Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014D0094

2014/94/UE: Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 20 ta’ Novembru 2013 dwar il-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta’ Flessibilità

ĠU L 48, 19.2.2014, p. 8–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2014/94(1)/oj

19.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 48/8


DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-20 ta’ Novembru 2013

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta’ Flessibilità

(2014/94/UE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja tajba (1), u b’mod partikulari l-punt 27 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi, wara li eżaminaw il-possibilitajiet kollha għar-riallokazzjoni tal-approprjazzjonijiet taħt l-Intestatura 1b, jidher li hemm bżonn tal-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta’ Flessibilità biex jikkomplementa l-finanzjament fil-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013, oltre l-limitu massimu tal-Intestatura 1b, ta’ EUR 134 049 037, favur il-finanzjament tal-Fond Soċjali Ewropew biex l-allokazzjonijiet għal Franza, l-Italja u Spanja għas-sena 2013 jiżdiedu b’ammont totali ta’ EUR 150 000 000.

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea stabbilit għas-sena finanzjarja 2013, l-Istrument ta’ Flessibilità għandu jintuża biex tiġi pprovduta s-somma ta’ EUR 134 049 037 f’approprjazzjonijiet ta’ impenn taħt l-Intestatura 1b.

Dan l-ammont għandu jintuża biex jikkomplementa l-finanzjament tal-Fond Soċjali Ewropew taħt l-Intestatura 1b.

Artikolu 2

Din id-deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Strasburgu, l-20 ta’ Novembru 2013.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

M. SCHULZ

Għall-Kunsill

Il-President

V. LEŠKEVIČIUS


(1)   ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.


Top