoni ta' CLP: Informazzjoni bbażata fuq id-dossier tar-reġistrazzjoni ta' REACH li tikkonferma l-istatus mhux ikklassifikat tas-sustanza;

(iii)

Għas-sustanzi li għandhom klassifikazzjoni armonizzata jew li huma awtokklassifikati: SDS, fejn ikunu disponibbli. Jekk dawn ma jkunux disponibbli jew is-sustanza tkun awtokklassifikata, l-informazzjoni pprovduta għandha tkun rilevanti għall-klassifikazzjoni tal-perikli tas-sustanzi skont l-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 1907/2006;

(iv)

Fil-każ tat-taħlitiet: skedi ta' dejta tas-sigurtà, fejn ikunu disponibbli. Jekk dawn ma jkunux disponibbli, il-kalkolazzjoni tal-klassifikazzjoni tat-taħlita għandha tiġi pprovduta skont ir-regoli tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008, flimkien ma' informazzjoni rilevanti għall-klassifikazzjoni tal-perikli tat-taħlitiet skont l-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 1907/2006.

SDS għandhom jimtlew skont il-gwida pprovduta fit-Taqsimiet 2, 3, 9, 10, 11 u 12 tal-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ir-rekwiżiti għall-kompilazzjoni tal-SDS). SDS inkompleti għandhom jiġu ssupplimentati b'dikjarazzjonijiet mill-fornituri tas-sustanzi kimiċi.

Kriterju 15. L-effiċjenza fl-użu tal-enerġija għall-ħasil, għat-tnixxif u għat-tqaddid

L-applikant għandu juri li l-enerġija użata fil-passi tal-ħasil, tat-tnixxif u tat-tqaddid assoċjati mal-passi tal-għoti taż-żebgħa, tal-istampar u tal-irfinatura għall-prodotti bl-ekotikketta titkejjel u titqabbel bħala parti minn sistema ta' ġestjoni tal-enerġija jew tal-emissjonijiet tad-dijossidu tal-karbonju.

Barra minn hekk, huma għandhom juru li s-siti tal-produzzjoni implimentaw numru minimu ta' tekniki għall-effiċjenza fl-użu tal-enerġija, imsejħa l-Aqwa Tekniki Disponibbli (BAT), kif speċifikat fit-tabella 7 u kif elenkat fl-Appendiċi 3 għal din id-deċiżjoni.

Tabella 7

Tekniki għall-effiċjenza fl-użu tal-enerġija matul il-ħasil, it-tlaħliħ u t-tnixxif

Temi tal-BAT

Il-volum tal-produzzjoni

< 10 tunnellati/ġurnata

> 10 tunnellati/ġurnata

1.

Ġestjoni tal-enerġija ġenerali

Żewġ tekniki

Tliet tekniki

2.

Il-proċessi tal-ħasil u tat-tlaħliħ

Teknika waħda

Żewġ tekniki

3.

Tnixxif u tqaddid bl-użu ta' stenter frames

Teknika waħda

Żewġ tekniki

Valutazzjoni u verifika : l-applikant għandu jikkompila r-rapportaġġ mis-sistemi tal-ġestjoni tal-enerġija għal kull sit ta' produzzjoni tal-għoti taż-żebgħa, tal-istampar u tal-irfinatura. Is-sistema ISO 50001 jew is-sistemi ekwivalenti għall-enerġija jew għall-emissjonijiet tad-dijossidu tal-karbonju għandhom jiġu aċċettati bħala evidenza għas-sistema ta' ġestjoni tal-enerġija.

L-evidenza meħtieġa dwar l-implimentazzjoni tal-BAT għandha tinkludi, bħala minimu, ritratti tas-sit, deskrizzjonijiet tekniċi ta' kull teknika u evalwazzjonijiet tal-iffrankar fl-użu tal-enerġija.

Kriterju 16. It-trattament tal-emissjonijiet fl-arja u fl-ilma

16(a)   Ir-rilaxxi tal-ilma tal-iskart mill-ipproċessar bit-tixrib

Ir-rilaxxi tal-ilma tal-iskart fl-ambjent ma għandhomx jaqbżu l-20 g ta' COD/kg proċessati. Dan ir-rekwiżit għandu japplika għall-proċessi tal-insiġ, tal-għoti taż-żebgħa, tal-istampar u tal-irfinatura użati għall-manifattura tal-prodott(i). Ir-rekwiżit għandu jitkejjel 'l isfel mill-impjant għat-trattament tal-ilma tal-iskart fis-sit u/jew mill-impjant għat-trattament tal-ilma tal-iskart barra mis-sit li jirċievi l-ilma tal-iskart minn dawn is-siti tal-ipproċessar.

Jekk l-effluwent jiġi ttrattat fuq il-post u rrilaxxat direttament fl-ilma tas-superfiċje, huwa għandu jissodisfa wkoll ir-rekwiżiti li ġejjin:

(i)

pH ta' bejn 6,0 u 9,0 (sakemm il-pH tal-ilma li jasal ma jkunx jaqa' barra minn din il-medda)

(ii)

temperatura ta' inqas minn 35 °C (sakemm it-temperatura tal-ilma li jasal ma tkunx ogħla minn dan il-valur)

Jekk ikun hemm bżonn li jitneħħa l-kulur permezz ta' kondizzjoni ta' deroga msemmija fil-kriterju 14, allura għandhom jiġu ssodisfati l-koeffiċjenti tal-assorbiment spettrali li ġejjin:

(i)

436 nm (settur isfar) 7 m-1

(ii)

525 nm (settur aħmar) 5 m-1

(iii)

620 nm (settur ikħal) 3 m-1

Valutazzjoni u verifika : l-applikant għandu jipprovdi dokumentazzjoni ddettaljata u rapporti tat-testijiet, bl-użu tal-ISO 6060 u l-ISO 7887, kif rilevanti, filwaqt li juri l-konformità ma' dan il-kriterju fuq il-bażi ta' medji ta' kull xahar għas-sitt xhur ta' qabel l-applikazzjoni, flimkien ma' dikjarazzjoni tal-konformità. Id-dejta għandha turi l-konformità mis-sit tal-produzzjoni jew, jekk l-effluwent jiġi ttrattat barra s-sit, mill-operatur tat-trattament tal-ilma tal-iskart.

16(b)   L-emissjonijiet fl-arja mill-proċessi tal-istampar u tal-irfinatura

L-emissjonijiet totali ta' komposti organiċi, kif definiti fid-Direttiva tal-Kunsill 1999/13/KE (7), mis-siti tal-produzzjoni tal-istampar u tal-irfinatura tat-tessuti li jintużaw għall-manifattura tal-prodott(i) bl-ekotikketta ma għandhomx jaqbżu l-100,0 mg C/Nm3.

Meta l-proċessi tal-kisi u tat-tnixxif tat-tessuti jippermettu l-irkupru u l-użu mill-ġdid tas-solventi, għandu japplika limitu ta' 150,0 mg C/Nm3 fuq l-emissjonijiet.

Il-proċessi tal-irfinatura jinkludu t-thermosetting, it-thermosoling, il-kisi u l-mili tat-tessuti, inklużi l-faċilitajiet rispettivi tagħhom għat-tnixxif (stenter).

Valutazzjoni u verifika : l-applikant għandu juri l-konformità skont l-istandard EN 12619 jew standards ekwivalenti oħrajn. Il-medji ta' kull xahar għall-emissjonijiet totali tal-komposti organiċi mis-siti tal-produzzjoni għandhom jiġu pprovduti għas-sitt xhur ta' qabel l-applikazzjoni. Meta jitwettqu l-irkupru u l-użu mill-ġdid tas-solventi, allura tkun trid tiġi pprovduta dejta dwar il-monitoraġġ bil-għan li sservi bħala evidenza tat-tħaddim ta' dawn is-sistemi.

4.   KRITERJI DWAR L-ADEGWATEZZA GĦALL-UŻU

Il-kriterji f'din it-taqsima japplikaw għal drapp intermedju u prodott maħdum bil-labar, kif ukoll għall-prodott finali.

Kriterju 17. Bidliet dimensjonali matul il-ħasil u t-tnixxif

Il-bidliet dimensjonali wara l-ħasil u t-tnixxif fit-temperaturi u l-kondizzjonijiet tal-ħasil domestiku jew industrijali ma għandhomx jaqbżu dawk speċifikati fit-tabella 8.

Tabella 8

It-tolleranzi għall-bidliet dimensjonali matul il-ħasil u t-tnixxif

Prodotti tessili jew tip ta' materjal

Bidliet dimensjonali matul il-ħasil u t-tnixxif

Drappijiet maħduma bil-labar

± 4,0 %

Maħduma bil-labar fil-kobor

± 6,0 %

Maħduma b'ponti rqaq ħafna

± 5,0 %

Drappijiet minsuġa:

 

Qoton u taħlita ta' qoton

Taħlita ta' suf

Fibri sintetiċi

± 3,0 %

± 2,0 %

± 2,0 %

Kalzetti u maljerija għas-saqajn

± 8,0 %

Bjankerija tal-banju, inklużi xugamani terry u drappijiet bi ħjata fina

± 8,0 %

Tapizzerija minsuġa li tinqala' minn postha u tinħasel — Purtieri u drappijiet għall-għamara

± 2,0 %

Il-kisi tal-mili tas-saqqijiet

± 3,0 %

Drappijiet mhux minsuġa

 

Il-kisi tal-mili tas-saqqijiet

Id-drappijiet l-oħrajn kollha

± 5,0 %

± 6,0 %

Dan il-kriterju ma japplikax għal:

(a)

fibri jew ħjut,

(b)

prodotti ttikkettjati b'mod ċar bħala “dry clean only” (naddaf fix-xott biss) jew l-ekwivalenti,

(c)

drappijiet għall-għamara li ma jinqalgħux u ma jinħaslux.

Valutazzjoni u verifika : l-applikant għandu jipprovdi rapporti tal-ittestjar bl-użu tal-istandards xierqa għall-prodott.

Għall-ħasil domestiku, għandu jintuża l-istandard EN ISO 6330 flimkien ma' EN ISO 5077 kif ġej: tliet ħasliet f'temperaturi kif indikati fuq il-prodott, li jitnixxfu bit-tumble drier wara kull ċiklu ta' ħasil.

Għall-ħasil kummerċjali f'postijiet industrijali fejn jinħaslu l-ħwejjeġ, għandu jintuża l-ISO 15797 flimkien mal-ISO 5077 f'temperatura minima ta' 75 °C jew kif indikat fl-istandard għall-kombinazzjoni tal-fibra u l-ibbliċjar. It-tnixxif għandu jsir kif indikat fuq it-tikketta tal-prodott.

B'mod alternattiv, għall-kisi tal-mili tas-saqqijiet li jista' jinqala' u jinħasel, għandu jintuża l-istandard EN ISO 6330 flimkien mal-istandard EN 25077. Il-kondizzjonijiet default għandhom ikunu ħasil 3 A (60 °C) u tnixxif C (flat drying) sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor fuq it-tikketta tal-prodott.

Kriterju 18. Iż-żamma tal-kulur fil-ħasil

Iż-żamma tal-kulur fil-ħasil għandha tkun mill-inqas fil-livelli 3-4 għall-bidla tal-kulur u mill-inqas fil-livelli 3-4 għat-tbajja'.

Dan il-kriterju ma japplikax għall-prodotti ttikkettjati bħala “dry clean only” (naddaf fix-xott biss) jew l-ekwivalenti (sakemm tkun il-prattika normali li tali prodotti jġorru din it-tikketta), għall-prodotti bojod jew għall-prodotti li la jinżebgħu u lanqas jiġu stampati, jew inkella għad-drapp tal-għamara li ma jinħasilx.

Valutazzjoni u verifika : għall-ħasil domestiku, l-applikant għandu jipprovdi rapporti tal-ittestjar bl-użu tal-metodu tal-ittestjar li ġej: ISO 105 C06 (ħasla waħda f'temperatura kif immarkata fuq il-prodott, bit-trab tal-perborat).

Għall-ħasil kummerċjali f'postijiet industrijali fejn jinħaslu l-ħwejjeġ, għandu jintuża l-ISO 15797 flimkien mal-ISO 105 C06 f'temperatura minima ta' 75 °C jew kif indikat fl-istandard għall-kombinazzjoni tal-fibra u l-ibbliċjar.

Kriterju 19. Iż-żamma tal-kulur fil-għaraq (aċidu, alkalin)

Iż-żamma tal-kulur fil-għaraq (aċidu u alkalin) għandha tkun mill-inqas fil-livelli 3-4 (bidla tal-kulur u tbajja'). Madankollu, huwa permess il-livell 3 meta d-drapp ikun miżbugħ skur (qawwa standard > 1/1) u magħmul minn suf riġenerat. Dan il-kriterju ma japplikax għall-prodotti bojod li la huma miżbugħin u lanqas stampati, għad-drapp tal-għamara, għall-purtieri jew għal tessuti simili intiżi għat-tiżjin fuq ġewwa.

Valutazzjoni u verifika : l-applikant għandu jipprovdi rapporti tal-ittestjar bl-użu tal-metodu tal-ittestjar li ġej: ISO 105 E04 (aċidu u alkalin, paragun mad-drapp ta' ħafna kwalitajiet ta' fibri).

Kriterju 20. Iż-żamma tal-kulur fit-tagħrik bit-tixrib

Iż-żamma tal-kulur fit-tagħrik bit-tixrib għandha tkun mill-inqas fil-livelli 2-3. Madankollu, huwa permess il-livell 2 għad-denim miżbugħ ikħal skur (indigo).

Dan il-kriterju ma japplikax għall-prodotti bojod jew għal prodotti li la huma miżbugħin u lanqas stampati.

Valutazzjoni u verifika : l-applikant għandu jipprovdi rapporti tal-ittestjar bl-użu tal-metodu tal-ittestjar li ġej: ISO 105 X12.

Kriterju 21. Iż-żamma tal-kulur fit-tagħrik bit-tnixxif

Iż-żamma tal-kulur fit-tagħrik bit-tnixxif għandha tkun mill-inqas fil-livell 4. Madankollu, huwa permess livell ta' 3-4 għad-denim miżbugħ ikħal skur (indigo).

Dan il-kriterju ma japplikax għall-prodotti bojod jew għal prodotti li la huma miżbugħin u lanqas stampati, għall-purtieri jew għal tessuti simili intiżi għat-tiżjin fuq ġewwa.

Valutazzjoni u verifika : l-applikant għandu jipprovdi rapporti tal-ittestjar bl-użu tal-metodu tal-ittestjar li ġej: ISO 105 X12.

Kriterju 22. Iż-żamma tal-kulur fid-dawl

Għad-drappijiet intiżi għall-għamara, għall-purtieri jew li jiddendlu, iż-żamma tal-kulur fid-dawl għandha tkun mill-inqas fil-livell 5. Għall-prodotti l-oħrajn kollha, iż-żamma tal-kulur fid-dawl għandha tkun mill-inqas fil-livell 4.

Madankollu, huwa permess il-livell 4 meta d-drappijiet intiżi għall-għamara, għall-purtieri jew li jiddendlu jkollhom kulur ċar (qawwa standard < 1/12) u jkunu magħmula minn aktar minn 20 % suf jew fibri oħrajn tal-keratin, jew minn aktar minn 20 % għażel jew fibri oħrajn tat-tilju.

Dan ir-rekwiżit ma japplikax għall-kisi tal-mili tas-saqqijiet, għall-protezzjoni tas-saqqijiet jew għall-ħwejjeġ ta' taħt.

Valutazzjoni u verifika : l-applikant għandu jipprovdi rapporti tal-ittestjar bl-użu tal-metodu tal-ittestjar li ġej: ISO 105 B02.

Kriterju 23. Ir-reżistenza u l-assorbiment tal-prodotti tat-tindif għall-ħasil

Il-prodotti tat-tindif għandhom ikunu reżistenti u assorbenti għall-ħasil skont il-parametri tal-ittestjar rilevanti identifikati fit-tabelli 9 u 10. L-ittestjar speċifikat għall-assorbiment ma għandux japplika għal prodotti bi ħjut mibrumin.

Tabella 9

Il-valuri u l-parametri għar-reżistenza tal-prodotti tat-tindif għall-ħasil

Prodotti tessili għat-tindif jew tip ta' materjal

Numru ta' ħasliet

Temperatura

Ir-referenza tat-test EN ISO 6630

Prodotti minsuġa u mhux minsuġa għat-tindif bit-tixrib

80

40 °C

Proċedura 4N

Prodotti tal-mikrofibra għat-tfarfir

200

40 °C

Proċedura 4N

Prodotti li ġejjin minn fibri tessili rriċiklati

20

30 °C

Proċedura 3G

Moppijiet għall-ħasil tal-art

200

60 °C

Proċedura 6N

Biċċiet għall-ħasil tal-art

5

30 °C

Proċedura 3G


Tabella 10.

Il-valuri u l-parametri għall-assorbiment tal-prodotti tat-tindif

Prodotti tessili għat-tindif jew tip ta' materjal

Il-ħin għall-assorbiment tal-likwidu

Prodotti li ġejjin minn fibri tessili rriċiklati

≤ 10 sekondi

Prodotti tal-mikrofibra għat-tindif tal-uċuh u tal-art

≤ 10 sekondi

Prodotti minsuġa u mhux minsuġa għat-tindif bit-tixrib

≤ 10 sekondi

Prodotti għall-ħasil tal-art

≤ 10 sekondi

Valutazzjoni u verifika : l-applikant għandu jipprovdi r-rapporti tal-ittestjar bl-użu tal-metodi tal-ittestjar li ġejjin, skont kif rilevanti: EN ISO 6330 u EN ISO 9073-6. L-ittestjar skont il-metodu EN ISO 6330 għandu jitwettaq bl-użu ta' magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ tat-tip A għall-prodotti u l-materjali kollha.

Kriterju 24. Ir-reżistenza tad-drappijiet għall-ifformar f'għamla ta' pilloli u għall-brix

Id-drappijiet mhux minsuġa u l-ħwejjeġ maħduma bil-labar, l-aċċessorji u l-kutri magħmula mis-suf, taħlitiet ta' suf u polyester (inkluż suf verġni), għandhom jirreżistu l-ifformar f'għamla ta' pilloli għal klassifikazzjoni ta' minimu ta' 3.

Id-drappijiet tal-qoton minsuġa li jintużaw għall-ħwejjeġ għandhom jirreżistu l-ifformar f'għamla ta' pilloli għal klassifikazzjoni ta' minimu ta' 3. It-tights u l-leggings tal-poliammid għandhom jirreżistu għal klassifikazzjoni ta' minimu ta' 2.

Valutazzjoni u verifika : l-applikant għandu jipprovdi rapporti mit-testijiet imwettqa kif xieraq għas-sottostrat:

Prodotti maħduma bil-labar u mhux minsuġa: ISO 12945-1 Il-metodu pill box

Drappijiet minsuġa: ISO 12945-2 Il-metodu martindale

Kriterju 25. Id-durabbiltà tal-funzjoni

L-irfinaturi, it-trattamenti u l-addittivi li jagħtu l-karatteristiċi tar-reżistenza għall-fjammi u l-kura faċli lis-sustanzi li jbarru l-ilma, iż-żejt u t-tbajja' (li ssir referenza għalihom ukoll bħala non-crease jew pressa permanenti) għall-prodott tessili meta jkun qiegħed jintuża, għandhom ikunu reżiljenti skont il-valuri u l-parametri stabbiliti fis-sub-kriterji 25(a), (b) u (c).

Għas-sustanzi li jbarru l-ilma, iż-żejt u t-tbajja', il-konsumaturi għandhom jiġu pprovduti bi gwida dwar kif għandha tinżamm il-funzjonalità tal-irfinaturi applikati għall-prodott.

Il-fibri tessili, id-drappijiet u l-membrani li jagħtu l-karatteristiċi funzjonali intrinsiċi lill-prodott finali huma eżentati minn dawn ir-rekwiżiti.

Valutazzjoni u verifika : għall-prodotti bi karatteristiċi intrinsiċi, l-applikanti għandhom jipprovdu rapporti tal-ittestjar li juru l-prestazzjoni mtejba jew komparabbli mqabbla ma' alternattivi li jistgħu jiġu applikati bħala rfinaturi.

25(a)   Il-funzjonijiet tas-sustanzi li jbarru l-ilma, iż-żejt u t-tbajja'

Is-sustanzi li jbarru l-ilma għandhom iżommu funzjonalità ta' 80 minn 90 wara 20 ċiklu ta' ħasil domestiku u tnixxif bit-tumble drier f'temperatura ta' 40 °C jew wara 10 ċikli ta' ħasil u tnixxif industrijali f'temperatura minima ta' 75 °C.

Is-sustanzi li jbarru ż-żejt għandhom iżommu funzjonalità ta' 3,5 minn 4,0 wara 20 ċiklu ta' ħasil domestiku u tnixxif bit-tumble drier f'temperatura ta' 40 °C jew wara 10 ċikli ta' ħasil u tnixxif industrijali f'temperatura minima ta' 75 °C.

Is-sustanzi li jbarru t-tbajja' għandhom iżommu funzjonalità ta' 3,0 minn 5,0 wara 20 ċiklu ta' ħasil domestiku u tnixxif bit-tumble drier f'temperatura ta' 40 °C jew wara 10 ċikli ta' ħasil u tnixxif industrijali f'temperatura minima ta' 75 °C.

It-temperaturi tal-ħasil industrijali jistgħu jitnaqqsu għal 60 °C għal ħwejjeġ bil-ħjatat issiġillati b'materjal li ma jħallix l-ilma jgħaddi (“taped seams”).

Valutazzjoni u verifika : l-applikant għandu jipprovdi rapporti mit-testijiet imwettqa skont l-istandards li ġejjin, skont kif ikun xieraq għall-prodott:

Għall-prodotti kollha, iċ-ċikli tal-ħasil domestiku ISO 6330 jew iċ-ċikli tal-ħasil industrijali ISO 15797 flimkien ma':

sustanzi li jbarru l-ilma: ISO 4920

sustanzi li jbarru ż-żejt: ISO 14419

sustanzi li jbarru t-tbajja': ISO 22958

25(b)   Il-funzjonijiet ta' sustanzi reżistenti għall-fjammi

Il-prodotti li jistgħu jinħaslu għandhom iżommu l-funzjonalità tagħhom wara 50 ċiklu ta' ħasil industrijali u tnixxif bit-tumble drier f'temperatura minima ta' 75 °C. Il-prodotti li ma jistgħux jinħaslu għandhom iżommu l-funzjonalità tagħhom wara test bit-tgħaddis.

Valutazzjoni u verifika : L-applikant għandu jipprovdi rapporti mit-testijiet imwettqa skont l-istandards li ġejjin, skont kif ikun xieraq għall-prodott:

L-ISO 6330 għaċ-ċikli tal-ħasil domestiku jew l-EN ISO 10528 għaċ-ċikli tal-ħasil kummerċjali, it-tnejn flimkien mal-EN ISO 12138. Meta t-tessut ma jkunx jinqala', għandu jintuża l-BS 5651 jew l-ekwivalenti għalih.

25(c)   Kura faċli (li ssir referenza għaliha wkoll bħala non-crease jew pressa permanenti)

Il-prodotti magħmula minn fibri naturali għandhom jilħqu grad ta' fabric smoothness ta' SA-3, filwaqt li l-prodotti magħmula minn taħlita ta' fibri naturali u sintetiċi għandhom jilħqu grad ta' fabric smoothness ta' SA-4 wara 10 ċikli ta' ħasil domestiku u tnixxif bit-tumble drier f'temperatura ta' 40 °C.

Valutazzjoni u verifika : l-applikant għandu jipprovdi rapporti mit-testijiet imwettqa skont il-metodu tal-ittestjar ISO 7768 għall-valutazzjoni tad-dehra lixxa tad-drappijiet wara li jinħaslu.

5.   KRITERJI TAR-RESPONSABBILTÀ SOĊJALI KORPORATTIVA

Il-kriterji msemmija f'din it-taqsima japplikaw għall-istadji tal-qtugħ/ħidma/tirqim fil-produzzjoni għall-prodotti tessili.

Kriterju 26. Il-prinċipji u d-drittijiet fundamentali fuq il-post tax-xogħol

L-applikanti għandhom jiżguraw li l-prinċipji u d-drittijiet fundamentali fuq il-post tax-xogħol, kif deskritti fl-Istandards Fundamentali tax-Xogħol tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO), fil-Patt Globali tan-Nazzjonijiet Uniti u fil-Linji Gwida tal-OECD għall-Impriżi Multi-Nazzjonali, jiġu osservati mis-siti kollha tal-produzzjoni fl-istadji tal-qtugħ/ħidma/tirqim użati għall-manifattura tal-prodott(i) liċenzjat(i). Għall-finijiet ta' verifika, għandha ssir referenza għal dawn l-Istandards Fundamentali tax-Xogħol tal-ILO:

029

Ix-Xogħol Sfurzat

087

Il-Libertà tal-Assoċjazzjoni u l-Ħarsien tad-Dritt għall-Organizzazzjoni

098

Id-Dritt għall-Organizzazzjoni u għan-Negozjar Kollettiv

100

Ħlas indaqs

105

L-Abolizzjoni tax-Xogħol Sfurzat

111

Id-Diskriminazzjoni (fl-Impjiegi u x-Xogħol)

155

Is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol

138

Il-Konvenzjoni dwar l-Età Minima

182

L-Eliminazzjoni tal-Agħar Forom tat-Tħaddim tat-Tfal

Dawn l-istandards għandhom jiġu kkomunikati lis-siti tal-produzzjoni fl-istadji tal-qtugħ/ħidma/tirqim li jintużaw għall-manifattura tal-prodott finali.

Valutazzjoni u verifika : l-applikant għandu juri verifika tal-konformità minn parti terza, bl-użu ta' verifika indipendenti jew evidenza dokumentarja, inklużi żjarat fuq is-sit minn awdituri matul il-proċess ta' verifika tal-Ekotikketta għas-siti tal-produzzjoni fl-istadji tal-qtugħ/ħidma/tirqim fil-katina tal-provvista għall-prodotti liċenzjati tagħhom. Dan għandu jsir mal-applikazzjoni u sussegwentement matul il-perjodu tal-liċenzja, jekk jiġu introdotti siti ta' produzzjoni ġodda.

Kriterju 27. Restrizzjoni fuq it-tindif bit-tfigħ tar-ramel (sandblasting) tad-denim

Ma għandux ikun permess l-użu ta' sandblasting manwali u mekkaniku sabiex id-denim jiġi jidher qisu użat jew qadim.

Valutazzjoni u verifika : l-applikant għandu jipprovdi dettalji dwar is-siti ta' produzzjoni kollha użati għall-produzzjoni ta' prodotti tad-denim bl-ekotikketta, flimkien ma' evidenza dokumentarja u fotografika tal-proċessi alternattivi sabiex id-denim jiġi jidher qisu użat jew qadim.

Kriterju 28. L-informazzjoni li tidher fuq l-Ekotikketta

It-tikketta fakultattiva b'kaxxa għat-test tista' tinludi kliem magħżul minn dan li ġej:

Il-produzzjoni aktar sostenibbli tal-fibri (jew test magħżul mit-tabella 11 hawn taħt)

Proċessi tal-produzzjoni li jniġġsu inqas

Restrizzjonijiet fuq sustanzi perikolużi

Ittestjar għad-durabbiltà

Tabella 11

It-test li jista' jkun jidher tul l-Ekotikketta, skont il-kontenut tal-prodott

Fibri użati

Speċifikazzjoni tal-produzzjoni

It-test li jista' jintwera

Fibri tal-qoton

Kontenut organiku ta' aktar minn 50 %

Magħmula minn xx % ta' qoton organiku

Kontenut organiku ta' aktar minn 95 %

Magħmula minn qoton organiku

Kontenut ta' IPM ta' aktar minn 70 %

Qoton imkabbar b'inqas użu ta' pestiċidi

Fibri ċellulożi magħmula mill-bniedem

Polpa sostenibbli ċċertifikata ta' aktar minn 25 %

Magħmula bl-użu ta' xx % ta' injam minn foresti sostenibbli

Polpa sostenibbli ċċertifikata ta' aktar minn 95 %

Magħmula bl-użu ta' injam minn foresti sostenibbli

Poliammid

Kontenut irriċiklat ta' aktar minn 20 %

Magħmula minn xx % ta' najlon irriċiklat

Kontenut irriċiklat ta' aktar minn 95 %

Magħmula minn najlon irriċiklat

Poliester

Kontenut irriċiklat ta' aktar minn 50 %

Magħmula minn xx % ta' poliester irriċiklat

Kontenut irriċiklat ta' aktar minn 95 %

Magħmula minn poliester irriċiklat

Valutazzjoni u verifika : l-applikant għandu jipprovdi kampjun tal-imballaġġ tal-prodott li juri t-tikketta, flimkien ma' dikjarazzjoni tal-konformità ma' dan il-kriterju.


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 tat-28 ta' Ġunju 2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta' prodotti organiċi u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2092/91 (ĠU L 189, 20.7.2007, p. 1)

(2)  Regolament (KE) Nru 1830/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 dwar it-traċċjabilità u l-ittikkettjar ta' organiżmi modifikati ġenetikament u t-traċċjabilità ta' prodotti ta' l-ikel u għalf manifatturati minn organiżmi modifikati ġenetikament u li jemenda d-Direttiva 2001/18/KE (ĠU L 268, 18.10.2003, p. 24).

(3)  Regolament (UE) Nru 995/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ottubru 2010 li jistabbilixxi l-obbligi tal-operaturi li jqiegħdu fis-suq injam u prodotti tal-injam (ĠU L 295, 12.11.2010, p. 23).

(4)  Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta' Sustanzi Kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni, kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).

(5)  Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1).

(6)  Id-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE tas-27 ta' Ġunju 1967 rigward l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikkettar ta' sustanzi perikolużi (ĠU 196, 16.8.1967, p. 1).

(7)  Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/13/KE tal-11 ta' Marzu 1999 dwar il-limitazzjoni ta' taħlit volatili organiku minħabba l-użu ta' solventi organiċi f'ċerti attivitajiet u stallazzjonijiet (ĠU L 85, 29.3.1999, p. 1).

Appendiċi 1

LISTA TA' SUSTANZI RISTRETTI GĦAT-TESSUT TAL-EKOTIKKETTA TAL-UE

L-RSL tal-Ekotikketta tal-UE tikkonsisti minn restrizzjonijiet li japplikaw għall-istadji tal-produzzjoni li ġejjin fil-katina tal-provvista tat-tessuti:

(a)

għażil tal-fibri u tal-ħjut

(b)

ibbliċjar u trattament minn qabel

(c)

il-kumpaniji li jipproduċu ż-żebgħa

(d)

il-proċessi tal-istampar

(e)

il-proċessi tal-irfinar

(f)

l-istadji kollha tal-produzzjoni

(g)

il-prodott finali

Hemm ukoll numru ta' restrizzjonijiet taħt (g) li japplikaw għall-prodott finali, li għalihom jista' jkun hemm bżonn li jsir ittestjar analitiku.

(a)   Restrizzjonijiet li japplikaw għall-għażil u l-insiġ tal-fibri u tal-ħjut

Grupp ta' sustanzi

Kamp ta' applikazzjoni tar-restrizzjoni

Valuri limiti

Rekwiżiti tal-verifika

(i)

Preparazzjonijiet tad-daqs applikati għall-fibri u għall-ħjut

Applikabbiltà:

Il-proċessi tal-għażil

Mill-inqas 95 % (skont il-piż niexef) tas-sustanzi tal-komponenti għandhom ikunu faċilment bijodegradabbli.

Fil-każijiet kollha, għandha tittieħed f'kunsiderazzjoni s-somma ta' kull komponent.

Faċilment bijodegradabbli:

70 % degradazzjoni tal-karbonju organiku maħlul fi żmien 28 ġurnata

jew

60 % tnaqqis tal-ossiġenu massimu teoretiku jew ġenerazzjoni tad-dijossidu tal-karbonju fi żmien 28 ġurnata.

Verifika:

Dikjarazzjoni mill-fornitur tas-sustanzi kimiċi appoġġjata mir-riżultati tat-testijiet tal-OECD jew tal-ISO

Metodu tal-ittestjar:

OECD 301 A, ISO 7827

OECD 301 B, ISO 9439

OECD 301 C,

(2) OECD 301 D,

ISO 10708

OECD 301 E,

OECD 301 F, ISO 9408

(ii)

L-addittivi tas-soluzzjoni tal-għażil, l-addittivi tal-għażil u l-aġenti tat-tħejjijiet (inklużi ż-żjut tal-imxit tas-suf, l-irfinaturi bil-brim u l-lubrikanti)

Applikabbiltà:

Il-proċessi tal-għażil primarju

Mill-inqas 90 % (skont il-piż niexef) tas-sustanzi tal-komponenti għandhom ikunu faċilment bijodegradabbli, inerentement bijodegradabbli jew li jistgħu jiġu eliminati fl-impjanti tat-trattament tal-ilma tal-iskart.

Fil-każijiet kollha, għandha tittieħed f'kunsiderazzjoni s-somma ta' kull komponent.

Faċilment bijodegradabbli:

Ara d-definizzjoni taħt (a)(ii)

Inerentement bijodegradabbli:

70 % degradazzjoni tal-karbonju organiku maħlul fi żmien 28 ġurnata

jew

60 % tnaqqis tal-ossiġenu massimu teoretiku jew ġenerazzjoni tad-dijossidu tal-karbonju fi żmien 28 ġurnata.

Eliminabbiltà:

80 % degradazzjoni tal-karbonju organiku maħlul fi żmien 28 ġurnata

Verifika:

Dikjarazzjoni mill-fornitur tas-sustanzi kimiċi appoġġjata mir-riżultati tat-testijiet tal-OECD jew tal-ISO

Metodu tal-ittestjar:

Ara (a)(ii) għat-testijiet faċilment bijodegradabbli. Testijiet inerentement bijodegradabbli jiġu aċċettati:

ISO 14593

OECD 302 A, ISO 9887, OECD 302 B, ISO 9888

OECD 302 C,

Testijiet għall-eliminabbiltà: OECD 303 A/B ISO 11733

(b)   Restrizzjonijiet li japplikaw għall-ibbliċjar

Grupp ta' sustanzi

Kamp ta' applikazzjoni tar-restrizzjoni

Valuri limiti

Rekwiżiti tal-verifika

(i)

L-ibbliċjar ta' ħjut, drappijiet u prodotti finali

Applikabbiltà: It-tipi kollha ta' fibri

Ma għandhomx jintużaw aġenti tal-klorin għall-ibbliċjar ta' ħjut, drappijiet, panewijiet maħduma bil-labar jew prodotti finali, bl-eċċezzjoni ta' fibri ċellulożi magħmula mill-bniedem.

m/a

Verifika:

Dikjarazzjoni tan-nuqqas ta' użu mill-istadju/i tal-produzzjoni

(c)   Restrizzjonijiet li japplikaw għall-kumpaniji li jipproduċu ż-żebgħa

Grupp ta' sustanzi

Kamp ta' applikazzjoni tar-restrizzjoni

Valuri limiti

Rekwiżiti tal-verifika

(i)

Trasportaturi aloġenati

Applikabbiltà:

Poliester, taħlitiet ta' poliester u suf, akrilik u poliammid fejn jintużaw żebgħat mifruxa.

Ma għandhomx jintużaw aċċelleranti (trasportaturi) aloġenati għall-għoti taż-żebgħa fuq fibri u drappijiet sintetiċi jew taħlitiet ta' poliester u suf.

L-eżempji ta' trasportaturi jinkludu 1,2-diklorobenżen, 1,2,4-triklorobenżen, klorofenossietanol.

m/a

Verifika:

Dikjarazzjoni tan-nuqqas ta' użu mill-fornitur tas-sustanzi kimiċi appoġġjata minn SDS.

(ii)

Iż-żebgħa ażo

Applikabbiltà:

L-applikazzjoni tal-kuluri mill-Appendiċi 2 għall-akrilik, għall-qoton, għall-poliammid, għall-fibri tas-suf, għall-ħwejjeġ maħduma bil-labar u għad-drappijiet.

Ma għandhomx jintużaw żebgħat ażo li jistgħu jaqbdu ma' ammini aromatiċi li huma magħrufa bħala li huma karċinoġeniċi.

L-Appendiċi 2 fih lista ta'arilammini ristretti u lista indikattiva ta' żebgħat ażo li jistgħu jaqbdu ma' dawn l-arilammini. Din tal-aħħar għandha tintuża bħala gwida għaż-żebgħat li ma għandhomx jintużaw. Il-valur limitu għall-arilammini għandu jiġi applikat għall-prodott finali.

30 mg/kg għal kull amina (1)

Verifika:

Ittestjar tal-prodott finali li għandu jitwettaq kif speċifikat.

Metodu tal-ittestjar:

EN 14362-1 u 3.

(iii)

Iż-żebgħa CMR

Applikabbiltà:

Il-prodotti kollha.

Ma għandhomx jintużaw żebgħat li jkunu karċinoġeniċi, mutaġeniċi jew tossiċi għar-riproduzzjoni.

L-Appendiċi 2 fih lista ta' żebgħat CMR li ma għandhomx jintużaw.

m/a

Verifika:

Dikjarazzjoni tan-nuqqas ta' użu mill-fornitur tas-sustanzi kimiċi appoġġjata minn SDS.

(iv)

Żebgħat li potenzjalment jissensitizzaw

Applikabbiltà:

poliester, — akrilik, — poliammid

Ilbies ta' taħt jew ħwejjeġ elastiċizzati jew li jiġġebbdu u li jiġu f'kuntatt mal-ġilda

Ma għandhomx jintużaw żebgħat li potenzjalment jissensitizzaw.

L-Appendiċi 2 fih lista ta' żebgħat li jissensitizzaw li ma għandhomx jintużaw.

Verifika:

Dikjarazzjoni tan-nuqqas ta' użu mill-fornitur tas-sustanzi kimiċi appoġġjata minn SDS.

(v)

Żebgħa korrużiva tal-kromju

Applikabbiltà:

Suf, poliammid

Ma għandhiex tintuża żebgħa korrużiva tal-kromju.

m/a

Verifika:

Dikjarazzjoni tan-nuqqas ta' użu mill-fornitur tas-sustanzi kimiċi appoġġjata minn SDS.

(vi)

Żebgħat ta' metalli kumplessi

Applikabbiltà:

Poliammid, suf, fibri ċellulożi

Iż-żebgħat ta' metalli kumplessi bbażati fuq ir-ram, il-kromju u n-nikil għandhom ikunu permessi biss għall-għoti taż-żebgħa fuq:

fibri tas-suf

fibri tal-poliammid

taħlitiet ta' suf u/jew poliammid b'fibri ċellulożi magħmula mill-bniedem.

m/a

Verifika:

Dikjarazzjoni tan-nuqqas ta' użu mill-fornitur tas-sustanzi kimiċi appoġġjata minn SDS.

(d)   Restrizzjonijiet li japplikaw għall-proċessi tal-istampar

Stampar

(i)

Żebgħat u pigmenti

Iż-żebgħat u l-pigmenti li jintużaw għall-istampar ta' tessuti b'ekotikketta għandhom jikkonformaw mar-restrizzjonijiet li japplikaw għall-kumpaniji li jipproduċu ż-żebgħa (it-Taqsima C ta' dan l-Appendiċi).

Jekk jogħġbok irreferi għar-restrizzjonijiet tal-kumpaniji li jipproduċu ż-żebgħa (Taqsima C)

Verifika:

Kif speċifikat għall-kumpaniji li jipproduċu ż-żebgħa

(ii)

Pejsts li jintużaw għall-istampar

Applikabbiltà:

Fejn jiġi applikat l-istampar

Il-pejsts li jintużaw għall-istampar ma għandux ikollhom aktar minn 5 % ta' Komposti Organiċi Volatili (VOC's). Dawn jistgħu jinkludu:

idrokarburi alifatiċi (C10 — C20)

monomeri bħal akrilati, aċetati vinil, stiren

monomeri bħal akrilonitril, akrilammid, butadjen

alkoħol, esteri, polijoli

formaldeid

esteri aċidużi fosforiċi

benżen bħala impurità mill-idrokarburi ta' fuq

ammonja (pereżempju; dekompożizzjoni tal-urea, reazzjoni għall-bjuret)

< 5,0 % w/w kontenut ta' VOC

Verifika:

Dikjarazzjoni mill-applikant li ma sar ebda stampar

jew

Dikjarazzjoni mill-istampatur appoġġjata minn SDS u/jew il-kalkoli għall-pejst li jintuża għall-istampar.

(iii)

Leganti tal-plastisol

Applikabbiltà:

Fejn jiġi applikat l-istampar

Ma għandhomx jintużaw sustanzi addittivi tal-“plastisol” għall-istampar tal-leganti, inklużi PVC u ftalati ristretti.

m/a

Verifika:

Dikjarazzjoni mill-applikant li ma sar ebda stampar

jew

Dikjarazzjoni tan-nuqqas ta' użu minn fornituri ta' sustanzi kimiċi appoġġjata minn SDS għall-addittivi.

(e)   Restrizzjonijiet li japplikaw għall-proċessi tal-irfinaturi

Irfinaturi, trattamenti u addittivi funzjonali

(i)

Irfinaturi tal-bijoċidi użati sabiex jagħtu karatteristiċi bijoċidali lill-prodotti finali.

Applikabbiltà:

Il-prodotti kollha

Il-bijoċidi ma għandhomx jiġu inkorporati fil-fibri, fid-drappijiet jew fil-prodott finali sabiex jagħtu karatteristiċi bijoċidali.

Eżempji komuni jinkludu triklosan, nanofidda, komposti organiċi taż-żingu, komposti organiċi tal-landa, komposti tad-diklorofenil(ester), derivattivi tal-benżimidażol u isotjażolinoni.

m/a

Verifika:

Dikjarazzjoni tan-nuqqas ta' użu mill-applikant

(ii)

Irfinaturi kontra l-feltru u r-reżistenza għat-tiċkin

Applikabbiltà:

Fejn jiġu applikati.

Is-sustanzi jew il-preparazzjonijiet aloġenati għandhom jiġu applikati biss ma' biċċiet irqaq tas-suq u ma' biċċiet tas-suf maħlulin u mogħrkin.

m/a

Verifika:

Dikjarazzjoni tan-nuqqas ta' użu mill-proċessuri tas-suf.

(iii)

Trattamenti b'sustanzi li jbarru l-ilma, it-tbajja' u ż-żejt

Applikabbiltà:

Fejn jiġu applikati sabiex jipprovdu l-funzjoni.

Ma għandhomx jintużaw trattamenti fluworinati li jbarru l-ilma, it-tbajja' u ż-żejt. Dawn għandhom jinkludu trattamenti perfluworinati u polifluworinati.

It-trattamenti mhux fluworinati għandhom ikunu faċilment bijodegradabbli u mhux bijoakkumulattivi fl-ambjent akkwatiku, inkluż f'sediment akkwatiku. Barra minn hekk, huma għandhom ikunu konformi mal-kriterju tal-adegwatezza għall-użu 25(a).

m/a

Verifika:

Dikjarazzjoni tan-nuqqas ta' użu appoġġjata minn SDS għas-sustanzi li jbarru użati sabiex jiġu pprovduti mill-ħaddiema li jirfinaw.

Metodu tal-ittestjar:

m/a

(iv)

Sustanzi reżistenti għall-fjammi

Applikabbiltà:

Fejn jiġu applikati u kif speċifikat għas-sinerġizzanti.

Is-sustanzi reżistenti għall-fjammi li ġejjin ma għandhomx jintużaw:

HBCDD — Eżabromoċiklododekan

PeBDE — Etere pentabromodifenil

OcBDE — Etere oktabromidifenil

DecaBDE — Etere dekabromodifenil

PBBs — Bifenili polibrominati

TEPA — Fosfinossidu tris(aziridinil)

TRIS — Fosfat tris (2,3 dibromopropil)

TCEP — Fosfat tris (2, kloroetil)

Paraffina, C10-C13, klorinata (SCCP)

m/a

Verifika:

Dikjarazzjoni tan-nuqqas ta' użu appoġġjata minn SDS

It-trijossidu tal-antimonju sinerġizzant (H351) huwa derogat sabiex jintuża biss bħala sustanza sinerġika għall-kisi minn wara tat-tessuti intiżi għat-tiżjin fuq ġewwa bil-kondizzjoni li l-prodott irid ikun reżistenti għall-fjammi u li jintlaħqu l-valuri limiti tal-espożizzjoni okkupazzjonali fuq il-post tax-xogħol.

Valur medju ELV ta' xift ta' tmien sigħat għal 0,50 mg/m3

Verifika:

Id-dejta dwar il-monitoraġġ għandha tiġi pprovduta mill-ħaddiem li jirfina meta jiġi applikat it-trijossidu tal-antimonju.

(f)   Restrizzjonijiet li japplikaw għall-istadji kollha tal-produzzjoni

Sustanzi ta' Tħassib Serju Ħafna (SVHC's)

(i)

Sustanzi li ddaħħlu fil-Lista ta' Kandidati tal-ECHA.

Applikabbiltà

Il-prodotti kollha.

L-SVHC's li ġew identifikati skont l-Artikolu 59 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (REACH) bħala li jissodisfaw il-kriterji tal-Artikolu 57 ta' dak ir-Regolament u li huma elenkati fil-lista ta' kandidati għall-inklużjoni eventwali fl-Anness XIV ta' REACH (“Lista ta' Kandidati”), li bħalissa tinsab fl-istadju tal-applikazzjoni, ma għandhomx ikunu preżenti fil-prodott finali, bil-għan li jagħtu funzjoni lill-prodott finali jew li ntużaw b'mod intenzjonali matul l-istadji tal-produzzjoni, sakemm ma tkunx ġiet approvata deroga.

Il-Lista ta' Kandidati attwali tista' tiġi kkonsultata fuq:

http://echa.europa.eu/web/guest/candidate-list-table

Ma għandha tingħata ebda deroga mill-esklużjoni f'dan il-kriterju dwar is-sustanzi li ġew identifikati bħala SVHC's u li ddaħħlu fil-lista prevista fl-Artikolu 59 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, kif ukoll li huma preżenti fl-Artikolu jew fi kwalunkwe parti omoġenja tiegħu f'konċentrazzjonijiet ta' aktar minn 0,10 %.

m/a

Verifika:

Dikjarazzjoni tal-konformità minn kull stadju tal-produzzjoni u l-fornituri tas-sustanzi kimiċi tagħhom.

Aġenti tensjoattivi, rattaba tad-drapp u aġenti li jikkumplessaw

(ii)

L-aġenti tensjoattivi, ir-rattaba tad-drapp u l-aġenti li jikkumplessaw kollha

Applikabbiltà

Il-proċessi kollha bit-tixrib

Mill-inqas 95 % (skont il-piż) tar-rattaba tad-drapp, tal-aġenti li jikkumplessaw u tal-aġenti tensjoattivi għandhom ikunu:

faċilment bijodegradabbli f'kondizzjonijiet aerobiċi jew

inerentement bijodegradabbli u/jew

jistgħu jiġu eliminati fl-impjanti għat-trattament tal-ilma tal-iskart.

L-aħħar reviżjoni tad-Database tal-Ingredjenti tad-Diterġenti għandha tintuża bħala punt ta' referenza għall-bijodegradabbiltà:

http://ec.europa.eu/environment/ecolabel/documents/did_list/didlist_part_a_en.pdf

m/a

Verifika:

Dikjarazzjoni mill-fornitur tas-sustanzi kimiċi appoġġjata minn SDS u/jew mir-riżultati tat-testijiet tal-OECD jew tal-ISO

Metodu tal-ittestjar:

Ara l-aġenti tal-kejl u tal-għażil (Appendiċi 1(a) i/ii)

(iii)

Aġenti tensjoattivi li mhumiex joniċi u katjoniċi

Applikabbiltà:

Il-proċessi kollha bit-tixrib

L-aġenti tensjoattivi kollha li mhumiex joniċi u katjoniċi għandhom ikunu wkoll faċilment bijodegradabbli f'kondizzjonijiet anaerobiċi

Id-database bl-ingredjenti tad-diterġenti għandha tintuża bħala punt ta' referenza għall-bijodegradabbiltà:

http://ec.europa.eu/environment/ecolabel/documents/did_list/didlist_part_a_en.pdf

m/a

Verifika:

Dikjarazzjoni minn SDS u/jew minn fornitur tas-sustanzi kimiċi appoġġjata mir-riżultati tat-testijiet tal-OECD jew tal-ISO

Metodu tal-ittestjar:

EN ISO 11734, ECETOC Nru 28 OECD 311

Awżiljarji

(iv)

Awżiljarji użati fil-preparazzjonijiet u l-formulazzjonijiet.

Applikabbiltà:

Il-prodotti kollha.

Is-sustanzi li ġejjin ma għandhomx jintużaw fi kwalunkwe preparazzjonijiet jew formulazzjonijiet użati għat-tessuti u huma soġġetti għall-valuri limiti għall-preżenza tas-sustanzi fuq il-prodott finali:

 

Nonilfenol, isomeri mħalltin 25154-52-3

 

4-Nonilfenol 104-40-5

 

4-Nonilfenol, f'fergħat 84852-15-3

 

Oktilfenol 27193-28-8

 

4-Oktilfenol 1806-26-4

 

4-tert-Oktilfenol 140-66-9

 

Alkilfenoletossilati (APEOs) u d-derivattivi tagħhom:

 

Ottil fenol poliossietilat 9002-93-1

 

Nonil fenol poliossietilat 9016-45-9

 

P-nonil fenol poliossietilat 26027-38-3

25 mg/kg totali

Verifika:

L-ittestjar tal-prodott finali għandu jsir kif speċifikat għall-alkifenoli.

Metodu tal-ittestjar:

Estrazzjoni tas-solventi segwita minn LCMS

 

Is-sustanzi li ġejjin ma għandhomx jintużaw fi kwalunkwe preparazzjonijiet jew formulazzjonijiet tat-tessuti:

 

bis(alkil tad-dam idroġenat) klorur tal-ammonju tad-dimetil (DTDMAC)

 

klorur tal-ammonju tad-dimetil distearil (DSDMAC)

 

di(xaħam tad-dam imwebbes) klorur tal-ammonju tad-dimetil (DHTDMAC)

 

etilene diammina tetra aċetat (EDTA),

 

dietilene triammina penta aċetat (DTPA)

 

4-(1,1,3,3-tetrametilbutil)fenol

 

1-Metil-2-pirrolidone

Aċidu nitrilotrijaċetiku (NTA)

m/a

Verifika:

Dikjarazzjoni tan-nuqqas ta' użu mill-fornituri tas-sustanzi kimiċi appoġġjata minn SDS għall-istadji kollha tal-produzzjoni.

(g)   Restrizzjonijiet li japplikaw għall-prodott finali

(i)

Lista ta' SVHC's kandidati li huma derogati.

Applikabbiltà:

Elastane, akrilik

N,N-Dimetilaċetammid (127-19-5)

Il-valuri limiti li ġejjin japplikaw għall-prodotti finali li fihom l-elastane u l-akrilik:

 

Verifika:

Ittestjar tal-prodott finali

Metodu tal-ittestjar:

Estrazzjoni ta' solventi, GCMS jew LCMS

Prodotti għal trabi u tfal ta' taħt it-3 snin

0,001 % w/w

Prodotti li jiġu f'kuntatt dirett mal-ġilda

0,005 % w/w

Ħwejjeġ b'kuntatt limitat mal-ġilda u tessuti intiżi għat-tiżjin fuq ġewwa

0,005 % w/w

(ii)

Residwi tal-formaldeid

Applikabbiltà:

Il-prodotti kollha. Il-kondizzjonijiet speċifiċi japplikaw għal ħwejjeġ li għandhom irfinaturi b'kura faċli (li ssir referenza għalihom ukoll bħala non-crease jew pressa permanenti)

Il-valuri limiti li ġejjin japplikaw għar-residwi tal-formaldeid minn irfinaturi b'kura faċli:

 

Verifika:

Ittestjar tal-prodott finali għal prodotti b'irfinatura li tirrikjedi kura faċli.

Hemm bżonn ta' dikjarazzjoni tan-nuqqas ta' użu għall-prodotti l-oħrajn kollha.

Metodu tal-ittestjar:

EN ISO 14184-1

Prodotti għal trabi u tfal ta' taħt it-3 snin

16 ppm

Il-prodotti kollha li jiġu f'kuntatt dirett mal-ġilda

16 ppm

Ħwejjeġ b'kuntatt limitat mal-ġilda u tessuti intiżi għat-tiżjin fuq ġewwa

75 ppm

(iii)

Il-bijoċidi użati sabiex jipproteġu t-tessuti matul it-trasportazzjoni u l-ħażna.

Applikabbiltà:

Il-prodotti kollha

Huma biss il-bijoċidi li huma awtorizzati skont id-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) u skont ir-Regolament (KE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) li huma permessi sabiex jintużaw. L-applikanti għandhom jikkonsultaw l-aktar lista ta' awtorizzazzjoni attwali:

http://ec.europa.eu/environment/biocides/annexi_and_ia.htm

Il-bijoċidi speċifiċi li ġejjin huma ristretti:

Il-klorofenoli (l-imluħa u l-esteri tagħhom)

Il-poliklorobifenil (PCB)

Komposti tal-organotin, inklużi TBT, TPhT, DBT u DOT

Id-dimetilfumarat (DMFu)

m/a

Verifika:

Dikjarazzjoni tan-nuqqas ta' użu qabel it-trasportazzjoni bil-baħar u l-ħażna appoġġjata minn SDS.

(iv)

Metalli li jistgħu jiġu estratti

Applikabbiltà:

Il-prodotti kollha b'valuri limiti differenti li japplikaw għal trabi u tfal ta' taħt it-3 snin.

Il-valuri limiti li ġejjin japplikaw għal prodotti maħsuba għal trabi u tfal ta' taħt it-3 snin:

mg/kg

Verifika:

Ittestjar tal-prodott finali

Metodu tal-ittestjar:

Estrazzjoni — EN ISO 105-E04-2013 (Soluzzjoni ta' għaraq aċiduż)

Detezzjoni — ICP-MS jew ICP-OES

Antimonju (Sb)

30,0

Arseniku (As)

0,2

Kadmju (Cd)

0,1

Kromju (Cr)

 

Tessuti miżbugħin b'żebgħat ta' metalli kumplessi

1,0

It-tessuti l-oħrajn kollha

0,5

Kobalt (Co)

1,0

Ram (Cu)

25,0

Ċomb (Pb)

0,2

Nikil (Ni)

 

Tessuti miżbugħin b'żebgħat ta' metalli kumplessi

1,0

It-tessuti l-oħrajn kollha

0,5

Merkurju (Hg)

0,02

Il-valuri limiti li ġejjin japplikaw għall-prodotti l-oħrajn kollha, inklużi tessuti intiżi għat-tiżjin fuq ġewwa:

mg/kg

Verifika:

Ittestjar tal-prodott finali

Metodu tal-ittestjar:

Estrazzjoni — DIN EN ISO 105-E04-2013 (Soluzzjoni ta' għaraq aċiduż)

Detezzjoni — ICP-MS jew ICP-OES

Antimonju (Sb)

30,0

Arseniku (As)

1,0

Kadmju (Cd)

0,1

Kromju (Cr)

 

Tessuti miżbugħin b'żebgħat ta' metalli kumplessi

2,0

It-tessuti l-oħrajn kollha

1,0

Kobalt (Co)

 

Tessuti miżbugħin b'żebgħat ta' metalli kumplessi

4,0

It-tessuti l-oħrajn kollha

1,0

Ram (Cu)

 

Ċomb (Pb)

50,0

Nikil (Ni)

1,0

Merkurju (Hg)

1,0

0,02

(v)

Kisjiet, laminati u membrani

Applikabbiltà:

Meta jiġu inkorporati fl-istruttura tat-tessut

Il-polimeri ma għandhomx jinkludu l-ftalati li ġejjin:

DEHP (Ftalat tal-bis-(2-etileżil)

BBP (Ftalat benżil butil)

DBP (Ftalat tad-dibutil)

DMEP Ftalat tal-(bis2-metożetil)

DIBP (Ftalat tad-diisobutil)

DIHP (Alkiftalati di-C6-8-f'fergħat)

DHNUP (Alkiftalati di-C7-11-f'fergħat)

DHP (Di-n-eżilftalat)

Somma totali 0,10 % w/w

Verifika:

Dikjarazzjoni tan-nuqqas ta' użu minn manifattur tal-polimeru appoġġjata minn SDS għall-plastiċizzanti użati fil-formulazzjoni. Meta l-informazzjoni ma tkunx disponibbli, jista' jintalab l-ittestjar.

Metodu tal-ittestjar:

EN ISO 14389

Il-membrani u l-laminati tal-fluworopolimeru jistgħu jintużaw għall-ilbies għal barra u għall-ilbies tekniku għal barra. Dawn ma għandhomx jiġu manifatturati bl-użu tal-PFOA jew kwalunkwe omologu ogħla kif definit mill-OECD.

 

Verifika:

Dikjarazzjoni tal-konformità mill-manifattur ta' membrani jew prodotti laminati fir-rigward tal-produzzjoni tal-polimeru.

(vi)

Aċċessorji bħal buttuni, rivets u żippijiet

Applikabbiltà:

Meta jiġu inkorporati fl-istruttura tal-ħwejjeġ

Għall-aċċessorji tal-metall:

 

Verifika:

L-ittestjar tal-kompożizzjoni tal-komponenti tal-metall.

Metodi tal-ittestjar:

Għall-migrazzjoni tan-nikil

EN 12472-2005

EN 1811-1998+A1-2008

Għal metalli oħrajn

Detezzjoni — GC-ICP-MS

Għandu japplika limitu ta' migrazzjoni għal-ligi tal-metall li jkun fihom in-nikil u li jiġu f'kuntatt dirett u prolongat mal-ġilda.

Nikil 0.5 μg/ċm2/ġimgħa

Barra minn hekk, għandu jsir ittestjar għall-preżenza tal-metalli li ġejjin, li għalihom għandhom japplikaw il-valuri limiti li ġejjin:

 

Ċomb (Pb),

90 mg/kg

Kadmju (Cd)

 

prodotti maħsuba għal trabi u tfal ta' taħt it-3 snin

50 mg/kg

il-prodotti l-oħrajn kollha, inklużi t-tessuti intiżi għat-tiżjin fuq ġewwa

100 mg/kg

Kromju (Cr), fejn ikun hemm kisi bil-kromju

60 mg/kg

Merkurju (Hg)

60 mg/kg

Il-ftalati li ġejjin ma għandhomx jintużaw f'aċċessorji tal-plastik:

DEHP (Ftalat tal-bis-(2-etileżil)

BBP (Ftalat benżil butil)

DBP (Ftalat tad-dibutil)

DMEP Ftalat tal-(bis2-metożetil)

DIBP (Ftalat tad-diisobutil)

DIHP (Alkiftalati di-C6-8-f'fergħat)

DHNUP (Alkiftalati di-C7-11-f'fergħat)

DHP (Di-n-eżilftalat)

Il-ftalati li ġejjin ma għandhomx jintużaw fil-ħwejjeġ tat-tfal meta jkun hemm riskju li l-aċċessorju jista' jitqiegħed fil-ħalq, pereżempju; l-aċċessorji minn fejn jinqabdu ż-żippijiet:

DINP (Ftalat tad-diisononil)

DIDP (Ftalat tad-diisodesil)

DNOP (Ftalat tad-dinoktil)

m/a

Verifika:

Għandha tiġi pprovduta SDS għall-formulazzjoni tal-plastik.


(1)  Għandhom jittieħdu miżuri bil-għan li jiġu evitati pożittivi foloz mill-preżenza ta' 4-amminoażobenżen.

(2)  Id-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 1998 dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali (ĠU L 123, 24.4.1998, p. 1).

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1).

Appendiċi 2

RESTRIZZJONIJIET FUQ IŻ-ŻEBGĦA

(a)   Ammini aromatiċi karċinoġeniċi

Aril ammina

In-Numru CAS

4-amminodifenil

92-67-1

Benżidina

92-87-5

4-kloro-o-tolwidina

95-69-2

2-naftilammina

91-59-8

o-ammino-ażotoluwen

97-56-3

2-ammino-4-nitrotoluwen

99-55-8

4-kloroanilina

106-47-8

2,4-diaminoanisol

615-05-4

4,4′-diaminodifenilmetan

101-77-9

3,3′-diklorobenżidina

91-94-1

3,3′-dimetossibenżidina

119-90-4

3,3′-dimetilbenżidina

119-93-7

3,3′-dimetil-4,4′-diaminodifenilmetan

838-88-0

p-kresidina

120-71-8

4,4'-metilen-bis-(2-kloro-anilina)

101-14-4

4,4′-ossidianilina

101-80-4

4,4′-tijodianilina

139-65-1

o-tolwidina

95-53-4

2,4-diamminotoluwen

95-80-7

2,4,5-trimetilanilina

137-17-7

4-amminoażobenżen

60-09-3

o-anisidina

90-04-0

2,4-Ksilidina

95-68-1

2,6-Ksilidina

87-62-7

(b)   Lista indikattiva ta' żebgħat li jistgħu jaqbdu ma' ammini aromatiċi karċinoġeniċi

Żebgħat mifruxa

Oranġjo Mifrux 60

Isfar Mifrux 7

Oranġjo Mifrux 149

Isfar Mifrux 23

Aħmar Mifrux 151

Isfar Mifrux 56

Aħmar Mifrux 221

Isfar Mifrux 218

Żebgħat bażiċi

Kannella Bażiku 4

Aħmar Bażiku 114

Aħmar Bażiku 42

Isfar Bażiku 82

Aħmar Bażiku 76

Isfar Bażiku 103

Aħmar Bażiku 111

 

Żebgħat Aċidużi

CI Iswed Aċiduż 29

CI Aħmar Aċiduż 24

CI Aħmar Aċiduż 128

CI Iswed Aċiduż 94

CI Aħmar Aċiduż 26

CI Aħmar Aċiduż 115

CI Iswed Aċiduż 131

CI Aħmar Aċiduż 26:1

CI Aħmar Aċiduż 128

CI Iswed Aċiduż 132

CI Aħmar Aċiduż 26:2

CI Aħmar Aċiduż 135

CI Iswed Aċiduż 209

CI Aħmar Aċiduż 35

CI Aħmar Aċiduż 148

CI Iswed Aċiduż 232

CI Aħmar Aċiduż 48

CI Aħmar Aċiduż 150

CI Kannella Aċiduż 415

CI Aħmar Aċiduż 73

CI Aħmar Aċiduż 158

CI Oranġjo Aċiduż 17

CI Aħmar Aċiduż 85

CI Aħmar Aċiduż 167

CI Oranġjo Aċiduż 24

CI Aħmar Aċiduż 104

CI Aħmar Aċiduż 170

CI Oranġjo Aċiduż 45

CI Aħmar Aċiduż 114

CI Aħmar Aċiduż 264

CI Aħmar Aċiduż 4

CI Aħmar Aċiduż 115

CI Aħmar Aċiduż 265

CI Aħmar Aċiduż 5

CI Aħmar Aċiduż 116

CI Aħmar Aċiduż 420

CI Aħmar Aċiduż 8

CI Aħmar Aċiduż 119:1

CI Vjola Aċiduż 12

Żebgħat Diretti

Iswed Dirett 4

Kannella Bażiku 4

Aħmar Dirett 13

Iswed Dirett 29

Kannella Dirett 6

Aħmar Dirett 17

Iswed Dirett 38

Kannella Dirett 25

Aħmar Dirett 21

Iswed Dirett 154

Kannella Dirett 27

Aħmar Dirett 24

Ikħal Dirett 1

Kannella Dirett 31

Aħmar Dirett 26

Ikħal Dirett 2

Kannella Dirett 33

Aħmar Dirett 22

Ikħal Dirett 3

Kannella Dirett 51

Aħmar Dirett 28

Ikħal Dirett 6

Kannella Dirett 59

Aħmar Dirett 37

Ikħal Dirett 8

Kannella Dirett 74

Aħmar Dirett 39

Ikħal Dirett 9

Kannella Dirett 79

Aħmar Dirett 44

Ikħal Dirett 10

Kannella Dirett 95

Aħmar Dirett 46

Ikħal Dirett 14

Kannella Dirett 101

Aħmar Dirett 62

Ikħal Dirett 15

Kannella Dirett 154

Aħmar Dirett 67

Ikħal Dirett 21

Kannella Dirett 222

Aħmar Dirett 72

Ikħal Dirett 22

Kannella Dirett 223

Aħmar Dirett 126

Ikħal Dirett 25

Aħdar Dirett 1

Aħmar Dirett 168

Ikħal Dirett 35

Aħdar Dirett 6

Aħmar Dirett 216

Ikħal Dirett 76

Aħdar Dirett 8

Aħmar Dirett 264

Ikħal Dirett 116

Aħdar Dirett 8.1

Vjola Dirett 1

Ikħal Dirett 151

Aħdar Dirett 85

Vjola Dirett 4

Ikħal Dirett 160

Oranġjo Dirett 1

Vjola Dirett 12

Ikħal Dirett 173

Oranġjo Dirett 6

Vjola Dirett 13

Ikħal Dirett 192

Oranġjo Dirett 7

Vjola Dirett 14

Ikħal Dirett 201

Oranġjo Dirett 8

Vjola Dirett 21

Ikħal Dirett 215

Oranġjo Dirett 10

Vjola Dirett 22

Ikħal Dirett 295

Oranġjo Dirett 108

Isfar Dirett 1

Ikħal Dirett 306

Aħmar Dirett 1

Isfar Dirett 24

Kannella Dirett 1

Aħmar Dirett 2

Isfar Dirett 48

Kannella Dirett 1:2

Aħmar Dirett 7

 

Kannella Dirett 2

Aħmar Dirett 10

 

(c)   Żebgħat li huma CMR jew li potenzjalment jissensitizzaw

Żebgħat li huma karċinoġeniċi, mutaġeniċi jew tossiċi għar-riproduzzjoni

C.I. Aħmar Aċiduż 26

C. I. Iswed Dirett 38

C.I. Ikħal Mifrux 1

C.I. Aħmar Bażiku 9

C. I. Ikħal Dirett 6

C.I. Oranġjo Mifrux 11

C.I. Vjola Bażiku 14

C. I. Aħmar Dirett 28

C. I. Isfar Mifrux 3

Żebgħat mifruxa li potenzjalment jissensitizzaw

C.I. Ikħal Mifrux 1

C.I. Ikħal Mifrux 124

C.I. Aħmar Mifrux 11

C.I. Ikħal Mifrux 3

C.I. Kannella Mifrux 1

C.I. Aħmar Mifrux 17

C.I. Ikħal Mifrux 7

C.I. Oranġjo Mifrux 1

C.I. Isfar Mifrux 1

C.I. Ikħal Mifrux 26

C.I. Oranġjo Mifrux 3

C.I. Isfar Mifrux 3

C.I. Ikħal Mifrux 35

C.I. Oranġjo Mifrux 37

C.I. Isfar Mifrux 9

C.I. Ikħal Mifrux 102

C.I. Oranġjo Mifrux 76

C.I. Isfar Mifrux 39

C.I. Ikħal Mifrux 106

C.I. Aħmar Mifrux 1

C.I. Isfar Mifrux 49

Appendiċi 3

L-AQWA TEKNIKA DISPONIBBLI FIL-QASAM TAL-EFFIĊJENZA FL-UŻU TAL-ENERĠIJA GĦALL-ĦASIL, GĦAT-TNIXXIF U GĦAT-TQADDID

Qasam

Tekniki tal-BAT

1.

Il-ġestjoni tal-enerġija ġenerali

1.1

Sub-metering

1.2

Il-monitoraġġ tal-proċess u sistemi ta' kontroll awtomatiku għall-kontroll tal-flussi, il-volumi tal-mili, it-temperaturi u l-kronometraġġ;

1.3

Insulazzjoni tal-pajpijiet, tal-valvi u tal-flanġijiet

1.4

Muturi u pompi tal-elettriku kkontrollati bil-frekwenza

1.5

Disinn magħluq tal-magni sabiex jitnaqqas it-telf tal-fwar

1.6

Użu mill-ġdid/riċiklaġġ tal-ilma u tal-likur fil-proċessi tal-lottijiet

1.7

L-irkupru tas-sħana, pereżempju; ilma tat-tlaħliħ, kondensat tal-fwar, arja tal-egżost mill-proċess, gassijiet ta' kombustjoni

2.

Il-proċess tal-ħasil u tat-tlaħliħ

2.1

L-użu ta' ilma li jkessaħ bħala ilma ta' proċess

2.2

Is-sostituzzjoni tal-ħasil overflow bi drenaġġ/ħasil inflow

2.3

L-użu ta' teknoloġiji tat-tlaħliħ 'intelliġenti' b'kontrolli għall-fluss tal-ilma u kontrokurrenti

2.4

L-installazzjoni ta' skambjaturi tas-sħana

3.

It-tnixxif u t-tqaddid bl-użu ta' stenter frames

3.1

L-ottimizzazzjoni tal-fluss tal-arja

3.2

L-insulazzjoni ta' postijiet magħluqin

3.3

L-installazzjoni ta' sistemi ta' berners effikaċi

3.4

L-installazzjoni ta' sistemi għall-irkupru tas-sħana

Nota:

It-Tekniki Ġodda tal-BAT imsemmija u rrakkomandati mill-awtoritajiet tal-Istati Membri tal-UE wara d-data tal-pubblikazzjoni tal-European Commissions textile BREF (2003) għandhom jitqiesu bħala kumplimentari għal dawk elenkati hawn fuq.


Top