EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014D0074

Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/74/PESK tal- 10 ta’ Frar 2014 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja

OJ L 40, 11.2.2014, p. 63–63 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2014/74(1)/oj

11.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 40/63


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2014/74/PESK

tal-10 ta’ Frar 2014

li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK tal-31 ta’ Mejju 2013 dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (1),

Billi:

(1)

Fil-31 ta’ Mejju 2013, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK.

(2)

Jeħtieġ li fid-Deċiżjoni 2013/255/PESK tiġi introdotta eżenzjoni mill-iffriżar tal-assi biex ikun permess ir-rilaxx ta’ fondi jew ta’ riżorsi ekonomiċi tal-Bank Ċentrali tas-Sirja u ta’ entitajiet li huma l-proprjetà tal-Istat Sirjan għall-fini ta’ ħlasijiet f’isem ir-Repubblika Għarbija Sirjana lill-Organizzazzjoni għall-Projbizzjoni ta’ Armi Kimiċi (OPCW) għal attivitajiet relatati mal-missjoni ta’ verifika tal-OPCW u mal-qerda ta’ armi kimiċi Sirjani, u partikolarment lill-Fond Fiduċjarju Speċjali tal-OPCW għal attivitajiet relatati mal-qerda totali ta’ armi kimiċi Sirjani barra t-territorju tar-Repubblika Għarbija Sirjana.

(3)

Hija meħtieġa aktar azzjoni mill-Unjoni sabiex jiġu implimentati ċerti miżuri.

(4)

Id-Deċiżjoni 2013/255/PESK għandha tiġi emendata kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 28(3) tad-Deċiżjoni 2013/255/PESK jiżdied il-punt li ġej:

“(h)

maħsuba għall-Bank Ċentrali tas-Sirja jew għal entitajiet li huma l-proprjetà tal-Istat Sirjan, kif elenkati fl-Anness I u II, biex jagħmlu ħlasijiet f’isem ir-Repubblika Għarbija Sirjana lill-OPCW għal attivitajiet relatati mal-missjoni ta’ verifika tal-OPCW u mal-qerda ta’ armi kimiċi Sirjani, u partikolarment lill-Fond Fiduċjarju Speċjali tal-OPCW għal attivitajiet relatati mal-qerda totali ta’ armi kimiċi Sirjani barra t-territorju tar-Repubblika Għarbija Sirjana.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Frar 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ASHTON


(1)  ĠU L 147, 1.6.2013, p. 14.


Top