EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013R1364

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1364/2013 tas- 17 ta’ Diċembru 2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 889/2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 fir-rigward ta’ użu ta’ ħut li għadu qiegħed jikber tal-akkwakultura mhux organiku u żerriegħa tal-frott tal-baħar bil-qoxra bivalvi li mhumiex organiċi fl-akkwakultura organika

OJ L 343, 19.12.2013, p. 29–30 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2021; Impliċitament imħassar minn 32021R1165

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2013/1364/oj

19.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 343/29


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1364/2013

tas-17 ta’ Diċembru 2013

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 889/2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 fir-rigward ta’ użu ta’ ħut li għadu qiegħed jikber tal-akkwakultura mhux organiku u żerriegħa tal-frott tal-baħar bil-qoxra bivalvi li mhumiex organiċi fl-akkwakultura organika

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 tat-28 ta’ Ġunju 2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2092/91 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13(3), l-Artikolu 15(2), u l-Artikolu 40 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 834/2007 jistabbilixxi r-rekwiżiti bażiċi għall-produzzjoni organika tal-alka u tal-annimali tal-akkwakultura. Regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni ta’ dawk ir-rekwiżiti huma stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 889/2008 (2).

(2)

Fil-perjodu ta’ bejn Novembru tal-2012 u April tal-2013 xi Stati Membri ressqu talbiet għal reviżjoni tar-regoli dwar il-prodotti, is-sustanzi u t-tekniki li jistgħu jintużaw fil-produzzjoni organika tal-akkwakultura. Dawk it-talbiet għandhom jiġu evalwati mill-grupp espert għal parir tekniku dwar il-produzzjoni organika mwaqqaf bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (KE) Nru 2009/427 (3); abbażi ta' dik l-evalwazzjoni, il-Kummissjoni beħsiebha tivvaluta l-ħtieġa ta' kwalunkwe reviżjoni ta' dawk ir-regoli fl-2014.

(3)

F’xi wħud minn dawn it-talbiet ġie ddikjarat li kien hemm disponibbiltà insuffiċjenti ta’ ħut li għadu qiegħed jikber u ta’ żerriegħa tal-frott tal-baħar bil-qoxra organiċi fis-suq biex ikun hemm konformità mar-rekwiżiti tal-Artikoli 25e u 25o tar-Regolament (KE) Nru 889/2008.

(4)

Peress li ħut li għadu qiegħed jikber u żerriegħa tal-frott tal-baħar bil-qoxra organiċi għadhom mhumiex disponibbli fi kwantitajiet suffiċjenti, sabiex tkun possibbli l-kontinwità, sabiex jiġi evitat it-tixkil tal-produzzjoni organika tal-akkwakultura fl-Unjoni, u biex is-suq tal-ħut li għadu qiegħed jikber u ż-żerriegħa tal-frott tal-baħar bil-qoxra organiċi jingħata ż-żmien biex jiżviluppa aktar, huwa ġustifikat, sa meta jasal il-parir espert, li l-applikazzjoni tal-perċentwal ta’ 50 % stipulat fl- Artikolu 25e(3) u fit-tielet subparagrafu ta’ 25o(1) tar- Regolament (KE) Nru 889/2008 tiġi posposta b’sena, sal- 31 ta’ Diċembru 2014.

(5)

Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 889/2008 għandu jiġi emendat kif xieraq.

(6)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat regolatorju għall-produzzjoni organika,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 889/2008 huwa emendat kif ġej:

1.

Fl-Artikolu 25e, il-paragrafu 3 jinbidel b’dan li ġej:

“3.   Il-perċentwal massimu ta’ ħut li għadu qiegħed jikber tal-akkwakultura mhux organiku mdaħħal fl-istabbiliment għandu jkun 80 % mill-31 ta’ Diċembru 2011 'il quddiem, 50 % mill-31 ta’ Diċembru 2014 'il quddiem u 0 % mill-31 ta’ Diċembru 2015 'il quddiem.”

2.

Fl-Artikolu 25o(1), it-tielet subparagrafu jinbidel b’dan li ġej:

“Madankollu, il-perċentwal massimu ta’ żerriegħa mill-mafqsiet tal-frott tal-baħar bil-qoxra bivalvi li jista’ jiddaħħal fl-unitajiet organiċi tal-produzzjoni għandha tkun ta’ 80 % mill-31 ta’ Diċembru 2011 'il quddiem, 50 % mill-31 ta’ Diċembru 2014 'il quddiem u 0 % mill-31 ta’ Diċembru 2015 'il quddiem.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-31 ta’ Diċembru 2013.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Diċembru 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 189, 20.7.2007, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 889/2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi fir-rigward tal-produzzjoni, it-tikkettar u l-kontroll organiku (ĠU L 250, 18.9.2008, p. 1).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/427/KE tat-3 ta’ Ġunju 2009 li tistabbilixxi l-grupp ta’ esperti biex jagħti pariri tekniċi dwar il-produzzjoni organika (ĠU L 139, 5.6.2009, p. 22).


Top