Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014D0349

Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/349/PESK tat- 12 ta' Ġunju 2014 li temenda l-Azzjoni Konġunta 2008/124/PESK dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo, EULEX KOSOVO

OJ L 174, 13.6.2014, p. 42–44 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

No longer in force, Date of end of validity: 14/06/2014

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2014/349/oj

13.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 174/42


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2014/349/PESK

tat-12 ta' Ġunju 2014

li temenda l-Azzjoni Konġunta 2008/124/PESK dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo (1), EULEX KOSOVO

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 28, l-Artikolu 42(4) u l-Artikolu 43(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fl-4 ta' Frar 2008, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2008/124/PESK (2).

(2)

Fit-8 ta' Ġunju 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/322/PESK (3) li emendat l-Azzjoni Konġunta 2008/124/PESK u estendiet it-tul tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo (EULEX KOSOVO) għal perijodu ta' sentejn sal-14 ta' Ġunju 2012.

(3)

Fis-6 ta' Ġunju 2012, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2012/291/PESK (4) li emendat l-Azzjoni Konġunta 2008/124/PESK u estendiet it-tul tal-EULEX KOSOVO għal perijodu ta' sentejn sal-14 ta' Ġunju 2014.

(4)

Wara r-rakkomandazzjonijiet fir-Reviżjoni Strateġika adottata fl-2014, huwa meħtieġ li t-tul tal-EULEX KOSOVO jiġi estiż għal perijodu ulterjuri ta' sentejn.

(5)

Fis-27 ta' Mejju 2013, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2013/241/PESK (5) li emendat l-Azzjoni Konġunta 2008/124/PESK biex tipprovdi għal ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri l-perijodu mill-15 ta' Ġunju 2013 sal-14 ta' Ġunju 2014. L-Azzjoni Konġunta 2008/124/PESK għandha tiġi emendata biex tipprovdi ammont ġdid ta' referenza finanzjarja maħsub sabiex ikopri l-perijodu mill-15 ta' Ġunju 2014 sal-14 ta' Ottubru 2014.

(6)

Il-EULEX KOSOVO ser titmexxa fil-kuntest ta' sitwazzjoni li tista' tiddeterjora u li tista' timpedixxi l-ksib tal-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif stabbiliti fl-Artikolu 21 tat-Trattat.

(7)

L-Azzjoni Konġunta 2008/124/PESK għandha għalhekk tiġi emendata kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Azzjoni Konġunta 2008/124/PESK hija emendata kif ġej:

(1)

L-Artikolu 8 huwa emendat kif ġej:

(a)

jiżdied il-paragrafu li ġej:

“1a.   Il-Kap tal-Missjoni għandu jkun ir-rappreżentant tal-Missjoni. Il-Kap tal-Missjoni jista' jiddelega kompiti ta' ġestjoni fi kwistjonijiet ta' persunal u kwistjonijiet finanzjarji lil membri tal-persunal tal-Missjoni, taħt ir-responsabbiltà ġenerali tiegħu.”;

(b)

il-paragrafu 5 jitħassar;

(c)

il-paragrafu 9 huwa emendat kif ġej:

“9.   Il-Kap tal-Missjoni għandu jiżgura li l-EULEX KOSOVO taħdem mill-qrib u tikkoordina mal-awtoritajiet kompetenti tal-Kosovo u ma' atturi internazzjonali rilevanti, kif meħtieġ, inklużi n-NATO/KFOR, l-UNMIK, l-OSKE u Stati terzi involuti fl-istat tad-dritt fil-Kosovo.”.

(2)

L-Artikolu 9(4) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“4.   Il-persunal kollu għandu jwettaq dmirijietu u jaġixxi fl-interess tal-Missjoni. Il-persunal kollu għandu jirrispetta l-prinċipji tas-sigurtà u l-istandards minimi stabbiliti mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/488/UE (*).

(*)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/488/UE tat-23 ta' Settembru 2013 dwar ir-regoli ta' sigurtà għall-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata tal-UE (ĠU L 274, 15.10.2013, p. 1).”;"

(3)

L-Artikolu 10(3) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“3.   Il-kondizzjonijiet tal-impjieg u d-drittijiet u l-obbligi tal-persunal internazzjonali u lokali għandhom jiġu stabbiliti fil-kuntratti li għandhom jiġu konklużi bejn il-EULEX KOSOVO u l-membri tal-persunal ikkonċernati.”;

(4)

L-Artikolu 14(7) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“7.   Il-Kap tal-Missjoni għandu jiżgura l-protezzjoni tal-informazzjoni klassifikata tal-UE f'konformità mad-Deċiżjoni 2013/488/UE.”;

(5)

Jiżdied l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 15a.

Arranġamenti legali

Il-EULEX KOSOVO għandha l-kapaċità li takkwista servizzi u provvisti, li tikkonkludi kuntratti u arranġamenti amministrattivi, li timpjega persunal, li jkollha kontijiet bankarji, li takkwista u tiddisponi mill-assi u tħallas l-obbligazzjonijiet tagħha, u li tkun parti għal proċeduri legali, kif meħtieġ sabiex tiġi implimentata din l-Azzjoni Konġunta.”;

(6)

L-Artikolu 16 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1.   L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa tal-EULEX KOSOVO sal-14 ta' Ottubru 2010 għandu jkun ta' EUR 265 000 000.

L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa tal-EULEX KOSOVO mill-15 ta' Ottubru 2010 sal-14 ta' Diċembru 2011 għandu jkun ta' EUR 165 000 000.

L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa tal-EULEX KOSOVO mill-15 ta' Diċembru 2011 sal-14 ta' Ġunju 2012 għandu jkun ta' EUR 72 800 000.

L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa tal-EULEX KOSOVO mill-15 ta' Ġunju 2012 sal-14 ta' Ġunju 2013 għandu jkun ta' EUR 111 000 000.

L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa tal-EULEX KOSOVO mill-15 ta' Ġunju 2013 sal-14 ta' Ġunju 2014 għandu jkun ta' EUR 110 000 000.

L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa tal-EULEX KOSOVO mill-15 ta' Ġunju 2014 sal-14 ta' Ottubru 2014 għandu jkun ta' EUR 34 000 000.

L-ammont ta' referenza finanzjarja għall-perijodu sussegwenti għall-EULEX KOSOVO għandu jiġi deċiż mill-Kunsill.”;

(b)

il-paragrafi 4 sa 7 huma sostitwiti b'dan li ġej:

“4.   Il-EULEX KOSOVO għandha tkun responsabbli għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Missjoni. Għal dan il-għan, il-Missjoni għandha tiffirma kuntratt mal-Kummissjoni.

5.   Il-EULEX KOSOVO għandha tkun responsabbli għal kwalunkwe pretensjoni u obbligu li jirriżultaw mill-implimentazzjoni tal-mandat li jibda mill-15 ta' Ġunju 2014, bl-eċċezzjoni ta' kwalunkwe pretensjoni relatata ma' kondotta serjament skorretta mill-Kap tal-Missjoni, li għaliha l-Kap tal-Missjoni għandu jerfa' r-responsabbiltà.

6.   L-implimentazzjoni tal-arranġamenti finanzjarji għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għal-linja ta' kmand kif previst fl-Artikoli 7, 8 u 11 u r-rekwiżiti operazzjonali tal-missjoni EULEX KOSOVO, inkluż il-kompatibilità tat-tagħmir u l-interoperabilità tat-timijiet tagħha.

7.   In-nefqa għandha tkun eliġibbli mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din l-Azzjoni Konġunta.”;

(7)

Jiżdied l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 16a.

Ċellula ta' proġetti

1.   L-EULEX KOSOVO għandu jkollha Ċellula ta' Proġetti għall-identifikazzjoni u l-implimentazzjoni tal-proġetti. Il-EULEX KOSOVO għandha, skont kif ikun meħtieġ, tikkoordina, tiffaċilita, u tipprovdi parir dwar proġetti implimentati mill-Istati Membri u Stati terzi taħt ir-responsabbiltà tagħhom f'oqsma marbutin mal-EULEX KOSOVO u b'appoġġ għall-objettivi tagħha.

2.   L-EULEX KOSOVO hija awtorizzata li tuża l-kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-Istati Membri jew ta' Stati terzi għall-implimentazzjoni ta' proġetti identifikati bħala li jissupplimentaw b'mod konsistenti azzjonijiet oħra tal-EULEX KOSOVO, jekk il-proġett ikun:

(a)

previst fid-dikjarazzjoni finanzjarja relatata ma' din l-Azzjoni Konġunta; jew

(b)

integrat matul il-mandat permezz ta' emenda għad-dikjarazzjoni finanzjarja fuq talba tal-Kap tal-Missjoni. L-EULEX KOSOVO għandha tikkonkludi arranġament ma' dawk l-Istati, li jkopri b'mod partikolari l-proċeduri speċifiċi għat-trattament ta' kull ilment minn partijiet terzi dwar ħsara kkawżata minħabba atti jew ommissjonijiet mill-EULEX KOSOVO fl-użu tal-fondi pprovduti minn dawk l-Istati. L-Istati Membri li jikkontribwixxu ma jistgħu f'ebda ċirkostanza jżommu lill-Unjoni jew lir-RGħ responsabbli ta' atti jew ommissjonijiet mill-EULEX KOSOVO fl-użu tal-fondi pprovduti minn dawk l-Istati.

3.   Il-KPS għandu jaqbel dwar l-aċċettazzjoni ta' kontribuzzjoni finanzjarja minn Stati terzi għaċ-Ċellula ta' proġetti.”

(8)

Fl-Artikolu 18, il-paragrafi 1 u 2 huma emendati kif ġej:

“1.   Ir-RGħ huwa awtorizzat li jirrilaxxa lin-Nazzjonijiet Uniti, lin-NATO/KFOR u lil partijiet terzi oħrajn, assoċjati ma' din l-Azzjoni Konġunta, informazzjoni klassifikata tal-UE u dokumenti ġġenerati għall-finijiet tal-EULEX KOSOVO sal-livell tal-klassifikazzjoni rilevanti rispettivament għal kull wieħed minnhom, f'konformità mad-Deċiżjoni 2001/488/UE. Għandhom jitfasslu arranġamenti tekniċi lokali biex dan jiġi ffaċilitat.

2.   Fil-każ ta' ħtieġa operazzjonali speċifika u immedjata, ir-RGħ huwa awtorizzat ukoll li jirrilaxxa lill-awtoritajiet lokali kompetenti informazzjoni u dokumenti klassifikati tal-UE sal-livell ‘RESTREINT UE/ EU RESTRICTED’ iġġenerati għall-finijiet tal-EULEX KOSOVO, f'konformità mad-Deċiżjoni 2013/488/UE. Fil-każijiet l-oħrajn kollha, tali informazzjoni u dokumenti għandhom jiġu rilaxxati lill-awtoritajiet lokali kompetenti f'konformità mal-proċeduri adatti għal-livell ta' kooperazzjoni ta' dawk l-awtoritajiet mal-UE.”;

(9)

Fl-Artikolu 20, it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Hija għandha tiskadi fl-14 ta' Ġunju 2016.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, it-12 ta' Ġunju 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

Y. MANIATIS


(1)  Dan l-isem huwa mingħajr preġudizzju għal pożizzjonijiet dwar l-istatus, u huwa konformi mal-UNSCR 1244 (1999) u mal-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni ta' indipendenza tal-Kosovo.

(2)  Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/124/PESK tal-4 ta' Frar 2008 dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo, EULEX KOSOVO (ĠU L 42, 16.2.2008, p. 92).

(3)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/322/PESK tat-8 ta' Ġunju 2010 li temenda u testendi l-Azzjoni Konġunta 2008/124/PESK dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo, EULEX KOSOVO (ĠU L 145, 11.6.2010, p. 13).

(4)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/291/PESK tal-5 ta' Ġunju 2012 li temenda u testendi l-Azzjoni Konġunta 2008/124/PESK dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo, EULEX KOSOVO (ĠU L 146, 6.6.2012, p. 46).

(5)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/241/PESK tas-27 ta' Mejju 2013 li temenda l-Azzjoni Konġunta 2008/124/PESK dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo, EULEX KOSOVO (ĠU L 141, 28.5.2013, p. 47).


Top