Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013R1118

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1118/2013 tas- 6 ta’ Novembru 2013 li japprova emendi mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta’ denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Miel de Corse – Mele di Corsica (DPO)]

OJ L 299, 9.11.2013, p. 20–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2013/1118/oj

9.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 299/20


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1118/2013

tas-6 ta’ Novembru 2013

li japprova emendi mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta’ denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Miel de Corse – Mele di Corsica (DPO)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

F’konformità mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni ta’ Franza għall-approvazzjoni ta’ emenda fl-ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini “Miel de Corse – Mele di Corsica”, irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1187/2000 (2).

(2)

L-emenda kkonċernata mhijiex minuri fit-tifsira tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (KE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni ppubblikat l-applikazzjoni għal emenda f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, kif stipulat fil-punt a) tal-Artikolu 50(2) tar-Regolament imsemmi (3).

(3)

Ma ġiet innotifikata l-ebda dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (KE) Nru 1151/2012, l-emenda hija approvata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-emenda fl-ispeċifikazzjoni, ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, li tikkonċerna d-denominazzjoni mniżżla fl-Anness ta’ dan ir-Regolament, hija approvata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Novembru 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Dacian CIOLOȘ

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  ĠU L 133, 6.6.2000, p. 19.

(3)  ĠU C 134, 14.5.2013, p. 39.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum uman elenkati fl-Anness I tat-Trattat:

Klassi 1.4.   Prodotti oħra li ġejjin mill-annimali (bajd, għasel, diversi prodotti tal-ħalib minbarra l-butir, eċċ.)

FRANZA

Miel de Corse - Mele di Corsica (DPO)


Top