This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32013R1130
Commission Implementing Regulation (EU) No 1130/2013 of 7 November 2013 entering a name in the register of protected designations of origin and protected geographical indications [Maccheroncini di Campofilone (PGI)]
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1130/2013 tas- 7 ta’ Novembru 2013 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Maccheroncini di Campofilone (IĠP)]
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1130/2013 tas- 7 ta’ Novembru 2013 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Maccheroncini di Campofilone (IĠP)]
ĠU L 302, 13.11.2013, pp. 16–17
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
13.11.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 302/16 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1130/2013
tas-7 ta’ Novembru 2013
li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Maccheroncini di Campofilone (IĠP)]
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u partikolarment l-Artikolu 52(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1151/2012, it-talba mill-Italja biex id-denominazzjoni "Maccheroncini di Campofilone" tiddaħħal fir-reġistru ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2). |
|
(2) |
Billi ma ġiet innotifikata l-ebda dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (KE) Nru 1151/2012, id-denominazzjoni “Maccheroncini di Campofilone” għandha għalhekk tiġi rreġistrata, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament hija b’dan irreġistrata.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Novembru 2013.
Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,
Dacian CIOLOȘ
Membru tal-Kummissjoni
ANNESS
Prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel elenkati fil-punt I tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012:
Klassi 2.7. Għaġin
L-ITALJA
Maccheroncini di Campofilone (IĠP)