EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013R0575R(02)

Rettifika tar-Regolament (UE) 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 ( ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1 )

OJ L 321, 30.11.2013, p. 6–32 (SV)
OJ L 321, 30.11.2013, p. 6–342 (DE, ET, EN, IT, HU, RO)
OJ L 321, 30.11.2013, p. 6–30 (CS, FR, PL)
OJ L 321, 30.11.2013, p. 6–29 (DA, PT)
OJ L 321, 30.11.2013, p. 6–28 (EL, SK)
OJ L 321, 30.11.2013, p. 6–26 (BG, NL)
OJ L 321, 30.11.2013, p. 6–25 (LT, FI)
OJ L 321, 30.11.2013, p. 6–47 (ES)
OJ L 321, 30.11.2013, p. 6–36 (GA)
OJ L 321, 30.11.2013, p. 6–27 (LV)
OJ L 321, 30.11.2013, p. 6–35 (SL)
OJ L 321, 30.11.2013, p. 6–31 (MT)

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/575/corrigendum/2013-11-30/oj

30.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 321/6


Rettifika tar-Regolament (UE) 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012

( ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1 )

1

Paġna 19, punt (19) tal-Artikolu 4(1)

Flok:

“(19)

‘kumpannija tal-ġestjoni ta' assi’ tfisser kumpannija tal-ġestjoni ta' assi kif iddefinita fil-punt (5) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2002/87/KE u AIFM kif iddefinit fl-Artikolu 49(1)(b) tad-Direttiva 2011/61/UE inkluż, sakemm mhux previst b'mod ieħor, entitajiet ta' pajjiżi terzi, li jwettqu attivitajiet simili, li huma soġġetti għal-liġi ta' pajjiż terz …”

Aqra:

“(19)

‘kumpannija tal-ġestjoni ta' assi’ tfisser kumpannija tal-ġestjoni ta' assi kif iddefinita fil-punt (5) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2002/87/KE jew AIFM kif iddefinit fl-Artikolu 4(1)(b) tad-Direttiva 2011/61/UE inkluż, sakemm mhux previst mod ieħor, entitajiet ta' pajjiżi terzi, li jwettqu attivitajiet simili u li huma soġġetti għal-liġi ta' pajjiż terz …”.

2

Paġna 20, punt (26) tal-Artikolu 4(1)

Flok:

“…iżda esklużi kumpanniji azzjonarji tal-assigurazzjoni u kumpanniji azzjonarji tal-assigurazzjoni b'attività mħallta kif definit fil-punt (g) tal-Artikolu 212(1) tad-Direttiva 2009/138/KE;”

Aqra:

“… iżda esklużi kumpanniji azzjonarji tal-assigurazzjoni u kumpanniji azzjonarji tal-assigurazzjoni b'attività mħallta kif definit, rispettivament, fil-punti (f) u (g) tal-Artikolu 212(1) tad-Direttiva 2009/138/KE;”.

3

Paġna 20, punt (27)(h) tal-Artikolu 4(1)

Flok:

“(h)

kumpannija azzjonarja tal-assigurazzjoni;”

Aqra:

“(h)

kumpannija azzjonarja tal-assigurazzjoni kif definit fil-punt (f) tal-Artikolu 212(1) tad-Direttiva 2009/138/KE;”.

4

Paġna 20, punti (27)(i) sa (j) tal-Artikolu 4(1)

Il-punti (27)(i) sa (j) tal-Artikolu 4(1) huma mħassra.

5

Paġna 23, punt (71) tal-Artikolu 4(1)

Flok:

“(71)

‘kapital eliġibbli’ tfisser it-total ta' li ġej:

(a)

Il-kapital ta' Grad 1 kif imsemmi fl-Artikolu 25;

(b)

Il-kapital ta' Grad 2 kif imsemmi fl-Artikolu 71 li jkun ekwivalenti jew inqas minn terz tal-kapital ta' Grad 1;”

Aqra:

“(71)

‘kapital eliġibbli’ tfisser dan li ġej:

(a)

għall-finijiet tat-Titolu III tal-Parti Tnejn tfisser it-total ta' dan li ġej:

(i)

Il-kapital ta' Grad 1 kif imsemmi fl-Artikolu 25, mingħajr ma jiġi applikat it-tnaqqis fl-Artikolu 36(1)(k)(i);

(ii)

Il-kapital ta' Grad 2 kif imsemmi fl-Artikolu 71 li huwa ekwivalenti għal jew anqas minn terz tal-kapital ta' Grad 1 kif ikkalkulat skont il-punt (i) ta' dan il-punt;

(b)

għall-finijiet tal-Artikolu 97 u l-Parti Erbgħa tfisser it-total ta' dan li ġej:

(i)

Il-kapital ta' Grad 1 kif imsemmi fl-Artikolu 25;

(ii)

Il-kapital ta' Grad 2 kif imsemmi fl-Artikolu 71 li jkun ekwivalenti jew inqas minn terz tal-kapital ta' Grad 1;”.

6

Paġna 24, punt (74) tal-Artikolu 4(1)

Flok:

“(74)

‘valur mutwanti ipotekarju’ tfisser il-valur tal-proprjetà immobbli kif stabbilit minn valutazzjoni prudenzjali tal- kummerċjabbiltà futura tal-proprjetà u jitqiesu l-aspetti sostenibbli fuq terminu twil tal-proprjetà, il-kondizzjonijiet normali u l-kondizzjonijiet tas-suq lokali, l-użu kurrenti u l-użu alternattiv xieraq tal-proprjetà.”

Aqra:

“(74)

‘valur tas-self ipotekarju’ tfisser il-valur tal-proprjetà immobbli kif stabbilit minn valutazzjoni prudenzjali tal-kummerċjabbiltà futura tal-proprjetà billi jitqiesu l-aspetti sostenibbli fuq terminu twil tal-proprjetà, il-kondizzjonijiet normali u l-kondizzjonijiet tas-suq lokali, l-użu kurrenti u l-użu alternattiv xieraq tal-proprjetà.”.

7

Paġna 24, punt (82) tal-Artikolu 4(1)

Flok:

“(82)

‘ftehim ta' xiri mill-ġdid’ u ‘operazzjoni ta' bejgħ bil-patt ta' xiri mill-ġdid’ tfisser kwalunkwe ftehim li fih istituzzjoni jew il-kontroparti tagħha tittrasferixxi titoli jew prodotti jew drittijiet iggarantiti fir-rigward ta' waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

titolu għal titoli jew prodotti fejn dik il-garanzija tkun inħarġet minn kambju rikonoxxut li jżomm id-drittijiet għat-titoli jew il-prodotti u l-ftehim ma jippermettix lill-istituzzjoni li tittrasferixxi jew tirhan titolu (ta' sigurtà) jew prodott partikolari fi kwalunkwe ħin lil aktar minn kontroparti waħda, soġġett għal impenn li tixtrihom mill-ġdid;

(b)

titoli jew prodotti sostitwiti tal-istess deskrizzjoni bi prezz speċifiku f'data futura speċifika, jew li ser tkun speċifikata, minn min jittrasferixxi, li jkun ftehim ta' xiri mill-ġdid għall-istituzzjoni li tbiegħ it-titoli jew prodotti u operazzjoni ta' bejgħ bil-patt ta' xiri mill-ġdid għall-istituzzjoni li tixtrihom;”

Aqra:

“(82)

‘ftehim ta' xiri mill-ġdid’ u ‘operazzjoni ta' bejgħ bil-patt ta' xiri mill-ġdid’ tfisser kwalunkwe ftehim li fih istituzzjoni jew il-kontroparti tagħha tittrasferixxi titoli jew prodotti jew drittijiet iggarantiti fir-rigward ta' titolu għal titoli jew prodotti fejn dik il-garanzija tkun inħarġet minn kambju rikonoxxut li jżomm id-drittijiet għat-titoli jew il-prodotti u l-ftehim ma jippermettix lill-istituzzjoni li tittrasferixxi jew tirhan titolu (ta' sigurtà) jew prodott partikolari fi kwalunkwe ħin lil aktar minn kontroparti waħda, soġġett għal impenn li tixtrihom mill-ġdid, jew titoli jew prodotti sostitwiti tal-istess deskrizzjoni bi prezz speċifiku f'data futura speċifika, jew li ser tkun speċifikata, minn min jittrasferixxi, li jkun ftehim ta' xiri mill-ġdid għall-istituzzjoni li tbigħ it-titoli jew prodotti u operazzjoni ta' bejgħ bil-patt ta' xiri mill-ġdid għall-istituzzjoni li tixtrihom;”

8

Paġna 24, punt (88) tal-Artikolu 4(1)

Flok:

“(88)

‘kontroparti ċentrali li tikkwalifika’ tfisser kontroparti ċentrali li jew ġiet awtorizzata f'konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 jew rikonoxxuta f'konformità mal-Artikolu 25 ta' dak ir-Regolament;”

Aqra:

“(88)

‘kontroparti ċentrali li tikkwalifika’ jew ‘QCCP’ tfisser kontroparti ċentrali li jew ġiet awtorizzata f'konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 jew rikonoxxuta f'konformità mal-Artikolu 25 ta' dak ir-Regolament;”.

9

Paġna 25, punt (91) tal-Artikolu 4(1)

Flok:

“(91)

‘skopertura ta' negozju’ tfisser skopertura attwali, inkluża marġini ta' varjazzjoni dovuta lill-membru tal-ikklerjar iżda li għadha ma ġietx riċevuta, …”

Aqra:

“(91)

‘skopertura ta' negozju’ tfisser skopertura attwali, inkluża marġini ta' varjazzjoni dovuta lill-membru tal-ikklerjar jew lill-klijent iżda li għadha ma ġietx riċevuta,…”.

10

Paġna 27, Artikolu 4(2)

Flok:

“2.   Meta f'dan ir-Regolament issir referenza għal propjetà immobbli jew proprjetà residenzjali jew kummerċjali immobbli jew ipoteka fuq tali proprjetà, din għandha tinkludi ishma f'kumpanniji Finlandiżi ta' akkomodazzjoni residenzjali li joperaw skont l-Att tal-Kumpanniji tal-Akkomodazzjoni Finlandiż tal-1991 jew leġislazzjoni sussegwenti ekwivalenti. L- Istati Membri jew l-awtoritajiet kompetenti tagħhom jistgħu jippermettu ishma li jikkostitwixxu proprjetà indiretta ekwivalenti ta' proprjetà immobbli biex jiġu trattati bħala proprjetà diretta ta' proprjetà immobbli, dment …”

Aqra:

“2.   Meta f'dan ir-Regolament issir referenza għal propjetà immobbli, proprjetà residenzjali jew proprjetà immobbli kummerċjali jew għal ipoteka fuq tali proprjetà, din għandha tinkludi ishma f'kumpanniji Finlandiżi ta' akkomodazzjoni residenzjali li joperaw skont l-Att tal-Kumpanniji tal-Akkomodazzjoni Finlandiż tal-1991 jew leġislazzjoni sussegwenti ekwivalenti. L-Istati Membri jew l-awtoritajiet kompetenti tagħhom jistgħu jippermettu ishma li jikkostitwixxu proprjetà indiretta ekwivalenti ta' proprjetà immobbli biex jiġu trattati bħala proprjetà diretta ta' proprjetà immobbli, dment …”

11

Paġna 27, Artikolu 6(2)

Flok:

“2.   Kull istituzzjoni li tkun jew sussidjarja fl-Istat Membru fejn tkun awtorizzata u sorveljata, jew inkella impriża prinċipali, u kull istituzzjoni inkluża fil-konsolidazzjoni skont l-Artikolu 19, m'għandhiex tkun meħtieġa li tikkonforma mal-obbligi stipulati fl-Artikoli 89, 90 u 91 fuq bażi individwali.”

Aqra:

“2.   L-ebda istituzzjoni li tkun jew sussidjarja fl-Istat Membru fejn tkun awtorizzata u sorveljata jew inkella impriża prinċipali, u l-ebda istituzzjoni inkluża fil-konsolidazzjoni skont l-Artikolu 18, ma għandha tkun meħtieġa li tikkonforma mal-obbligi stipulati fl-Artikoli 89, 90 u 91 fuq bażi individwali.”.

12

Paġna 27, Artikolu 6(3)

Flok:

“3.   Kull istituzzjoni li tkun jew impriża prinċipali, jew inkella sussidjarja, u kull istituzzjoni inkluża fil-konsolidazzjoni skont l- Artikolu 19, m'għandhiex tkun meħtieġa li tikkonforma mal-obbligi stipulati fil-Parti Tmienja fuq bażi individwali.”

Aqra:

“3.   L-ebda istituzzjoni li tkun jew impriża prinċipali jew inkella sussidjarja, u l-ebda istituzzjoni inkluża fil-konsolidazzjoni skont l-Artikolu 18, ma għandha tkun meħtieġa li tikkonforma mal-obbligi stipulati fil-Parti Tmienja fuq bażi individwali.”.

13

Paġna 29, l-Artikolu 8(4)

Flok:

“4.   L-awtoritajiet kompetenti jistgħu japplikaw ukoll il-paragrafi 1, 2 u 3 għall-istituzzjonijiet li jkunu membri tal-istess skema ta' protezzjoni istituzzjonali msemmija fl-Artikolu 113(7)(b), sakemm ikunu jissodisfaw il-kondizzjonijiet kollha stabbiliti fl-Artikolu 113(7), u għal istituzzjonijiet oħra marbuta b'relazzjoni msemmija fl-Artikolu 113(6) sakemm jissodisfaw il-kondizzjonijiet kollha stabbiliti fih. L-awtoritajiet kompetenti għandhom f'dak il-każ jiddeterminaw waħda mill- istituzzjonijiet soġġetta għar-rinunzja li tissodisfa l-Parti Sitta fuq il-bażi tas-sitwazzjoni konsolidata tal-istituzzjonijiet kollha tas- sottogrupp waħdieni tal-likwidità.”

Aqra:

“4.   L-awtoritajiet kompetenti jistgħu japplikaw ukoll il-paragrafi 1, 2 u 3 għall-istituzzjonijiet li jkunu membri tal-istess skema ta' protezzjoni istituzzjonali kif imsemmi fl-Artikolu 113(7), sakemm ikunu jissodisfaw il-kondizzjonijiet kollha stabbiliti fih, u għal istituzzjonijiet oħra marbuta b'relazzjoni msemmija fl-Artikolu 113(6) sakemm jissodisfaw il-kondizzjonijiet kollha stabbiliti fih. L-awtoritajiet kompetenti għandhom f'dak il-każ jiddeterminaw waħda mill-istituzzjonijiet soġġetta għar-rinunzja li tissodisfa l-Parti Sitta fuq il-bażi tas-sitwazzjoni konsolidata tal-istituzzjonijiet kollha tas-sottogrupp waħdieni tal-likwidità.”.

14

Paġna 29, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 10(1)

Flok:

“L-Istati Membri jistgħu jżommu u jagħmlu użu mil-leġislazzjoni nazzjonali eżistenti fir-rigward tal-applikazzjoni tal-eżenzjoni msemmija fil-ewwel subparagrafu sakemm din ma tkunx f'konflitt ma' dan ir-Regolament u d-Direttiva 2013/36/UE.”

Aqra:

“L-Istati Membri jistgħu jżommu u jagħmlu użu mil-leġislazzjoni nazzjonali eżistenti fir-rigward tal-applikazzjoni tar-rinunzja msemmija fl-ewwel subparagrafu sakemm din ma tkunx f'konflitt ma' dan ir-Regolament jew mad-Direttiva 2013/36/UE.”.

15

Paġna 30, l-Artikolu 11(3)

Flok:

“3.   L-istituzzjonijiet prinċipali tal-UE u l-istituzzjonijiet ikkontrollati minn kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali tal-UE għandhom jikkonformaw mal-obbligi stabbiliti fil-Parti Sitta fuq il-bażi tas-sitwazzjoni konsolidata ta' dik l-istituzzjoni prinċipali, il-kumpannija azzjonarja finanzjarja jew kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta, jekk il-grupp jinkludi istituzzjoni ta' kreditu jew ditta ta' investiment waħda jew aktar awtorizzati li jipprovdu s-servizzi u l-attivitajiet tal-investiment elenkati fil-punti (3) u (6) tat-Taqsima A tal-Anness I għad- Direttiva 2004/39/KE. Sakemm ikun lest ir-rapport mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 508(2), u jekk il-grupp jinkludi biss ditti ta' investiment, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jeżentaw id-ditti ta' investiment milli jikkonformaw mal-obbligi stipulati fil-Parti Sitta fuq bażi kkonsolidata, b'kont meħud tan-natura, l-iskala u l-kumplessità tal-attivitajiet tad-ditta ta' investiment.”

Aqra:

“3.   L-istituzzjonijiet prinċipali tal-UE, l-istituzzjonijiet ikkontrollati minn kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali tal-UE u l-istituzzjonijiet ikkontrollati minn kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali tal-UE għandhom jikkonformaw mal-obbligi stabbiliti fil-Parti Sitta fuq il-bażi tas-sitwazzjoni konsolidata ta' dik l-istituzzjoni prinċipali, il-kumpannija azzjonarja finanzjarja jew kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta, jekk il-grupp jinkludi istituzzjoni ta' kreditu jew ditta ta' investiment waħda jew aktar awtorizzati li jipprovdu s-servizzi u l-attivitajiet tal-investiment elenkati fil-punti (3) u (6) tat-Taqsima A tal-Anness I għad-Direttiva 2004/39/KE. Sakemm ikun lest ir-rapport mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 508(2) ta' dan ir-Regolament, u jekk il-grupp jinkludi biss ditti ta' investiment, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jeżentaw id-ditti ta' investiment milli jikkonformaw mal-obbligi stipulati fil-Parti Sitta fuq bażi kkonsolidata, b'kont meħud tan-natura, l-iskala u l-kumplessità tal-attivitajiet tad-ditta ta' investiment.”.

16

Paġna 31, punti (a) sa (c) tal-Artikolu 15(1)

Flok:

“1.   Is-superviżur konsolidanti jista' jirrinunzja, fuq bażi ta' każ b'każ, l-applikazzjoni tal-Parti Tlieta ta' dan ir-Regolament u l- Kapitolu 4, tat-Titolu VII tad-Direttiva 2013/36/UE fuq bażi konsolidata sakemm jeżistu l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

kull ditta ta' investiment tal-UE fil-grupp tuża l-kalkolazzjoni alternattiva tal-ammont tal-iskopertura ta' riskju totali msemmija fl-Artikolu 95(2);

(b)

id-ditti ta' investiment kollha fil-grupp jaqgħu fil-kategoriji tal-Artikoli 95(1) u 96(1);

(c)

kull ditta ta' investiment tal-UE fil-grupp tissodisfa r-rekwiżiti imposti fl-Artikolu 95 fuq bażi individwali …”

Aqra:

“1.   Is-superviżur konsolidanti jista' jirrinunzja, fuq bażi ta' każ b'każ, l-applikazzjoni tal-Parti Tlieta ta' dan ir-Regolament u t-Titolu VII, Kapitolu 4 tad-Direttiva 2013/36/UE fuq bażi konsolidata dment li jeżistu l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

kull ditta ta' investiment tal-UE fil-grupp tuża l-kalkolazzjoni alternattiva tal-ammont tal-iskopertura ta' riskju totali msemmija fl-Artikolu 95(2) jew 96(2);

(b)

id-ditti ta' investiment kollha fil-grupp jaqgħu fil-kategoriji tal-Artikolu 95(1) jew 96(1);

(c)

kull ditta ta' investiment tal-UE fil-grupp tissodisfa r-rekwiżiti imposti fl-Artikolu 95 jew 96 fuq bażi individwali…”.

17

Paġna 32, l-ewwel sentenza tal-Artikolu 18(5)

Flok:

“Fil-każ tal-holdings jew rabtiet kapitali oħra għajr dawk imsemmija fil-paragrafu 1 u 2, l-awtoritajiet kompetenti għandhom …”

Aqra:

“Fil-każ tal-holdings jew rabtiet kapitali oħra għajr dawk imsemmija fil-paragrafi 1 u 4, l-awtoritajiet kompetenti għandhom…”.

18

Paġna 33, punt (b) tal-Artikolu 19(2)

Flok:

“(b)

fejn l-impriża konċernata tkun ta' interess negliġibbli biss fir-rigward tal-objettivi tal-monitoraġġ tal-istituzzjonijiet ta' kreditu;”

Aqra:

“(b)

fejn l-impriża konċernata tkun ta' interess negliġibbli biss fir-rigward tal-objettivi tal-istituzzjonijiet ta' monitoraġġ;”.

19

Paġna 35, Artikolu 22

Flok:

“L-istituzzjonijiet sussidjarji għandhom japplikaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 89 sa 91 u l-Partijiet Tlieta u Ħamsa fuq il-bażi tas-sitwazzjoni subkonsolidata tagħhom…”

Aqra:

“L-istituzzjonijiet sussidjarji għandhom japplikaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 89 sa 91 u l-Partijiet Tlieta u Erbgħa fuq il-bażi tas-sitwazzjoni subkonsolidata tagħhom…”.

20

Paġna 41, punt (c) tal-Artikolu 33(1)

Flok:

“(c)

kull qligħ u telf b'valur ġust li jirriżulta mir-riskju proprju ta' kreditu tal-istituzzjoni marbut mal-obbligazzjonijiet derivattivi,”

Aqra:

“(c)

qligħ u telf b'valur ġust fuq obbligazzjonijiet derivattivi tal-istituzzjoni li jirriżulta minn tibdil fir-riskju proprju ta' kreditu tal-istituzzjoni.”.

21

Paġna 43, Artikolu 40

Flok:

“… li jistgħu jseħħu li kieku l-proviżjonijiet kellhom jiżdiedu sal-livell ta' telf mistenni msemmi fit-Taqsima 3 tal-Kapitolu 3 tat-Titolu I.”

Aqra:

“… li jistgħu jseħħu li kieku l-proviżjonijiet kellhom jiżdiedu sal-livell ta' telf mistenni msemmi fit-Taqsima 3 tal-Kapitolu 3 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta.”.

22

Paġni 43 u 44, Artikolu 41(1)

Flok:

“1.   Għall-fini tal-punt (e) tal-Artikolu 36(1), l-ammont tal-assi ta' fond tal-pensjoni b'benefiċċju definit li għandu jitnaqqas għandu jonqos b'dawn li ġejjin:

(a)

l-ammont ta' kwalunkwe obbligazzjoni għal taxxa differita assoċjata li jista' jitpaċa jekk l-assi jsiru deterjorati jew ma jibqgħux rikonoxxuti skont il-qafas tal-kontabbiltà applikabbli;

(b)

l-ammonti tal-assi fil-fondi ta' pensjonijiet b'benefiċċju definit li l-istituzzjoni jkollha abbiltà mingħajr restrizzjoni li tuża, sakemm l-isitituzzjoni tkun irċeviet il-permess minn qabel tal-awtorità kompetenti. Dawk l-assi użati biex jitnaqqas l-ammont li jrid jitnaqqas għandhom jirċievu piż tar-riskju skont il-Kapitolu 2 jew 3 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta, kif applikabbli.”

Aqra:

“1.   Għall-fini tal-punt (e) tal-Artikolu 36(1), l-ammont tal-assi ta' fond tal-pensjoni b'benefiċċju definit li għandu jitnaqqas għandu jonqos b'dawn li ġejjin:

(a)

l-ammont ta' kwalunkwe obbligazzjoni għal taxxa differita assoċjata li jista' jitpaċa jekk l-assi jsiru deterjorati jew ma jibqgħux rikonoxxuti skont il-qafas tal-kontabbiltà applikabbli;

(b)

l-ammont tal-assi fil-fond tal-pensjoni b'benefiċċju definit li l-istituzzjoni jkollha abbiltà mingħajr restrizzjoni li tuża, sakemm l-isitituzzjoni tkun irċeviet il-permess minn qabel tal-awtorità kompetenti.

Dawk l-assi użati biex jitnaqqas l-ammont li jrid jitnaqqas għandhom jirċievu piż tar-riskju skont il-Kapitolu 2 jew 3 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta, kif applikabbli.”.

23

Paġna 45, Artikolu 46(1)(b)

Flok:

“…diviż bl-ammont aggregat ta' holdings diretti, indiretti u sintetiċi mill-istituzzjoni ta' strumenti tal-fondi proprji ta' dawk l-entitajiet tas-settur finanzjarju.”

Aqra:

“…diviż bl-ammont aggregat ta' holdings diretti, indiretti u sintetiċi mill-istituzzjoni ta' strumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1, ta' strumenti Addizzjonali ta' Grad 1 u ta' Grad 2 ta' dawk l-entitajiet tas-settur finanzjarju.”.

24

Paġna 45, Artikolu 46(3)

Flok:

“3.   L-ammont li għandu jitnaqqas skont il-paragrafu 1 għandu jinqasam bejn l-istrumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 kollha miżmuma. L-istituzzjonijiet għandhom jistabilixxu l-porzjon tal- holdings ta' strumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 li titnaqqas skont il-paragrafu 1 billi l-ammont speċifikat fil-punt (a) ta' dan il-paragrafu jkunmultiplikat bil-proporzjon speċifikat fil-punt (b) ta' dan il-paragrafu:”

Aqra:

“3.   L-ammont li għandu jitnaqqas skont il-paragrafu 1 għandu jinqasam bejn l-istrumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 kollha miżmuma. L-istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu l-ammont ta' kull strument ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 li jitnaqqas skont il-paragrafu 1 billi l-ammont speċifikat fil-punt (a) ta' dan il-paragrafu jiġi multiplikat bil-proporzjon speċifikat fil-punt (b) ta' dan il-paragrafu:”.

25

Paġni 45 u 46, Artikolu 46(5)

Flok:

“5.   L-istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu l-porzjon tal- holdings ta' strumenti tal-fondi proprji li jkunu ppeżati għar- riskju billi jiddividu l-ammont speċifikat fil-punt (a) bl-ammont speċifikat fil-punt (b):

(a)

l-ammont tal-holdings meħtieġ li jkun ippeżat għar-riskju skont il-paragrafu 4;

(b)

l-ammont speċifikat fil-punt (i) diviż bl-ammont speċifikat fil-punt (ii):

(i)

l-ammont totali tal-Istrumenti tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni;

(ii)

l-ammont aggregat ta' holdings diretti, indiretti u sintetiċi mill-istituzzjoni tal-istrumenti tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni ta' entitajiet fis-settur finanzjarju li l-istituzzjoni ma għandhiex investiment sinifikanti fihom.”

Aqra:

“5.   L-istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu l-ammont ta' kull strument ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 li jkun ippeżat għar-riskju skont il-paragrafu 4 billi jimmultiplikaw l-ammont speċifikat fil-punt (a) ta' dan il-paragrafu bl-ammont speċifikat fil-punt (b) ta' dan il-paragrafu:

(a)

l-ammont tal-holdings meħtieġ li jkun ippeżat għar-riskju skont il-paragrafu 4;

(b)

il-proporzjon li jirriżulta mill-kalkolazzjoni fil-punt (b) tal-paragrafu 3.”.

26

Paġna 48, Artikolu 49(5)

Flok:

“5.   Fejn istituzzjoni tapplika l-metodu 1 jew 2 tal-Anness I għad-Direttiva 2002/87/KE, l-istituzzjoni għandha …”

Aqra:

“5.   Fejn istituzzjoni tapplika l-metodu 1, 2 jew 3 tal-Anness I għad-Direttiva 2002/87/KE, l-istituzzjoni għandha …”.

27

Paġna 52, punt (a) tal-Artikolu 60(1)

Flok:

“(a)

l-ammont aggregat li bih il-holdings diretti, indiretti u sintetiċi mill-istituzzjoni ta' strumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1, ta' Grad 1 Addizzjonali u ta' Grad 2 ta' entitajiet tas- settur finanzjarju jaqbeż l-10 % tal-elementi ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 tal-istituzzjoni kkalkulat wara li jiġu applikati dawn li ġejjin:”

Aqra:

“(a)

l-ammont aggregat li bih il-holdings diretti, indiretti u sintetiċi mill-istituzzjoni ta' strumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1, strumenti Addizzjonali ta' Grad 1 u ta' Grad 2 ta' entitajiet tas-settur finanzjarju li fihom l-istituzzjoni m'għandhiex investimenti sinifikanti jaqbeż l-10 % tal-elementi ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 tal-istituzzjoni kkalkulat wara li jiġu applikati dawn li ġejjin:”.

28

Paġna 53, Artikolu 60(3)

Flok:

“3.   L-ammont li għandu jitnaqqas skont il-paragrafu 1 għandu jinqasam bejn l-istrumenti kollha ta' Grad 1 Addizzjonali miżmuma. L-ammont li għandu jitnaqqas minn kull strument ta' Grad 1 Addizzjonali skont il-paragrafu 1 għandu jiġi kkalkulat billi l-ammont speċifikat fil-punt (a) ta' dan il-paragrafu jiġi multiplikat bil-proporzjon speċifikat fil-punt (b) ta' dan il-paragrafu:

(a)

l-ammont ta' holdings li jeħtieġ jitnaqqas skont il-paragrafu 1;

(b)

l-ammont speċifikat fil-punt (i) diviż bl-ammont speċifikat fil-punt (ii):

(i)

l-ammont totali tal-istrument ta' Grad 1 Addizzjonali;

(ii)

l-ammont aggregat ta' holdings diretti, indiretti u sintetiċi mill-istituzzjoni tal-istrumenti ta' Grad 1 Addizzjonali ta' entitajiet tas-settur finanzjarju li l-istituzzjoni m'għandhiex investiment sinifikanti fihom.”

Aqra:

“3.   L-ammont li għandu jitnaqqas skont il-paragrafu 1 għandu jinqasam bejn l-istrumenti Addizzjonali kollha ta' Grad 1 miżmuma. L-istituzzjonijiet għandhom jiddeterminaw l-ammont ta' kull strument Addizzjonali ta' Grad 1 li għandu jitnaqqas skont il-paragrafu 1 billi l-ammont speċifikat fil-punt (a) ta' dan il-paragrafu jiġi multiplikat bil-proporzjon speċifikat fil-punt (b) ta' dan il-paragrafu:

(a)

l-ammont ta' holdings li jeħtieġ jitnaqqas skont il-paragrafu 1;

(b)

il-proporzjon tal-ammont aggregat ta' holdings diretti, indiretti u sintetiċi mill-istituzzjoni tal-istrumenti Addizzjonali ta' Grad 1 ta' entitajiet tas-settur finanzjarju li l-istituzzjoni m'għandhiex investiment sinifikanti fihom rappreżentat minn kull strument Addizzjonali ta' Grad 1 miżmum.”.

29

Paġna 53, Artikolu 60(5)

Flok:

“5.   L-istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu l-porzjon tal- holdings ta' strumenti tal-fondi proprji li jkunu ppeżati għar- riskju billi jiddividu l-ammont speċifikat fil-punt (a) bl-ammont speċifikat fil-punt (b):

(a)

l-ammont tal-holdings meħtieġ li jkun ippeżat għar-riskju skont il-paragrafu 4;

(b)

l-ammont speċifikat fil-punt (i) diviż bl-ammont speċifikat fil-punt (ii):

(i)

l-ammont totali tal-Istrumenti tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni;

(ii)

l-ammont aggregat ta' holdings diretti, indiretti u sintetiċi mill-istituzzjoni tal-istrumenti tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni ta' entitajiet fis-settur finanzjarju li l-istituzzjoni ma għandhiex investiment sinifikanti fihom.”

Aqra:

“5.   L-istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu l-ammont ta' kull strument Addizzjonali ta' Grad 1 li jkun ippeżat għar-riskju skont il-paragrafu 4 billi jimmultiplikaw l-ammont speċifikat fil-punt (a) ta' dan il-paragrafu bl-ammont speċifikat fil-punt (b) ta' dan il-paragrafu:

(a)

l-ammont tal-holdings meħtieġ li jkun ippeżat għar-riskju skont il-paragrafu 4;

(b)

il-proporzjon li jirriżulta mill-kalkolazzjon fil-punt (b) tal-paragrafu 3.”.

30

Paġna 56, punt (a) tal-Artikolu 70(1)

Flok:

“(a)

l-ammont aggregat li bih il-holdings diretti, indiretti u sintetiċi mill-istituzzjoni ta' strumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1, ta' Grad 1 Addizzjonali u ta' Grad 2 ta' entitajiet tas- settur finanzjarju jaqbeż l-10 % tal-elementi ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 tal-istituzzjoni kkalkulat wara li jiġu applikati dawn li ġejjin:”

Aqra:

“(a)

l-ammont aggregat li bih il-holdings diretti, indiretti u sintetiċi mill-istituzzjoni ta' strumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1, strumenti Addizzjonali ta' Grad 1 u ta' Grad 2 ta' entitajiet tas-settur finanzjarju li fihom l-istituzzjoni m'għandhiex investiment sinifikanti jaqbeż l-10 % tal-elementi ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 tal-istituzzjoni kkalkulat wara li jiġu applikati dawn li ġejjin:”.

31

Paġna 56, punt (b) tal-Artikolu 70(1)

Flok:

“(b)

l-ammont ta' holdings diretti, indiretti u sintetiċi mill- istituzzjoni tal-istrumenti ta' Grad 2 ta' entitajiet tas-settur finanzjarju diviż bl-ammont aggregat tal-holdings diretti, indiretti u sintetiċi kollha mill-istituzzjoni ta' strumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1, ta' Grad 1 Addizzjonali u ta' Grad 2 ta' dawk l-entitajiet tas-settur finanzjarju.”

Aqra:

“(b)

l-ammont ta' holdings diretti, indiretti u sintetiċi mill-istituzzjoni tal-istrumenti ta' Grad 2 ta' entitajiet tas-settur finanzjarju li fihom l-istituzzjoni m'għandhiex investiment sinifikanti diviż bl-ammont aggregat tal-holdings diretti, indiretti u sintetiċi kollha mill-istituzzjoni ta' strumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1, strumenti Addizzjonali ta' Grad 1 u ta' Grad 2 ta' dawk l-entitajiet tas-settur finanzjarju.”.

32

Paġna 56, Artikolu 70(3)

Flok:

“3.   L-ammont li għandu jitnaqqas skont il-paragrafu 1 għandu jitqassam f'proporzjon tul kull strument ta' Grad 2 miżmum. L-istituzzjonijiet għandhom jiddeterminaw il-porzjon tal-holdings ta' strumenti ta' Grad 2 li għandu jitnaqqas billi jiġi multiplikat l-ammont speċifikat fil-punt (a) ta' dan il-paragrafu bil- propozjon speċifikat fil-punt (b) ta' dan il-paragrafu:

(a)

ammont totali ta' holdings li jkun meħtieġ li jitnaqqas skont il-paragrafu 1;

(b)

ammont speċifikat fil-punt (i) diviż bl-ammont speċifikat fil- punt fil-punt (ii):

(i)

ammont totali tal-istrument ta' Grad 2;

(ii)

ammont aggregat ta' holdings diretti, indiretti u sintetiċi mill-istituzzjoni tal-istrumenti ta' Grad 2 ta' entitajiet tas-settur finanzjarju li l-istituzzjoni m'għandhiex investiment sinifikanti fihom.”

Aqra:

“3.   L-ammont li għandu jitnaqqas skont il-paragrafu 1 għandu jitqassam f'proporzjon tul kull strument ta' Grad 2 miżmum. L-istituzzjonijiet għandhom jiddeterminaw l-ammont li għandu jitnaqqas minn kull strument ta' Grad 2 li għandu jitnaqqas skont il-paragrafu 1 billi jiġi multiplikat l-ammont speċifikat fil-punt (a) ta' dan il-paragrafu bil-propozjon speċifikat fil-punt (b) ta' dan il-paragrafu:

(a)

ammont totali ta' holdings li jkun meħtieġ li jitnaqqas skont il-paragrafu 1;

(b)

il-proporzjon tal-ammont aggregat ta' holdings diretti, indiretti u sintetiċi mill-istituzzjoni tal-istrumenti ta' Grad 2 ta' entitajiet tas-settur finanzjarju li l-istituzzjoni m'għandhiex investiment sinifikanti fihom rappreżentat minn kull strument ta' Grad 2 miżmum.”.

33

Paġna 57, Artikolu 70(5)

Flok:

“5.   L-istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu l-porzjon tal- holdings ta' strumenti tal-fondi proprji li jkunu ppeżati għar- riskju billi jiddividu l-ammont speċifikat fil-punt (a) bl-ammont speċifikat fil-punt (b):

(a)

l-ammont tal-holdings meħtieġ li jkun ippeżat għar-riskju skont il-paragrafu 4;

(b)

l-ammont speċifikat fil-punt (i) diviż bl-ammont speċifikat fil-punt (ii):

(i)

l-ammont totali tal-Istrumenti tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni;

(ii)

l-ammont aggregat ta' holdings diretti, indiretti u sintetiċi mill-istituzzjoni tal-istrumenti tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni ta' entitajiet fis-settur finanzjarju li l-istituzzjoni ma għandhiex investiment sinifikanti fihom.”

Aqra:

“5.   L-istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu l-ammont ta' kull strument ta' Grad 2 li jkun ippeżat għar-riskju skont il-paragrafu 4 billi jimmultiplikaw l-ammont speċifikat fil-punt (a) ta' dan il-paragrafu bl-ammont speċifikat fil-punt (b) ta' dan il-paragrafu:

(a)

l-ammont tal-holdings meħtieġ li jkun ippeżat għar-riskju skont il-paragrafu 4;

(b)

il-proporzjon li jirriżulta mill-kalkolazzjoni fil-punt (b) tal-paragrafu 3.”.

34

Paġna 62, test introduttiv tal-Artikolu 85(1)

Flok:

“1.   L-istituzzjonijiet għandhom jiddeterminaw l-ammont kwalifikattiv ta' kapital ta' Grad 1 ta' sussidjarja li jiġi inkluż fil-fondi proprji konsolidati billi jitnaqqas mill-fondi proprji ta' dik l-impriża…”

Aqra:

“1.   L-istituzzjonijiet għandhom jiddeterminaw l-ammont ta' kapital kwalifikattiv ta' Grad 1 ta' sussidjarja li jiġi inkluż fil-fondi proprji konsolidati billi jitnaqqas mill-kapital kwalifikattiv ta' Grad 1 ta' dik l-impriża…”.

35

Paġna 65, test introduttiv tal-Artikolu 92(4)

Flok:

“4.   Id-dispożizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw għall- kalkolu tal-ammont totali tal-iskopertura msemmi fil-paragrafu 3:”

Aqra:

“4.   Id-dispożizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw għall-kalkolu tal-ammont totali tal-iskopertura tar-riskju msemmi fil-paragrafu 3:”.

36

Paġna 66, Artikolu 95(3)

Flok:

“3.   Id-ditti ta' investiment imsemmija fil-paragrafu 1 ikunu soġġetti għad-dispożizzjonijiet l-oħra kollha fir-rigward ta' riskju operattiv stabbilit fit-Titolu VII, il-Kapitolu 3, it-Taqsima II, Subtaqsima 1 tad-Direttiva 2013/36/UE.”

Aqra:

“3.   Id-ditti ta' investiment imsemmija fil-paragrafu 1 ikunu soġġetti għad-dispożizzjonijiet l-oħra kollha fir-rigward ta' riskju operattiv stabbilit fit-Titolu VII, il-Kapitolu 2, it-Taqsima II, Subtaqsima 2 tad-Direttiva 2013/36/UE.”.

37

Paġna 68, Artikolu 99(4)

Flok:

“4.   L-informazzjoni finanzjarja msemmija fil-paragrafu 2 u fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 3 għandha tkun rappurtata sa fejn dan ikun meħtieġ sabiex tinkiseb stampa komprensiva tal-profil tar-riskju tal-attivitajiet ta' istituzzjoni u stampa tar-riskji sistemiċi li joħolqu l-istituzzjonijiet għas-settur finanzjarju jew l-ekonomija reali f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.”

Aqra:

“4.   L-informazzjoni finanzjarja msemmija fil-paragrafi 2 u 3 għandha tkun rappurtata sa fejn dan ikun meħtieġ sabiex tinkiseb stampa komprensiva tal-profil tar-riskju tal-attivitajiet ta' istituzzjoni u stampa tar-riskji sistemiċi li joħolqu l-istituzzjonijiet għas-settur finanzjarju jew l-ekonomija reali f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.”.

38

Paġna 68, test introduttiv tal-Artikolu 101(1)

Flok:

“1.   L-istituzzjonijiet għandhom jirrappurtaw fuq bażi semiannwali d-data li ġejjin lill-awtoritajiet kompetenti għal kull suq nazzjonali tal-proprjetà li għalih huma esposti:”

Aqra:

“1.   L-istituzzjonijiet għandhom jirrappurtaw fuq bażi semiannwali d-data li ġejja lill-awtoritajiet kompetenti għal kull suq nazzjonali tal-proprjetà immobbli li għalih huma esposti:”.

39

Paġni 68 u 69, punti (a) sa (c) tal-Artikolu 101(1)

Flok:

“1.   L-istituzzjonijiet għandhom jirrappurtaw fuq bażi semiannwali d-data li ġejjin lill-awtoritajiet kompetenti għal kull suq nazzjonali tal-proprjetà li għalih huma esposti:

(a)

telf li ġej minn skoperturi li għalihom istituzzjoni tkun irrikonoxxiet bħala kollateral proprjetà immobbli residenzjali, sal-ammont l-aktar baxx ta' dak mirhun u 80 % tal- valur tas-suq jew 80 % tal-valur tas-self ipotekarju sakemm ma jiġix deċiż b'mod ieħor skont l-Artikolu 124(2);

(b)

telf kumplessiv li ġej minn skoperturi li għalihom istituzzjoni tkun irrikonoxxiet bħala kollateral proprjetà immobbli residenzjali, sal-parti tal-iskopertura ttrattata bħala totalment iggarantita permezz ta' proprjetà immobbli residenzjali f'konformità mal-Artikolu 124(1);

(c)

il-valur ta' skopertura tal-iskoperturi pendenti kollha li għalihom istituzzjoni tkun irrikonoxxiet bħala kollateral proprjetà immobbli residenzjali limitat għall-parti ttrattata bħala kompletament iggarantita permezz ta' proprjetà immobbli residenzjali f'konformità mal-Artikolu 124(1);”

Aqra:

“1.   L-istituzzjonijiet għandhom jirrappurtaw fuq bażi semiannwali d-data li ġejja lill-awtoritajiet kompetenti għal kull suq nazzjonali tal-proprjetà li għalih huma esposti:

(a)

telf li ġej minn skoperturi li għalihom istituzzjoni tkun irrikonoxxiet bħala kollateral proprjetà residenzjali, sal-ammont l-aktar baxx ta' dak mirhun u 80 % tal-valur tas-suq jew 80 % tal-valur tas-self ipotekarju sakemm ma jiġix deċiż mod ieħor skont l-Artikolu 124(2);

(b)

telf kumplessiv li ġej minn skoperturi li għalihom istituzzjoni tkun irrikonoxxiet bħala kollateral proprjetà residenzjali, sal-parti tal-iskopertura ttrattata bħala totalment iggarantita permezz ta' proprjetà residenzjali f'konformità mal-Artikolu 124(1);

(c)

il-valur ta' skopertura tal-iskoperturi pendenti kollha li għalihom istituzzjoni tkun irrikonoxxiet bħala kollateral proprjetà residenzjali limitat għall-parti ttrattata bħala totalment iggarantita permezz ta' proprjetà residenzjali f'konformità mal-Artikolu 124(1);”.

40

Paġna 69, Artikolu 101(2)

Flok:

“Id-data għandha tiġi rrappurtata separatament għal kull suq tal-proprjetà fl-Unjoni li għalih tkun esposta l-istituzzjoni rilevanti.”

Aqra:

“Id-data għandha tiġi rrappurtata separatament għal kull suq tal-proprjetà immobbli fl-Unjoni li għalih tkun esposta l-istituzzjoni rilevanti.”.

41

Paġna 69, Artikolu 101(3)

Flok:

“…jew lill-ABE informazzjoni aktar dettaljata dwar il- kondizzjoni tas-swieq residenzjali jew tal-proprjetà immobbli kummerċjali f'dak l-Istat Membru.”

Aqra:

“…jew lill-ABE informazzjoni aktar dettaljata dwar il-kondizzjoni tas-swieq tal-proprjetà residenzjali jew tal-proprjetà immobbli kummerċjali f'dak l-Istat Membru.”.

42

Paġni 70 u 71, punt (b) tal-Artikolu 105(2)

Flok:

“(b)

linji ta' rappurtar għad-dipartiment responsabbli għall-proċess ta' valutazzjoni li jkunu ċari u indipendenti mill-uffiċċju tan-negozjar.

Il-linja ta' rappurtar għandha finalment tkun il-korp maniġerjali.”

Aqra:

“(b)

linji ta' rappurtar għad-dipartiment responsabbli għall-proċess ta' valutazzjoni li jkunu ċari u indipendenti mill-uffiċċju tan-negozjar, li għandhom finalment ikunu għall-korp maniġerjali.”.

43

Paġna 72, punt (e) tal-Artikolu 106(1)

Flok:

“(e)

għandu jiġi mmonitorjat sew.

Il-monitoraġġ għandu jiġi żgurat permezz ta' proċeduri adegwati.”

Aqra:

“(e)

għandu jiġi mmonitorjat sewwa skont proċeduri adegwati.”.

44

Paġna 75, punt (a) tal-Artikolu 113(6)

Flok:

“(a)

il-kontroparti tkun istituzzjoni, kumpannija azzjonarja finanzjarja jew kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta, istituzzjoni finanzjarja, kumpannija maniġerjali tal-assi jew impriża tas-servizzi anċillari soġġetta għal rekwiżiti prudenzjali adegwati;”

Aqra:

“(a)

il-kontroparti tkun istituzzjoni, istituzzjoni finanzjarja jew impriża tas-servizzi anċillari soġġetta għal rekwiżiti prudenzjali adegwati;”.

45

Paġna 76, Artikolu 114(5)

L-Artikolu 114(5) huwa mħassar.

46

Paġna 76, Artikolu 114(6)

Flok:

“6.   Għall-iskoperturi indikati fil-paragrafu 5:

(a)

fl-2018 l-ammonti kkalkulati tal-iskoperturi ppeżati għar- riskju għandhom ikunu 20 % tal-piż tar-riskju assenjat għal dawn l-iskoperturi skont l-Artikolu 114(2);

(b)

fl-2019 l-ammonti kkalkulati tal-iskoperturi ppeżati għar- riskju għandhom ikunu 50 % tal-piż tar-riskju assenjat għal dawn l-iskoperturi skont l-Artikolu 114(2);

(c)

mill-2020 'il quddiem l-ammonti kkalkulati tal-iskoperturi ppeżati għar-riskju għandhom ikun 100 % tal-piż tar-riskju assenjat għal dawn l-iskoperturi skont l- Artikolu 114(2).”

Aqra:

“6.   Għall-iskoperturi indikati fl-Artikolu 495(2):

(a)

fl-2018 l-piż tar-riskju applikat għall-valuri tal-iskoperturi għandu jkun 20 % tal-piż tar-riskju assenjat għal dawn l-iskoperturi skont il-paragrafu 2;

(b)

fl-2019 l-piż tar-riskju applikat għall-valuri tal-iskoperturi għandu jkun 50 % tal-piż tar-riskju assenjat għal dawn l-iskoperturi skont il-paragrafu 2;

(c)

fl-2020 u 'il quddiem il-piż tar-riskju applikat għall-valuri tal-iskoperturi għandu jkun 100 % tal-piż tar-riskju assenjat għal dawn l-iskoperturi skont il-paragrafu 2.”.

47

Paġna 80, Artikolu 124(1)

Flok:

“1.   Skopertura jew kwalunkwe parti minn skopertura totalment iggarantita permezz ta' ipoteka fuq proprjetà immobbli għandha tiġi assenjata piż tar-riskju ta' 100 %, meta l-kondizzjonijiet skont l-Artikolu 125 u l-Artikolu 126 ma jiġux issodisfatti, ħlief għal kwalunkwe parti tal-iskopertura li tkun assenjata lil klassi ta' skopertura oħra. Il-parti tal-iskopertura li taqbeż il-valur tas-self ipotekarju tal-proprjetà għandha tiġi assenjata l-piż tar-riskju applikabbli għall-iskoperturi mhux assigurati tal-kontroparti involuta.”

Aqra:

“1.   Skopertura jew kwalunkwe parti minn skopertura totalment iggarantita permezz ta' ipoteka fuq proprjetà immobbli għandha tiġi assenjata piż tar-riskju ta' 100 %, meta l-kondizzjonijiet skont l-Artikolu 125 jew l-Artikolu 126 ma jiġux issodisfatti, ħlief għal kwalunkwe parti tal-iskopertura li tkun assenjata lil klassi ta' skopertura oħra. Il-parti tal-iskopertura li taqbeż il-valur tal-ipoteka tal-proprjetà immobbli għandha tiġi assenjata l-piż tar-riskju applikabbli għall-iskoperturi mhux iggarantiti tal-kontroparti involuta.”.

48

Paġna 81, it-tieni sentenza tas-sitt subparagrafu tal-Artikolu 124(2)

Flok:

“L-ABE għandha tippubblika l-piżijiet tar- riskju u l-kriterji li l-awtoritajiet kompetenti jistabbilixxu għall-iskoperturi msemmija fl-Artikoli 125, 126 u 199.”

Aqra:

“L-ABE għandha tippubblika l-piżijiet tar-riskju u l-kriterji li l-awtoritajiet kompetenti jistabbilixxu għall-iskoperturi msemmija fl-Artikoli 125, 126 u 199(1)(a).”.

49

Paġna 81, Artikolu 124(5)

Flok:

“…għal skoperturi garantiti permezz ta' ipoteki fuq proprjetà immobbli kummerċjali u residenzjali li tinsab f'dak l-Istat Membru.”

Aqra:

“… għal skoperturi iggarantiti permezz ta' ipoteki fuq proprjetà kummerċjali u residenzjali li tinsab f'dak l-Istat Membru.”.

50

Paġna 82, Artikolu 126(3)

Flok:

“3.   L-istituzzjonijiet jistgħu jidderogaw mill-punt (b) tal-paragrafu 2 għal skoperturi totalment u kompletament garantiti permezz ta' ipoteki fuq proprjetà kummerċjali li tinsab fit-territorju ta' Stat Membru, …”

Aqra:

“3.   L-istituzzjonijiet jistgħu jidderogaw mill-punt (b) tal-paragrafu 2 għal skoperturi totalment u kompletament iggarantiti permezz ta' ipoteki fuq proprjetà immobbli kummerċjali li tinsab fit-territorju ta' Stat Membru, …”

51

Paġna 86, Artikolu 134(1)

Flok:

“1.   Assi tanġibbli skont it-tifsira tal-Artikolu 4(10) tad-Direttiva 86/635/KEE għandhom jiġu assenjati piż tar-riskju ta' 100 %.”

Aqra:

“1.   Assi tanġibbli skont it-tifsira tal-punt 10 taħt l-intestatura ‘Assi’ fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 86/635/KEE għandhom jiġu assenjati piż tar-riskju ta' 100 %.”.

52

Paġna 90, test introduttiv tal-punt (4) tal-Artikolu 142(1)

Flok:

“(4)

‘entità tas-settur finanzjarju kbira’ tfisser kull entità tas-settur finanzjarju, minbarra dawk imsemmija fil-punt (27)(j) tal-Artikolu 4(1), li tissodisfa l-kondizzjonijiet li ġejjin:”

Aqra:

“(4)

‘entità tas-settur finanzjarju kbira’ tfisser kull entità tas-settur finanzjarju li tissodisfa l-kondizzjonijiet li ġejjin:”.

53

Paġna 90, punt (5) tal-Artikolu 142(1)

Flok:

“'(5)

‘entità finanzjarja mhux regolata’ tfisser kull entità oħra li ma tkunx entità tas-settur finanzjarju regolata…”

Aqra:

“'(5)

‘entità tas-settur finanzjarju mhux regolata’ tfisser kull entità oħra li ma tkunx entità tas-settur finanzjarju regolata…”.

54

Paġna 94, punt (d)(ii) tal-Artikolu 150(1)

Flok:

“(ii)

l-iskoperturi għall-gvern ċentrali u l-bank ċentrali jkunu assenjati piż tar-riskju ta' 0 % skont l-Artikolu 114(2), (4) jew (5);”

Aqra:

“(ii)

l-iskoperturi għall-gvern ċentrali u l-bank ċentrali jkunu assenjati piż tar-riskju ta' 0 % skont l-Artikolu 114(2) jew (4) jew l-Artikolu 495(2);”.

55

Paġna 95, l-ewwel sentenza tal-Artikolu 150(2)

Flok:

“…esklużi l-iskoperturi ta' ekwità mġarrba taħt programmi leġiżlattivi kif imsemmi fil-punt (g) tal-paragrafu 1, …”

Aqra:

“… esklużi l-iskoperturi ta' ekwità mġarrba taħt programmi leġislattivi kif imsemmi fil-punt (h) tal-paragrafu 1, …”.

56

Paġna 95, Artikolu 151(1)

Flok:

“1.   L-ammonti tal-iskoperturi peżati għar-riskju għal riskju ta' kreditu għal skoperturi li jappartjenu għal waħda mill-klassijiet ta' skopertura msemmija fil-punti (a) sa (e) u (g) ta' 147(2) għandhom, sakemm ma jitnaqqsux mill-fondi proprji, jiġu kkalkulati skont is-Subtaqsima 2 ħlief fejn dawk l-iskoperturi jitnaqqsu mill-elementi ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1, Addizzjonali ta' Grad 1 jew ta' Grad 2.”

Aqra:

“1.   L-ammonti tal-iskoperturi peżati għar-riskju għal riskju ta' kreditu għal skoperturi li jappartjenu għal waħda mill-klassijiet ta' skopertura msemmija fil-punti (a) sa (e) u (g) ta' 147(2) għandhom, sakemm ma jitnaqqsux mill-fondi proprji, jiġu kkalkulati skont is-Subtaqsima 2 ħlief fejn dawk l-iskoperturi jitnaqqsu mill-elementi ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1, elementi Addizzjonali ta' Grad 1 jew ta' Grad 2.”.

57

Paġna 96, Artikolu 152(3)

Flok:

“3.   Fejn skoperturi fil-forma ta' unitajiet jew azzjonijiet f'CIU ma jissodisfawx il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 132(3), jew l-istituzzjoni ma tkunx konxja mill-iskoperturi sottostanti kollha tas-CIU jew mill-iskopertura sottostanti tagħha li hija nnifisha tkun skopertura fil-forma ta' unitajiet jew azzjonijiet f'CIU, l-istituzzjoni għandha tinvestiga dawk l-iskoperturi sottostanti u għandha tikkalkula l-ammonti tal-iskopertura peżati għar-riskju u l-ammont ta' telf mistenni skont l-approċċ sempliċi tal-piż tar-riskju stabbilit fl-Artikolu 155(2).”

Aqra:

“3.   Fejn skoperturi fil-forma ta' unitajiet jew azzjonijiet f'CIU ma jissodisfawx il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 132(3), jew fejn l-istituzzjoni ma tkunx konxja mill-iskoperturi sottostanti kollha tas-CIU jew tal-iskoperturi sottostanti ta' unità jew azzjoni f'CIU li hija nnifisha hija skopertura sottostanti tal-CIU, l-istituzzjoni għandha tinvestiga dawk l-iskoperturi sottostanti u għandha tikkalkula l-ammonti tal-iskopertura peżati għar-riskju u l-ammont ta' telf mistenni skont l-approċċ sempliċi tal-piż tar-riskju stabbilit fl-Artikolu 155(2).”

58

Paġna 97, Artikolu 153(1)(ii)

Flok:

“—

fejn l-istituzzjonijiet jużaw l-istimi tagħhom stess ta' LGDs, RW ikun

Formula;”

Aqra:

“—

fejn l-istituzzjonijiet jużaw l-istimi tagħhom stess ta' LGDs, RW ikun

Formula;”

59

Paġna 97, it-tieni sentenza tal-Artikolu 153(2)

Flok:

“Għall-iskoperturi kollha għal entitajiet finanzjarji li ma jkunux regolati, il-koeffiċjenti ta' korrelazzjoni stabbiliti fil-paragrafu 1 (iii) u l-paragrafu 4, kif rilevanti, huma multiplikati b'1,25.”

Aqra:

“Għall-iskoperturi kollha għal entitajiet tas-settur finanzjarju mhux regolati, il-koeffiċjenti ta' korrelazzjoni stabbiliti fil-paragrafu 1(iii) u l-paragrafu 4, kif rilevanti, huma multiplikati b'1,25.”.

60

Paġna 106, Artikolu 164(5)

Flok:

“Abbażi tad-data miġbura skont l-Artikolu 101 u meta jitqiesu l-iżviluppi tas-suq li jħarsu 'l quddiem fir-rigward ta' proprjetà immobbli u kwalunkwe indikatur rilevanti ieħor, l- awtoritajiet kompetenti għandhom perjodikament, u mill-inqas darba fis-sena, jivvalutaw jekk il-valuri minimi tal-LGD fil-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu humiex adatti fir-rigward ta' skoperturi ggarantiti permezz ta' proprjetà immobbli residenzjali jew kummerċjali li tinstab fit-territorju tagħhom. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu, fejn ikun adatt abbażi ta' kunsiderazzjonijiet ta' stabbiltà finanzjarja, jistabbilixxu valuri minimi ogħla tal-LGD ippeżata ta' skopertura fir-rigward ta' skoperturi ggarantiti permezz ta' proprjetà li tinsab fit-territorju tagħhom.”

Aqra:

“Abbażi tad-data miġbura skont l-Artikolu 101 u meta jitqiesu l-iżviluppi li jħarsu 'l quddiem tas-suq ta' proprjetà immobbli u kwalunkwe indikatur rilevanti ieħor, l-awtoritajiet kompetenti għandhom perjodikament, u mill-inqas darba fis-sena, jivvalutaw jekk il-valuri minimi tal-LGD fil-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu humiex adatti fir-rigward ta' skoperturi ggarantiti permezz ta' proprjetà residenzjali jew proprjetà immobbli kummerċjali li tinstab fit-territorju tagħhom. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu, fejn ikun adatt abbażi ta' kunsiderazzjonijiet ta' stabbiltà finanzjarja, jistabbilixxu valuri minimi ogħla tal-LGD ippeżata ta' skopertura fir-rigward ta' skoperturi ggarantiti permezz ta' proprjetà immobbli li tinsab fit-territorju tagħhom.”.

61

Paġna 106, Artikolu 164(7)

Flok:

“7.   L-istituzzjonijet ta' Stat Membru wieħed għandhom japplikaw il-valuri minimi tal-LGD ogħla li jkunu ġew determinati mill-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru ieħor għal skoperturi ggarantiti permezz ta' proprjetà li tinstab f'dak l-Istat Membru.”

Aqra:

“7.   L-istituzzjonijiet ta' Stat Membru wieħed għandhom japplikaw il-valuri minimi tal-LGD ogħla li jkunu ġew determinati mill-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru ieħor għal skoperturi ggarantiti permezz ta' proprjetà immobbli li tinstab f'dak l-Istat Membru.”.

62

Paġna 108, il-punt (e) tal-Artikolu 166(8)

Flok:

“(d)

għal linji ta' kreditu oħrajn, faċilitajiet ta' ħruġ ta' notifiki (NIFs), u faċilitajiet ta' sottoskrizzjoni rotattivi (RUFs), għandu japplika fattur ta' konverżjoni ta' 75 %;

(e)

l-istituzzjonijiet li jissodisfaw ir-rekwiżiti għall-użu tal-istimi proprji tal-fatturi ta' konverżjoni kif speċifikat fit-Taqsima 6 jistgħu jużaw l-istimi proprji tagħhom tal-fatturi ta' konverżjoni fuq it-tipi ta' prodotti differenti kif imsemmi fil-punti (a) sa (d), soġġetti għall-permess tal-awtoritatjiet kompetenti.”

Aqra:

“(d)

għal linji ta' kreditu oħrajn, faċilitajiet ta' ħruġ ta' notifiki (NIFs), u faċilitajiet ta' sottoskrizzjoni rotattivi (RUFs), għandu japplika fattur ta' konverżjoni ta' 75 %.

L-istituzzjonijiet li jissodisfaw ir-rekwiżiti għall-użu tal-istimi proprji tal-fatturi ta' konverżjoni kif speċifikat fit-Taqsima 6 jistgħu jużaw l-istimi proprji tagħhom tal-fatturi ta' konverżjoni fuq it-tipi ta' prodotti differenti kif imsemmi fil-punti (a) sa (d), soġġetti għall-permess tal-awtoritatjiet kompetenti.”.

63

Paġna 112, punt (b) tal-Artikolu 178(1)

Flok:

“…għall-iskoperturi ggarantiti mill-proprjetà residenzjali jew kummerċjali tal-SMEs fil-klassi tal- iskoperturi fil-livell tal-konsumatur, …”

Aqra:

“… għall-iskoperturi ggarantiti permezz ta' proprjetà residenzjali jew proprjetà immobbli kummerċjali tal-SMEs fil-klassi tal-iskoperturi fil-livell tal-konsumatur, …”.

64

Paġna 115, punt (d) tal-Artikolu 180(2)

Flok:

“(d)

jekk l-istituzzjoni tidderivi l-istimi medji għal zmien twil tal-PD u l-LGD għall-konsumaturi minn stima ta' telf totali …”

Aqra:

“(d)

jekk l-istituzzjoni tidderivi l-istimi medji għal żmien twil tal-PD u l-LGD għal skoperturi fil-livell tal-konsumatur minn stima ta' telf totali …”.

65

Paġna 116, punt (b) tal-Artikolu 181(3)

Flok:

“(b)

il-kondizzjonijiet li bihom l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu lill-istituzzjoni skont il-paragrafu 3 li tuża data rilevanti …”

Aqra:

“(b)

il-kondizzjonijiet li bihom l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu istituzzjoni skont il-paragrafu 2 li tuża data rilevanti …”.

66

Paġna 122, punt (b) tal-Artikolu 190(2)

Flok:

“(b)

il-produzzjoni u l-analiżi ta' rapporti ta' sinteżi mis-sistemi tal-klassifikazzjoni tal-istituzzjoni;”

Aqra:

“(b)

il-produzzjoni u l-analiżi ta' rapporti ta' sinteżi tas-sistemi tal-klassifikazzjoni tal-istituzzjoni;”

67

Paġna 122, punt (b) tal-Artikolu 190(3)

Flok:

“(b)

il-produzzjoni ta' rapporti ta' sinteżi mis-sistemi ta' klassifikazzjoni tal-istituzzjoni;”

Aqra:

“(b)

il-produzzjoni ta' rapporti ta' sinteżi tas-sistemi ta' klassifikazzjoni tal-istituzzjoni;”

68

Paġna 125, punt (b) tal-Artikolu 197(5)

Flok:

“(b)

is-CIUs ikunu limitati li jinvestu fi strumenti li huma eliġibbli għar-rikonoxximent skont il-paragrafi 1 u 2.;”

Aqra:

“(b)

is-CIUs ikunu limitati li jinvestu fi strumenti li huma eliġibbli għar-rikonoxximent skont il-paragrafi 1 u 4;”.

69

Paġna 127, test introduttiv tal-Artikolu 199(4)

Flok:

“4.   L-istituzzjonijiet jistgħu jidderogaw mill-punt (b) tal-paragrafu 2 għall-proprjetà kummerċjali immobbli li tinsab fit-territorju ta' Stat Membru, fejn l-awtorità kompetenti ta' dak l-Istat Membru ppubblikat provi li juru li jeżisti suq tal-proprjetà residenzjali żviluppat sew u li ilu stabbilit f'dak it-territorju …”

Aqra:

“4.   L-istituzzjonijiet jistgħu jidderogaw mill-punt (b) tal-paragrafu 2 għall-proprjetà immobbli kummerċjali li tinsab fit-territorju ta' Stat Membru, fejn l-awtorità kompetenti ta' dak l-Istat Membru tkun ippubblikat provi li juru li jeżisti suq tal-proprjetà immobbli kummerċjali żviluppat sew u li ilu stabbilit f'dak it-territorju …”.

70

Paġna 128, punt (g) tal-Artikolu 201(1)

Flok:

“(g)

entitajiet korporattivi oħrajn, inklużi entitajiet korporattivi prinċipali, sussidjarji u affiljati tal-istituzzjoni, …”

Aqra:

“(g)

entitajiet korporattivi oħrajn, inklużi impriżi prinċipali, sussidjarji u entitajiet korporattivi affiljati tal-istituzzjoni,…”.

71

Paġna 131, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 208(3)

Flok:

“L-istituzzjonijiet jistgħu jużaw metodi statistiċi sabiex jissorveljaw il-valur tal-proprjetà u jidentifikaw proprjetà li teħtieġ rivalutazzjoni.”

Aqra:

“L-istituzzjonijiet jistgħu jużaw metodi statistiċi sabiex jissorveljaw il-valur tal-proprjetà immobbli u sabiex jidentifikaw proprjetà immobbli li teħtieġ rivalutazzjoni.”

72

Paġna 131, Artikolu 208(4)

Flok:

“4.   L-istituzzjonijiet għandhom jiddokumentaw biċ-ċar it-tipi ta' proprjetà immobbli residenzjali u kummerċjali li jaċċettaw u l-politiki tal-għoti ta' self tagħhom f'dan ir-rigward.”

Aqra:

“4.   L-istituzzjonijiet għandhom jiddokumentaw biċ-ċar it-tipi ta' proprjetà residenzjali u proprjetà immobbli kummerċjali li jaċċettaw u l-politiki tal-għoti ta' self tagħhom f'dan ir-rigward.”.

73

Paġna 131, Artikolu 208(5)

Flok:

“5.   L-istituzzjonijet għandu jkollhom proċeduri stabbiliti sabiex jissorveljaw li l-proprjetà meħuda bħala protezzjoni tal-kreditu hija assigurata b'mod adegwat kontra r-riskju ta' ħsara.”

Aqra:

“5.   L-istituzzjonijiet għandu jkollhom proċeduri stabbiliti sabiex jimmonitorjaw li l-proprjetà immobbli meħuda bħala protezzjoni tal-kreditu hija assigurata b'mod adegwat kontra r-riskju ta' ħsara.”.

74

Paġna 138, l-ewwel sentenza tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 221(3)

Flok:

“L-istituzzjonijiet li rċevew permes għal mudell intern tal-ġestjoni tar-riskju skont it-Titolu IV, il-Kapitolu 5 jistgħu …”

Aqra:

“L-istituzzjonijiet li rċevew permess għal mudell intern għall-kalkolu tar-riskju skont it-Titolu IV, il-Kapitolu 5 jistgħu …”.

75

Paġna 146, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 229(1)

Flok:

“F'dawk l-Istati Membri li stabbilixxew kriterji rigorużi għall-valutazzjoni tal-valur ta' self ipotekarju f'dispożizzjonijiet statutorji jew regolatorji il-proprjetà tista', minflok, tiġi vvalutata …”

Aqra:

“F'dawk l-Istati Membri li stabbilixxew kriterji rigorużi għall-valutazzjoni tal-valur ta' self ipotekarju f'dispożizzjonijiet statutorji jew regolatorji l-proprjetà immobbli tista', minflok, tiġi vvalutata …”.

76

Paġna 146, it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 229(1)

Flok:

“…r-riżultati tal-monitoraġġ meħtieġ skont l-Artikolu 208(3) u sabiex jikkunsidra kwalunkwe pretensjoni preċedenti fuq il-proprjetà.”

Aqra:

“… r-riżultati tal-monitoraġġ meħtieġ skont l-Artikolu 208(3) u sabiex jikkunsidra kwalunkwe pretensjoni preċedenti fuq il-proprjetà immobbli.”.

77

Paġna 146, Artikolu 230(2), Tabella 5, l-ewwel kolonna, it-tieni linja

Flok:

“Propjretà residenzjali/proprjetà kummerċjali”

Aqra:

“Proprjetà residenzjali/proprjetà immobbli kummerċjali”.

78

Paġna 147, Artikolu 230(3)

Flok:

“…kollateralizzata fis-sħiħ minn proprjetà residenzjali jew proprjetà kummerċjali immobbli li tinsab fit-territorju ta' Stat Membru meta jiġu ssodisfatti l-kondizzjonijiet kollha fl-Artikolu 199(4).”

Aqra:

“… kollateralizzata totalment minn proprjetà residenzjali jew proprjetà immobbli kummerċjali li tinsab fit-territorju ta' Stat Membru meta jiġu ssodisfatti l-kondizzjonijiet kollha fl-Artikolu 199(3) jew (4).”.

79

Paġna 151, punt (9) tal-Artikolu 242

Flok:

“(9)

‘programm ta' karta kummerċjali garantita b'assi (ABCP — asset-backed commercial paper programme)’ tfisser programm ta' titolizzazzjonijiet, li garanziji maħruġa minnu fil-biċċa l-kbira jieħdu l-forma ta' karta kummerċjali b'maturità oriġinali ta' sena jew inqas;”

Aqra:

“(9)

‘programm ta' karta kummerċjali iggarantita permezz ta' assi’ jew ‘programm ABCP’ (asset-backed commercial paper) tfisser programm ta' titolizzazzjonijiet, li garanziji maħruġa minnu fil-biċċa l-kbira jieħdu l-forma ta' karta kummerċjali b'maturità oriġinali ta' sena jew inqas;”

80

Paġna 153, il-punti (b) u (c) tal-Artikolu 244(2)

Flok:

“(b)

…. l-istituzzjoni oriġinatriċi ma żżomx aktar minn 20 % tal-valur tal-iskoperturi tal-pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni li jkunu soġġetti għal tnaqqis mill-Ekwità Komuni ta' Grad 1 jew piż tar-riskju ta' 1 250 %;

(c)

fejn it-tnaqqis possibbli fl-ammonti ta' skoperturi ppeżati skont ir-riskju, li l-istituzzjoni oriġinatriċi tikseb permezz ta' din it-titolizzazzjoni ma jkunx ġustifikat minn trasferiment proporzjonat tar-riskju tal-kreditu lil partijiet terzi, l-awtorità kompetenti tista' tiddeċiedi fuq bażi ta' każ b'każ li ma għandux jiġi kkunsidrat li ġie ttrasferit riskju tal-kreditu sinifikanti lil partijiet terzi.”

Aqra:

“(b)

…. l-istituzzjoni oriġinatriċi ma żżomx aktar minn 20 % tal-valur tal-iskoperturi tal-pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni li jkunu soġġetti għal tnaqqis mill-Ekwità Komuni ta' Grad 1 jew piż tar-riskju ta' 1 250 %.

Fejn it-tnaqqis possibbli fl-ammonti ta' skoperturi ppeżati skont ir-riskju, li l-istituzzjoni oriġinatriċi tikseb permezz ta' din it-titolizzazzjoni ma jkunx ġustifikat minn trasferiment proporzjonat tar-riskju tal-kreditu lil partijiet terzi, l-awtorità kompetenti tista' tiddeċiedi fuq bażi ta' każ b'każ li ma għandux jiġi kkunsidrat li ġie ttrasferit riskju tal-kreditu sinifikanti lil partijiet terzi.”.

81

Paġna 168, punt (10) tal-Artikolu 272

Flok:

“(10)

‘maturtà effettiva skont il-Metodu tal-Mudell Intern għal sett ta' netting b'maturità akbar minn sena’ tfisser il-proporzjon tas-somma tal-iskopertura mistennija tul il-ħajja tat-transazzjonijiet fis-sett ta' netting skontati għar-rata ta' mingħajr riskju tar-rendiment, diviża bis-somma tal-iskopertura mistennija fuq sena f'sett ta' netting skontat għar-rata ta' mingħajr riskju.”

Aqra:

“(10)

‘maturtà effettiva’ skont il-Metodu tal-Mudell Intern għal sett ta' netting b'maturità akbar minn sena tfisser il-proporzjon tas-somma tal-iskopertura mistennija tul il-ħajja tat-transazzjonijiet fis-sett ta' netting skontati għar-rata ta' mingħajr riskju tar-rendiment, diviża bis-somma tal-iskopertura mistennija fuq sena f'sett ta' netting skontat għar-rata ta' mingħajr riskju.”.

82

Paġna 168, Artikolu 279

Flok:

“Għad-determinazzjoni tal-pożizzjonijiet tar-riskju, l-istituzzjonijiet għandhom jittrattaw il-kollateral kif ġej:

(a)

kollateral irċevut minn kontroparti għandu jiġi ttrattat bħala pretensjoni fuq il-kontroparti taħt kuntratt derivat (pożizzjoni twila) li hija dovuta fil-ġurnata li fiha ssir id-determinazzjoni;

(b)

kollateral li ddepożitat mal-kontroparti għandu jiġi ttrattat bħala obbligazzjoni lejn il-kontroparti (pożizzjoni qasira) li huwa dovut fil-ġurnata li fiha ssir id-determinazzjoni.”

Aqra:

“Għad-determinazzjoni tal-pożizzjonijiet tar-riskju, l-istituzzjonijiet għandhom jittrattaw il-kollateral kif ġej:

(a)

kollateral irċevut minn kontroparti għandu jiġi ttrattat bħala obbligazzjoni lejn il-kontroparti taħt kuntratt derivat (pożizzjoni qasira) li hija dovuta fil-ġurnata li fiha ssir id-determinazzjoni;

(b)

kollateral ddepożitat mal-kontroparti għandu jiġi ttrattat bħala pretensjoni fuq il-kontroparti (pożizzjoni twila) li hija dovuta fil-ġurnata li fiha ssir id-determinazzjoni.”.

83

Paġna 176, Artikolu 284(2)

Flok:

“2.   Sabiex il-mudell ikopri l-effetti tal-marġinazzjoni, il-mudell tal-valur tal-kollateral għandu jissodisfa r-rekwiżiti kwantitattivi, kwalitattivi u tad-data għall-mudell IMM skont din it-Taqsima…”

Aqra:

“2.   Sabiex il-mudell ikopri l-effetti tal-marġinazzjoni, il-mudell tal-valur tal-kollateral għandu jissodisfa r-rekwiżiti kwantitattivi, kwalitattivi u tad-data għall-IMM skont din it-Taqsima…”.

84

Paġna 177, Artikolu 284(8)

Flok:

“8.   Istituzzjoni tista' tuża miżura tad-distribuzzjoni kkalkulata permezz tal-mudell li huwa aktar konservattiv minn α multiplikata b'EPE effettiva kif ikkalkulata skont l-ekwazzjoni fil-paragrafu 4 għal kull kontroparti.”

Aqra:

“8.   Istituzzjoni tista' tuża miżura tad-distribuzzjoni kkalkulata permezz tal-IMM li huwa aktar konservattiv minn α multiplikata b'EPE effettiva kif ikkalkulata skont l-ekwazzjoni fil-paragrafu 4 għal kull kontroparti.”.

85

Paġna 177, Artikolu 285(1)

Flok:

“1.   Jekk is-sett ta' netting huwa soġġett għal ftehim dwar il- marġni u valutazzjoni ta' kuljum skont il-valur fis-suq, l-istituzzjoni tista' tuża waħda mill-miżuri tal-EPE li ġejjin:

(a)

l-EPE effettiva, mingħajr ma tqis l-ebda kollateral miżmum jew depożitat bħala marġni miżjuda bi kwalunkwe kollateral li kien depożitat għand il-kontroparti indipendentement mill-proċess ta' valutazzjoni u marġinazzjoni ta' kuljum jew l-iskopertura attwali;

(b)

żieda li tirrefletti ż-żieda potenzjali fl-iskopertura fil-perijodu b'riskju ta' marġni, flimkien mal-ikbar fost:

(i)

l-iskopertura attwali inkluż il-kollateral kollu miżmum jew depożitat attwalment, għajr kollateral eżerċitat jew ikkontestat;

(ii)

l-ikbar skopertura netta, inkluż kollateral taħt il-ftehim dwar il-marġni, li ma jattivax sejħa għal kollateral. Dan l-ammont għandu jirrefletti l-limiti applikabbli kollha, l-ammonti minimi ta' trasferiment, l-ammonti indipendenti u l-marġni inizjali taħt il-ftehim dwar il-marġni;

(c)

jekk il-mudell ikopri l-effetti tal-marġinazzjoni meta tiġi stmata l-EE, l-istituzzjoni tista', soġġett għall-permess tal-awtorità kompetenti, tuża l-miżura tal-EE tal-mudell direttament fl-ekwazzjoni fl-Artikolu 284(5). L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu tali permess biss jekk jivverifikaw li l-mudell ikopri b'mod xieraq l-effetti tal-marġinazzjoni meta tiġi stmata l-EE.”

Aqra:

“1.   Jekk is-sett ta' netting huwa soġġett għal ftehim dwar il-marġni u valutazzjoni ta' kuljum skont il-valur fis-suq, l-istituzzjoni għandha tikkalkula l-EPE Effettiva kif stipulat f'dan il-paragrafu. Jekk il-mudell jaqbad l-effetti tal-marġinazzjoni meta tiġi stmata l-EE, l-istituzzjoni tista', soġġett għall-permess tal-awtorità kompetenti, tuża l-miżura tal-EE tal-mudell direttament fl-ekwazzjoni fl-Artikolu 284(5). L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu tali permess biss jekk jivverifikaw li l-mudell jaqbad b'mod xieraq l-effetti tal-marġinazzjoni meta tiġi stmata l-EE. Istituzzjoni li ma rċevietx tali permess għandha tuża waħda mill-miżuri tal-EPE Effettiva li ġejjin:

(a)

EPE Effettiva, ikkalkulata mingħajr ma jitqies l-ebda kollateral miżmum jew depożitat bħala marġni miżjuda bi kwalunkwe kollateral li kien depożitat għand il-kontroparti indipendentement mill-proċess ta' valutazzjoni u marġinazzjoni ta' kuljum jew l-iskopertura attwali;

(b)

EPE Effettiva, ikkalkulata bħala ż-żieda potenzjali fl-iskopertura fil-perijodu b'riskju ta' marġni, flimkien mal-ikbar fost:

(i)

l-iskopertura attwali inkluż il-kollateral kollu miżmum jew depożitat attwalment, għajr kollateral eżerċitat jew ikkontestat;

(ii)

l-ikbar skopertura netta, inkluż kollateral taħt il-ftehim dwar il-marġni, li ma jattivax sejħa għal kollateral. Dan l-ammont għandu jirrefletti l-limiti applikabbli kollha, l-ammonti minimi ta' trasferiment, l-ammonti indipendenti u l-marġni inizjali taħt il-ftehim dwar il-marġni.”.

86

Paġna 177, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 285(1)

Flok:

“…bl-użu tal-aġġustamenti superviżorji għall-volatilità skont it-Taqsima 3 tal-Kapitolu 4 jew …”

Aqra:

“… bl-użu tal-Approċċ ta' Aġġustamenti Superviżorji għall-Volatilità skont it-Taqsima 4 tal-Kapitolu 4 jew …”.

87

Paġna 190, Artikolu 303(2) sa (5)

L-Artikolu 303(2) sa (5) huwa mħassar.

88

Paġna 193, formula fl-Artikolu 309(1)

Flok:

Formula

Aqra:

Formula

89

Paġna 205, punt (b) tal-Artikolu 338(2)

Flok:

“(a)

sottostanti li jista' jiġi assenjat għall-klassi ta' skoperturi ‘skoperturi fil-livell tal-konsumaturi’ jew għall-klassi ta' skoperturi ‘skoperturi’ ggarantiti minn ipoteka fuq proprjetà immobbli' skont l-Approċċ Standardizzat għar-riskju tal-kreditu fil-portafoll mhux tan-negozjar ta' istituzzjoni;”

Aqra:

“(a)

sottostanti li jista' jiġi assenjat għall-klassi ta' skoperturi ‘skoperturi fil-livell tal-konsumaturi’ jew għall-klassi ta' skoperturi ‘skoperturi ggarantiti permezz ta' ipoteka fuq proprjetà immobbli’ skont l-Approċċ Standardizzat għar-riskju tal-kreditu fil-portafoll mhux tan-negozjar ta' istituzzjoni;”

90

Paġna 208, Artikolu 344(2)

Flok:

“2.   Qabel id-dħul fis-seħħ tal-istandards tekniċi msemmija fil-paragrafu 1, l-istituzzjonijiet jistgħu jkomplu japplikaw it-trattament stabbilit fil-paragrafi 3 u 4, fejn …”

Aqra:

“2.   Qabel id-dħul fis-seħħ tal-istandards tekniċi msemmija fil-paragrafu 1, l-istituzzjonijiet jistgħu jkomplu japplikaw it-trattament stabbilit fit-tieni sentenza tal-paragrafu 4, fejn …”.

91

Paġna 224, Artikolu 382(4)(d)

Flok:

“(d)

transazzjonijiet ma' kontropartijiet imsemmijin fl-Artikolu 1 (4)(a) u (b) u l-Artikolu 1(5)(a), (b) u (c) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 u transazzjonijiet ma' kontropartijiet li għalihom l-Artikolu 115 ta' dan ir-Regolament jispeċifika piż tar-riskju ta' 0 % għall-iskoperturi għal dawk il-kontropartijiet.”

Aqra:

“(d)

transazzjonijiet ma' kontropartijiet imsemmijin fl-Artikolu 1(4) u (5) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 u transazzjonijiet ma' kontropartijiet li għalihom l-Artikolu 114(4) u l-Artikolu 115(2) ta' dan ir-Regolament jispeċifika piż tar-riskju ta' 0 % għall-iskoperturi għal dawk il-kontropartijiet.”.

92

Paġna 224, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 382(4)

Flok:

“L-eżenzjoni mill-ħlas ta' CVA għal dawk it-transazzjonijiet imsemmija fil-punt (c) ta' dan il-paragrafu li jsiru matul il-perijodu transizzjonali stabbilit fl-Artikolu 89(1) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 għandha tapplika għat-tul tal-kuntratt ta' dik it-transazzjoni.”

Aqra:

“L-eżenzjoni mit-tariffa għar-riskju ta' CVA għal dawk it-transazzjonijiet imsemmija fil-punt (c) ta' dan il-paragrafu li jsiru matul il-perijodu transizzjonali stabbilit fl-Artikolu 89(1) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 għandha tapplika għat-tul tal-kuntratt ta' dik it-transazzjoni.”.

93

Paġna 224, it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 382(4)

Jiżdied dan li ġej:

“Fir-rigward tal-punt (a), fejn istituzzjoni ma tibqax tkun eżentata minħabba li taqbeż il-limitu massimu tal-eżenzjoni jew minħabba bidla fil-limitu massimu tal-eżenzjoni, il-kuntratti pendenti għandhom jibqgħu eżentati sad-data tal-maturità tagħhom.”.

94

Paġna 224, l-ewwel u t-tieni subparagrafi tal-Artikolu 382(5)

Flok:

“5.   L-ABE għandha tagħmel analiżi sal-1 ta' Jannar 2015 u kull sentejn wara din is-sena, fid-dawl tal-iżviluppi regolatorji internazzjonali u inkluż dwar metodoloġiji potenzjali dwar il- kejl u l-limiti għall-applikazzjoni tal-ħlasijiet ta' CVA għall- kontropartijiet mhux finanzjarji stabbiliti f'pajjiż terz.

L-ABE f'kooperazzjoni mal-ESMA għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji biex jiġu speċifikati l-proċeduri għall-esklużjoni tat-transazzjonijiet ma' kontropartijiet mhux finanzjarji stabbiliti f'pajjiż terz mir-rekwiżit ta' fondi proprji għar-riskju ta' CVA.”

Aqra:

“5.   L-ABE għandha tagħmel analiżi sal-1 ta' Jannar 2015 u kull sentejn wara din is-sena, fid-dawl tal-iżviluppi regolatorji internazzjonali u inkluż dwar metodoloġiji potenzjali dwar il-kejl u l-limiti għall-applikazzjoni tat-tariffi għar-riskju ta' CVA għall-kontropartijiet mhux finanzjarji stabbiliti f'pajjiż terz.

L-ABE f'kooperazzjoni mal-ESMA għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji biex jiġu speċifikati l-proċeduri għall-esklużjoni tat-transazzjonijiet ma' kontropartijiet mhux finanzjarji stabbiliti f'pajjiż terz mir-rekwiżit ta' fondi proprji għat-tariffa għar-riskju ta' CVA.”.

95

Paġna 226, Artikolu 383(5)(c)

Flok:

“(c)

il-multiplikatur bi tliet darbiet użat fil-kalkolu ta' rekwiżiti ta' fondi proprji ibbażati fuq Valur fir-Riskju u Valur fir-Riskju taħt stress skont l-Artikolu 364(1) ser japplika għal dawn il-kalkoli. L-ABE għandha timmonitorja għall-konsistenza kwalunkwe diskrezzjoni superviżorja użata biex tapplika multiplikatur ogħla mill-multiplikatur bi tliet darbiet għall-inputs Valur fir-Riskju u Valur fir-Riskju taħt stress għal imposta ta' CVA. L-awtoritajiet kompetenti li japplikaw multiplikatur ogħla minn tliet darbiet għandhom jipprovdu ġustifikazzjoni bil-miktub lill-ABE;”

Aqra:

“(c)

il-fattur ta' multiplikazzjoni bi tliet darbiet użat fil-kalkolu ta' rekwiżiti ta' fondi proprji bbażati fuq Valur fir-Riskju u Valur fir-Riskju taħt stress skont l-Artikolu 364(1) ser japplika għal dawn il-kalkoli. L-ABE għandha timmonitorja għall-konsistenza kwalunkwe diskrezzjoni superviżorja użata biex tapplika fattur ta' multiplikazzjoni ogħla mill-fattur ta' multiplikazzjoni bi tliet darbiet għall-inputs Valur fir-Riskju u Valur fir-Riskju taħt stress għal tariffa għar-riskju ta' CVA. L-awtoritajiet kompetenti li japplikaw fattur ta' multiplikazzjoni ogħla minn tliet darbiet għandhom jipprovdu ġustifikazzjoni bil-miktub lill-ABE;”.

96

Paġna 228, punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 386(1)

Flok:

“(b)

swaps ta' inadempjenza tal-kreditu tal-indiċi, bil-kondizzjoni li l-bażi bejn kwalunkwe firxa individwali ta' kontroparti u l- firxiet ta' koperturi tal-iswap ta' inadempjenza tal-kreditu tal-indiċi tkun riflessa, għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti, fil-Valur fir-Riskju.”

Aqra:

“(b)

swaps ta' inadempjenza tal-kreditu tal-indiċi, bil-kondizzjoni li l-bażi bejn kwalunkwe firxa individwali ta' kontroparti u l-firxiet ta' koperturi tal-iswap ta' inadempjenza tal-kreditu tal-indiċi tkun riflessa, għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti, fil-valur fir-riskju u fil-valur fir-riskju taħt stress.”.

97

Paġna 228, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 386(1)

Flok:

“Ir-rekwiżit fil-punt (b) li l-bażi bejn kwalunkwe firxa individwali ta' kontroparti u l-firxiet ta' koperturi tal-firxiet tal-iswaps ta' inadempjenza tal-kreditu tal-indiċi tkun riflessa fil-Valur fir- Riskju għandu japplika wkoll …”

Aqra:

“Ir-rekwiżit fil-punt (b) li l-bażi bejn kwalunkwe firxa individwali ta' kontroparti u l-firxiet ta' koperturi tal-firxiet tal-iswaps ta' inadempjenza tal-kreditu tal-indiċi tkun riflessa fil-valur fir-riskju u fil-valur fir-riskju taħt stress għandu japplika wkoll …”.

98

Paġna 228, ir-raba' subparagrafu tal-Artikolu 386(1)

Flok:

“…l-istituzzjoni, f'dak il-każ, għandha tirrifletti biss 50 % tal-ammont nozzjonali tal-koperturi tal-indiċi fil-Valur fir-Riskju.”

Aqra:

“… l-istituzzjoni, f'dak il-każ, għandha tirrifletti biss 50 % tal-ammont nozzjonali tal-koperturi tal-indiċi fil-valur fir-riskju u fil-valur fir-riskju taħt stress.”.

99

Paġna 230, test introduttiv tal-Artikolu 394(2)

Flok:

“…kif ukoll l-akbar 10 iskoperturi tagħha fuq bazi kkonsolidata lil entitajiet finanzjarji mhux regolati, inklużi…”

Aqra:

“… kif ukoll l-akbar 10 skoperturi tagħha fuq bażi kkonsolidata lil entitajiet tas-settur finanzjarju mhux regolati, inklużi…”.

100

Paġna 236, test introduttiv tal-Artikolu 402(1)

Flok:

“1.   Għall-kalkolu tal-valur tal-iskoperturi għall-finijiet tal-Artikolu 395, istituzzjoni tista' tnaqqas il-valur ta' skopertura jew kwalunkwe parti ta' skopertura totalment iggarantita minn proprjetà immobbli skont l-Artikolu 125(1) bl-ammont mirhun tal-valur tas-suq jew tas-self b'ipoteka tal-proprjetà kkonċernata …”

Aqra:

“1.   Għall-kalkolu tal-valur tal-iskoperturi għall-finijiet tal-Artikolu 395, istituzzjoni tista' tnaqqas il-valur ta' skopertura jew kwalunkwe parti ta' skopertura totalment iggarantita permezz ta' proprjetà immobbli skont l-Artikolu 125(1) bl-ammont mirhun tal-valur tas-suq jew tas-self b'ipoteka tal-proprjetà immobbli kkonċernata…”.

101

Paġna 236, punt (a) tal-Artikolu 402(1)

Flok:

“(a)

l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ma jkunux stabbilixxew piż ta' riskju ogħla minn 35 % għal skoperturi jew partijiet minn skoperturi ggarantiti minn proprjetà immobbli kummerċjali skont l-Artikolu 124(2);”

Aqra:

“(a)

l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ma jkunux stabbilixxew piż ta' riskju ogħla minn 35 % għal skoperturi jew partijiet minn skoperturi ggarantiti permezz ta' proprjetà residenzjali skont l-Artikolu 124(2);”.

102

Paġna 236, test introduttiv tal-Artikolu 402(2)

Flok:

“2.   Għal kalkolu tal-valur tal-iskoperturi għall-finijiet tal-Artikolu 395, istituzzjoni tista' tnaqqas il-valur ta' skopertura jew kwalunkwe parti ta' skopertura totalment iggarantita minn proprjetà immobbli skont l-Artikolu 126(1) bl-ammont mirhun tal-valur tas-suq jew tas-self b'ipoteka tal-proprjetà kkonċernata …”

Aqra:

“2.   Għal kalkolu tal-valur tal-iskoperturi għall-finijiet tal-Artikolu 395, istituzzjoni tista' tnaqqas il-valur ta' skopertura jew kwalunkwe parti ta' skopertura totalment iggarantita permezz ta' proprjetà immobbli skont l-Artikolu 126(1) bl-ammont mirhun tal-valur tas-suq jew tas-self b'ipoteka tal-proprjetà immobbli kkonċernata …”.

103

Paġna 236, punt (a) tal-Artikolu 402(2)

Flok:

“(a)

l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ma jkunux stabbilixxew piż ta' riskju ogħla minn 50 % għal skoperturi jew partijiet minn skoperturi ggarantiti minn proprjetà immobbli kummerċjali skont l-Artikolu 124(2);”

Aqra:

“(a)

l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ma jkunux stabbilixxew piż ta' riskju ogħla minn 50 % għal skoperturi jew partijiet minn skoperturi iggarantiti permezz ta' proprjetà immobbli kummerċjali skont l-Artikolu 124(2);”.

104

Paġna 236, punt (b)(ii) tal-Artikolu 402(2)

Flok:

“(ii)

uffiċċji jew bini kummerċjali ieħor u l-iskoperturi kienu relatati ma' transazzjonijiet ta' kiri ta' proprjetà;”

Aqra:

“(ii)

permezz ta' uffiċċji jew bini kummerċjali ieħor u l-iskoperturi relatati ma' transazzjonijiet ta' kiri ta' proprjetà immobbli;”.

105

Paġna 237, punt (d) tal-Artikolu 402(2)

Flok:

“(d)

il-proprjetà kummerċjali tkun kompletament mibnija..”

Aqra:

“(d)

il-proprjetà immobbli kummerċjali tkun kompletament mibnija.”.

106

Paġna 242, test introduttiv tal-Artikolu 415(5)

Flok:

“5.   …l-awtoritajiet kompetenti li jwettqu superviżjoni fuq bażi konsolidata skont l-Artikolu 112 tad-Direttiva 2013/36/UE għandhom …”

Aqra:

“5.   …l-awtoritajiet kompetenti li jwettqu superviżjoni fuq bażi konsolidata skont l-Artikolu 111 tad-Direttiva 2013/36/UE għandhom …”.

107

Paġna 243, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 416(3)

Flok:

“Il-kondizzjonijiet imsemmijin fil-punti (c), (d) u (e) tal-ewwel subparagrafu m'għandhomx japplikawx għall-assi msemmijin fil-punt(e) tal-paragrafu 1.”

Aqra:

“Il-kondizzjonijiet imsemmijin fil-punti (c), (d) u (e) tal-ewwel subparagrafu m'għandhomx japplikaw għall-assi msemmijin fil-punti (a), (e) u (f) tal-paragrafu 1.”.

108

Paġna 244, punt (d) tal-Artikolu 417

Flok:

“(d)

parti mill-assi likwidi ħlief dawk imsemmija fil-punti (a), (c) u (e) tal-Artikolu 416(1), tkun perijodikament u mill-anqas darba fis-sena likwidata …”

Aqra:

“(d)

parti mill-assi likwidi ħlief dawk imsemmijin fil-punti (a), (c), (e) u (f) tal-Artikolu 416(1), tkun perijodikament u mill-anqas darba fis-sena likwidata …”.

109

Paġna 250, it-tieni sentenza tal-Artikolu 424(6)

Flok:

“B'deroga mill-punt (d) tal-Artikolu 425(2), fejn dak is-self promozzjonali jingħata …”

Aqra:

“B'deroga mill-punt (g) tal-Artikolu 425(2), fejn dak is-self promozzjonali jingħata …”.

110

Paġna 251, punt (b)(iv) tal-Artikolu 427(1)

Flok:

“…jew skema ta' garanzija tad- depożiti ekwivalenti f'garanziji tad-depożiti ta' pajjiż terz fit-termini tal-Artikolu 421(2)”

Aqra:

“…jew skema ta' garanzija tad-depożiti ekwivalenti f'garanziji tad-depożiti ta' pajjiż terz fit-termini tal-Artikolu 421(1)”.

111

Paġna 252, punti (h)(i) u (ii) tal-Artikolu 428(1)

Flok:

“(i)

ikkollateralizzati bi proprjetà immobbli kummerċjali (CRE);

(ii)

ikkollateralizzati bi proprjetà immobbli residenzjali (RRE);”

Aqra:

“(i)

ikkollateralizzati bi proprjetà immobbli kummerċjali (CRE);

(ii)

ikkollateralizzati bi proprjetà residenzjali (RRE);”.

112

Paġna 259, punt (e) tal-Artikolu 447

Flok:

“(e)

it-total ta' qligħ jew telf mhux realizzat, it-total tal-qligħ jew it-telf moħbi ta' rivalutazzjoni, u kull wieħed minn dawn l-ammonti inkluż fil-fondi proprji oriġinali jew addizzjonali.”

Aqra:

“(e)

it-total ta' qligħ jew telf mhux realizzat, it-total tal-qligħ jew it-telf moħbi ta' rivalutazzjoni, u kull wieħed minn dawn l-ammonti inklużi fil-kapital ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1.”.

113

Paġna 266, punt (d)(vi) tal-Artikolu 458(2)

Flok:

“(vi)

piżijiet tar-riskju għall-individwar ta' bżieżaq spekulattivi ta' assi fis-settur tal-proprjetà residenzjali u kummerċjali; jew”

Aqra:

“(vi)

piżijiet tar-riskju għall-individwar ta' bżieżaq spekulattivi ta' assi fis-settur tal-proprjetà residenzjali u tal-proprjetà immobbli kummerċjali; jew”.

114

Paġna 269, it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 468(2)

Flok:

“Mill-1 ta' Jannar 2015, fejn taħt l-Artikolu 467 awtorità kompetenti teħtieġ lil istituzzjonijiet li jinkludu perċentwal ta' telf mhux realizzat ikkalkulat b'valur ġust fil-kalkolu tal-kapital ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 dik l-awtorità kompetenti ma għandhiex tistabbilixxi perċentwal applikabbli għal qligħ mhux realizzat taħt il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu li jaqbeż il-perċentwal applikabbli għal telf mhux realizzat stabbilit skont l-Artikolu 467.”

Aqra:

“Mill-1 ta' Jannar 2015, fejn taħt l-Artikolu 467 awtorità kompetenti teħtieġ li l-istituzzjonijiet li jinkludu perċentwal ta' telf mhux realizzat ikkalkulat b'valur ġust fil-kalkolu tal-kapital ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1, dik l-awtorità kompetenti ma għandhiex tistabbilixxi perċentwal applikabbli għal qligħ mhux realizzat taħt il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu li jirriżulta f'perċentwal tal-qligħ mhux realizzat li huwa inkluż fil-kalkolazzjoni tal-kapital ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 li jaqbeż il-perċentwal applikabbli għal telf mhux realizzat stabbilit skont l-Artikolu 467.”

115

Paġna 270, Artikolu 468(3)

Flok:

“3.   L-awtoritajiet kompetenti għandhomjiddeterminaw u jippubblikaw il-perċentwal applikabbli tal-qligħ mhux realizzat fil-meded speċifikati fil-punti (a) sa (c) tal-paragrafu 2 li ma tneħħiex mill-kapital ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1.”

Aqra:

“3.   L-awtoritajiet kompetenti għandhomjiddeterminaw u jippubblikaw il-perċentwal applikabbli tal-qligħ mhux realizzat fil-meded speċifikati fil-punti (a) sa (c) tal-paragrafu 2 li tneħħa mill-kapital ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1.”.

116

Paġna 270, Artikolu 468(4)

Flok:

“4.   B'deroga mill-Artikolu 33(1), matul il-perijodu mill-1 ta' Jannar 2013 sal-31 ta' Diċembru 2017, l-istituzzjonijiet għandhom jinkludu fil-fondi proprji tagħhom il-perċentwal applikabbli, kif speċifikat fl-Artikolu 478, tal-qligħ u telf b'valur ġust minn obbligazzjonijiet tad-derivati li jirriżultaw mir-riskju tal-kreditu proprju tagħhom.”

Aqra:

“4.   B'deroga mill-Artikolu 33(1)(c), matul il-perijodu mill-1 ta' Jannar 2013 sal-31 ta' Diċembru 2017, l-istituzzjonijiet m'għandhomx jinkludu fil-fondi proprji tagħhom il-perċentwal applikabbli, kif speċifikat fl-Artikolu 478, tal-qligħ u telf b'valur ġust minn obbligazzjonijiet tad-derivati li jirriżultaw minn tibdil fl-istat tal-kreditu proprju tal-istituzzjoni. Il-perċentwal applikat għat-telf b'valur ġust li jirriżulta minn tibdil fl-istat tal-kreditu proprju tal-istituzzjoni m'għandux jeċċedi l-perċentwal applikat għall-qligħ b'valur ġust li jirriżulta minn tibdil fl-istat tal-kreditu proprju tal-istituzzjoni”.

117

Paġna 275, l-ewwel sentenza tal-Artikolu 481(2)

Flok:

“B'deroga mill-Artikolu 36(1)(i) u l-Artikolu 49(1) u (3), matul il-perijodu minn 1 ta' Jannar 2014 sal-31 ta' Diċembru 2014, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jeħtieġu jew jippermettu lill-istituzzjonijiet li japplikaw il-metodi msemmija fl-Artikolu 49(1) meta r-rekwiżiti stipulati fil-punti (b) u (e) tal-Artikolu 49(1) mhumiex sodisfatti, pjuttost mit-tnaqqis meħtieġ skont l-Artikolu 36(1).”

Aqra:

“B'deroga mill-Artikolu 36(1)(i) u l-Artikolu 49(1), matul il-perijodu mill-1 ta' Jannar 2014 sal-31 ta' Diċembru 2014, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jeħtieġu jew jippermettu lill-istituzzjonijiet li japplikaw il-metodi msemmija fl-Artikolu 49(1) meta r-rekwiżiti stipulati fil-punt (b) tal-Artikolu 49(1) ma jkunux sodisfatti, aktar milli jsir it-tnaqqis meħtieġ skont l-Artikolu 36(1).”.

118

Paġna 276, il-punti (c) u (d) tal-Artikolu 483(1)

Flok:

“(c)

l-istrumenti ġew ikkunsidrati kompatibbli mas-suq intern mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 107 tat-TFUE;

(d)

fil-każijiet fejn l-istrumenti jkunu sottoskritti kemm mill-Istat Membru kif ukoll minn investituri privati, fejn ikun hemm tifdija parzjali tal-istrumenti sottoskritti mill-Istat Membru, sehem korrispondenti tal-parti tal-istrumenti sottoskritta privatament għandha tingħata anterjorità skont l-Artikolu 484. Meta l-istrumenti kollha sottoskritti mill-Istat Membru jkunu ġew mifdija, l-istrumenti sottoskritti minn investituri privati li jkun fadal għandhom jingħataw anterjorità skont l-Artikolu 484.”

Aqra:

“(c)

l-istrumenti ġew ikkunsidrati kompatibbli mas-suq intern mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 107 tat-TFUE.

Fejn l-istrumenti jkunu sottoskritti kemm mill-Istat Membru kif ukoll minn investituri privati u jkun hemm tifdija parzjali tal-istrumenti sottoskritti mill-Istat Membru, sehem korrispondenti tal-parti tal-istrumenti sottoskritta privatament għandha tingħata anterjorità skont l-Artikolu 484. Meta l-istrumenti kollha sottoskritti mill-Istat Membru jkunu ġew mifdija, l-istrumenti sottoskritti minn investituri privati li jkun fadal għandhom jingħataw anterjorità skont l-Artikolu 484.”.

119

Paġna 277, Artikolu 484(1)

Flok:

“1.   Dan l-Artikolu għandu japplika biss għal strumenti u elementi li nħarġu jew kienu eliġibbli bħala fondi proprji qabel il-31 ta' Diċembru 2011 u mhumiex dawk imsemmija fl-Artikolu 483(1).”

Aqra:

“1.   Dan l-Artikolu għandu japplika biss għal strumenti u elementi li nħarġu fi jew qabel il-31 ta' Diċembru 2011 u li kienu eliġibbli bħala fondi proprji fil-31 ta' Diċembru 2011 u mhumiex dawk imsemmija fl-Artikolu 483(1).”

120

Paġna 278, punt (c) tal-Artikolu 486(4)

Flok:

“(c)

l-ammont nominali ta' kapital subordinat ta' self li jkun għadu maħruġ fil-31 ta' Diċembru, imnaqqas mill-ammont…”

Aqra:

“(c)

l-ammont nominali ta' kapital subordinat ta' self li jkun baqa' maħruġ fil-31 ta' Diċembru 2012, imnaqqas bl-ammont…”.

121

Paġna 279, Artikolu 489(1)

Flok:

“…għandhom ikunu soġġett għar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 7 ta' dan l-Artikolu.”

Aqra:

“…għandhom ikunu soġġetti għal dan l-Artikolu.”.

122

Paġna 280, Artikolu 490(1)

Flok:

“…għandhom ikunu soġġetti għar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 7 ta' dan l-Artikolu.”

Aqra:

“… għandhom ikunu soġġetti għal dan l-Artikolu.”.

123

Paġna 280, test introduttiv tal-Artikolu 490(4)

Flok:

“4.   L-elementi ma għandhomx jikkwalifikaw bħala elementi ta' Grad 2 mill-1 ta' Jannar 2013 fejn jintlaħqu l-kondizzjonijiet li ġejjin:”

Aqra:

“4.   L-elementi ma għandhomx jikkwalifikaw bħala elementi ta' Grad 2 mill-1 ta' Jannar 2014 fejn jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet li ġejjin:”.

124

Paġna 282, test introduttiv tal-Artikolu 494

Flok:

“Permezz ta' deroga mill-punt (71)(b) tal-Artikolu 4(1), il-kapital eliġibbli jista' jinkludi l-kapital ta' Grad 2 sa l-ammonti li ġejjin:”

Aqra:

“Permezz ta' deroga mill-punti (71)(a)(ii) u (b)(ii) tal-Artikolu 4(1), il-kapital eliġibbli jista' jinkludi l-kapital ta' Grad 2 sa l-ammonti li ġejjin:”.

125

Paġna 283, Artikolu 495(2)

Flok:

“2.   Fil-kalkolu tal-ammonti ta' skoperturi ppeżati skont ir-riskju għall-għanijiet tal-Artikolu 114(4), sal-31 ta' Diċembru 2015 l-istess piz tar-riskju…”

Aqra:

“2.   Fil-kalkolu tal-ammonti ta' skoperturi ppeżati skont ir-riskju għall-għanijiet tal-Artikolu 114(4), sal-31 ta' Diċembru 2017 l-istess piż tar-riskju…”.

126

Paġna 283, test introduttiv tal-Artikolu 496(1)

Flok:

“1.   Sal-31 ta' Diċembru 2017, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jeżentaw kompletament jew parzjalment mil-limitu ta' 10 % lill-unitajiet prijoritarji maħruġa minn French Fonds Communs de Créances jew minn entitajiet ta' titolazzjoni li huma ekwivalenti għall-French Fonds Communs de Créances stabbiliti fil-punti (d) u (e) tal-Artikolu 129(1), dment li jiġu sodisfatti ż-żewġ kondizzjonijiet li ġejjin:”

Aqra:

“1.   Sal-31 ta' Diċembru 2017, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jeżentaw totalment jew parzjalment mil-limitu ta' 10 % lill-unitajiet prijoritarji maħruġa minn French Fonds Communs de Créances jew minn entitajiet ta' titolazzjoni li huma ekwivalenti għall-French Fonds Communs de Créances stabbiliti fil-punti (d) u (f) tal-Artikolu 129(1), dment li jiġu sodisfatti ż-żewġ kondizzjonijiet li ġejjin:”.

127

Paġna 283, punt (a) tal-Artikolu 496(1)

Flok:

“(a)

l-iskoperturi fuq proprjetà immobbli residenzjali jew kummerċjali titolizzati kienu oriġinati minn membru tal-istess grupp konsolidat …”

Aqra:

“(a)

l-iskoperturi fuq proprjetà residenzjali jew proprjetà immobbli kummerċjali titolizzati kienu oriġinati minn membru tal-istess grupp konsolidat …”

128

Paġna 283, Artikolu 496(2)

Flok:

“2.   Sal-31 ta' Diċembru 2014, għall-finijiet tal-punt (c) tal-Artikolu 129(1), l-iskoperturi prijoritarji mhux garantiti tal-istituzzjonijiet li kkwalifikaw għal piż tar-riskju ta' 20 % skont il-liġi nazzjonali qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament għandhom jitqiesu li jikkwalifikaw għal-livell 1 ta' kwalità ta' kreditu.”

Aqra:

“2.   Sal-31 ta' Diċembru 2014, għall-finijiet tal-punt (c) tal-Artikolu 129(1), l-iskoperturi prijoritarji mhux iggarantiti tal-istituzzjonijiet li kkwalifikaw għal piż tar-riskju ta' 20 % skont il-liġi nazzjonali qabel it-28 ta' Ġunju 2013 għandhom jitqiesu li jikkwalifikaw għal-livell 1 ta' kwalità ta' kreditu.”.

129

Paġna 283, Artikolu 496(3)

Flok:

“3.   Sal-31 ta' Diċembru 2014, għall-finijiet tal-Artikolu 129(5), l-iskoperturi prijoritarji mhux garantiti tal-istituzzjonijiet li kkwalifikaw għal piż tar-riskju ta' 20 % skont il-liġi nazzjonali qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament għandhom jitqiesu li jikkwalifikaw għal piż ta' riskju ta' 20 %.”

Aqra:

“3.   Sal-31 ta' Diċembru 2014, għall-finijiet tal-Artikolu 129(5), l-iskoperturi prijoritarji mhux iggarantiti tal-istituzzjonijiet li kkwalifikaw għal piż tar-riskju ta' 20 % skont il-liġi nazzjonali qabel it-28 ta' Ġunju 2013 għandhom jitqiesu li jikkwalifikaw għal piż ta' riskju ta' 20 %.”.

130

Paġna 283, Artikolu 497(1)

Flok:

“1.   Sa 15-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tal-aħħar wieħed mill-ħdax-il standard regolatorju tekniku msemmija fl-aħħar tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 89(3) tar-Regolament (UE) 648/2012, jew sakemm tittieħed deċiżjoni skont l-Artikolu 14 ta' dak ir-Regolament dwar l-awtorizzazzjoni tas-CCP, skont liema data tiġi l-ewwel, istituzzjoni tista' tikkunsidra dik is-CCP li tkun QCCP, dment li l-kondizzjoni stabbilita fl-ewwel parti ta' dak is-subparagrafu tkun ġiet sodisfatta.”

Aqra:

“1.   Sa 15-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tal-aħħar wieħed mill-istandards regolatorji tekniċi msemmija fl-Artikoli 16, 25, 26, 29, 34, 41, 42, 44, 45, 47 u 49 tar-Regolament Nru (UE) 648/2012, jew sakemm tittieħed deċiżjoni skont l-Artikolu 14 ta' dak ir-Regolament dwar l-awtorizzazzjoni tas-CCP, skont liema tiġi l-ewwel, istituzzjoni tista' tikkunsidra dik is-CCP li tkun QCCP, dment li s-CCP tkun awtorizzata fl-Istat Membru ta' stabbiliment tagħha biex tipprovdi servizzi ta' kklerjar skont il-liġi nazzjonali ta' dak l-Istat Membru qabel mal-istandards regolatorji tekniċi fl-Artikoli 5, 8 sa 11, 16, 18, 25, 26, 29, 34, 41, 42, 44, 45, 46, 47, 49, 56 u 81 ta' dak ir-Regolament ikunu ġew adottati.”.

131

Paġna 283, Artikolu 497(2)

Flok:

“2.   Sa 15-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tal-aħħar mill-għaxar standards regolatorji tekniċi msemmija fl-aħħar tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 89(3) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, jew sakemm tittieħed deċiżjoni skont l-Artikolu 25 ta' dak ir-Regolament dwar ir-rikonoxximent tas-CCP stabbilita f'pajjiż terz, skont liema data tiġi l-ewwel, istituzzjoni tista' tikkunsidra dik is-CCP li tkun QCCP,”

Aqra:

“2.   Sa 15-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tal-aħħar mill-istandards regolatorji tekniċi msemmija fl-Artikoli 16, 26, 29, 34, 41, 42, 44, 45, 47 u 49 tar-Regolament (UE) 648/2012, jew sakemm tittieħed deċiżjoni skont l-Artikolu 25 ta' dak ir-Regolament dwar ir-rikonoxximent tas-CCP stabbilita f'pajjiż terz, skont liema tiġi l-ewwel, istituzzjoni tista' tikkunsidra dik is-CCP li tkun QCCP,”.

132

Paġna 291, Artikolu 520 (li jemenda l-Artikolu 50a(1) tar-Regolament 648/2012)

Flok:

“1.   Għall-finijiet tal-Artikolu 308 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 26 ta' June 2013 dwar rekwiżiti prudenzjali għal istituzzjonijiet ta' kreditu u ditti ta' investiment (*) fejn CCP tkun irċeviet in-notifika msemmija fl-Artikolu 301(2)(b) ta' dak ir-Regolament, huwa għandu jikkalkula l-KCCP kif speċifikat fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għal kull kuntratt u transazzjoni li jikklerja għall-membri tal-ikklerjar tiegħu kollha li jaqgħu fil- kopertura tal-fond ta' inadempjenza partikolari.”

Aqra:

“1.   Għall-finijiet tal-Artikolu 308 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar rekwiżiti prudenzjali għal istituzzjonijiet ta' kreditu u ditti ta' investiment (*), CCP għandha tikkalkula l-KCCP kif speċifikat fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għal kull kuntratt u transazzjoni li jikklerja għall-membri tal-ikklerjar tiegħu kollha li jaqgħu fil-kopertura tal-fond ta' inadempjenza partikolari.”.

133

Paġna 292, Artikolu 520 (li jemenda l-Artikolu 50a(2) tar-Regolament 648/2012)

Jiżdied il-paragrafu li ġej qabel il-paragrafu 3:

“Il-valuri kollha fil-formula fl-ewwel subparagrafu jirreferu għall-valutazzjoni fi tmiem tal-jum preċedenti ta' dak li fih il-marġni mitlub fuq il-marġni finali ta' tali jum jiġi skambjat.”.

134

Paġna 292, Artikolu 520 (li jemenda l-Artikolu 50b(a)(i) tar-Regolament 648/2012)

Flok:

“(i)

għal skoperturi li jirriżultaw minn kuntratti u transazzjonijiet elenkati fl-Artikolu 301(1) (a) u (d) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;”

Aqra:

“(i)

għal skoperturi li jirriżultaw minn kuntratti u transazzjonijiet elenkati fl-Artikolu 301(1) (a) u (d) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 hija għandha tikkalkulhom f'konformità mal-metodu ta' ppeżar skont il-valur fis-suq stipulat fl-Artikolu 274 tiegħu;”.

135

Paġna 292, Artikolu 520 (li jemenda l-Artikolu 50b(d) tar-Regolament 648/2012)

Il-punt (d) tal-Artikolu 50b huwa mħassar

136

Paġna 292, Artikolu 520 (li jemenda l-Artikolu 50b(g) tar-Regolament 648/2012)

Il-punt (g) tal-Artikolu 50b huwa mħassar

137

Paġna 293, Artikolu 520 (li jemenda l-Artikolu 50c(1)(e) u (f) tar-Regolament 648/2012)

Flok:

“(e)

il-fattur ta' konċentrazzjoni (β), kif stipulat fl-Artikolu 50d;

(f)

is-somma tal-kontribuzzjonijiet kollha kuntrattwalment impenjati

Formula

.”

Aqra:

“(e)

il-fattur ta' konċentrazzjoni (β), kif stipulat fl-Artikolu 50d.”.

138

Paġna 294, Artikolu 520 (li jemenda l-Artikolu 50b(i)(ii) tar-Regolament 648/2012)

Flok:

“(ii)

għal perijodu ta' tliet xhur, tista' tuża valur tal-NGR ta' 0,3 biex tagħmel il-kalkolu tal-PCE red speċifikat fil-punt (g);”

Aqra:

“(ii)

għal perijodu ta' tliet xhur, tista' tuża valur tal-NGR ta' 0,3 biex tagħmel il-kalkolu tal-PCE red speċifikat fil-punt (h) ta' dan l-Artikolu;”.

139

Paġna 294, Artikolu 520 (li jemenda l-Artikolu 89(5a) tar-Regolament 648/2012)

Flok:

“5a.   Sa 15-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tal- aħħar wieħed mill-ħdax-il standard tekniku regolatorju msemmijin fl-aħħar tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 3, jew sakemm tittieħed deċiżjoni taħt l-Artikolu 14 dwar l- awtorizzazzjoni tas-CCP, skont liema data tiġi l-ewwel, dik is-CCP għandha tapplika t-trattament speċifikat fit-tielet subparagrafu ta' dan il-paragrafu.

Sa 15-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tal-aħħar wieħed mill-ħdax-il standard tekniku regolatorju msemmijin fl-aħħar tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 3, jew sakemm tittieħed deċiżjoni taħt l-Artikolu 25 dwar ir-rikonoxximent tas-CCP, skont liema data tiġi l-ewwel, dik is-CCP għandha tapplika t-trattament speċifikat fit-tielet subparagrafu ta' dan il-paragrafu.

Fejn CCP ma għandhiex fond ta' inadempjenza u ma għandhiex fis-seħħ arranġament vinkolanti mal-membri ta' kklerjar tagħha li jippermettilha tuża l-marġni inizjali kollu jew parti minnu rċevut mill-membri ta' kklerjar tagħha daqs li kieku kienu kontribuzzjonijiet prefinanzjati, l-informazzjoni li hija għandha tirrapporta skont l-Artikolu 50c(1) għandha tinkludi l-ammont totali tal-marġni inizjali li tkun irċeviet mill-membri ta' kklerjar tagħha.

Il-limiti ta' żmien fl-ewwel u t-tieni subparagrafi ta' dan il- paragrafu jistgħu jiġu estiżi b'sitt xhur addizzjonali fejn il-Kummissjoni tkun adottat l-att ta' implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 497(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.”

Aqra:

“5a.   Sa 15-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tal-aħħar wieħed mill-istandards tekniċi regolatorji msemmijin fl-Artikoli 16, 25, 26, 29, 34, 41, 42, 44, 45, 47 u 49, jew sakemm tittieħed deċiżjoni taħt l-Artikolu 14 dwar l-awtorizzazzjoni tas-CCP, skont liema tiġi l-ewwel, dik is-CCP għandha tapplika t-trattament speċifikat fit-tielet subparagrafu ta' dan il-paragrafu.

Sa 15-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tal-aħħar wieħed mill-istandards tekniċi regolatorji msemmijin fl-Artikoli 16, 26, 29, 34, 41, 42, 44, 45, 47 u 49, jew sakemm tittieħed deċiżjoni taħt l-Artikolu 25 dwar ir-rikonoxximent tas-CCP, skont liema tiġi l-ewwel, dik is-CCP għandha tapplika t-trattament speċifikat fit-tielet subparagrafu ta' dan il-paragrafu.

Sal-limiti ta' żmien stipulati fil-ewwel żewġ subparagrafi ta' dan il-paragrafu, u soġġetta għar-raba' subparagrafu ta' dan il-paragrafu, fejn CCP la għandha fond ta' inadempjenza u lanqas m'għandha fis-seħħ arranġament vinkolanti mal-membri ta' kklerjar tagħha li jippermettilha tuża l-marġni inizjali kollu jew parti minnu rċevut mill-membri ta' kklerjar tagħha daqs li kieku kienu kontribuzzjonijiet prefinanzjati, l-informazzjoni li hija għandha tirrapporta skont l-Artikolu 50c(1) għandha tinkludi l-ammont totali tal-marġni inizjali li tkun irċeviet mill-membri ta' kklerjar tagħha.

Il-limiti ta' żmien imsemmija fl-ewwel u t-tieni subparagrafi ta' dan il-paragrafu jistgħu jiġu estiżi b'sitt xhur skont l-att ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni adottat skont l-Artikolu 497(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.”


Top