EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013R1101

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1101/2013 tas- 6 ta’ Novembru 2013 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni ta’ Enterococcus faecium DSM 7134 u Lactobacillus rhamnosus DSM 7133 bħala addittiv tal-għalf għall-għoġġiela għat-trobbija u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1288/2004 (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Lactosan GmbH & CoKG) Test b’relevanza għaż-ŻEE

OJ L 296, 7.11.2013, p. 1–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2013/1101/oj

7.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 296/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1101/2013

tas-6 ta’ Novembru 2013

li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni ta’ Enterococcus faecium DSM 7134 u Lactobacillus rhamnosus DSM 7133 bħala addittiv tal-għalf għall-għoġġiela għat-trobbija u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1288/2004 (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Lactosan GmbH & CoKG)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jistipula l-awtorizzazzjoni tal-addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni tal-annimali u għar-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta’ tali awtorizzazzjoni. L-Artikolu 10 ta’ dan ir-Regolament jipprevedi l-valutazzjoni mill-ġdid ta’ addittivi awtorizzati skont id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE (2).

(2)

Preparazzjoni ta’ Enterococcus faecium DSM 7134 u Lactobacillus rhamnosus DSM 7133 kienet awtorizzata mingħajr limitu ta’ żmien skont id-Direttiva 70/524/KEE bħala addittiv fl-għalf għall-użu fuq l-għoġġiela bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1288/2004 (3). Dik il-preparazzjoni kienet sussegwentement imdaħħla fir-Reġistru tal-addittivi tal-għalf bħala prodott eżistenti, skont l-Artikolu 10(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

F’konformità mal-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 flimkien mal-Artikolu 7 tiegħu, tressqet applikazzjoni għall-evalwazzjoni mill-ġdid ta’ preparazzjoni ta’ Enterococcus faecium DSM 7134 u Lactobacillus rhamnosus DSM 7133, bħala addittiv tal-għalf għall-għoġġiela għat-trobbija, fejn intalab li l-addittiv jiġi kklassifikat fil-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi”. Dik l-applikazzjoni kienet akkumpanjata mill-partikolaritajiet u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(4)

Fl-opinjoni tagħha tat-13 ta’ Marżu 2013 (4), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (l-Awtorità) ikkonkludiet li, skont il-kundizzjonijiet proposti tal-użu, il-preparazzjoni ta’ Enterococcus faecium DSM 7134 u Lactobacillus rhamnosus DSM 7133, ma għandhiex effett negattiv fuq saħħet l-annimali u l-konsumatur u fuq l-ambjent, u u għandha l-potenzjal li ttejjeb l-prestazzjoni żooteknika fuq l-annimali immirati. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu tal-analiżi tal-addittivi tal-għalf fl-għalf li ġie ppreżentat mil-Laboratorju ta’ Referenza mwaqqaf bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(5)

Il-valutazzjoni tal-preparazzjoni ta’ Enterococcus faecium DSM 7134 u Lactobacillus rhamnosus DSM 7133 turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif stabbiliti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, kienu sodisfatti. Għaldaqstant, l-użu ta’ din il-preparazzjoni għandu jiġi awtorizzat, kif speċifikat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

(6)

Bħala konsegwenza tal-għoti ta’ awtorizzazzjoni ġdida skont ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003, id-dispożizzjonijiet dwar Enterococcus faecium DSM 7134 u Lactobacillus rhamnosus DSM 7133 fir-Regolament (KE) Nru 1288/2004 għandhom jitħassru. Ir-Regolament (KE) Nru 1288/2004 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(7)

Peress li r-raġunijiet ta’ sikurezza ma jitolbux l-applikazzjoni immedjata tal-modifiki fil-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni, huwa xieraq li l-partijiet interessati jingħataw perjodu tranżitorju biex jippreparaw lilhom infushom biex jilħqu r-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mill-awtorizzazzjoni.

(8)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija ta’ addittivi “addittivi żootekniċi” u mill-grupp funzjonali “stabbilizzanti għall-flora tal-musrana”, hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutrizzjoni tal-annimali suġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1288/2004 id-dispożizzjonijiet dwar E 1706, Enterococcus faecium DSM 7134 and Lactobacillus rhamnosus DSM 7133 tħassru.

Artikolu 3

Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness u l-għalf li jkun fih dik il-preparazzjoni, li huma prodotti u ttikkettati qabel is-27 ta’ Mejju 2014 skont ir-regoli applikabbli qabel is-27 ta’ Novembru 2013 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fuq is-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Novembru 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  Id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE tat-23 ta’ Novembru 1970 li tirrigwarda addittivi f’għalf għall-bhejjem (L-edizzjoni speċjali Ingliża: Is-Serje V Volum 1952-1972 p. 0080).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1288/2004 tal-14 ta’ Lulju 2004 dwar l-awtorizzazzjoni permanenti ta’ ċerti addittivi u l-awtorizzazzjoni proviżorja ta’ użu ġdid ta’ addittiv diġà awtorizzat fl-ikel tal-annimali (ĠU L 243, 15.7.2004, p. 10.).

(4)  The EFSA Journal 2013; 11(4):3175.


ANNESS

In-numru tal-identifikazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formola kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku.

Speċi jew kategorija tal-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni

CFU/kg tal-oġġett tal-għalf komplet għall-bhejjem b’kontenut ta’ meraq ta’ 12 % jew sostitut tal-ħalib

Kategorija tal-addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: stabilizzanti għall-batterja li tinsab fil-musrana

4b1706

Lactosan

GmbH & Co KG

Enterococcus faecium DSM 7134

Lactobacillus rhamnosus DSM 7133

 

Kompożizzjoni tal-addittiv

Preparazzjoni ta’:

 

Enterococcus faecium DSM 7134 li fih minimu ta’ 7 × 109 CFU/g tal-addittiv, u

 

Lactobacillus rhamnosus DSM 7133:

3 × 109 CFU/g tal-addittiv

(proporzjon 7: 3) Forma solida

 

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Ċelloli vijabbli ta’:

Enterococcus faecium DSM 7134, u Lactobacillus rhamnosus DSM 7133

 

Metodu analitiku  (1)

L-enumerazzjoni ta’:

 

Enterococcus faecium DSM 7134: metodu ta’ tifrixbi pjanċi bl-użu ta’ Bile Esculin Azide agar (EN 15788).

 

Lactobacillus rhamnosus DSM 7133: metodu bi pjanċi tat-tifrix bl-użu ta’ MSR agar (EN 15787)

 

L-identifikazzjoni ta’ Enterococcus faecium DSM 7134, uLactobacillus rhamnosus DSM 7133: Elettroforeżi bil-Ġell f’Kamp Pulsat (PFGE).

Għoġġiela għat-trobbija

4 xhur

1 × 109

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlita minn qabel, indika t-temperatura tal-ħażna, l-istabbiltà għall-pelletting.

2.

Għas-sigurtà: huwa rrakkomandat li jintużaw protezzjoni għall-imnifsejn u ingwanti waqt l-immaniġġjar.

Is-27 ta’ Novembru 2023


(1)  Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz li ġej tal-Laboratorju ta’ Referenza għall-Addittivi fl-Għalf: http://irmm.jrc.ec.europa.eu/EURLs/EURL_feed_additives/Pages/index.aspx


Top