EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014D0062(01)

Deċiżjoni (UE) 2015/32 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad- 29 ta' Diċembru 2014 dwar id-derogi li jistgħu jingħataw skont ir-Regolament (UE) Nru 1073/2013 dwar statistika fir-rigward tal-attiv u l-passiv ta' fondi ta' investiment (BĊE/2013/38) (BĊE/2014/62)

OJ L 5, 9.1.2015, p. 17–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Date of entry into force unknown (pending notification) or not yet in force., Date of effect: 01/01/1001

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2015/32/oj

9.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 5/17


DEĊIŻJONI (UE) 2015/32 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tad-29 ta' Diċembru 2014

dwar id-derogi li jistgħu jingħataw skont ir-Regolament (UE) Nru 1073/2013 dwar statistika fir-rigward tal-attiv u l-passiv ta' fondi ta' investiment (BĊE/2013/38)

(riformulazzjoni)

(BĊE/2014/62)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1073/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-18 ta' Ottubru 2013 dwar statistika dwar l-attiv u l-passiv ta' fondi ta' investiment (BĊE/2013/38) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 8(2) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 8(2) tar-Regolament (UE) Nru 1073/2013 (BĊE/2013/38) jipprovdi li jistgħu jingħataw derogi mir-rekwiżiti dwar ir-rappurtar statistiku lill-fondi ta' investiment (IFs) li jkunu suġġetti għal regoli ta' kontabilità nazzjonali li jippermettu l-valutazzjoni tal-assi tagħhom b'mod inqas frekwenti minn kull trimestru. Jipprovdi wkoll li l-kategoriji IF li lilhom il-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) ikollhom id-diskrezzjoni li jagħtu derogi, għandhom jiġu deċiżi mill-Kunsill Governattiv.

(2)

Billi d-Deċiżjoni BĊE/2009/4 (2) teħtieġ li tiġi emendata b'mod sostanzjali, għandha tiġi rriformulata fl-interessi taċ-ċarezza,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Derogi

Il-kategoriji IF li dwarhom il-BĊNi għandhom diskrezzjoni li jagħtu derogi bis-saħħa tal-Artikolu 8(2) tar-Regolament (UE) Nru 1073/2013 (BĊE/2013/38) huma stabbiliti fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni. Il-Kunsill Governattiv għandu jirrivedi dawn il-kategoriji tal-inqas kull tliet snin.

Artikolu 2

Revoka

1.   Id-Deċiżjoni BĊE/2009/4 hija mħassra.

2.   Referenzi għad-Deċiżjoni mħassra għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċìżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum meta tiġi nnotifikata lid-destinatarji.

Artikolu 4

Destinatarji

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-BĊNi tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro.

Magħmul fi Frankfurt am Main, id-29 ta' Diċembru 2014.

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


(1)  ĠU L 297, 7.11.2013, p. 73.

(2)  Deċiżjoni BĊE/2009/4 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-6 ta' Marzu 2009 dwar id-derogi li jistgħu jingħataw skont ir-Regolament (KE) Nru 958/2007 dwar statistika fir-rigward tal-attiv u l-passiv ta' fondi ta' investiment (BĊE/2007/8) (ĠU L 72, 18.3.2009, p. 21).


ANNESS

KATEGORIJI TA' FONDI TA' INVESTIMENT LI GĦALIHOM JISTGĦU JINGĦATAW DEROGI SKONT L-ARTIKOLU 8(2) TAR-REGOLAMENT (UE) Nru 1073/2013 (BĊE/2013/38)

Stat Membru

Isem tl-kategorija tal-FI

Att legali fir-rigward tal-kategorija

Att legali li jiddetermina l-frekwenza tal-valutazzjoni

Frekwenza tal-valutazzjoni skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali

Titolu tal-att legali

Numru/data tal-att legali

Dispożizzjonijiet relevanti

Titolu tal-att legali

Numru/data tal-att legali

Dispożizzjonijiet relevanti

Franza

Fonds commun de placement à risque

(Fondi komuni ta' kapital ta' riskju)

Code monétaire et financier

(Kodiċi monetarju u finanzjarju)

 

Kapitolu IV, Taqsima 2, Paragrafu 2. L214-28 sa L214-32

Règlement général de l'Autorité des Marchés Financiers

(Regolament Ġenerali tal-Awtorità tas-Swieq Finanzjarji)

 

Ktieb IV, Titolu II, Artikolu 422-120-13

Darbtejn fis-sena

Franza

Sociétés civiles de placement immobilier

(Kumpaniji ta' investiment fil-bini)

Code monétaire et financier

(Kodiċi monetarju u finanzjarju)

 

Kapitolu IV, Taqsima 2 Paragrafu 4 L214-86 sa L214-126

Règlement général de l'Autorité des Marchés Financiers

(Regolament Ġenerali tal-Awtorità tas-Swieq Finanzjarji)

 

Ktieb IV, Artikolu 422-234

Annwali

Franza

Organismes de placement collectif immobilier

(Impriżi ta' investiment kollettiv fil-bini)

Code monétaire et financier

(Kodiċi monetarju u finanzjarju)

 

Kapitolu IV, Taqsima 2 Paragrafu 3 L214-33 sa L214-85

Règlement général de l'Autorité des Marchés Financiers

(Regolament Ġenerali tal-Awtorità tas-Swieq Finanzjarji)

 

Ktieb IV, Artikolu 422-186

Darbtejn fis-sena

L-Italja

Fondi chiusi

(Fondi magħluqa)

Decreto legislativo — Testo unico delle disposizioni in materia di intermediazione finanziaria

(Digriet leġiżlattiv — id-dispożizzjonijiet kollha fil-qasam tal-intermedjazzjoni finanzjarja)

Nru 58 tal-24 ta' Frar 1998

Parti I, Artikolu 1

Parti II, Artikoli 36, 37 u 39

Provvedimento della Banca d'Italia — Regolamento sulla gestione collettiva del risparmio

(Att tal-Banca d'Italia — Regolament dwar l-immaniġġjar kollettiv tat-tfaddil)

fit-8 ta' Mejju 2012

Titolu V, Kapitolu 1, Taqsima II, paragrafu 4.6

Darbtejn fis-sena

Decreto ministeriale — Regolamento attuativo dell'articolo 37 del Decreto legislativo di 24 febbraio 1998, nr. 58

(Digriet ministerjali — Regolament li jimplimenta l-Artikolu 37 tad-digriet leġiżlattiv Nru 58 tal-24 ta' Frar 1998)

Nru 228 tal-24 ta' Mejju 1999

Kapitolu II, Artikolu 12

Il-Litwanja

Informuotiesiems investuotojams skirti kolektyvinio investavimo subjektai

((Impriżi ta' investiment kollettiv intiż għal investituri infurmati))

Informuotiesiems investuotojams skirtų kolektyvinio investavimo subjektų įstatymas

(Liġi dwar Impriżi ta' Investiment Kollettiv Intiżi għal Investituri Informati)

Nru XII-376 tat-18 ta' Ġunju 2013

Artikolu 2(4)

Informuotiesiems investuotojams skirtų kolektyvinio investavimo subjektų įstatymas

(Liġi dwar Impriżi ta' Investiment Kollettiv Intiżi għal Investituri Informati)

Nru XII-376 tat-18 ta' Ġunju 2013

Artikolu 31(2)

Darbtejn fis-sena/annwali

Il-Portugall

Fundos de capital de risco

(Fondi ta' kapital ta' riskju)

Decreto-Lei

(Digriet liġi)

Nru 375/2007 tat-8 ta' Novembru 2007

Artikolu 18

Regulamento da Comissão do Mercado de Valores Mobiliários

(Regolament tal-Kummissjoni għas-Suq tat-Titoli)

Instrução da Comissão do Mercado de Valores Mobiliários

(Linja gwida dwar il-Kummissjoni għas-Suq tat-Titoli)

Nru 1/2008 tal-14 ta' Frar 2008

Nru 2/2013 tat-30 ta' Mejju 2013

Artikoli 4 u 11

Regola 1

Darbtejn fis-sena


Top