EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014D0315

2014/315/Euratom: Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 22 ta' Ottubru 2013 li tapprova l-konklużjoni, mill-Kummissjoni, f'isem il-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, tal-Protokoll tal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tal-Montenegro, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea

OJ L 165, 4.6.2014, p. 1–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2014/315/oj

Related international agreement

4.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 165/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-22 ta' Ottubru 2013

li tapprova l-konklużjoni, mill-Kummissjoni, f'isem il-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, tal-Protokoll tal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tal-Montenegro, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea

(2014/315/Euratom)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari t-tieni paragrafu tal-Artikolu 101 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fl-24 ta' Settembru 2012 il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ negozjati mal-Montenegro sabiex tikkonkludi Protokoll għall-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tal-Montenegro, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (“il-Protokoll”).

(2)

Dawk in-negozjati tlestew b'suċċess bl-inizjalizzazzjoni tal-Protokoll fis-16 ta' Mejju 2013.

(3)

Il-konklużjoni, mill-Kummissjoni, tal-Protokoll għandha tiġi approvata fir-rigward ta' kwistjonijiet li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika.

(4)

L-iffirmar u l-konklużjoni tal-Protokoll huma soġġetti għal proċeduri separati fir-rigward ta' kwistjonijiet li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Unjoni u l-Istati Membri tagħha,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu Uniku

Il-konklużjoni mill-Kummissjoni Ewropea, f'isem il-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, tal-Protokoll tal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa u r-Repubblika tal-Montenegro, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea hija b'dan approvata.

It-test tal-Protokoll huwa mehmuż mad-Deċiżjoni dwar il-fima tiegħu.

Magħmul fil-Lussemburgu, it-22 ta' Ottubru 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

L. LINKEVIČIUS


Top