This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32013R0575
Regulation (EU) No 575/2013 of the European Parliament and of the Council of 26 June 2013 on prudential requirements for credit institutions and investment firms and amending Regulation (EU) No 648/2012 Text with EEA relevance
Regolament (UE) 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 Test b’relevanza għaż-ŻEE
Regolament (UE) 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1–337
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force: This act has been changed. Current consolidated version: 09/07/2024
27.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 176/1 |
REGOLAMENT (UE) 575/2013 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tas-26 ta’ Ġunju 2013
dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara t-trasmissjoni tal-abbozz ta’ att leġislattiv lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (1),
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2),
Waqt li jaġixxu f'konformità mal-proċedura leġislattiva ordinarja,
Billi:
(1) |
Id-Dikjarazzjoni tal-G-20 tat-2 ta’ April 2009 dwar it-Tisħiħ tas-Sistema Finanzjarja għamlet appell għal sforzi konsistenti fuq livell internazzjonali li jkunu mmirati lejn it-tisħiħ tat-trasparenza, l-obbligu ta' rendikont u r-regolamentazzjoni permezz ta' titjib fil-kwantità u l-kwalità ta' kapital fis-sistema bankarja ladarba jkun żgurat ir-rilanċ ekonomiku. Dik id-dikjarazzjoni għamlet appell wkoll għall-introduzzjoni ta’ miżura supplimentari mhux ibbażata fuq ir-riskju li jkun fiha l-akkumulazzjoni tal-lieva finanzjarja fis-sistema bankarja u l-iżvilupp ta’ qafas għal riżervi ta' likwidità aktar b'saħħithom. Bi tweġiba għall-mandat mogħti mill-G-20, f’Settembru 2009, il-Grupp tal-Gvernaturi tal-Banek Ċentrali u l-Kapijiet tas-Superviżjoni (GHOS) qabel dwar għadd ta’ miżuri li jsaħħu r-regolamentazzjoni tas-settur bankarju. Dawk il-miżuri ġew approvati mill-mexxejja tal-G-20 fis-Summit tagħhom f’Pittsburgh fl-24-25 ta’ Settembru 2009 u ġew stipulati fid-dettall f’Diċembru 2009. F’Lulju u Settembru 2010, il-GHOS ħareġ żewġ dikjarazzjonijiet oħrajn rigward it-tfassil u l-kalibrar ta’ dawk il-miżuri ġodda, u f’Diċembru 2010, il-Kumitat ta’ Basel dwar is-Superviżjoni Bankarja (BCBS) ippubblika l-miżuri finali, li jissejħu l-qafas ta' Basel III. |
(2) |
Il-Grupp ta’ Livell Għoli dwar is-Sorveljanza Finanzjarja fl-UE ppresedut minn Jacques de Larosière (il-"Grupp de Larosière") stieden lill-Unjoni biex tiżviluppa sett aktar armonizzat ta’ regolamenti finanzjarji. Fil-kuntest tal-arkitettura superviżorja Ewropea futura, il-Kunsill Ewropew tat-18 u d-19 ta’ Ġunju 2009 enfasizza wkoll il-ħtieġa li tiġi stabbilita ‘Ġabra Unika Ewropea ta' Regoli’ applikabbli għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti ta' investiment kollha fis-suq intern. |
(3) |
Kif iddikjarat fir-rapport tal-Grupp de Larosière tal-25 ta’ Frar 2009 (ir-"rapport de Larosière"), "Stat Membru għandu jkun jista' jadotta miżuri regolatorji nazzjonali aktar stretti li jitqiesu li huma adattati lokalment għas-salvagwardja tal-istabbiltà finanzjarja sakemm il-prinċipji tas-suq intern u l-istandards ewlenin minimi miftiehma jkunu rispettati". |
(4) |
Id-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 rigward il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu (3) u d-Direttiva 2006/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 dwar l-adegwatezza tal-kapital ta’ kumpanniji tal-investiment u l-istituzzjonijiet ta’ kreditu (4) ġew emendati b’mod sinifikanti f’diversi okkażjonijiet. Ħafna dispożizzjonijiet tad-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE huma applikabbli kemm għall-istituzzjonijiet ta' kreditu kif ukoll għad-ditti ta' investiment. Sabiex l-affarijiet ikunu ċari u sabiex tiġi żgurata applikazzjoni koerenti ta' dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jingħaqdu f'atti leġislattivi ġodda li huma applikabbli kemm għal istituzzjonijiet ta' kreditu kif ukoll għal ditti ta' investiment, prinċipalment dan ir-Regolament u d-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5). Għal aċċessibbiltà akbar, id-dispożizzjonijiet tal-Annessi għad-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE għandhom jiġu integrati fid-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2013/36/UE u dan ir-Regolament. |
(5) |
Flimkien, dan ir-Regolament u d-Direttiva 2013/36/UE għandhom jiffurmaw il-qafas ġuridiku li jirregola l-aċċess għall-attività, il-qafas superviżorju u r-regoli prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti ta' investiment (imsejħa flimkien bħala "istituzzjonijiet"). Għaldaqstant, dan ir-Regolament għandu jinqara flimkien ma' dik id- Direttiva. |
(6) |
Id-Direttiva 2013/36/UE, ibbażata fuq l-Artikolu 53(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) għandu, fost l-oħrajn, ikun fiha d-dispożizzjonijiet rigward l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet, il-modalitajiet għall-governanza tagħhom, u l-qafas superviżorju tagħhom, bħad-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-awtorizzazzjoni tan-negozju, l-akkwist ta' holdings azzjonarji kwalifikanti, l-eżerċizzju tal-libertà tal-istabbiliment u tal-libertà ta' forniment ta' servizzi, is-setgħat tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tal-oriġni u dak ospitanti f'dan ir-rigward u d-dispożizzjonijiet li jirregolaw il-kapital inizjali u l-analiżi superviżorja tal-istituzzjonijiet. |
(7) |
Dan ir-Regolament għandu, fost l-oħrajn, ikun fih ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet marbutin strettament mal-funzjonament tas-swieq tas-servizzi bankarji u finanzjarji u huma maħsuba biex jiżguraw l-istabbiltà finanzjarja tal-operaturi f’dawk is-swieq kif ukoll livell għoli ta’ protezzjoni tal-investituri u d-depożituri. Dan ir-Regolament għandu l-għan li jikkontribwixxi b’mod determinanti għall-funzjonament bla xkiel tas-suq intern u konsegwentement, għandu jkun ibbażat fuq id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 114 TFUE, kif interpretat f’konformità mal-każistika konsistenti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. |
(8) |
Id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE, għalkemm armonizzaw ir-regoli tal-Istati Membri fil-qasam tas-superviżjoni prudenzjali sa ċertu grad, jinkludu numru sinifikanti ta’ opzjonijiet u possibbiltajiet għall-Istati Membri biex jimponu regoli aktar stretti minn dawk stabbiliti minn dawk id-Direttivi. Dan jirriżulta f'diverġenzi bejn ir-regoli nazzjonali li jistgħu jostakolaw il-forniment transkonfinali ta' servizzi u l-libertà ta' stabbiliment u b’hekk jinħolqu ostakoli għall-funzjonament bla xkiel tas-suq intern. |
(9) |
Għal raġunijiet ta' ċertezza legali u minħabba l-ħtieġa għal opportunitajiet indaqs fl-Unjoni, sett uniku ta' regolamenti għall-parteċipanti tas-suq kollha huwa element ewlieni għall-funzjonament tas-suq intern. Sabiex jiġu evitati distorsjonijiet tas-suq u l-arbitraġġ regolatorju, ir-rekwiżiti minimi prudenzjali għandhom għalhekk jiżguraw armonizzazzjoni massima. B'konsegwenza, il-perjodi transizzjonali previsti f'dan ir-Regolament huma essenzjali biex dan ir-Regolament jiġi implimentat bla xkiel u biex tiġi evitata l-inċertezza għas-swieq. |
(10) |
Wara li kkunsidra l-ħidma tal-Grupp għall-Implimentazzjoni tal-Istandards tal-Kumitat ta' Basel dwar is-Superviżjoni Bankarja (BCBS) fil-monitoraġġ u l-analiżi tal-implimentazzjoni mill-Istati Membri tal-qafas Basel III, il-Kummissjoni għandha tipprovdi rapporti ta' aġġornament fuq bażi kontinwa, u minn tal-inqas wara l-pubblikazzjoni ta' kull Rapport dwar il-Progress mill-BCBS, dwar l-implimentazzjoni u l-adozzjoni domestika tal-qafas ta' Basel III f'ġurisdizzjonijiet ewlenin oħra, inkluża valutazzjoni tal-konsistenza tal-leġislazzjoni jew tar-regolamenti ta' pajjiżi oħra mal-istandards minimi internazzjonali, sabiex jiġu identifikati differenzi li jistgħu jqajmu tħassib dwar jekk il-kondizzjonijiet ta' kompetizzjoni humiex indaqs. |
(11) |
Sabiex jitneħħew l-ostakli għall-kummerċ u t-tfixkil fil-kompetizzjoni li jirriżultaw minn diverġenzi bejn il-liġijiet nazzjonali u biex ikun evitat li jitnisslu ostakli oħra potenzjali għall-kummerċ u tfixil sinifikanti fil-kompetizzjoni, huwa meħtieġ, għalhekk, li jiġi adottat Regolament li jistabbilixxi regoli uniformi applikabbli fl-Istati Membri kollha. |
(12) |
It-tfassil tar-rekwiżiti prudenzjali fl-għamla ta’ regolament jiżgura li dawk ir-rekwiżiti jkunu applikabbli direttament. Dan għandu jiżgura kondizzjonijiet uniformi billi jiġu evitati rekwiżiti nazzjonali diverġenti bħala riżultat tat-traspożizzjoni ta' direttiva. Dan ir-Regolament ser ifisser li l-istituzzjonijiet kollha isegwu l-istess regoli fl-Unjoni kollha, li ser jagħti spinta wkoll lill-fiduċja fl-istabbiltà tal-istituzzjonijiet, speċjalment fi żminijiet ta’ stress. Regolament ser inaqqas ukoll il-kumplessità regolatorja u l-ispejjeż tal-konformità tal-kumpanniji, speċjalment għall-istituzzjonijiet li joperaw fuq bażi transkonfinali, u jikkontribwixxi għall-eliminazzjoni ta’ tfixkil fil-kompetizzjoni. Fir-rigward tal-pekuljarità tas-swieq tal-proprjetà immobbli li jkunu kkaratterizzati minn żviluppi ekonomiċi u differenzi ġurisdizzjonali li jkunu speċifiċi għall-Istati Membri, reġjuni jew żoni lokali, l-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu jistgħu jistabbilixxu piżijiet tar-riskju ogħla jew li japplikaw kriterji aktar stretti bbażati fuq l-esperjenza ta’ inadempjenza u l-iżviluppi tas-suq mistennija għall-iskoperturi koperti minn ipoteki fuq proprjetà immobbli f’oqsma speċifiċi. |
(13) |
F'oqsma mhux koperti b'dan ir-Regolament, bħal il-provvista dinamika, id-dispożizzjonijiet dwar l-iskemi nazzjonali ta' bonds koperti mhux relatati mat-trattament ta' bonds koperti skont ir-regoli stabbiliti b'dan ir-Regolament, l-akkwist u ż-żamma ta' holdings kemm fis-settur finanzjarju kif ukoll f'dak mhux finanzjarju għal fini mhux relatati mar-rekwiżiti prudenzjali speċifikati f'dan ir-Regolament, l-awtoritajiet kompetenti jew l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jimponu regoli nazzjonali, dment li ma jkunux inkonsistenti ma' dan ir-Regolament. |
(14) |
L-aktar rakkomandazzjonijiet importanti promossi fir-rapport de Larosière u implimentati aktar tard fl-Unjoni kienu l-istabbiliment ta' ġabra unika Ewropea ta' regoli u qafas Ewropew għas-superviżjoni makroprudenzjali fejn iż-żewġ elementi flimkien kienu mmirati li jiżguraw l-istabbiltà finanzjarja. Il-Ġabra Unika Ewropea ta' Regoli tiżgura qafas regolatorju robust u uniformi li jiffaċilita l-funzjonament tas-suq intern u jimpedixxi l-opportunitajiet ta' arbitraġġ regolatorju. Fis-suq intern għas-servizzi finanzjarji, ir-riskji makroprudenzjali jistgħu, madankollu, ivarjaw f'għadd ta' modi b'firxa ta' speċifiċitajiet nazzjonali, li jirriżultaw f'varjazzjonijiet li jkunu jistgħu jiġu osservati pereżempju fir-rigward tal-istruttura u d-daqs tas-settur bankarju b'paragun mal-ekonomija usa' u ċ-ċiklu tal-kreditu. |
(15) |
Għadd ta' għodod għall-prevenzjoni u l-mitigazzjoni ta' riskji makroprudenzjali u sistemiċi ġew integrati f'dan ir-Regolament u d-Direttiva 2013/36/UE biex tiġi żgurata l-flessibbiltà filwaqt li fl-istess ħin jiġi żgurat li l-użu ta' dawk l-għodod ikun soġġett għal kontroll adatt biex ma ssirx ħsara lill-funzjonament tas-suq intern filwaqt li jiġi żgurat ukoll li l-użu ta' tali għodod ikun trasparenti u konsistenti. |
(16) |
Lil hinn mill-għodda ta' riżerva għar-riskju sistemiku inkluż fid-Direttiva 2013/36/UE, fejn ir-riskji makroprudenzjali jew sistemiċi jirrigwardaw Stat Membru, l-awtoritajiet kompetenti jew maħturin tal-Istat Membru rilevanti għandu jkollhom il-possibbiltà li jindirizzaw dawk ir-riskji permezz ta' ċerti miżuri makroprudenzjali nazzjonali speċifiċi, meta dan jitqies li jkun aktar effettiv għat-trattament ta' dawk ir-riskji. Il-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku ("BERS") stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 1092/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 (6) u l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) ("ABE") stabbiliti mir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 (7) għandu jkollhom l-opportunità jagħtu l-opinjonijiet tagħhom dwar jekk il-kondizzjonijiet għal tali miżuri makroprudenzjali nazzjonali ġewx sodisfatti u għandu jkun hemm mekkaniżmu tal-Unjoni biex il-miżuri nazzjonali ma jitħallewx jitkomplew, f'każ li jkun hemm xhieda qawwija ħafna li l-kondizzjonijiet rilevanti ma ġewx sodisfatti. Filwaqt li dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli makroprudenzjali uniformi għall-istituzzjonijiet, l-Istati Membri jżommi rwol ta' mexxej fis-superviżjoni makroprudenzjali minħabba l-kompetenza esperta tagħhom u r-responsabbiltajiet eżistenti tagħhom fir-rigward tal-istabbiltà finanzjarja. F'dak il-każ speċifiku, peress li d-deċiżjoni biex tiġi adottata kwalunkwe miżura markoprudenzjali nazzjonali tinkludi ċerti valutazzjonijiet marbuta mar-riskji li fl-aħħar mill-aħħar jistgħu jaffettwaw is-sitwazzjoni makroekonomika, fiskali u baġitarja tal-Istat Membru rilevanti, jeħtieġ li s-setgħa ta' rifjut tal-miżuri makroprudenzjali nazzjonali proposti tingħata lill-Kunsill, f'konformità mal-Artikolu 291 tat-TFUE, li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni. |
(17) |
Fejn il-Kummissjoni tkun ippreżentat lill-Kunsill proposta biex jiġu rifjutati miżuri makroprudenzjali nazzjonali, il-Kunsill għandu jeżamina dak il-proposta mingħajr dewmien u jiddeċiedi jekk jirrifjutax jew le il-miżuri nazzjonali. Jista' jittieħed vot f'konformità mar-Regoli ta' Proċedura tal-Kunsill (8) fuq it-talba ta' Stat Membru jew tal-Kummissjoni. F'konformita mal-Artikolu 296 tat-TFUE, il-Kunsill għandu jiddikjara r-raġunijiet għad-deċiżjoni tiegħu fir-rigward tal-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament għall-intervent tiegħu. Meta titqies l-importanza tar-riskju makroprudenzjali u sistemiku għas-suq finanzjarju tal-Istat Membru kkonċernat u għalhekk il-ħtieġa għal reazzjoni rapida, huwa importanti li l-limitu ta' żmien għal deċiżjoni tal-Kunsill bħal din ikun stipulat għal xahar. Jekk il-Kunsill, wara li jkun eżamina fid-dettall il-proposta mill-Kummissjoni biex jiġu rrifjutati l-miżuri nazzjonali proposti, jasal għall-konklużjoni li l-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament għar-rifjut tal-miżuri nazzjonali ma ġewx sodisfatti, hu għandu dejjem jagħti r-raġunijiet tiegħu b'mod ċar u mingħajr ambigwità. |
(18) |
Sal-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta' likwidità fl-2015 u l-armonizzazzjoni tal-Proporzjon ta' lieva finanzjarja fl-2018, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu japplikaw tali miżuri skont kif huma jqisu adatt, inklużi miżuri biex jiġi mitigat ir-riskju makroprudenzjali jew sistemiku fi Stat Membru speċifiku. |
(19) |
Għandu jkun possibbli li jiġu applikati r-riżervi għar-riskji sistemiċi jew il-miżuri individwali meħudin mill-Istati Membri biex jindirizzaw ir-riskji sistemiċi fir-rigward ta' dawk l-Istati Membri, għas-settur bankarju b'mod ġenerali jew għal wieħed jew aktar mis-subsettijiet tas-settur, jiġifieri subsettijiet ta' istituzzjonijiet li jeżibixxu profili ta' riskju simili fl-attivitajiet tan-negozju tagħhom, jew għall-iskoperturi għal settur ekonomiku jew ġeografiku domestiku wieħed jew aktar fis-settur bankarju kollu. |
(20) |
Jekk l-awtoritajiet maħturin minn żewġ Stati Membri jew aktar jidentifikaw l-istess bidliet fl-intensità tar-riskju sistemiku jew makroprudenzjali li jinvolvu riskju għall-istabbiltà finanzjarja fil-livell nazzjonali f'kull Stat Membru, li l-awtoritajiet maħturin iqisu li jiġi indirizzat aħjar permezz ta' miżuri nazzjonali, l-Istati Membri jistgħu jippreżentaw notifika konġunta lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-BERS u lill-ABE. Meta jinnotifikaw lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-BERS u lill-ABE l-Istati Membri għandhom jippreżentaw l-evidenza rilevanti, inkluż ġustifikazzjoni tan-notifika konġunta. |
(21) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta att iddelegat li jżid b'mod temporanju l-livell tar-rekwiżiti ta' fondi proprji, ir-rekwiżiti għal skoperturi kbar u r-rekwiżiti tad-divulgazzjoni pubblika. Tali dispożizzjonijiet għandhom ikunu applikabbli għal perijodu ta' sena, dment li l-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jkunux oġġezzjonaw għall-att iddelegat fi żmien perijodu ta’ tliet xhur. Il-Kummissjoni għandha tiddikjara r-raġunijiet għall-użu ta' tali proċedura. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa biss li timponi rekwiżiti prudenzjali aktar strett għal skoperturi li jirriżultaw minn żviluppi fis-suq fl-Unjoni jew minn żviluppi barra mill-Unjoni li jaffettwaw l-Istati Membri kollha. |
(22) |
L-analiżi tar-regola makroprudenzjali hi ġustifikata bil-għan li l-Kummissjoni tivvaluta, fost affarijiet oħrajn, jekk l-għodod makroprudenzjali f'dan ir-Regolament jew fid-Direttiva 2013/36/UE humiex effettivi, effiċjenti u trasparenti, jekk għandhomx jiġu proposti strumenti ġodda, jekk il-kopertura u l-gradi ta' dupplikazzjoni potenzjali tal-għodod makroprudenzjali biex jiġu mmirati riskji simili f'dan ir-Regolament jew fid-Direttiva 2013/36/UE humiex adatti u kif l-istandards maqbula b'mod internazzjonali għall-istituzzjonijiet importanti sistematikament jinteraġixxu ma' dan ir-Regolament jew fid-Direttiva 2013/36/UE. |
(23) |
Meta l-Istati Membri jadottaw linji gwida b'kamp ta' applikazzjoni ġenerali, b’mod partikolari f’oqsma fejn l-adozzjoni mill-Kummissjoni ta’ abbozzi ta’ standards tekniċi hija pendenti, dawk il-linji gwida m’għandhomx jikkontradixxu d-dritt tal-Unjoni jew jimminaw l-applikazzjoni tiegħu. |
(24) |
Dan ir-Regolament ma jwaqqafx lill-Istati Membri milli jimponu, fejn xieraq, rekwiżiti ekwivalenti fuq impriżi li ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu. |
(25) |
Ir-rekwiżiti prudenzjali ġenerali stipulati f’dan ir-Regolament huma ssupplimentati b’arranġamenti individwali li jiġu deċiżi mill-awtoritajiet kompetenti bħala riżultat tal-analiżi superviżorja kontinwa tagħhom ta’ istituzzjonijiet individwali. Il-firxa ta’ tali arranġamenti superviżorji għandha, fost l-oħrajn, tiġi stipulata fid-Direttiva 2013/36/UE peress li l-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu jistgħu jeżerċitaw il-ġudizzju tagħhom rigward liema arranġamenti għandhom jiġu imposti. |
(26) |
Dan ir-Regolament m’għandux jaffettwa l-kapaċità tal-awtoritajiet kompetenti li jimponu rekwiżiti speċifiċi skont l-analiżi superviżorja u l-proċess ta’ evalwazzjoni stipulati fid-Direttiva 2013/36/UE li għandhom jitfasslu skont il-profil ta’ riskju speċifiku tal-istituzzjonijiet. |
(27) |
Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 għandu l-għan li jtejjeb il-kwalità u l-konsistenza tas-superviżjoni nazzjonali u jsaħħaħ is-superviżjoni ta’ gruppi transfruntieri. |
(28) |
Minħabba ż-żieda fl-għadd tal-kompiti mogħtija lill-ABE b'dan ir-Regolament u d-Direttiva 2013/36/UE, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw li jitqiegħdu għad-dispożizzjoni riżorsi umani u finanzjarji adegwati. |
(29) |
Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 jeħtieġ li l-ABE taġixxi fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE. L-ABE hija meħtieġa wkoll li taġixxi fil-qasam tal-attivitajiet tal-istituzzjonijiet fir-rigward ta’ kwistjonijiet mhux koperti direttament f’dawk id-Direttivi, dment li tali azzjonijiet ikunu meħtieġa biex tkun żgurata l-applikazzjoni effettiva u konsistenti ta’ dawk id-Direttivi. Dan ir-Regolament għandu jqis ir-rwol u l-funzjoni tal-ABE u jiffaċilita l-eżerċizzju tas-setgħat tal-ABE stipulati fir-Regolament (UE) Nru 1093/2010. |
(30) |
Wara l-perijodu ta' osservazzjoni u l-implimentazzjoni sħiħa ta' rekwiżit ta' kopertura tal-likwidità f'konformità ma' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk l-għoti ta' setgħa ta' inizjattiva lill-ABE biex tintervjeni b'medjazzjoni vinkolanti fir-rigward ta' deċiżjonijiet konġunti mill-awtoritajiet kompetenti taħt l-Artikoli 20 u 21 ta' dan ir-Regolament jkunux jiffaċilitaw il-formazzjoni u l-operat prattiċi ta' sottogruppi ta' likwidità unika kif ukoll id-determinazzjoni ta' jekk kriterji għal trattament speċifiku fost il-grupp għal istituzzjonijiet transkonfinali jintlaħqux. Għalhekk, f'dak iż-żmien, bħala parti minn wieħed mir-rapporti regolari dwar l-operat tal-ABE skont l-Artikolu 81 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, il-Kummissjoni għandha teżamina b'mod speċifiku l-ħtieġa li tagħti tali setgħat lill-ABE u tinkludi r-riżultati ta' dan l-eżami fir-rapport tagħha, li għandu jkun akkumpanjat minn proposti leġislattivi adatti, fejn opportun. |
(31) |
Ir-rapport de Larosière iddikjara li s-superviżjoni mikroprudenzjali ma tistax tissalvagwardja b'mod effettiv l-istabbiltà finanzjarja mingħajr ma tqis b'mod adegwat l-iżviluppi fil-livell makro, filwaqt li s-superviżjoni makroprudenzjali ma tagħmilx sens sakemm b'xi mod ma jkollhiex impatt fuq is-superviżjoni fil-livell mikro. Il-kooperazzjoni mill-qrib bejn l-ABE u l-BERS hija essenzjali sabiex tingħata effettività sħiħa lill-operat tal-BERS u s-segwitu għat-twissijiet u r-rakkomandazzjonijiet tiegħu. B'mod partikolari, l-ABE għandha tkun tista' tittrasmetti lill-BERS l-informazzjoni rilevanti kollha miġbura mill-awtoritajiet kompetenti skont l-obbligi ta' rappurtar stabbiliti f'dan ir-Regolament. |
(32) |
Fid-dawl tal-effetti devastanti tal-aħħar kriżi finanzjarja l-objettivi globali ta' dan ir-Regolament huma li jitħeġġu l-attivitajiet bankarji ekonomikament utli li jservu l-interess ġenerali u li tiġi skoraġġuta l-ispekulazzjoni finanzjarja insostenibbli li fir-realtà ma għandha l-ebda valur miżjud. Dan jimplika riforma komprensiva tal-modi kif it-tfaddil jiġi dirett f'investimenti produttivi. Sabiex jiġi salvagwardat ambjent bankarju sostenibbli u varjat fl-Unjoni, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jingħataw is-setgħa li jimponu rekwiżiti kapitali aktar għoljin fir-rigward ta' istituzzjonijiet sistemikament importanti li huma kapaċi, minħabba l-attivitajiet kummerċjali tagħhom, li jippreżentaw theddida għall-ekonomija globali. |
(33) |
Ir-rekwiżiti finanzjarji ekwivalenti għall-istituzzjonijiet li jżommu flus jew titoli li jappartjenu għall-klijenti tagħhom huma meħtieġa biex ikunu żgurati salvagwardji simili għal min ifaddal u kondizzjonijiet ekwi ta' kompetizzjoni bejn gruppi komparabbli ta’ istituzzjonijiet. |
(34) |
Minħabba li l-istituzzjonijiet fis-suq intern huma involuti f’kompetizzjoni diretta, ir-rekwiżiti tal-monitoraġġ għandhom ikunu ekwivalenti fl-Unjoni kollha b'kont meħud tal-profili ta' riskju differenti tal-istituzzjonijiet. |
(35) |
Kull meta matul is-superviżjoni jkun meħtieġ li jiġi ddeterminat l-ammont tal-fondi proprji konsolidati ta’ grupp ta’ istituzzjonijiet, il-kalkolu għandu jsir f’konformità ma’ dan ir-Regolament. |
(36) |
Skont dan ir-Regolament ir-rekwiżiti tal-fondi proprji japplikaw fuq bażi individwali u bażi konsolidata, dment li l-awtoritajiet kompetenti ma japplikawx is-superviżjoni fuq bażi individwali meta jqisu li dan ikun adatt. Superviżjoni individwali, konsolidata u transfruntiera konsolidata huma strumenti utli fis-superviżjoni ta’ istituzzjonijiet. |
(37) |
Sabiex tkun żgurata solvenza adegwata tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti ta' investiment fi grupp huwa essenzjali li r-rekwiżiti ta' kapital japplikaw abbażi tas-sitwazzjoni konsolidata ta’ dawk l-istituzzjonijiet fil-grupp. Sabiex ikun żgurat li fondi proprji jiġu distribwiti b’mod adegwat fil-grupp u jkunu disponibbli biex ikun protett it-tfaddil meta jkun meħtieġ, ir-rekwiżiti ta' kapital għandhom japplikaw għal istituzzjonijiet individwali fi grupp, dment li dan l-objettiv ma jkunx jista’ jinkiseb effettivament b’xi mod ieħor. |
(38) |
L-interessi minoritarji li jirriżultaw minn kumpanniji azzjonarji finanzjarji intermedjarji li huma soġġetti għar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament fuq bażi subkonsolidata jistgħu jkunu eliġibbli wkoll, fil-limiti rilevanti, bħala kapital ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 tal-grupp fuq bażi konsolidata, peress li l-kapital ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 ta' kumpannija azzjonarja finanzjarja intermedjarja attribwibbli għall-interessi tal-minoranza u l-parti tal-istess kapital attribwibbli għall-kumpannija prinċipali t-tnejn li huma jappoġġaw pari passu t-telf tas-sussidjarji tagħhom meta dan iseħħ. |
(39) |
It-teknika kontabilistika preċiża li għandha tintuża għall-kalkolu tal-fondi proprji, l-adegwatezza tagħhom għar-riskju li għalih tkun esposta istituzzjoni, u għall-valutazzjoni tal-konċentrazzjoni tal-iskoperturi għandha tieħu kont tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 86/635/KEE tat-8 ta’ Diċembru 1986 dwar il-kontijiet annwali u l-kontijiet konsolidati ta’ banek u istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn (9), li tinkorpora ċerti adattamenti tad-dispożizzjonijiet tas-SABE' Direttiva tal-Kunsill 83/349/KEE tat-13 ta’ Ġunju tal-1983 dwar il-kontijiet konsolidati (10) jew tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Lulju 2002 rigward l-applikazzjoni ta' standards internazzjonali tal-kontabbiltà (11), skont liema waħda tirregola l-kontabbiltà tal-istituzzjonijiet skont id-dritt nazzjonali. |
(40) |
Għall-fini li tkun żgurata solvenza adegwata huwa importanti li jkunu stabbiliti r-rekwiżiti ta' kapital li jippeżaw l-assi u l-elementi li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ skont il-grad tar-riskju. |
(41) |
Fis-26 ta’ Ġunju 2004, il-BCBS adotta ftehim qafas dwar il-konverġenza internazzjonali tal-kalkolu tal-kapital u r-rekwiżiti ta' kapital (‘Qafas ta’ Basel II’). Id-dispożizzjonijiet fid-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE li dan ir-Regolament inkorpora jifformaw l-ekwivalenti għad-dispożizzjonijiet tal-qafas ta’ Basel II. Konsegwentement, peress li jinkorpora l-elementi supplimentari tal-qafas ta’ Basel III, dan ir-Regolament jifforma l-ekwivalenti għad-dispożizzjonijiet tal-oqfsa ta’ Basel II u III. |
(42) |
Huwa essenzjali li jittieħed kont tad-diversità tal-istituzzjonijiet fl-Unjoni billi jkunu pprovduti approċċi alternattivi għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta' kapital għar-riskju tal-kreditu li jinkorporaw livelli differenti ta’ sensittività għar-riskju u li jeħtieġu gradi differenti ta’ sofistikazzjoni. L-użu ta’ klassifikazzjonijiet esterni u l-estimi proprji tal-istituzzjonijiet tal-parametri tar-riskju tal-kreditu individwali jirrappreżenta titjib sinifikanti fis-sensittività tar-riskju u l-korrettezza prudenzjali tar-regoli dwar ir-riskju tal-kreditu. L-istituzzjonijiet għandhom ikunu inkoraġġuti jagħmlu progress lejn approċċi aktar senstittivi għar-riskju. Meta jipproduċu l-estimi meħtieġa għall-applikazzjoni ta' approċċi għar-riskju tal-kreditu ta’ dan ir-Regolament, l-istituzzjonijiet għandhom itejbu l-kalkolu tar-riskju tal-kreditu u l-proċessi ta' ġestjoni tagħhom biex ikunu disponibbli metodi biex jiġu ddeterminati r-rekwiżiti regolatorji ta’ fondi proprji li jirriflettu n-natura, id-daqs u l-kumplessità tal-proċessi tal-istituzzjonijiet individwali. F’dan ir-rigward, l-ipproċessar tad-data relatata mal-kisba u l-ġestjoni tal-iskoperturi għall-klijenti għandu jitqies li jinkludi l-iżvilupp u l-validazzjoni ta’ sistemi tal-ġestjoni u l-kalkolu tar-riskju tal-kreditu. Dak iservi mhux biss biex jiġu ssodisfati l-interessi leġittimi tal-istituzzjonijiet iżda wkoll għall-fini ta’ dan ir-Regolament, biex jintużaw metodi aħjar għall-kalkolu u l-ġestjoni tar-riskju kif ukoll biex jintużaw għall-fini regolatorji ta’ fondi proprji. Minkejja dan, l-approċċi aktar sensittivi għar-riskju jeħtieġu ħila esperta u riżorsi konsiderevoli kif ukoll data ta' kwalità għolja u volum suffiċjenti. L-istituzzjonijiet għandhom għalhekk jikkonformaw ma' standards għoljin qabel ma japplikaw dawk l-approċċi għal fini regolatorji ta' fondi proprji. Meta titqies il-ħidma li għaddejja biex jiġu żgurati garanziji ta' kontinġenza għal mudelli interni, il-Kummissjoni għandha tħejji rapport dwar il-possibbiltà li jiġi estiż ir-rekwiżit minimu ta' Basel I flimkien ma' proposta leġislattiva, jekk opportun. |
(43) |
Ir-rekwiżiti ta' kapital għandhom ikunu proporzjonati għar-riskji indirizzati. B’mod partikolari, it-tnaqqis fil-livelli tar-riskju li joriġina meta wieħed ikollu numru kbir ta’ skoperturi relattivament żgħar għandu jkun rifless fir-rekwiżiti. |
(44) |
L-impriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs) huma wieħed mill-pilastri tal-ekonomija tal-Unjoni minħabba r-rwol fundamentali tagħhom fil-ħolqien tat-tkabbir ekonomiku u tal-impjiegi. L-irkupru u t-tkabbir futur tal-Ekonomija tal-Unjoni jiddependu ħafna mid-disponibbiltà ta' kapital u finanzjament għall-SMEs stabbiliti fl-Unjoni biex iwettqu l-investimenti meħtieġa għall-adozzjoni ta' teknoloġiji u tagħmir ġodda biex tiżdied il-kompetittività tagħhom. L-ammont limitat ta' sorsi alternattivi ta' finanzjament għamel mod li l-SMEs stabbiliti fl-Unjoni saru saħansitra aktar sensittivi għall-impatt tal-kriżi bankarja. Għaldaqstant huwa importanti li jimtela' d-distakk eżistenti fil-finanzjament għall-SMEs u jiġi żgurat fluss adegwat ta' kreditu bankarju għall-SMEs fil-kuntest attwali. L-imposti ta' kapital għal skoperturi għal SMEs għandhom jitnaqqsu permzz tal-applikazzjoni ta' fattur ta' appoġġ daqs 0,7619 biex l-istituzzjonijiet ta' kreditu jkunu jistgħu jżidu s-self lill-SMEs. Biex jinkiseb dan l-objettiv, l-istituzzjonijiet ta' kreditu għandhom jużaw b'mod effikaċi tnaqqis tar-rekwiżiti tal-kapital proprju prodotti bl-applikazzjoni tal-fattur ta' appoġġ għall-fini esklużiv li jiġi provdut fluss adegwat ta' kreditu għall-SMEs stabbiliti fl-Unjoni. L-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu monitoraġġ perjodiku tal-ammont totali tal-iskoperturi lill-SMes tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u l-ammont totali tat-tnaqqis fil-kapital. |
(45) |
F’konformità mad-deċiżjoni tal-BCBS, kif approvata mill-GHOS fl-10 ta’ Jannar 2011, l-istrumenti kollha ta’ Grad 1 u Grad 2 addizzjonali ta’ istituzzjoni għandhom ikunu kapaċi b’mod sħiħ u permanenti jitnaqqsu fil-valur jew jinqelbu f’kapital ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1 fil-mument tan-nonvijabbiltà tal-istituzzjoni. Il-leġislazzjoni meħtieġa biex jiġi żgurat li l-istrumenti ta' fondi proprji jkunu soġġetti għall-mekkaniżmu ta' assorbiment tat-telf addizzjonali għandha tiddaħħal fil-liġi tal-Unjoni bħala parti mir-rekwiżiti marbuta mal-irkupru u r-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet. Jekk sal-31 ta’ Diċembru 2015, il-liġi tal-Unjoni li tirregola r-rekwiżit li l-istrumenti ta' kapital għandhom ikunu jistgħu jitnaqqsu għall-valur għal żero b’mod sħiħ u permanenti jew jinqelbu fi strumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 f'każ li ma tkunx ġiet adottata istituzzjoni m'għadhiex meqjusa vijabbli, il-Kummissjoni għandha teżamina u tirrapporta dwar jekk tali dispożizzjoni għandhiex tiġi inkluża f'dan ir-Regolament u, fid-dawl ta' dak ir-rieżami, tressaq proposti leġislattivi adatti. |
(46) |
Id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament jirrispettaw il-prinċipju ta’ proporzjonalità, meta jitqiesu b’mod partikolari d-diversità fid-daqs u l-iskala tal-operazzjonijiet u l-firxa ta' attivitajiet tal-istituzzjonijiet. Ir-rispett għall-prinċipju tal-proporzjonalità jfisser ukoll li l-proċeduri tal-klassifikazzjoni l-aktar sempliċi possibbli, anki fl-Approċċ Ibbażat fuq Klassifikazzjonijiet Interni (Approċċ ‘IRB’), huma rikonoxxuti għal skoperturi fil-livell tal-konsumatur. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament japplikaw b’mod proporzjonat man-natura, l-iskala u l-kumplessità tar-riskji assoċjati mal-mudell kummerċjali u l-attivitajiet ta' istituzzjoni. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-atti ddelegati u ta' implimentazzjoni, l-istandards tekniċi regolatorji u l-istandards tekniċi implimentattivi jkunu konsistenti mal-prinċipju ta' proporzjonalità, sabiex jiġi garantit li dan ir-Regolament jiġi applikat b’mod proporzjonat. L-ABE, għalhekk, għandha tiżgura li l-istandards tekniċi regolatorji u ta’ implimentazzjoni kollha jiġu abbozzati b’mod li jkunu konsistenti mal-prinċipju ta' proporzjonalità u jħarsuh. |
(47) |
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu attenzjoni xierqa għal każijiet fejn jissuspettaw li l-informazzjoni ġiet meqjusa bħala riżervata jew kunfidenzjali sabiex jiġi evitat l-iżvelar ta' tali informazzjoni. Għalkemm istituzzjoni tista' tagħżel li ma tiżvelax informazzjoni billi l-informazzjoni hija meqjusa bħala riżervata jew kunfidenzjali, il-fatt li l-informazzjoni qed titqies riżervata jew kunfidenzjali ma għandux ineħħi r-responsabbiltà li tirriżulta minn nuqqas ta' żvelar ta' dik l-informazzjoni meta tali żvelar jinsab li għandu effett materjali. |
(48) |
In-natura ‘evoluttiva’ ta’ dan ir-Regolament tippermetti lill-istituzzjonijiet biex jagħżlu fost tliet approċċi għar-riskju tal-kreditu ta’ kumplessità differenti. Sabiex b'mod speċjali l-istituzzjonijiet żgħar ikunu jistgħu jagħżlu Approċċ IRB aktar sensittiv għar-riskju, id-dispożizzjonijiet rilevanti għandhom jinqraw bħala li l-klassijiet tal-iskoperturi jinkludu l-iskoperturi kollha li jkunu, direttament jew indirettament, imqiegħda fuq l-istess livell magħhom f’dan ir-Regolament kollu. Bħala regola ġenerali, l-awtoritajiet kompetenti m’għandhomx jiddiskriminaw bejn it-tliet approċċi fir-rigward tal-Proċess tal-Analiżi Superviżorja, jiġifieri l-istituzzjonijiet li joperaw skont id-dispożizzjonijiet tal-Approċċ Standardizzat m’għandhomx għal dik ir-raġuni biss jiġu sorveljati fuq bażi aktar stretta. |
(49) |
Għandu jingħata rikonoxximent akbar lit-tekniki tal-mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu fi ħdan il-qafas tar-regoli mfassla biex ikun żgurat li s-solvenza ma tkunx imminata minn rikonoxximent mhux xieraq. Il-kollateral bankarju ordinarju attwali rilevanti tal-Istati Membri għall-mitigazzjoni tar-riskji tal-kreditu, kull meta jkun possibbli, għandu jiġi rikonoxxut fl-Approċċ Standardizzat, iżda wkoll fl-approċċi l-oħrajn. |
(50) |
Sabiex ikun żgurat li r-riskji u t-tnaqqis tar-riskji li jirriżultaw mill-attivitajiet ta’ titolizzazzjoni u investimenti tal-istituzzjonijiet jiġu riflessi b'mod adatt fir-rekwiżiti ta' kapital tal-istituzzjonijiet, jeħtieġ li jiġu inklużi regoli li jipprevedu trattament sensittiv għar-riskju u prudenzjalment sod ta’ tali attivitajiet u investimenti. Għal din il-fini, hija meħtieġa definizzjoni ċara u inklużiva ta' titolizzazzjoni li taqbad kull transazzjoni jew skema li biha r-riskju ta’ kreditu assoċjat mal-iskopertura jew aggregazzjoni ta’ skoperturi jkun segmentat. Skopertura li toħloq obbligu ta' pagament dirett għal transazzjoni jew skema użata biex tiffinanzja jew topera assi fiżiċi m'għandhiex titqies bħala skopertura għal titolizzazzjoni, anke jekk it-transazzjoni jew skema għandha obbligi ta' pagament ta' senjorità differenti. |
(51) |
Flimkien ma' sorveljanza mmirata biex tiżgura stabbiltà finanzjarja, hemm il-ħtieġa ta' mekkaniżmi mfassla biex isaħħu u jiżviluppaw is-sorveljanza u l-prevenzjoni effettiva ta’ lakuni potenzjali sabiex jiżguraw l-allokazzjoni ottimali tal-kapital fid-dawl tal-isfidi u l-objettivi makroekonomiċi, b'mod partikolari fir-rigward ta' investiment fit-tul fl-ekonomija reali. |
(52) |
Ir-riskju operattiv huwa riskju sinifikanti li jiffaċċaw l-istituzzjonijiet li jeħtieġu kopertura tal-fondi proprji. Huwa essenzjali li jittieħed kont tad-diversità tal-istituzzjonijiet fl-Unjoni billi jkunu pprovduti approċċi alternattivi għall-kalkolu tar-rekwiżiti tar-riskju operattiv li jinkorporaw livelli differenti ta’ sensittività għar-riskju u li jeħtieġu gradi differenti ta’ sofistikazzjoni. Għandu jkun hemm inċentivi adatti għall-istituzzjonijiet biex isir progress lejn approċċi aktar sensittivi għar-riskju. Fid-dawl tal-istat avvanzat emerġenti għall-kalkolu u l-ġestjoni tar-riskju operattiv ir-regoli għandhom jinżammu taħt analiżi kontinwa u għandhom jiġu aġġornati kif jixraq inkluż fir-rigward tal-imposti għal linji ta’ negozju differenti u r-rikonoxximent tat-tekniki tal-mitigazzjoni tar-riskju. F’dan ir-rigward għandha tingħata attenzjoni partikolari li titqies l-assigurazzjoni fl-approċċi sempliċi għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta' kapital għar-riskju operattiv. |
(53) |
Il-monitoraġġ u l-kontroll tal-iskoperturi ta' istituzzjoni għandhom ikunu parti integrali mis-superviżjoni tagħha. Għaldaqstant, konċentrazzjoni eċċessiva ta’ skoperturi għal klijent wieħed jew grupp ta’ klijenti relatati bejniethom jista’ jirriżulta f’riskju inaċċettabbli ta’ telf. Tali sitwazzjoni tista’ titqies bħala preġudizzjali għas-solvenza ta' istituzzjoni. |
(54) |
Fid-determinazzjoni tal-eżistenza ta’ grupp ta’ klijenti relatati bejniethom u b’hekk skoperturi li jikkostitwixxu riskju wieħed, huwa importanti wkoll li jitqiesu r-riskji li joriġinaw minn sors komuni ta’ finanzjament sinifikanti pprovdut mill-istituzzjoni nnifisha, il-grupp finanzjarju tagħha jew il-partijiet relatati magħha. |
(55) |
Waqt li jkun mixtieq li l-kalkolu tal-valur tal-iskopertura jkun bbażat fuq dak ipprovdut għall-fini tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji, ikun adatt li jiġu adottati regoli għall-monitoraġġ ta’ skoperturi kbar mingħajr ma jkunu applikati piżijiet tar-riskju jew livelli tar-riskju. Barra minn hekk, it-tekniki tal-mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu applikati fir-reġim tas-solvenza tfasslu bil-premessa ta’ riskju tal-kreditu ddiversifikat sewwa. Fil-każ ta’ skoperturi kbar li jittrattaw ir-riskju ta' konċentrazzjoni ta’ isem wieħed, ir-riskju tal-kreditu ma jkunx iddiversifikat sewwa. L-effetti ta’ dawn it-tekniki għandhom għaldaqstant ikunu soġġetti għal salvagwardji prudenzjali. F’dan il-kuntest, huwa meħtieġ li jkun previst l-irkupru effettiv tal-protezzjoni tal-kreditu għall-fini ta' skoperturi kbar. |
(56) |
Peress li t-telf li jirriżulta minn skopertura ta’ istituzzjoni jista’ jkun gravi daqs telf minn kwalunkwe skopertura oħra, tali skoperturi għandhom jiġu trattati u rrapportati bl-istess mod bħal kwalunkwe skopertura oħra. Ġie introdott limitu kwantitattiv alternattiv biex itaffi l-impatt sproporzjonat ta’ tali approċċ fuq istituzzjonijiet iżgħar. Barra minn hekk, l-iskoperturi fuq terminu qasir ħafna marbutin mat-trasmissjoni ta’ flus inkluż it-twettiq ta’ servizzi ta’ pagamenti, servizzi ta' kklerjar, saldu u kustodja għall-klijienti huma eżenti sabiex jiġi ffaċilitat il-funzjonament bla xkiel tas-swieq finanzjarji u tal-infrastruttura relatata. Dawk is-servizzi jkopru, pereżempju, it-twettiq tal-ikklerjar u s-saldu ta' flus kontanti u attivitajiet simili sabiex ikun iffaċilitat is-saldu. L-iskoperturi relatati jinkludu skoperturi li jistgħu ma jkunux prevedibbli u għalhekk mhumiex taħt il-kontroll komplet ta' istituzzjoni ta’ kreditu, fost l-oħrajn, bilanċi fuq kontijiet interbankarji li jirriżultaw minn pagamenti ta’ klijenti, inklużi tariffi u mgħaxxijiet ikkreditati jew iddebitati, u pagamentijiet oħra għas-servizzi għall-klijenti, kif ukoll il-kollateral mogħti jew irċevut. |
(57) |
Huwa importanti li l-interessi tal-impriżi li "jirripakkjaw" is-self f’titoli kummerċjabbli u fi strumenti finanzjarji oħra (oriġinaturi jew sponsers) u l-impriżi li jinvestu f’dawn it-titoli jew l-istrumenti (investituri) jiġu allinjati. Sabiex dan iseħħ, l-oriġinatur jew l-isponser għandu jżomm interess sinifikanti fl-assi sottostanti. Għalhekk huwa importanti għall-oriġinaturi jew l-isponsers li jżommu skopertura għar-riskju tas-self inkwistjoni. B’mod iżjed ġenerali, transazzjonijiet ta’ titolizzazzjoni m’għandhomx ikunu strutturati b’tali mod li jevitaw l-applikazzjoni tar-rekwiżit tar-ritenzjoni, b’mod partikolari permezz ta’ kwalunkwe tariffa jew struttura ta’ primjum jew it-tnejn. Ritenzjoni bħal din għandha tkun applikabbli fis-sitwazzjonijiet kollha fejn is-sustanza ekonomika ta’ titolizzazzjoni tkun applikabbli, ikunu x’ikunu l-istrutturi jew l-istrumenti ġuridiċi li jintużaw biex tinkiseb din is-sustanza ekonomika. B’mod partikolari f’każ fejn ikun hemm trasferiment ta’ riskju tal-kreditu permezz ta’ titolizzazzjoni, l-investituri għandhom jiddeċiedu biss wara li jkunu wettqu d-diliġenza dovuta b’mod sħiħ, li għaliha jeħtieġu informazzjoni adegwata dwar it-titolizzazzjonijiet. |
(58) |
Dan ir-Regolament jipprevedi wkoll li m’għandux ikun hemm applikazzjonijiet multipli tar-rekwiżit ta’ ritenzjoni. Għal kwalunkwe titolizzazzjoni jkun biżżejjed li l-oriġinatur, l-isponser jew il-mutwanti oriġinali jkun soġġett għar-rekwiżit. B'mod simili, meta t-transazzjonijiet ta' titolizzazzjoni jkun fihom titolizzazzjonijiet oħra bħala sottostanti, ir-rekwiżit tar-ritenzjoni għandu jkun applikat biss għat-titolizzazzjoni li tkun soġġetta għall-investiment. Oġġetti riċevibbli mixtrija m’għandhomx ikunu soġġetti għar-rekwiżit ta’ ritenzjoni jekk joriġinaw minn attività korporattiva fejn huma jiġu ttrasferiti jew mibjugħin biex tkun iffinanzjata tali attività. L-awtoritajiet kompetenti għandhom japplikaw il-piż tar-riskju fir-rigward ta’ nonkonformità mad-diliġenza dovuta u l-obbligi ta’ ġestjoni tar-riskju fir-rigward tat-titolizzazzjoni għal ksur mhux trivjali tal-politiki u l-proċeduri li jkunu rilevanti għall-analiżi tar-riskji sottostanti. Il-Kummissjoni għandha tevalwa wkoll jekk l-evitar ta' applikazzjonijiet multipli tar-rekwiżit ta' ritenzjoni jistax iwassal għal prattiki biex wieħed jaħrab mir-rekwiżit ta' ritenzjoni u jekk ir-regoli dwar it-titolizzazzjoni jkunux qed jiġu infurzati b'mod effettiv mill-awtoritajiet kompetenti. |
(59) |
Għandha tiġi eżerċitata d-diliġenza dovuta sabiex jiġu vvalutati b’mod adatt ir-riskji li joriġinaw minn skoperturi ta’ titolizzazzjoni kemm fil-portafoll tan-negozjar kif ukoll fil-portafoll mhux ta' negozjar. Barra minn hekk, l-obbligi tad-diliġenza dovuta jeħtieġ li jkunu proporzjonati. Il-proċeduri ta’ diliġenza dovuta għandhom jikkontribwixxu biex titrawwem fiduċja akbar bejn l-oriġinaturi, l-isponsers u l-investituri. Għalhekk huwa mixtieq li informazzjoni rilevanti rigward il-proċeduri ta’ diliġenza dovuta jkunu żvelati b’mod adatt. |
(60) |
Meta istituzzjoni jkollha skopertura għall-impriża prinċipali tagħha stess jew għal sussidjarji oħrajn tal-impriża prinċipali, tkun meħtieġa prudenza partikolari. Il-ġestjoni ta’ tali skoperturi meħuda mill- istituzzjonijiet għandha titwettaq b’mod kompletament awtonomu, f’konformità mal-prinċipji ta’ ġestjoni korretta, mingħajr ma jitqiesu konsiderazzjonijiet oħrajn. Dan hu importanti speċjalment fil-każ ta' skoperturi kbar u f'każijiet li mhumiex sempliċiment relatati mal-amministrazzjoni fi ħdan il-grupp jew transazzjonijiet tas-soltu fi ħdan il-grupp. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu attenzjoni partikolari lil tali skoperturi fi ħdan il-grupp. Madankollu, mhux meħtieġ li tali standards jiġu applikati meta l-impriża prinċipali tkun kumpannija azzjonarja finanzjarja jew istituzzjoni ta’ kreditu jew meta is-sussidjarji l-oħrajn ikunu istituzzjonijiet ta’ kreditu jew finanzjarji jew impriżi li joffru servizzi anċillari, dment li tali impriżi kollha jkunu koperti mis-superviżjoni tal-istituzzjoni ta’ kreditu fuq bażi konsolidata. |
(61) |
Fid-dawl tas-sensittività għar-riskju tar-regoli relatati mar-rekwiżiti ta' kapital, huwa mixtieq li jinżamm taħt analiżi kontinwu jekk dawn ikollhomx effetti sinifikanti fuq iċ-ċiklu ekonomiku. Il-Kummissjoni, filwaqt li tieħu kont tal-kontribuzzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE), għandha tirrapporta dwar dawn l-aspetti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. |
(62) |
Ir-rekwiżiti ta' kapital għall-kummerċjanti tal-prodotti bażiċi, inklużi dawk il-kummerċjanti attwalment eżentati mir-rekwiżiti tad-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji (12), għandhom jiġu analizzati. |
(63) |
L-objettiv tal-liberalizzazzjoni tas-swieq tal-gass u l-elettriku huwa ekonomikament u politikament importanti għall-Unjoni. Għal din ir-raġuni, ir-rekwiżiti ta' kapital u regoli prudenzjali oħrajn li għandhom jiġu applikati għal ditti attivi f’dawk is-swieq għandhom ikunu propozjonati u m’għandhomx jinterferixxu bla bżonn fil-kisba tal-objettiv tal-liberalizzazzjoni. Dan l-objettiv għandu, b’mod partikolari, jitqies meta jitwettqu analiżijiet ta' dan ir-Regolament. |
(64) |
L-istituzzjonijiet li jinvestu f’rititolizzazzjonijiet għandhom jeżerċitaw id-diliġenza dovuta inkluż fir-rigward tat-titolizzazzjonijiet sottostanti u l-iskoperturi mhux ta’ titolizzazzjoni li finalment huma bbażati fuqhom tal-ewwel. L-istituzzjonijiet għandhom jivvalutaw jekk l-iskoperturi fil-kuntest ta’ programmi ta’ karti kummerċjali ggarantiti b'assi jikkostitwixxux skoperturi ta’ rititolizzazzjonijiet, inklużi dawk fil-kuntest ta’ programmi li jakkwistaw segmenti superjuri ta’ aggregazzjonijiet separati ta’ self sħiħ meta l-ebda wieħed minn dan is-self ma jkun skopertura ta’ titolizzazzjoni jew rititolizzazzjoni, u meta l-protezzjoni għall-ewwel telf għal kull investiment ikun ipprovdut mill-bejjiegħ tas-self. Fis-sitwazzjoni tal-aħħar, il-faċilità tal-likwidità speċifika għall-aggregazzjoni ġeneralment ma għandhiex tiġi kkunsidrata bħala skopertura ta’ rititolizzazzjoni peress li din tirrappreżenta segment minn aggregazzjoni ta’ assi unika (jiġifieri, l-aggregazzjoni applikabbli ta’ self sħiħ) li ma jkun fih l-ebda skopertura ta’ titolizzazzjoni. B’kuntrast ma' dan, titjib tal-kreditu mifrux mal-programm kollu li jkopri biss parti mit-telf lil hinn mill-protezzjoni pprovduta mill-bejjiegħ fid-diversi aggregazzjonijiet ġeneralment ikun jikkostitwixxi t-tqassim f’segmenti tar-riskju ta’ aggregazzjoni ta’ assi multipli li jkun fiha tal-inqas skopertura ta’ titolizzazzjoni waħda, u għaldaqstant tkun skopertura ta’ rititolizzazzjoni. Madankollu, jekk tali programm jiffinanzja lilu nnifsu kompletament bi klassi waħda ta’ karta kummerċjali, u jekk it-titjib tal-kreditu mifrux mal-programm kollu ma jkunx rititolizzazzjoni jew il-karta kummerċjali tkun appoġġata b’mod sħiħ mill-istituzzjoni li tkun qed tisponserjah, u tħalli lill-investitur fil-karta kummerċjali effettivament espost għar-riskju ta’ inadempjenza tal-isponser minflok tal-aggregazzjonijiet jew l-assi sottostanti, dik il-karta kummerċjali ġeneralment m’għandhiex titqies bħala skopertura ta’ rititolizzazzjoni. |
(65) |
Id-dispożizzjonijiet dwar il-valutazzjoni prudenti għall-portafoll tan-negozjar għandhom japplikaw għall-istrumenti kollha kkalkulati fil-valur ġust, kemm jekk fil-portafoll tan-negozjar kif ukoll jekk fil-portafoll mhux ta' negozjar tal-istituzzjonijiet. Għandu jiġi ċċarat li, meta l-applikazzjoni tal-valutazzjoni prudenti twassal għal valur riportat iċken milli attwalment rikonoxxut fil-kontijiet, il-valur assolut tad-differenza għandu jitnaqqas mill-fondi proprji. |
(66) |
L-istituzzjonijiet għandu jkollhom għażla jekk japplikawx rekwiżit kapitali għal jew inaqqsu mill-elementi ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1 dawk il-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni li jirċievu piż tar-riskju ta’ 1 250 % skont dan ir-Regolament, irrispettivament minn jekk il-pożizzjonijiet ikunux fil-portafoll tan-negozjar jew fil-portafoll mhux ta' negozjar. |
(67) |
L-istituzzjonijiet oriġinaturi jew sponser m’għandhomx ikunu jistgħu jduru mal-projbizzjoni ta’ appoġġ impliċitu billi jużaw il-portafolli tan-negozjar tagħhom sabiex jipprovdu tali appoġġ. |
(68) |
Mingħajr preġudizzju għad-divulgazzjoni espliċitament meħtieġ minn dan ir-Regolament, l-għan tar-rekwiżiti tad-divulgazzjoni għandu jkun li jipprovdu lill-parteċipanti tas-suq b’informazzjoni preċiża u komprensiva rigward il-profil tar-riskju tal-istituzzjonijiet individwali. L-istituzzjonijiet għandhom għaldaqstant ikunu meħtieġa jiżvelaw informazzjoni addizzjonali mhux espliċitament elenkata f’dan ir-Regolament meta tali divulgazzjoni tkun meħtieġa biex ikun issodisfat dan l-għan. Fl-istess waqt, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu l-attenzjoni xierqa lil każijiet fejn jissuspettaw li l-informazzjoni titqies bħala koperta mid-dritt ta' proprjetà jew kunfidenzjali minn istituzzjoni sabiex jiġi evitat l-iżvelar ta' tali informazzjoni. |
(69) |
Meta l-valutazzjoni tal-kreditu esterna għal pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni tinkorpora l-effett tal-protezzjoni tal-kreditu pprovduta mill-istituzzjoni ta’ kreditu nnifisha, l-istituzzjoni m’għandhiex tkun tista' tibbenefika mill-piż tar-riskju aktar baxx li jirriżulta minn dik il-protezzjoni. Il-pożizzjoni ta' titolizzazzjoni m'għandhiex titnaqqas mill-kapital jekk ikun hemm modi oħra kif jiġi ddeterminat il-piż ta’ riskju f'konformità mar-riskju attwali tal-pożizzjoni, li ma jqisux dik il-protezzjoni tal-kreditu. |
(70) |
Minħabba l-prestazzjoni dgħajfa reċenti tagħhom, l-istandards għall-mudelli interni għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta' kapital tar-riskju tas-suq għandhom jissaħħu. B’mod partikolari, il-qabda tar-riskji tagħhom għandha titlesta fir-rigward tar-riskji tal-kreditu fil-portafoll tan-negozjar. Barra minn hekk, l-imposti ta' kapital għandhom jinkludu komponent adegwat għall-kondizzjonijiet ta’ stress biex jissaħħu r-rekwiżiti ta' kapital fid-dawl tal-kondizzjonijiet tas-suq li jkunu qegħdin jiddeterjoraw u sabiex jitnaqqas il-potenzjal għal proċikliċità. L-istituzzjonijiet għandhom iwettqu wkoll retrotestijiet tal-istress biex jeżaminaw liema xenarji jistgħu jippreżentaw sfida għall-vijabbiltà tal-istituzzjonijiet dment li ma jkunux jistgħu jippruvaw li jistgħu jgħaddu mingħajr test ta’ dan it-tip. B'kont meħud tad-diffikultajiet partikolari reċenti tat-trattament tal-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni bl-użu ta’ approċċi bbażati fuq mudelli interni, ir-rikonoxximent tal-immudellar tal-istituzzjonijiet tair-riskji tat-titolizzazzjoni biex jikkalkulaw ir-rekwiżiti ta' kapital fil-portafolli tan-negozjar għandha tkun limitata u għandha tkun meħtieġa b’mod awtomatiku imposta ta' kapital standardizzata għall-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni fil-portafoll tan-negozjar. |
(71) |
Dan ir-Regolament jistabbilixxi eċċezzjonijiet limitati għal ċerti attivitajiet ta’ kummerċ ta’ korrelazzjoni, li f’konformità magħhom l-istituzzjoni tista’ titħalla mis-superviżur tagħha tikkalkula imposta ta' kapital komprensiva għar-riskju soġġett għal rekwiżiti stretti. F’każijiet bħal dawn l-istituzzjoni għandha tiġi meħtieġa tissoġġetta lil tali attivitajiet għal imposta ta' kapital daqs l-ogħla imposta ta' kapital f'konformità ma' dak l-approċċ żviluppat internament u 8 % tal-imposta ta’ kapital għal riskji speċifiċi f'konformità mal-metodu ta' kalkolu standardizzat. Hija m’għandhiex tkun meħtieġa tissoġġetta lil dawk l-iskoperturi għall-imposta inkrimentali għar-riskju iżda dawn għandhom jiġu inkorporati kemm fil-miżuri tal-valur fir-riskju kif ukoll fil-miżuri tal-valur fir-riskju taħt stress. |
(72) |
Minħabba n-natura u d-daqs tat-telf mhux mistenni imġarrab mill-istituzzjonijiet matul il-kriżi finanzjarja u ekonomika, huwa meħtieġ li tittejjeb aktar il-kwalità u l-armonizzazzjoni tal-fondi proprji li l-istituzzjonijiet huma meħtieġa li jżommu. Dan għandu jinkludi l-introduzzjoni ta’ definizzjoni ġdida tal-elementi prinċipali tal-kapital disponibbli biex ikun assorbit it-telf mhux mistenni meta jfeġġ, titjib għad-definizzjoni ta’ kapital ibridu u rekwiżiti prudenzjali uniformi għal fondi proprji. Huwa meħtieġ ukoll li jiżdied b’mod sinifikanti l-livell ta’ fondi proprji, inklużi l-proporzjonijiet kapitali ġodda li jiffokaw fuq l-elementi prinċipali tal-fondi proprji disponibbli biex ikun assorbit it-telf meta jfeġġ. Huwa mistenni li l-istituzzjonijiet li l-ishma tagħhom huma ammessi għall-kummerċ f'suq regolat għandhom jissodisfawir-rekwiżiti ta' kapital tagħhom fir-rigward tal-elementi prinċipali tal-kapital b'tali ishma li jissodisfaw sett ta' kriterji rigorużi għall-istrumenti ta' kapital prinċipali u r-riżervi ddikjarati tal-istituzzjoni biss. Sabiex jittieħed kont adegwat tad-diversità ta' forom legali li taħthom qed joperaw istituzzjonijiet fl-Unjoni, is-sett ta’ kriterji stretti għall-istrumenti kapitali prinċipali għandu jiżgura li l-istrumenti ta' kapital prinċipali għal istituzzjonijiet li l-ishma tagħhom mhux ammessi għall-kummerċ f'suq regolat jkunu tal-ogħla kwalità. Dan m'għandux jimpedixxi lill-istituzzjonijiet milli jħallsu fir-rigward ta' ishma li jkollhom drittijiet ta' votazzjoni differenzjati jew li jkunu mingħajr drittijiet ta' votazzjoni, distribuzzjonijiet li jkunu multiplu ta' dawk imħallsa fuq ishma li għandhom livelli relattivament ogħla ta' drittijiet ta' votazzjoni, dment li jiġu rispettati, irrispettivament mil-livell tad-drittijiet ta' votazzjoni, il-kriterji stretti għall-istrumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 inklużi dawk relatati mal-flessibbiltà ta' pagamenti, u dment li fejn issir distribuzzjoni din titħalla fuq l-ishma kollha maħruġa mill-istituzzjoni kkonċernata. |
(73) |
L-iskoperturi marbuta mal-finanzjament tan-negozji huma diversi fin-natura tagħhom iżda jikkondividu karatteristiċi komuni bħal pereżempju li huma ta' valur żgħir u ta' durata qasira u għandhom sors identifikabbli ta' pagament lura. Dawn huma sostnuti minn movimenti ta' merkanzija u servizzi li jappoġġaw l-ekonomija reali u fil-maġġoranza tal-każijiet jgħinu kumpanniji żgħar fil-bżonnijiet ta' kuljum tagħhom, b'hekk joħolqu tkabbir ekonomiku u opportunitajiet ta' impjieg. Is-soltu ikun hemm tqabbil bejn id-dħul u l-ħruġ u għaldaqstant ir-riskju ta' likwidità hu għalhekk limitat. |
(74) |
Huwa xieraq li l-ABE żżomm lista aġġornata tal-forom kollha ta' strumenti kapitali f'kull Stat Membru li jikkwalifikaw bħala strumenti Ekwità Komuni ta' Grad 1. L-ABE għandha tneħħi minn dik il-lista l-istrumenti ta' għajnuna nonstatali maħruġa wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament li ma jissodisfawx il-kriterji speċifikati f'dan ir-Regolament u għandha tħabbar pubblikament din it-tneħħija. Meta strumenti mneħħija mil-lista mill-ABE jkomplu jiġu rikonoxxuti wara t-tħabbir tal-ABE, l-ABE għandha teżerċita s-setgħat kollha tagħha, b'mod partikolari dawk ikkonferiti mill-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 rigward ksur tad-dritt tal-Unjoni. Wieħed għandu jiftakar li mekkaniżmu fi tliet passi japplika għal rispons proporzjonat għal każijiet ta' applikazzjoni ħażina jew insuffiċjenti tad-dritt tal-Unjoni, fejn, bħala l-ewwel pass, l-ABE għandha s-setgħa tinvestiga applikazzjoni allegatament ħażina jew insuffiċjenti tal-obbligi skont id-dritt tal-Unjoni mill-awtoritajiet nazzjonali fil-prassi superviżorja tagħhom, konkluża b'rakkomandazzjoni. It-tieni, fejn l-awtorità kompetenti nazzjonali ma ssegwix ir-rakkomandazzjoni, il-Kummissjoni għandha s-setgħa toħroġ opinjoni formali li tieħu kont tar-rakkomandazzjoni tal-ABE, li titlob li l-awtorità kompetenti tieħu l-azzjonijiet meħtieġa biex tiżgura l-konformità mad-dritt tal-Unjoni. It-tielet, sabiex jingħelbu sitwazzjonijiet eċċezzjonali ta' nuqqas persistenti ta' azzjoni mill-awtorità kompetenti kkonċernata, l-ABE għandha s-setgħa, bħala l-aħħar alternattiva, tadotta deċiżjonijiet indirizzati lejn istituzzjonijiet finanzjarji individwali. Barra minn hekk, wieħed għandu jiftakar li, skont l-Artikolu 258 tat-TFUE, f'każ li l-Kummissjoni tqis li Stat Membru naqas milli jissodisfa obbligu skont it-Trattati, hi għandha s-setgħa tressaq il-kwistjoni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. |
(75) |
Dan ir-Regolament ma għandux jaffettwa l-kapaċità tal-awtoritajiet kompetenti li jżommu l-proċessi ta' qabel l-approvazzjoni rigward il-kuntratti li jirregolaw l-istrumenti kapitali tal-Grad 1 u Grad 2 Addizzjonali. F'dawk il-każijiet tali strumenti kapitali għandhom jiġu kkalkulati biss għall-kapital tal-Grad 1 jew il-kapital tal-Grad 2 Addizzjonali tal-istituzzjoni ladarba jkunu temmew b'suċċess dawn il-proċessi ta' approvazzjoni. |
(76) |
Għall-finijiet ta’ tisħiħ tad-dixxiplina tas-suq u t-titjib tal-istabbiltà finanzjarja huwa meħtieġ li jkunu introdotti rekwiżiti aktar dettaljati għall-iżvelar tal-forma u n-natura tal-kapital regolatorju u l-aġġustamenti prudenzjali magħmula sabiex ikun żgurat li l-investituri u d-depożituri jkunu informati tajjeb b'mod suffiċjenti rigward is-solvenza tal-istituzzjonijiet. |
(77) |
Hu neċessarju wkoll li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom għarfien dwar il-livell, tal-anqas f’termini aggregati, ta’ ftehimiet ta’ riakkwist, self ta’ titoli u s-suriet kollha ta’ vinkoli tal-assi. Din l-informazzjoni għandha tiġi rrappurtata lill-awtoritajiet kompetenti. Għall-finijiet ta’ tisħiħ tad-dixxiplina tas-suq, għandu jkun hemm rekwiżiti aktar dettaljati għad-divulgazzjoni tal-ftehimiet ta' riakkwist u l-kisba ta' finanzjament. |
(78) |
Id-definizzjoni l-ġdida għar-rekwiżiti tal-kapital u ta' kapital regolatorji għandha tkun introdotta b’mod li jittieħed kont tal-fatt li hemm punti ta' tluq u ċirkostanzi nazzjonali differenti, b'varjazzjoni inizjali dwar l-istandards il-ġodda matul il-perijodu ta’ transizzjoni. Sabiex tkun żgurata l-kontinwità adatta fil-livell ta’ fondi proprji, l-istrumenti maħruġa fil-kuntest ta' miżura ta' rikapitalizzazzjoni skont ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat u maħruġa qabel id-data ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament ser ikollhom anterjorità għat-tul tal-perijodu ta’ transizzjoni. Is-serħan fuq l-għajnuna mill-Istat għandu jitnaqqas kemm jista' jkun fil-futur. Madankollu, safejn l-għajnuna mill-istat tkun meħtieġa f'ċerti sitwazzjonijiet, dan ir-Regolament għandu jipprevedi qafas biex jiġu trattati sitwazzjonijiet bħal dawn. B'mod partikolari, dan ir-Regolament għandu jispeċifika liema għandu jkun it-trattament għall-istrumenti ta' fondi proprji maħruġa fil-kuntest ta' miżura ta' rikapitalizzazzjoni skont ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat. Il-possibbiltà li l-istituzzjonijiet jibbenefikaw minn tali trattament għandha tkun soġġetta għal kondizzjonijiet stretti. Barra minn hekk, safejn tali trattament jippermetti devjazzjonijiet mill-kriterji l-ġodda dwar il-kwalità tal-istrumenti ta' fondi proprji dawk id-devjazzjonijiet għandhom ikunu limitati kemm jista' jkun. It-trattament għall-istrumenti ta' kapital eżistenti maħruġa fil-kuntest ta' miżura ta' rikapitalizzazzjoni skont ir-regoli dwar l-għajnuna mill-istat, għandu jagħmel distinzjoni ċara bejn dawk l-istrumenti ta' kapital li jikkonformaw mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament u dawk li ma jikkonformawx. Għaldaqstant għandhom jiġu stabbiliti f'dan ir-Regolament dispożizzjonijiet transizzjonali adegwati għal dan l-aħħar każ. |
(79) |
Id-Direttiva 2006/48/KE ħtieġet lill-istituzzjonijiet ta' kreditu li jipprovdu fondi proprji li jkunu tal-inqas ugwali għall-ammonti minimi speċifikati sal-31 ta’ Diċembru 2011. Fid-dawl tal-effetti kontinwi tal-kriżi finanzjarja fis-settur bankarju u l-estensjoni tal-arranġamenti transizzjonali għar-rekwiżiti ta' kapital adottati mill-BCBS, huwa adatt li jkun introdott mill-ġdid limitu minimu għal perijodu limitat ta’ żmien sakemm l-ammonti suffiċjenti ta’ fondi proprji jkunu ġew stabbiliti f’konformità mal-arranġamenti transizzjonali ta’ fondi proprji previsti f’dan ir-Regolament li ser jiddaħħlu f’fażijiet b’mod progressiv mid-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament sal-2019. |
(80) |
Għal gruppi li jinkludu negozju bankarju jew ta’ investiment u negozju tal-assigurazzjoni sinifikanti, id-Direttiva 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2002 dwar is-superviżjoni supplementari ta' istituzzjonijiet ta' kreditu, dwar impriżi ta' assigurazzjoni u ditti tal-investiment f'konglomerat finanzjarju (13), tipprevedi regoli speċifiċi biex ikun indirizzat tali ‘għadd doppju’ tal-kapital. Id-Direttiva 2002/87/KE hija bbażata fuq prinċipji maqbula fuq livell internazzjonali għat-trattament tar-riskju fis-setturi kollha. Dan ir-Regolament isaħħaħ il-mod kif dawk ir-regoli għal konglomerati finanzjarji għandhom japplikaw għal gruppi ta’ kumpanniji bankarji u tal-investiment, biex tkun żgurata l-applikazzjoni robusta u konsistenti tagħhom. Kull bidla oħra li tkun meħtieġa ser tiġi indirizzata fl-analiżi tad-Direttiva 2002/87/KE, li hija mistennija fl-2015. |
(81) |
Il-kriżi finanzjarja enfasizzat li l-istituzzjonijiet issottovalutaw bil-kbir il-livell ta’ riskju ta’ kreditu tal-kontroparti assoċjat mad-derivati barra l-borża (OTC). Dan wassal lill-G-20, f’Settembru 2009, biex jappellaw għal aktar derivati OTC sabiex jiġu kklerjati permezz ta’ kontroparti ċentrali (CCP). Barra minn hekk, huma riedu li dawn id-derivati OTC li ma setgħux jiġu kklerjati ċentralment ikunu soġġetti għal rekwiżiti ogħla ta’ fondi proprji sabiex ikunu riflessi b'mod adatt ir-riskji ogħla assoċjati magħhom. |
(82) |
B’segwitu għall-appell tal-G-20, il-BCBS, bħala parti mill-qafas ta' Basel III, materjalment bidel ir-reġim tar-riskju ta’ kreditu tal-kontroparti. Il-qafas ta' Basel III hija mistennija li żżid b’mod sinifikanti r-rekwiżiti ta’ fondi proprji assoċjati mad-derivati OTC u t-transazzjonijiet li jiffinanzjaw it-titoli tal-istituzzjonijiet u li toħloq inċentivi importanti għall-istituzzjonijiet li jużaw is-CCPs. Il-qafas ta' Basel III hija mistennija wkoll li tipprovdi aktar inċentivi biex jissaħħaħ l-immaniġjar tar-riskju tal-iskoperturi tar-riskju ta’ kreditu tal-kontroparti u li tirrevedi r-reġim attwali għat-trattament tal-iskoperturi tar-riskju ta’ kreditu tal-kontroparti għas-CCPs. |
(83) |
L-istituzzjonijiet għandhom iżommu fondi proprji addizzjonali minħabba r-riskju tal-aġġustament fil-valwazzjoni tal-kreditu li jitnissel mid-derivati OTC. L-istituzzjonijiet għandhom japplikaw ukoll korrelazzjoni tal-valur tal-assi ogħla fil-kalkolu tar-rekwiżiti tal-fondi proprji tal-iskoperturi tar-riskju ta’ kreditu tal-kontroparti li jitnissel mid-derivati OTC u t-transazzjonijiet li jiffinanzjaw it-titoli lil ċerti istituzzjonijiet finanzjarji. L-istituzzjonijiet għandhom ukoll jiġu rikjesti li jtejbu konsiderevolment il-kejl u l-immaniġjar tar-riskju ta’ kreditu tal-kontroparti billi jindirizzaw aħjar ir-riskju ta’ korrelazzjoni sfavorevoli, kontropartijiet u kollateral b’ingranaġġ għoli ħafna, akkumpanjati mit-titjib korrispondenti fl-oqsma tar-retrotestjar u l-ittestjar tal-istress. |
(84) |
L-iskoperturi kummerċjali għal CCPs ġeneralment jibbenefikaw minn kalkolu tal-valur nett multilaterali u mekkanmiżmu ta’ kondiviżjoni tat-telf ipprovduti mis-CCPs. Bħala konsegwenza, huma jinvolvu riskju ta’ kreditu tal-kontroparti aktar baxx u għaldaqstant għandhom ikunu soġġetti għal rekwiżit ta’ fondi proprji baxx ħafna. Fl-istess waqt, dan ir-rekwiżit għandu jkun pożittiv sabiex jiżgura li l-istituzzjonijiet jintraċċaw u jissorveljaw l-iskoperturi tagħhom għas-CCPs bħala parti minn ġestjoni tajba tar-riskju u biex jiġi rifless li anki l-iskoperturi kummerċjali għas-CCPs mhumiex ħielsa mir-riskju. |
(85) |
Il-fond ta’ inadempjenza tas-CCPs huwa mekkaniżmu li jippermetti l-kondiviżjoni (mutwalizzazzjoni) tat-telf fost il-membri tas-CCPs li jikklerjaw. Dan jintuża fejn it-telf imġarrab mis-CCP wara l-inadempjenza ta’ membru tal-ikklerjar ikun ikbar mill-marġini u l-kontribuzzjonijiet tal-fond tal-inadempjenza pprovduti minn dak il-membru tal-ikklerjar u kwalunkwe difiża oħra li tista' tintuża mis-CCP qabel ma jsir rikors għall-kontribuzzjonijiet tal-fond tal-inadempjenza tal-kumplament tal-membri tal-ikklerjar. Fid-dawl ta' dan, ir-riskju ta’ telf assoċjat mal-iskoperturi mill-kontribuzzjonijiet tal-fond tal-inadempjenza huwa ogħla minn dak assoċjat mal-iskoperturi kummerċjali. Għaldaqstant, dan it-tip ta’ skoperturi għandu jkun soġġett għal rekwiżit ta’ fondi proprji ogħla. |
(86) |
Il-“kapital ipotetiku” ta’ CCP għandu jkun fattur varjabbli meħtieġ biex ikun determinat ir-rekwiżit tal-fondi proprji għall-iskoperturi ta’ membru tal-ikklerjar mill-kontribuzzjonijiet tiegħu għall-fond ta’ inadempjenza ta’ CCP. Dan m’għandux jinftiehem mod ieħor. B'mod partikolari, m’għandux jinftiehem bħala l-ammont tal-kapital li l-awtorità kompetenti tinħtieġ li jinżamm minn CCP. |
(87) |
L-analiżi tat-trattament tar-riskju ta’ kreditu tal-kontroparti, u b’mod partikolari l-istabbiliment ta’ rekwiżiti ta’ fondi proprji ogħla għal kuntratti ta’ derivati bilaterali sabiex jirriflettu r-riskju ogħla li tali kuntratti joħolqu għas-sistema finanzjarja, tifforma parti integrali mill-isforzi tal-Kummissjoni biex tiżgura swieq tad-derivati effiċjenti, sikuri u sodi. Konsegwentement, dan ir-Regolament jikkumplementa ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-transazzjonijiet (14). |
(88) |
Il-Kummissjoni għandha tanalizza l-eżenzjonijiet rilevanti għal skoperturi kbar sal-31 ta’ Diċembru 2015. Sakemm ikun hemm eżitu għal dik l-analiżi, l-Istati Membri għandhom ikomplu jitħallew jiddeċiedu dwar l-eżenzjoni ta' ċerti skoperturi kbar minn dawk ir-regoli għal perijodu transizzjonali suffiċjentement twil. Filwaqt li tibni fuq il-ħidma li saret fil-kuntest tat-tħejjija u n-negozjati tad-Direttiva 2009/111/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 li temenda d-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE u 2007/64/KE dwar banek affiljati ma’ istituzzjonijiet ċentrali, ċerti elementi ta’ fondi proprji, espożizzjonijiet kbar, arranġamenti superviżorji, u l-ġestjoni tal-kriżijiet (15) u b'kont meħud tal-iżviluppi internazzjonali u tal-Unjoni dwar dawk il-kwistjonijiet, il-Kummissjoni għandha tanalizza jekk dawk l-eżenzjonijiet għandhomx ikomplu jiġu applikati b'mod diskrezzjonali jew b'mod aktar ġenerali u dwar jekk ir-riskji relatati ma' dawk l-iskoperturi humiex indirizzati b'mezzi aktar effettivi stipulati f'dan ir-Regolament. |
(89) |
Sabiex jiġi żgurat li l-eżenzjonijiet tal-iskoperturi mill-awtoritajiet kompetenti ma jippreġudikawx il-koerenza tar-regoli uniformi stabbiliti b'dan ir-Regolament fuq bażi permanenti, wara perijodu transizzjonali, u fin-nuqqas ta' kwalunkwe eżitu ta' dik l-analiżi, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkonsultaw lill-ABE dwar jekk huwiex adatt jew le li jkompli jsir użu mill-possibbiltà li jeżentaw ċerti skoperturi. |
(90) |
Is-snin preċedenti għall-kriżi finanzjarja kienu kkaratterizzati minn konċentrazzjoni eċċessiva fl-iskoperturi tal-istituzzjonijiet fir-rigward tal-fondi proprji tagħhom (lieva finanzjarja). Matul il-kriżi finanzjarja, it-telf u n-nuqqas ta’ finanzjament ġiegħel lill-istituzzjonijiet li jnaqqsu b’mod sinifikanti l-lieva finanzjarja tagħhom fuq perijodu ta' żmien qasir. Dan amplifika l-pressjoni ’l isfel fuq il-prezzijiet tal-assi, ikkawża aktar telf kemm għall-istituzzjonijiet li, konsegwentement, ġab miegħu aktar tnaqqis fil-fondi proprji tagħhom. Ir-riżultati finali ta’ dan il-moviment negattiv kienu tnaqqis fid-disponibbiltà tal-kreditu għall-ekonomija reali u kriżi aktar profonda u itwal. |
(91) |
Ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji bbażati fuq ir-riskju huma essenzjali biex jiġu żgurati fondi proprji biżżejjed għall-kopertura tat-telf mhux mistenni. Madankollu, il-kriżi wriet li dawk ir-rekwiżiti waħedhom mhumiex biżżejjed biex jevitaw li l-istituzzjonijiet jidħlu għal riskji eċċessivi u mhux sostenibbli ta' lieva finanzjarja. |
(92) |
F’Settembru 2009, il-G-20 intrabtu li jiżviluppaw regoli maqbula fuq livell internazzjonali biex jiskoraġġixxu lieva finanzjarja eċċessiva. Għal dak il-għan, huma appoġġaw l-introduzzjoni ta’ proporzjon ta’ lieva finanzjarja bħala miżura supplimentari għall-qafas ta’ Basel II. |
(93) |
F’Diċembru 2010, il-BCBS ippubblika linji gwida li jiddefinixxu l-metodoloġija għall-kalkolu tal-proporzjon tal-lieva finanzjarja. Dawk ir-regoli jipprevedu perijodu ta’ osservazzjoni mill-1 ta’ Jannar 2013 sal-1 ta’ Jannar 2017 li matulu, il-proporzjon tal-lieva finanzjarja, il-komponenti tagħha u l-imġiba tagħha fir-rigward tar-rekwiżit ibbażat fuq ir-riskju ser jiġu ssorveljati. Abbażi tar-riżultati tal-perijodu ta’ osservazzjoni, il-BCBS biħsiebu jagħmel aġġustamenti finali għad-definizzjoni u l-kalibrar tal-proporzjon tal-lieva finanzjarja fl-ewwel nofs tal-2017, bil-għan li ssir migrazzjoni għal rekwiżit vinkolanti fl-1 ta’ Jannar 2018 ibbażat fuq analiżi u kalibrar adatti. Il-linji gwida tal-BCBS jipprevedu wkoll id-divulgazzjoni tal-proporzjon tal-lieva finanzjarja u l-komponenti tagħha li jibda fl-1 ta’ Jannar 2015. |
(94) |
Il-proporzjon tal-lieva finanzjarja huwa strument regolatorju u superviżorju ġdid għall-Unjoni. F’konformità mal-ftehimiet internazzjonali, huwa għandu l-ewwel ikun introdott bħala aspett addizzjonali li jista’ jkun applikat fir-rigward tal-istituzzjonijiet individwali skont id-diskrezzjoni tal-awtoritajiet superviżorji. L-obbligi tar-rapportar għall-istituzzjonijiet jippermettu analiżi u kalibrar adatti, bil-għan li ssir il-migrazzjoni għal miżura vinkolanti fl-2018. |
(95) |
Meta jiġi analizzat l-impatt tal-proporzjon tal-lieva finanzjarja fuq mudelli kummerċjali differenti, għandha tingħata attenzjoni partikolari għall-mudelli kummerċjali li jitqiesu li jinvolvu riskju baxx, bħas-self bl-ipoteki u s-self speċjalizzat ma’ gvernijiet reġjonali, awtoritajiet lokali jew entitajiet tas-settur pubbliku. L-ABE, abbażi tad-data li tirċievi u s-sejbiet tal-analiżi superviżorja waqt perijodu ta' osservazzjoni, għandha tiżviluppa, f'kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti, klassifikazzjoni tal-mudelli kummerċjali u r-riskji. Abbażi ta' analiżi adatti, u anki b'kont meħud tad-data storika jew ix-xenarji ta' stress, għandu jkun hemm valutazzjoni tal-livelli adegwati tal-proporzjon tal-lieva li jissalvagwardjaw ir-reżistenza tal-mudelli kummerċjali rispettivi u jekk il-livelli tal-proporzjon tal-lieva għandhomx jiġu stabbiliti bħala limiti jew bħala firxiet. Wara l-perijodu ta' osservazzjoni u l-kalibrazzjoni tal-liveli rispettivi tal-proporzjon tal-lieva, u abbażi tal-valutazzjoni, l-ABE tista' tippubblika analiżi statistika adegwata, inklużi medji u devjazzjonijiet standard, tal-proporzjon tal-lieva. Wara l-adozzjoni tar-rekwiżiti tal-proporzjon tal-lieva, l-ABE għandha tippubblika analiżi statistika adegwata, inklużi medji u devjazzjonijiet standard, tal-proporzjon tal-lieva meta mqabbel mal-kategoriji identifikati ta' istituzzjonijiet. |
(96) |
L-istituzzjonijiet għandhom jissorveljaw il-livell u l-bidliet fil-proporzjon tal-lieva finanzjarja kif ukoll ir-riskju tal-lieva finanzjarja bħala parti mill-proċess ta’ valutazzjoni interna dwar l-adegwatezza tal-kapital (ICAAP). Tali monitoraġġ għandu jkun inkluż fil-proċess ta' analiżi superviżorja. B'mod partikolari, wara d-dħul fis-seħħ tar-rekwiżiti marbuta mal-proporzjon tal-lieva, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu monitoraġġ tal-iżviluppi fil-mudell kummerċjali u l-profil ta' riskju korrispondenti sabiex jiżguraw klassifikazzjoni aġġornata u tajba tal-istituzzjonijiet. |
(97) |
L-istrutturi ta’ governanza tajba, it-trasparenza u d-divulgazzjoni huma essenzjali għal politiki validi ta’ remunerazzjoni. Sabiex tkun żgurata trasparenza adegwata għas-suq tal-istrutturi ta’ remunerazzjoni tagħhom u r-riskju assoċjat, l-istituzzjonijiet għandhom jiżvelaw informazzjoni dettaljata dwar il-politiki, il-prattiki ta’ remunerazzjoni tagħhom u, għal raġunijiet ta’ kunfidenzjalità, l-ammonti aggregati għal dawk il-membri tal-persunal li l-attivitajiet professjonali tagħhom ikollhom impatt materjali fuq il-profil tar-riskju tal-istituzzjoni. Dik l-informazzjoni għandha tkun disponibbli għall-partijiet interessati kollha. Dawk ir-rekwiżiti partikolari għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għal rekwiżiti ta' divulgazzjoni aktar ġenerali dwar politiki ta' remunerazzjoni applikabbli b'mod orizzontali fis-setturi kollha. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jitolbu lill-istituzzjonijiet li jagħmlu disponibbli informazzjoni aktar dettaljata dwar ir-remunerazzjoni. |
(98) |
Ir-rikonoxximent ta' aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu bħala istituzzjoni esterna tal-valutazzjoni tal-kreditu (ECAI) ma għandux iżid l-esklużjoni minn suq diġà dominat minn tliet impriżi prinċipali. L-ABE u l-banek ċentrali tas-SEBĊ għandhom, mingħajr ma jagħmlu l-proċess aktar faċli jew inqas eżiġenti, jipprevedi r-rikonoxximent ta' aktar aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu bħala ECAIs bħala mod biex is-suq jinfetaħ għal impriżi oħra. |
(99) |
Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (16) u r-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta' dik id-data (17), għandhom ikunu applikabbli b’mod sħiħ għall-ipproċessar tad-data personali għall-fini ta’ dan ir-Regolament. |
(100) |
L-istituzzjonijiet għandhom iżommu riżerva diversifikata ta' assi likwidi li jistgħu jużaw biex ikopru l-ħtiġijiet ta’ likwidità waqt stress fil-likwidità fuq perijodu ta' żmien qasir. Peress li mhux possibbli li wieħed ikun jaf ex-ante b'ċertezza liema assi speċifiċi f'kull klassi ta' assi jistgħu jkunu soġġetti għal xokkijiet ex-post, huwa xieraq li tiġi promossa riżerva ta' likwidità diversifikata u ta' kwalità għolja magħmula minn kategoriji ta' assi differenti. Konċentrazzjoni ta' assi u dipendenza żejda fuq il-likwidità tas-suq joħolqu riskju sistemiku għas-settur finanzjarju u għandhom jiġu evitati. Għandha għalhekk titqies sensiela wiesgħa ta' assi ta' kwalità waqt perijodu inizjali ta' osservazzjoni li jkunu ser jintużaw għall-iżvilupp ta' definizzjoni ta' rekwiżit tal-kopertura tal-likwidità. Fit-tfassil ta' definizzjoni uniformi ta' assi likwidi, tal-inqas bonds tal-gvern u bonds koperti nnegozjati fi swieq trasparenti b'fatturat kontinwu jkunu mistennija jitqiesu bħala assi ta' likwidità estremament għolja u ta' kwalità ta' kreditu. Ikun ukoll xieraq li l-assi li jikkorrispondu għall-Artikolu 416(1)(a) sa (c) għandhom jiġu inklużi fir-riżerva mingħajr limitazzjonijiet. Meta istituzzjonijiet jużaw l-istokk ta' likwidità, huma għandhom jistabbilixxu pjan biex jirkupraw il-pussess tagħhom ta’ assi likwidi u l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw l-adegwatezza tal-pjan u l-implimentazzjoni tiegħu. |
(101) |
L-istokk ta’ assi likwidi għandu jkun disponibbli fi kwalunkwe ħin biex jissodisfa l-flussi ta’ ħruġ tal-likwidità. Il-livell tal-ħtiġijiet tal-likwidità waqt stress fil-likwidità fuq perijodu ta' żmien qasir għandu jkun iddeterminat b’mod standardizzat sabiex ikunu żgurati standard ta' sodezza uniformi u kondizzjonijiet indaqs. Għandu jkun żgurat li tali determinazzjoni standardizzata m’għandhiex konsegwenzi mhux intenzjonati għas-swieq finanzjarji, l-estensjoni tal-kreditu u t-tkabbir ekonomiku, filwaqt li jittieħed kont tal-mudelli kummerċjali u ta' investiment u l-ambjenti ta’ finanzjament differenti tal-istituzzjonijiet madwar l-Unjoni. Għal dan il-għan, ir-rekwiżit ta’ kopertura tal-likwidità għandu jkun soġġett għal perijodu ta’ osservazzjoni. Abbażi tal-osservazzjonijiet u bl-appoġġ ta' rapporti tal-ABE, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta att iddelegat biex tintroduċi fi żmien opportun rekwiżit ta' kopertura tal-likwidità dettaljat u armonizzat għall-Unjoni. Sabiex tiġi żgurata l-armonizzazzjoni globali fil-qasam tar-regolamentazzjoni tal-likwidità kwalunkwe att iddelegat biex jiġi introdott ir-rekwiżit ta' kopertura tal-likwidità għandu jkun jista' jitqabbel mal-proporzjon ta' kopertura tal-likwidità stabbilit fil-qafas internazzjonali finali għall-kalkolu, l-istandards u l-monitoraġġ tar-riskji tal-likwidità tal- BCBS b'kont meħud tal-ispeċifiċitajiet tal-Unjoni u nazzjonali. |
(102) |
Għal dak l-għan, matul il-perijodu ta' osservazzjoni, l-ABE għandha tanalizza u tivvaluta, fost l-oħrajn, l-adegwatezza ta' limitu ta' 60 % fuq l-assi likwidi ta' livell 1, u limitu ta' 75 % tad-dħul u l-ħruġ u l-introduzzjoni gradwali tar-rekwiżit ta' kopertura tal-likwidità minn 60 % mill-1 ta’ Jannar 2015 li jiżdied fuq bażi gradwata sa 100 %. Meta tivvaluta u tirrapporta dwar id-definizzjonijiet uniformi tal-istokk ta' assi likwidi, l-ABE għandha tqis id-definizzjoni mill-BCBS ta' assi likwiti ta' kwalità għolja (HQLA) għall-bażi tal-analiżi tagħha, b'kont meħud tal-ispeċifiċitajiet tal-Unjoni u nazzjonali. Filwaqt li l-ABE għandha tidentifika dawk il-muniti fejn il-ħtiġijiet tal-istituzzjonijiet stabbiliti fl-Unjoni għall-assi likwidi jaqbżu d-disponibbiltà ta' dawk l-assi likwidi f'dik il-munita, ta' kull sena l-ABE għandha teżamina wkoll jekk id-derogi, inkużi dawk identifikati f'dan ir-Regolament, għandhomx japplikaw. Barra minn hekk, ta' kull sena l-ABE għandha tivvaluta jekk b'rabta ma' kwalunkwe deroga bħal din kif ukoll derogi diġà identifikati f'dan ir-Regolament, għandhomx jiġu mehmużin xi kundizzjonijiet addizzjonali għall-użu tagħhom minn istituzzjonijiet stabbiliti fl-Unjoni jew jekk kundizzjonijiet eżistenti għandhomx jiġu riveduti. L-ABE għandha tippreżenta r-riżultati tal-analiżi tagħha f'rapport annwali lill-Kummissjoni. |
(103) |
Bil-ħsieb li tiżdied l-effiċjenza u jitnaqqas il-piż amministrattiv, l-ABE għandha tistabbilixxi qafas ta' rappurtar koerenti abbażi ta' sensiela armonizzata ta' standards għar-rekwiżiti ta' likwidità li għandha tiġi applikata fl-Unjoni kollha. Għal dan l-għan l-ABE għandha tiżviluppa formati ta' rappurtar uniformi u soluzzjonijiet tal-IT li jqisu d-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament u d-Direttiva 2013/36/UE. Sad-data ta' applikazzjoni tar-rekwiżiti kollha marbuta mal-likwidità, l-istituzzjonijiet għandhom ikomplu jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' rappurtar nazzjonali tagħhom. |
(104) |
L-ABE, f'kooperazzjoni mal-BERS, għandha toħroġ gwida dwar il-prinċipji għall-użu ta' riżerva ta' likwidità f'sitwazzjoni ta' stress. |
(105) |
Ma jistax jitqies bħal aċċertat li l-istituzzjonijiet ser jirċievu appoġġ ta' likwidità minn istituzzjonijiet oħra li jappartjenu għall-istess grupp meta jkollhom diffikultajiet biex jissodisfaw l-obbligi ta’ pagament tagħhom. Madankollu, soġġett għall-kondizzjonijiet rigorużi u l-ftehim individwali tal-awtoritajiet kompetenti kollha involuti, l-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu jistgħu jirrinunzjaw li japplikaw ir-rekwiżit tal-likwidità għal istituzzjonijiet individwali u jagħmlu lil dawk l-istituzzjonijiet soġġetti għal rekwiżit konsolidat, sabiex dawn ikunu jistgħu jiġġestixxu l-likwidità tagħhom b'mod ċentrali fil-livell tal-grupp jew tas-sottogrupp. |
(106) |
Bl-istess mod, fejn ma tingħata l-ebda eżenzjoni, il-flussi tal-likwidità bejn żewġ istituzzjonijiet li jappartjenu għall-istess grupp u li huma soġġetti għal superviżjoni konsolidata, meta r-rekwiżit tal-likwidità jsir miżura vinkolanti, għandhom jirċievu rati preferenzjali fuq il-flussi ’l ġewwa u ’l barra biss f'dawk il-każijiet fejn is-salvagwardji kollha meħtieġa jkunu stabbiliti. Trattamenti preferenzjali speċifiċi bħal dawn għandhom jiġu definiti b'mod strett u marbuta mat-twettiq ta' għadd ta' kondizzjonijiet stretti u oġġettivi. It-trattament speċifiku applikabbli għal fluss partikolari fost impriżi ta' grupp għandu jinkiseb permezz ta' metodoloġija li tuża kriterji u parameteri oġġettivi biex jiġu determinati livelli speċifiċi ta' flussi 'l ġewwa u flussi 'l barra bejn l-istituzzjoni u l-kontroparti. Abbażi tal-osservazzjonijiet u b'appoġġ mir-rapport tal-ABE, il-Kummissjoni għandha, kif adatt u bħala parti tal-att iddelegat li hija tadotta skont dan ir-Regolament biex tispeċifika r-rekwiżit ta' kopertura tal-likwidità, tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati biex tistabbilixxi dawn it-trattamenti speċifiċi fost impriżi ta' grupp, il-metodoloġija u l-kriterji oġġettivi li magħhom huma marbutin, kif ukoll il-modalitajiet għal deċiżjonijiet konġunti għall-valutazzjoni ta' dawk il-kriterji. |
(107) |
Bonds maħruġa mill-Aġenzija Nazzjonali ta' Ġestjoni tal-Assi (NAMA) fl-Irlanda huma ta' importanza partikolari għar-rilanċ tas-settur bankarju Irlandiż u l-ħruġ tagħhom ingħata l-approvazzjoni minn qabel mill-Istati Membri, u ġew approvati bħala għajnuna mill-Istat mill-Kummissjoni bħala miżura ta' appoġġ introdotta biex jitneħħew l-assi difettużi mill-karti tal-bilanċ ta' ċerti istituzzjonijiet ta' kreditu. Il-ħruġ ta' tali bonds, miżura transitorja appoġġata mill-Kummissjoni u l-BĊE, huwa parti integrali fir-ristrutturar tas-sistema bankarja Irlandiża. Tali bonds huma garantiti mill-gvern Irlandiż u huma kollateral eliġibbli mal-awtoritajiet monetarji. Il-Kummissjoni għandha tindirizza mekkaniżmi speċifiċi ta' anterjorità ta' assi trasferibbli maħruġa jew iggarantiti minn entitajiet li għandhom l-approvazzjoni tal-Unjoni dwar għajnuna mill-Istat, bħala parti mill-att iddelegat li hija tadotta skont dan ir-Regolament biex jiġi speċifikat ir-rekwiżit ta' kopertura tal-likwidità. F'dak ir-rigward il-Kummissjoni li tieħu kont tal-fatt li l-istituzzjonijiet li jikkalkulaw ir-rekwiżiti ta' kopertura tal-likwidità skont dan ir-Regolament għandhom jingħataw il-permess li jinkludu senior bonds bħala assi ta' likwidità u ta' kwalità ta' kreditu estremament għoljin sa Diċembru 2019. |
(108) |
B'mod simili, il-bonds maħruġa mill-Kumpannija ta' Ġestjoni ta' Assi Spanjola huma ta' importanza partikolari għall-irkupru bankarju Spanjol u huma miżura transizzjonali appoġġata mill-Kummissjoni u l-BĊE, bħala parti integrali fir-ristrutturazzjoni tas-sistema bankarja Spanjola. Peress li l-ħruġ tagħhom hu previst fil-Memorandum ta' Ftehim dwar il-Kondizzjonalità tal-Politika tas-Settur Finanzjarju ffirmat mill-Kummissjoni u l-Awtoritajiet Spanjoli fit-23 ta’ Lulju 2012, u t-trasferiment tal-assi jeħtieġ approvazzjoni mill-Kummissjoni bħala miżura ta' għajnuna mill-istat introdotta biex jitneħħew assi danneġġati mill-karti tal-bilanċ ta' ċerti istituzzjonijiet ta' kreditu, u safejn huma ggarantiti mill-gvern Spanjol u huma kollaterali eliġibbli ma' awtoritajiet monetarji. Il-Kummissjoni għandha tindirizza l-mekkaniżmu speċifiċi ta' anterjorità tal-assi trasferibbli maħruġa jew iggarantiti minn entitajiet li jkollhom l-approvazzjoni għall-għajnuna Statali mill-Unjoni bħala parti mill-att iddelegat li hija tadotta skont dan ir-Regolament biex jiġi speċifikat ir-rekwiżit ta' kopertura tal-likwidità. F'dak ir-rigward il-Kummissjoni għandha tieħu kont tal-fatt li l-istituzzjonijiet li jikkalkulaw ir-rekwiżiti ta' kopertura tal-likwidità skont dan ir-Regolament għandhom jingħataw il-permess jinkludu senior bonds tal-Kumpannija ta' Ġestjoni ta' Assi Spanjola bħala assi ta' likwidità estremament għolja u ta' kwalità ta' kreditu tal-inqas sa Diċembru 2023. |
(109) |
Abbażi tar-rapporti li l-ABE hija meħtieġa li tippreżenta u meta tħejji l-proposta għal att iddelegat dwar ir-rekwiżiti ta' likwidità, il-Kummissjoni għandha wkoll tqis jekk senior bonds maħruġa minn entitajiet legali simili għan-NAMA fl-Irlanda jew il-Kumpannija ta' Ġestjoni ta' Assi Spanjola, stabbiliti għall-istess fini u ta' importanza partikolari għall-irkupru bankarju fi kwalunkwe Stat Membru ieħor, għandhomx jingħataw tali trattament, safejn ikunu ggarantiti mill-gvern ċentrali tal-Istat Membru rilevanti u huma kollaterali eliġibbli ma' awtoritajiet monetarji. |
(110) |
Meta tiżviluppa l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex jiġu determinati l-metodi għall-kejl ta' ħruġ addizzjonali, l-ABE għandha tqis approċċ storiku standardizzat bħala metodu ta' tali kejl. |
(111) |
Sakemm jiġi introdott il-proporzjon ta’ ffinanzjar stabbli nett (NSFR) bħala standard minimu vinkolanti, l-istituzzjonijiet għandhom josservaw obbligu ġenerali ta' finanzjament. L-obbligu ġenerali ta' finanzjament m'għandux ikun rekwiżit tal-proporzjon. Jekk, sakemm jiġi introdott l-NSFR, jiġi introdott proporzjon ta’ ffinanzjar stabbli bħala standard minimu permezz ta' dispożizzjoni nazzjonali, l-istituzzjonijiet għandhom jikkonformaw ma' dan l-istandard minimu kif meħtieġ. |
(112) |
Apparti mill-ħtiġijiet ta’ likwidità fuq perijodu ta' żmien qasir, l-istituzzjonijiet għandhom jadottaw ukoll strutturi ta’ finanzjament li jkunu stabbli fuq terminu itwal ta’ żmien. F’Diċembru 2010, il-BCBS qabel li l-NSFR jiċċaqlaq għal standard minimu sal-1 ta’ Jannar 2018 u li l-BCBS jistabbilixxi proċessi rigorużi ta’ rappurtar biex jissorvelja l-proporzjon matul il-perijodu ta’ transizzjoni u li ser ikompli janalizza l-implikazzjonijiet ta’ dawn l-istandards għas-swieq finanzjarji, l-estensjoni tal-kreditu u t-tkabbir ekonomiku, filwaqt li jindirizza l-konsegwenzi mhux maħsuba, skont il-ħtieġa. Il-BCBS b’hekk qabel li l-NSFR ikun soġġett għal perijodu ta’ osservazzjoni u jinkludi klawsola ta’ analiżi. F’dak il-kuntest, l-ABE għandha, abbażi tar-rapportar meħtieġ minn dan ir-Regolament, tevalwa kif għandu jkun iddisinjat rekwiżit ta’ finanzjament stabbli. Abbażi ta' din l-evalwazzjoni, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill flimkien ma’ kwalunkwe proposta adatta sabiex jiġu introdotti tali rekwiżit sal-2018. |
(113) |
Punti debboli fil-governanza korporattiva f’numru ta’ istituzzjonijiet ikkontribwixxew għal teħid ta’ riskji eċċessivi u imprudenti fis-settur bankarju li wassal għall-falliment ta’ istituzzjonijiet individwali u problemi sistemiċi. |
(114) |
Sabiex jiġi ffaċilitat il-monitoraġġ tal-prattiki tal-governanza korporattiva tal-istituzzjonijiet u tittejjeb id-dixxiplina fis-suq, l-istituzzjonijiet għandhom jiżvelaw pubblikament l-arranġamenti tal-governanza korporattiva tagħhom. Il-korpi ta' ġestjoni tagħhom għandhom japprovaw u jiżvelaw pubblikament dikjarazzjoni li tipprovdi aċċertament lill-pubbliku li dawn l-arranġamenti huma adegwati u effiċjenti. |
(115) |
Sabiex titqies id-diversità tal-mudelli kummerċjali tal-istituzzjonijiet fis-suq intern ċerti rekwiżiti strutturali għal perijodu fit-tul, bħall-NSFR u l-proporzjon tal-lieva għandhom jiġu eżaminati mill-qrib bil-għan tal-promozzjoni ta' varjetà ta' strutturi bankarji sodi li kienu, u għandhom jibqgħu jkunu, ta' servizz għall-ekonomija tal-Unjoni. |
(116) |
Għall-provvista kontinwa ta' servizzi finanzjarji lil familji u ditti, tinħtieġ struttura ta' finanzjament stabbli. Flussi ta' finanzjament fuq perijodu fit-tul f'sistemi finanzjarji bbażati fuq il-banek f'ħafna Stati Membri ġeneralment jista' jkollhom karatteristiċi differenti minn dawk li jinsabu fi swieq internazzjonali oħra. Barra minn hekk, jistgħu jkunu ġew żviluppati strutturi speċifiċi ta' finanzjament fl-Istati Membri biex jiġi pprovdut finanzjament stabbli għal investiment fuq perijodu fit-tul, inklużi strutturi bankarji deċentralizzati maħsuba biex jidderieġu l-likwidità jew it-titoli ipotekarji speċjalizzati li jinnegozjaw fi swieq ta' likwidità għolja jew li huma investiment tajjeb għal investituri fuq perijodu ta' żmien twil. Dawk il-fatturi strutturali għandhom jitqiesu b'attenzjoni. Huwa essenzjali għal dak il-għan li, ladarba l-istandards internazzjonali jiġu ffinalizzati, l-ABE u l-BERS, fuq il-bażi tar-rappurtar meħtieġ minn dan ir-Regolament, jevalwaw kif għandu jitfassal rekwiżit ta' finanzjament stabbli li jqis bis-sħiħ id-diversità tal-istrutturi ta' finanzjament fis-suq bankarju tal-Unjoni. |
(117) |
Sabiex tkun żgurata konverġenza progressiva bejn il-livell tal-fondi proprji u l-aġġustamenti prudenzjali applikati għad-definizzjoni ta’ fondi proprji fl-Unjoni u għad-definizzjoni ta’ fondi proprji stabbilita b’dan ir-Regolament matul il-perijodu ta’ tranżizzjoni, id-dħul f’fażijiet tar-rekwiżiti tal-fondi proprji ta’ dan ir-Regolament għandu jseħħ gradwalment. Huwa vitali li jkun żgurat li dan id-dħul f’fażijiet ikun konsistenti mat-titjib reċenti magħmul mill-Istati Membri fil-livelli meħtieġa tal-fondi proprji u mad-definizzjoni ta’ fondi proprji fis-seħħ fl-Istati Membri. Għal dak il-għan, matul il-perijodu ta’ transizzjoni l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeterminaw fi ħdan limiti minimi u massimi definiti kemm għandom jintroduċu rapidament il-livell meħtieġ tal-fondi proprji u l-aġġustamenti prudenzjali stabbiliti f’dan ir-Regolament. |
(118) |
Sabiex tiġi ffaċilitata t-transizzjoni bla xkiel minn aġġustamenti prudenzjali diverġenti attwalment applikati fl-Istati Membri għas-sett ta’ aġġustamenti prudenzjali stabbiliti f’dan ir-Regolament, l-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu jistgħu, matul il-perijodu ta’ transizzjoni, ikomplu jeħtieġu lill-istituzzjonijiet, sa ċertu limitu, sabiex jagħmlu aġġustamenti prudenzjali għall-fondi proprji li jirrappreżentaw deroga minn dan ir-Regolament. |
(119) |
Sabiex ikun żgurat li l-istituzzjonijiet ikollhom żmien biżżejjed biex jissodisfaw il-livelli meħtieġa ġodda u d-definizzjoni ta’ fondi proprji, ċerti strumenti ta' kapital li ma jkunux konformi mad-definizzjoni ta’ fondi proprji stabbilita f’dan ir-Regolament għandhom jitneħħew f’fażijiet bejn l-1 ta’ Jannar 2013 u l-31 ta’ Diċembru 2021. Barra minn hekk, ċerti strumenti injettati mill-Istat għandhom jiġu rikonoxxuti b’mod sħiħ fil-fondi proprji għal perijodu limitat. Barra minn hekk, il-kontijiet premium tal-ishma relatati ma' elementi li kienu jikkwalifikaw bħala fondi proprja taħt il-miżuri ta' traspożizzjoni nazzjonali għad-Direttiva 2006/48/KE għandhom f'ċerti ċikostanzi jikkwalifikaw bħala Ekwità Komuni ta' Grad 1. |
(120) |
Sabiex tkun żgurata konverġenza progressiva lejn regoli uniformi dwar id-divulgazzjoni mill-istituzzjonijiet biex jipprovdu lill-parteċipanti fis-swieq b’informazzjoni preċiża u komprensiva rigward il-profil tar-riskju ta’ istituzzjonijiet individwali, ir-rekwiżiti tad-divulgazzjoni għandhom jiddaħħlu f’fażijiet gradwalment. |
(121) |
Sabiex jittieħed kont tal-iżviluppi u l-esperjenza tas-swieq fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tkun meħtieġa tippreżenta rapporti lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill, flimkien ma’ proposti leġislattivi, fejn opportun, dwar l-effetti potenzjali tar-rekwiżiti ta' kapital fuq iċ-ċiklu ekonomiku ta’ rekwiżiti minimi ta’ fondi proprji għal skoperturi f’forma ta’ bonds koperti, skoperturi kbar, rekwiżiti tal-likwidità, lieva finanzjarja, skoperturi għal riskju ta’ kreditu trasferit, riskju ta’ kreditu tal-kontroparti u l-metodu ta’ skopertura oriġinali, skoperturi fil-livell tal-konsumatur, fuq id-definizzjoni ta’ kapital eliġibbli, u l-livell tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. |
(122) |
Il-fini ewlenija tal-qafas legali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu għandu jkun li jiġi żgurat il-funzjonament ta' servizzi vitali għall-ekonomija reali filwaqt li jiġi limitat ir-riskju ta' periklu morali. Is-separazzjoni strutturali ta' attivitajiet bankarji bl-imnut u tal-investiment fi ħdan grupp bankarju tista' tkun strument ċentrali li jsostni dan l-objettiv. L-ebda dispożizzjoni fil-qasam regolatorju attwali ma għandha għalhekk tipprevjeni l-introduzzjoni ta' miżuri għall-effett ta' tali separazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tkun meħtieġa tanalizza l-kwistjoni tas-separazzjoni strutturali fl-Unjoni u tippreżenta rapport, flimkien ma' proposti leġislattivi, jekk opportun, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. |
(123) |
Bl-istess mod bil-ħsieb li jiġu mħarsa d-depożituri u tinżamm l-istabbiltà finanzjarja, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu wkoll jadottaw miżuri strutturali li jirrikjedu lill-istituzzjonijiet ta' kreditu awtorizzati f'dak l-Istat Membru li jnaqqsu l-iskoperturi tagħhom għal entitajiet legali differenti skont l-attivitajiet tagħhom, irrispettivament minn fejn jinsabu dawk l-attivitajiet. Madankollu, minħabba li miżuri bħal dawn jista' jkollhom impatt negattiv billi jifframmentaw is-suq intern, huma għandhom jiġu approvati biss taħt kundizzjonijiet stretti sakemm jidħol fis-seħħ att legali futur li espliċitament jarmonizza miżuri bħal dawn. |
(124) |
Sabiex ikunu speċifikati r-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament, is-setgħa tal-adozzjoni ta' atti f’konformità mal-Artikolu 290 TFUE għandha tkun iddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-aġġustamenti tekniċi għal dan ir-Regolament biex ikunu ċċarati d-definizzjonijiet biex tkun żgurata l-applikazzjoni uniformi ta’ dan ir-Regolament jew biex jittieħed kont tal-iżviluppi fis-swieq finanzjarji, biex t-terminoloġija tkun allinjata fuq l-atti rilevanti sussegwenti, u d-definizzjonijiet jitfasslu skonthom, biex isir aġġustament tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament dwar fondi proprji biex jirriflettu l-iżviluppi fl-istandards tal-kontabbiltà jew il-liġi tal-Unjoni, jew fir-rigward tal-konverġenza tal-prattiki superviżorji, biex jitwessgħu l-listi tal-klassijiet tal-iskoperturi għall-fini tal-Approċċ Standardizzat jew l-Approċċ IRB sabiex jittieħed kont tal-iżviluppi fis-swieq finanzjarji; biex isir aġġustament ta’ ċerti ammonti rilevanti għal dawk il-klassijiet tal-iskoperturi sabiex jittieħed kont tal-effetti tal-inflazzjoni; biex tkun aġġustata l-lista u l-klassifika tal-elementi li ma jidhrux fuq il-karta tal-bilanċ; u biex ikunu aġġustati d-dispożizzjonijiet speċifiċi u l-kriterji tekniċi dwar it-trattament tar-riskju ta’ kreditu tal-kontroparti, l-Approċċ Standardizzat u l-Approċċ IRB, il-mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu, it-titolizzazzjoni, ir-riskju operattiv, ir-riskju tas-suq, il-likwidità, il-lieva finanzjarja u d-divulgazzjoni sabiex jittieħed kont tal-iżviluppi fis-swieq finanzjarji jew fl-istandards tal-kontabbiltà jew il-liġi tal-Unjoni, jew fir-rigward tal-konverġenza tal-prattiki superviżorji u l-kalkolu tar-riskju u jittieħed kont tal-eżitu tal-analiżi ta’ diversi materji relatati mal-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2004/39/KE. |
(125) |
Is-setgħa li tadotta atti f’konformità mal-Artikolu 290 TFUE għandha wkoll tkun iddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-preskrizzjoni ta’ tnaqqis temporanju fil-livell tal-fondi proprji jew l-piż tar-riskju speċifikati skont dan ir-Regolament sabiex jittieħed kont taċ-ċirkostanzi speċifiċi, biex tkun iċċarata l-eżenzjoni ta’ ċerti skoperturi mill-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament dwar skoperturi kbar, biex ikunu speċifikati l-ammonti rilevanti għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta' kapital għall-portafoll tan-negozjar biex jittieħed kont tal-iżviluppi fl-oqsma ekonomiċi u monetarji, biex isir aġġustament tal-kategoriji tad-ditti ta' investiment eliġibbli għal ċerti derogi għal livelli meħtieġa ta’ fondi proprji biex jittieħed kont tal–iżviluppi fis-swieq finanzjarji, biex ikun iċċarat ir-rekwiżit li d-ditti ta' investiment iżommu fondi proprji ekwivalenti għal kwart tal-ispejjeż ġenerali (overheads) fissi tas-sena preċedenti biex tkun żgurata applikazzjoni uniformi ta’ dan ir-Regolament, biex ikunu ddeterminati l-elementi tal-fondi proprji li minnhom għandu jsir it-tnaqqis tal-holdings tal-istituzzjoni tal-istrumenti ta' entitajiet rilevanti, biex ikunu introdotti dispożizzjonijiet transizzjonali addizzjonali relatati mat-trattament ta’ qligħ u telf attwarju fil-kalkolu tal-obbligi tal-istituzzjonijiet ta’ pensjonijiet b’benefiċċju definit. Huwa importanti ferm li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma tagħha ta' tħejjija, inkluż fil-livell tal-esperti. Il-Kummissjoni, meta tkun qiegħda tħejji u tfassal atti ddelegati, għandha tiżgura trasmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. |
(126) |
F'konformità mad-dikjarazzjoni Nru 39 dwar l-Artikolu 290 TFUE, il-Kummissjoni għandha tkompli tikkonsulta lill-esperti maħtura mill-Istati Membri matul it-tħejjija tal-abbozz tal-atti ddelegati fil-qasam tas-servizzi finanzjarji, f'konformità mal-prassi stabbilita tagħha. |
(127) |
L-istandards tekniċi fis-servizzi finanzjarji għandhom jiżguraw armonizzazzjoni, kondizzjonijiet uniformi u protezzjoni adegwata tad-depożituri, l-investituri u l-konsumaturi fl-Unjoni. Bħala korp b’ħila espert speċjalizzata ħafna, ikun effiċjenti u adatt li l-ABE tiġi fdata bl-elaborazzjoni ta’ abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji u implimentattivi li ma jinvolvux għażliet tal-politika, biex jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni. L-ABE għandha tiżgura proċessi amministrattivi u ta' rappurtar effiċjenti meta tkun qed tabbozza l-istandards tekniċi. Il-formati ta’ rappurtar għandhom ikunu proporzjonati man-natura, l-iskala u l-kumplessità tal-attivitajiet tal-istituzzjonijiet. |
(128) |
Il-Kummissjoni għandha tadotta abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji żviluppati mill-ABE fl-oqsma tal-assoċjazzjonijiet reċiproċi, is-soċjetajiet kooperattivi, l-istituzzjonijiet tat-tfaddil jew istituzzjonijiet simili, ċerti strumenti ta’ fondi proprji, aġġustamenti prudenzjali, tnaqqis minn fondi proprji, strumenti ta’ fondi proprji addizzjonali, interessi tal-minoranza, servizzi anċillari għall-banek, trattament tal-aġġustament tar-riskju tal-kreditu, probabbiltà ta' inadempjenza, telf fil-każ ta’ inadempjenza, approċċi għall-ippeżar tar-riskju tal-assi, konverġenza ta’ prattiki superviżorji, likwidità, u arranġamenti transizzjonali għal fondi proprji, permezz ta’ atti ddelegati skont l-Artikolu 290 TFUE u f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet adatti matul il-ħidma ta' tħejjija tagħha, inkluż fil-livell ta' esperti. Il-Kummissjoni u l-ABE għandhom jiżguraw li dawk l-istandards u r-rekwiżiti jkunu jistgħu jiġu applikati mill-istituzzjonijiet kollha kkonċernati b'mod li jkun proporzjonali man-natura, l-iskala u l-kumplessità ta' dawn l-istituzzjonijiet u l-attivitajiet tagħhom. |
(129) |
L-implimentazzjoni ta' xi atti delegati prevista f'dan ir-Regolament, bħall-att iddelegat li jirrigwarda r-rekwiżit ta' kopertura tal-likwidità. jista’ potenzjalment ikollha impatt sostanzjali fuq l-istituzzjonijiet sorveljati u l-ekonomija reali. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu dejjem infurmati tajjeb dwar l-iżviluppi rilevanti fil-livell internazzjonali u dwar il-ħsieb attwali fil-Kummissjoni diġà qabel il-pubblikazzjoni tal-atti ddelegati. |
(130) |
Il-Kummissjoni għandha wkoll tingħata s-setgħa li tadotta standards tekniċi implimentattivi żviluppati mill-ABE fir-rigward tal-konsolidazzjoni, id-deċiżjonijiet konġunti, ir-rapportar, id-divulgazzjoni, l-iskoperturi koperti b’ipoteki, il-valutazzjoni tar-riskju, l-approċċi għall-ippeżar tar-riskju tal-assi, il-piżijiet tar-riskju u l-ispeċifikazzjoni ta’ ċerti skoperturi, it-trattament tal-għażliet u l-garanziji, il-pożizzjonijiet fi strumenti ta’ ekwità u kambju, l-użu ta’ mudelli interni, il-lieva finanzjarja, u l-elementi li ma jidhrux fuq il-karta tal-bilanċ permezz ta' atti ta' implimentazzjoni skont l-Artikolu 291 TFUE u f'konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. |
(131) |
Fid-dawl tad-dettall u l-għadd ta' standards tekniċi regolatorji li għandhom jiġu adottati skont dan ir-Regolament, meta l-Kummissjoni tadotta standard tekniku regolatorju li huwa l-istess bħall-abbozz ta' standard tekniku regolatorju ppreżentat mill-ABE, il-perijodu li matulu l-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għal standard tekniku regolatorju għandu, fejn opportun, jiġi estiż f'xahar. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha timmira li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji f'waqtu biex tippermetti lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill li jwettqu skrutinju sħiħ, b'kont meħud tal-volum u l-kumplessità tal-istandards tekniċi regolatorji, u d-dettalji tar-Regoli ta' Proċedura, il-kalendarju tax-xogħol u l-kompożizzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |
(132) |
Sabiex jiġi żgurat grad għoli ta' trasparenza, l-ABE għandha tniedi konsultazzjonijiet marbuta mal-abbozz ta' standards tekniċi msemmija f'dan ir-Regolament. L-ABE u l-Kummissjoni għandhom jibdew iħejju r-rapporti tagħhom dwar ir-rekwiżiti ta' likwidità u l-lieva, kif previst f'dan ir-Regolament, mill-aktar fis possibbli. |
(133) |
Sabiex ikunu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni. Dawk is-setgħat għandhom ikunu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (18). |
(134) |
B'konformità mal-Artikolu 345 TFUE, li jipprevedi li t-Trattati m'għandhom bl-ebda mod jippreġudikaw ir-regoli fl-Istati Membri li jirregolaw is-sistema tas-sjieda tal-proprjetà, dan ir-Regolament la jiffavorixxi u lanqas jiddiskrimina kontra xi tip ta' sjieda, li tinsab fil-kamp ta' applikazzjoni tiegħu. |
(135) |
Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat f'konformità mal-Artikolu 28(2) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 u adotta opinjoni (19). |
(136) |
Ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 għandu jiġi emendat skont dan, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
PARTI WIEĦED
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
TITOLU I
SUĠĠETT, KAMP TA' APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET
Artikolu 1
Kamp ta' applikazzjoni
Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli uniformi li jikkonċernaw rekwiżiti prudenzjali ġenerali li l-istituzzjonijiet sorveljati skont id-Direttiva 2013/36/UE għandhom jikkonformaw magħhom fir-rigward tal-elementi li ġejjin:
(a) |
rekwiżiti ta’ fondi proprji li jirrelataw ma’ elementi intierament kwantifikabbli, uniformi u standardizzati ta’ riskju tal-kreditu, riskju tas-suq, riskju operattiv u riskju tas-saldu; |
(b) |
rekwiżiti li jillimitaw skoperturi kbar; |
(c) |
wara li l-att iddelegat imsemmi fl-Artikolu 460 ikun daħal fis-seħħ, rekwiżiti tal-likwidità li jirrelataw ma’ elementi intierament kkwantifikabbli, uniformi u standardizzati ta’ riskju tal-likwidità; |
(d) |
rekwiżiti ta’ rapportar li jirrelataw mal-punti (a), (b) u (c) u mal-lieva finanzjarja; |
(e) |
rekwiżiti ta' divulgazzjoni pubblika. |
Dan ir-Regolament ma jirregolax ir-rekwiżiti tal-pubblikazzjoni għal awtoritajiet kompetenti fil-qasam tar-regolazzjoni prudenzjali u s-superviżjoni tal-istituzzjonijiet kif stipulat fid-Direttiva 2013/36/UE.
Artikolu 2
Setgħat superviżorji
Għall-fini tal-iżgurar tal-konformità ma’ dan ir-Regolament, l-awtoritajiet kompetenti għandhom ikollhom is-setgħat u għandhom isegwu l-proċeduri stipulati fid-Direttiva 2013/36/UE.
Artikolu 3
Applikazzjoni ta’ rekwiżiti aktar stretti mill-istituzzjonijiet
Dan ir-Regolament ma jostakolax lill-istituzzjonijiet milli jżommu fondi proprji u l-komponenti tagħhom f’eċċess ta’, jew japplikaw miżuri li jkunu aktar stretti minn, dawk meħtieġa minn dan ir-Regolament.
Artikolu 4
Definizzjonijiet
1. Għall-fini ta’ din id-Deċiżjoni, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1) |
‘istituzzjoni ta’ kreditu’ tfisser impriża li n-negozju tagħha jkun li tieħu depożiti jew fondi oħra ripagabbli mingħand il-pubbliku u li tagħti krediti f'isimha stess; |
(2) |
‘ditta ta' investiment’ tfisser persuna kif definit fil-punt (1) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2004/39/KE, li tkun soġġetta għar-rekwiżiti imposti minn dik id-Direttiva, esklużi dawn li ġejjin:
|
(3) |
‘istituzzjoni’ tfisser istituzzjoni ta’ kreditu jew ditta ta' investiment; |
(4) |
‘ditta lokali’ tfisser ditta li tinnegozja għan-nom tagħha stess fi futures finanzjarji jew opzjonijiet jew derivati oħra u fis-swieq tal-flus għall-fini waħdieni ta' kopertura tal-pożizzjonijiet fis-swieq tad-derivati, jew tinnegozja għan-nom ta’ membri oħra ta’ dawk is-swieq u tkun garantita mill-membri tal-ikklerjar tal-istess swieq, fejn ir-responsabbiltà biex tkun żgurata l-eżekuzzjoni tal-kuntratti li tkun daħlet għalihom tali ditta ikunu assunti mill-membri tal-ikklerjar tal-istess swieq; |
(5) |
‘impriża tal-assigurazzjoni’ tfisser impriża tal-assigurazzjoni kif definit fil-punt (1) tal-Artikolu 13 tad-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) (20); |
(6) |
‘impriża tar-riassigurazzjoni’ tfisser impriża tal-assigurazzjoni kif definit fil-punt (4) tal-Artikolu 13 tad-Direttiva 2009/138/KE; |
(7) |
‘impriża ta’ investiment kollettiv’ jew ‘CIU’ (collective investment undertaking) tfisser UCITS kif definit fl-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal- impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) (21), inkluż, sakemm mhux previst mod ieħor, entitajiet ta' pajjiżi terzi li jwettqu attivitajiet simili, li huma soġġetti għal superviżjoni skont il-liġi tal-Unjoni jew il-liġi ta' pajjiż terz li japplika rekwiżiti superviżorji u regolatorji ta' mill-inqas ekwivalenti għal dawk applikati fl-Unjoni, AIF kif definit fl-Artikolu 4(1)(a) tad-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2011 dwar Maniġers ta’ Fondi ta’ Investiment Alternattivi (22), AIF mhux tal-UE kif definit fl-Artikolu 4(1)(aa) ta' dik id-Direttiva; |
(8) |
‘entità tas-settur pubbliku’ tfisser korp amministrattivi mhux kummerċjali responsabbli lejn il-gvernijiet ċentrali, gvernijiet reġjonali jew awtoritajiet lokali, jew lejn l-awtoritajiet li jeżerċitaw l-istess responsabbiltajiet bħall-gvernijiet reġjonali u l-awtoritajiet lokali, jew impriża mhux kummerċjali li hija taħt is-sjieda ta' jew stabbilita jew sponsorjata mill-gvernijiet ċentrali, gvernijiet reġjonali jew awtoritajiet lokali, u li jkollha arranġamenti ta’ garanzija espliċita, u tista' tinkludi korpi awtoamministrati rregolati bil-liġi li jkunu taħt superviżjoni pubblika; |
(9) |
‘korp ta' ġestjoni’ tfisser korp ta' ġestjoni kif definit fil-punt (7) tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2013/36/UE; |
(10) |
‘amministrazzjoni għolja’ tfisser amministrazzjoni għolja kif definit fil-punt (9) tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2013/36/UE; |
(11) |
‧riskju sistemiku‧ tfisser riskju sistemiku kif definit fil-punt (10) tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2013/36/UE; |
(12) |
‧riskju involut fl-użu tal-mudelli‧ tfisser riskju involut fl-użu tal-mudelli kif definit fil-punt (11) tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2013/36/UE; |
(13) |
‘oriġinatur’ tfisser entità li:
|
(14) |
‘sponser’ tfisser istituzzjoni differenti mill-istituzzjoni oriġinatriċi li tistabilixxi u timmaniġja programm ta’ karta kummerċjali ggarantita b’assi jew skema ta’ titolizzazzjoni li tixtri l-iskoperturi mingħand entitajiet ta’ partijiet terzi; |
(15) |
‘impriża prinċipali’ tfisser:
|
(16) |
‘sussidjarja’ tfisser:
Is-sussidjarji ta’ sussidjarji għandhom jitqiesu wkoll bħala sussidjarji tal-impriża li tkun l-impriża prinċipali oriġinali tagħhom; |
(17) |
‘fergħa’ tfisser post tan-negozju li jifforma parti legalment dipendenti ta’ istituzzjoni u li twettaq b’mod dirett it-transazzjonijiet kollha jew uħud minnhom inerenti fin-negozju ta' istituzzjonijiet; |
(18) |
‘impriża ta’ servizzi anċillari’ tfisser impriża li l-attività ewlenija tagħha tikkonsisti f'li jkollha jew f'li tamministra proprjetà, tamministra servizzi ta’ proċessar ta’ data, jew attività simili li hija anċillari għall-attività ewlenija ta’ istituzzjoni waħda jew aktar; |
(19) |
‧kumpannija tal-ġestjoni ta' assi‧ tfisser kumpannija tal-ġestjoni ta' assi kif iddefinita fil-punt (5) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2002/87/KE u AIFM kif iddefinit fl-Artikolu 49(1)(b) tad-Direttiva 2011/61/UE inkluż, sakemm mhux previst b'mod ieħor, entitajiet ta' pajjiżi terzi, li jwettqu attivitajiet simili, li huma soġġetti għal-liġi ta' pajjiż terz li japplika rekwiżiti superviżorji u regolatorji li huma tal-inqas ekwivalenti għal dawk applikati fl-Unjoni; |
(20) |
‘kumpannija azzjonarja finanzjarja’ tfisser istituzzjoni finanzjarja, li s-sussidjarji tagħha jkunu esklużivament jew prinċipalment istituzzjonijiet jew istituzzjonijiet finanzjarji, tal-inqas waħda minn tali sussidjarji tkun istituzzjoni, u li ma tkunx kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta; |
(21) |
‧kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta’ tfisser kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta kif definit fil-punt (15) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2002/87/KE; |
(22) |
‘kumpannija azzjonarja ta’ attività mħallta’ tfisser impriża prinċipali, differenti minn kumpannija azzjonarja finanzjarja jew istituzzjoni jew kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta, li s-sussidjarji tagħha jinkludu tal-inqas istituzzjoni waħda; |
(23) |
‘impriża tal-assigurazzjoni ta’ pajjiż terz’ tfisser impriża tal-assigurazzjoni ta’ pajjiż terz kif definit fil-punt (3) tal-Artikolu 13 tad-Direttiva 2009/138/KE; |
(24) |
‘impriża tar-riassigurazzjoni ta’ pajjiż terz’ tfisser impriża tar-riassigurazzjoni ta’ pajjiż terz kif definit fil-punt (6) tal-Artikolu 13 tad-Direttiva 2009/138/KE; |
(25) |
‘ditta ta' investiment ta’ pajjiż terz rikonoxxuta’ tfisser kumpannija li tissodisfa l-kondizzjonijiet li ġejjin:
|
(26) |
‘istituzzjoni finanzjarja’ tfisser impriża oħra għajr istituzzjoni, li l-attività prinċipali tagħha tkun l-akkwiżizzjoni ta’ holdings jew li ssegwi attività waħda jew aktar minn dawk elenkati fil-punti 2 sa 12 u l-punt 15, tal-Anness I għad-Direttiva 2013/36/UE, inkluża kumpannija azzjonarja finanzjarja, kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta, istituzzjoni ta' pagament fis-sens tad-Direttiva 2007/64/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2007 dwar is-servizzi ta' ħlas fis-suq intern (23), u kumpannija ta' ġestjoni tal-assi, iżda esklużi kumpanniji azzjonarji tal-assigurazzjoni u kumpanniji azzjonarji tal-assigurazzjoni b'attività mħallta kif definit fil-punt (g) tal-Artikolu 212(1) tad-Direttiva 2009/138/KE; |
(27) |
‘entità tas-settur finanzjarju tfisser kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:
|
(28) |
‘istituzzjoni prinċipali fi Stat Membru’ tfisser istituzzjoni fi Stat Membru li jkollha istituzzjoni jew istituzzjoni finanzjarja bħala sussidjarja jew li jkollha holding f’tali istituzzjoni jew istituzzjoni finanzjarja, u li ma tkunx hija nnifisha sussidjarja ta’ istituzzjoni oħra awtorizzata fl-istess Stat Membru, jew ta’ kumpannija azzjonarja finanzjarja jew kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta stabbilita fl-istess Stat Membru; |
(29) |
‘istituzzjoni prinċipali tal-UE’ tfisser istituzzjoni prinċipali fi Stat Membru li ma tkunx sussidjarja ta’ istituzzjoni oħra awtorizzata fi kwalunkwe Stat Membru, jew ta’ kumpannija azzjonarja finanzjarja jew kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta stabbilita fi kwalunkwe Stat Membru; |
(30) |
‘kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali fi Stat Membru’ tfisser kumpannija azzjonarja finanzjarja li ma tkunx hija stess sussidjarja ta’ istituzzjoni awtorizzata fl-istess Stat Membru, jew ta’ kumpannija azzjonarja finanzjarja jew kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta stabbilita fl-istess Stat Membru; |
(31) |
‘kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali tal-UE’ tfisser kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali fi Stat Membru li ma tkunx sussidjarja ta’ istituzzjoni awtorizzata fi kwalunkwe Stat Membru, jew ta’ kumpannija azzjonarja finanzjarja oħra jew ta’ kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta stabbilita fi kwalunkwe Stat Membru; |
(32) |
‘kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali fi Stat Membru’ tfisser kumpannija azzjonarja finanzjarja li ma tkunx hija stess sussidjarja ta’ istituzzjoni awtorizzata fl-istess Stat Membru, jew ta’ kumpannija azzjonarja finanzjarja jew kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta stabbilita fl-istess Stat Membru; |
(33) |
‘kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali tal-UE’ tfisser kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali fi Stat Membru li ma tkunx sussidjarja ta’ istituzzjoni awtorizzata fi kwalunkwe Stat Membru, jew ta’ kumpannija azzjonarja finanzjarja oħra jew ta’ kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta stabbilita fi kwalunkwe Stat Membru; |
(34) |
‘kontroparti ċentrali’ jew ‧CCP‧ (central counterparty) tfisser CCP kif definit fil-punt (1) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012; |
(35) |
‘holding’ tfisser holding fis-sens tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 17 tar-Raba’ Direttiva tal-Kunsill 78/660/KEE tal-25 ta’ Lulju tal-1978 dwar il-kontijiet annwali ta' ċerti tipi ta' kumpanniji (24), jew is-sjieda, diretta jew indiretta, ta’ 20 % jew aktar tad-drittijiet tal-vot jew kapital ta’ impriża; |
(36) |
‘holding kwalifikattiva’ tfisser holding diretta jew indiretta f’impriża li tirrapreżenta 10 % jew aktar tal-kapital jew tad-drittijiet tal-vot jew li jagħmluha possibbli li tkun eżerċitata influwenza fuq il-maniġment ta’ dik l-impriża; |
(37) |
‘kontroll’ tfisser ir-relazzjoni bejn impriża prinċipali u sussidjarja, kif iddefinita fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 83/349/KEE, jew l-istandards ta' kontabbiltà li istituzzjoni hija soġġetta għalihom skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002, jew relazzjoni simili bejn kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika u impriża; |
(38) |
‘rabtiet mill-qrib’ tfisser sitwazzjoni fejn żewġ persuni fiżiċi jew ġuridiċi jew aktar ikunu konnessi b’xi waħda minn dawn li ġejjin:
|
(39) |
‘grupp ta’ klijenti konnessi’ tfisser kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:
Minkejja l-punti (a) u (b), meta gvern ċentrali jkollu kontroll dirett ta’ jew ikun interkonness b'mod dirett ma' iżjed minn persuna waħda fiżika jew ġuridika, is-sett li jikkonsisti mill-gvern ċentrali u l-persuni kollha fiżiċi jew ġuridiċi li huma kkontrollati b'mod dirett jew indirett minnu f'konformità mal-punt (a), jew interkonnessi miegħu f'konformità mal-punt (b), jista' jiġi meqjus li ma jikkostitwixxix grupp ta’ klijenti konnessi. Minflok, l-eżistenza ta' grupp ta’ klijenti konnessi ffurmat mill-gvern ċentrali u persuni fiżiċi u ġuridiċi oħra tista' tkun valutata b'mod separat għal kull persuna direttament ikkontrollata minnu f'konformità mal-punt (a), jew direttament interkonnessa miegħu f'konformità mal-punt (b,) u għall-persuni fiżiċi u ġuridiċi kollha li huma kkontrollati minn dik il-persuna f'konformità mal-punt (a) jew interkonnessi ma' dik il-persuna f'konformità mal-punt (b), inkluż il-gvern ċentrali. L-istess japplika fil-każijiet ta’ gvernijiet reġjonali jew awtoritajet lokali li għalihom japplika l-Artikolu 115(2). |
(40) |
‘awtorità kompetenti’ tfisser awtorità pubblika jew korp rikonoxxut uffiċjalment mid-dritt nazzjonali, li jingħataw is-setgħa mid-dritt nazzjonali li jissorveljaw istituzzjonijiet bħala parti mis-sistema ta' superviżjoni li tkun operattiva fl-Istat Membru kkonċernat; |
(41) |
‘superviżur konsolidanti’ tfisser awtorità kompetenti responsabbli għall-eżerċizzju tas-superviżjoni fuq bażi konsolidata tal-istituzzjonijiet prinċipali tal-UE u ta' istituzzjonijiet ikkontrollati minn kumpanniji azzjonarji finanzjarji prinċipali tal-UE jew kumpanniji azzjonarji finanzjarji mħallta prinċipali tal-UE; |
(42) |
‘awtorizzazzjoni’ tfisser strument maħruġ fi kwalunkwe forma mill-awtoritajiet li permezz tiegħu jingħata d-dritt li jitwettaq in-negozju; |
(43) |
‘Stat Membru domiċiljari’ tfisser l-Istat Membru li fih istituzzjoni tkun ingħatat awtorizzazzjoni; |
(44) |
‘Stat Membru ospitanti’ tfisser l-Istat Membru li fih istituzzjoni jkollha fergħa jew li fih tipprovdi servizzi; |
(45) |
‘banek ċentrali tas-SEBĊ’ tfisser il-banek ċentrali nazzjonali li jkunu membri tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (ESCB), u l-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE); |
(46) |
‘banek ċentrali‧ tfisser il-banek ċentrali tas-SEBĊ u l-banek ċentrali ta' pajjiżi terzi; |
(47) |
‘sitwazzjoni konsolidata’ tfisser is-sitwazzjoni li tirriżulta mill-applikazzjoni tar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament skont il-Parti Wieħed, Titolu II, Kapitolu 2 għal istituzzjoni bħallikieku dik l-istituzzjoni kienet tifforma, flimkien ma’ entità oħra jew aktar, istituzzjoni waħda; |
(48) |
‘bażi konsolidata’ tfisser fuq il-bażi tas-sitwazzjoni konsolidata; |
(49) |
‘bażi subkonsolidata’ tfisser abbażi tas-sitwazzjoni konsolidata ta' istituzzjoni prinċipali, il-kumpannija azzjonarja finanzjarja jew kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta, bl-esklużjoni ta' sottogrupp ta' entitajiet jew abbażi tas-sitwazzjoni konsolidata ta' istituzzjoni prinċipali, kumpannija azzjonarja finanzjarja jew kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta li ma tkunx l-istituzzjoni prinċipali, il-kumpannija azzjonarja finanzjarja jew il-kumpannija azzjonarja finanzjarja finali; |
(50) |
‘strument finanzjarju’ tfisser kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:
L-istrumenti msemmija fil-punti (a), (b) u (c) ikunu strumenti finanzjarji biss jekk il-valur tagħhom jidderivi mill-prezz ta’ strument finanzjarju sottostanti jew element, rata jew indiċi sottostanti oħra; |
(51) |
‘kapital inizjali’ tfisser l-ammont u t-tipi ta’ fondi proprji speċifikati fl-Artikolu 12 tad-Direttiva 2013/36/UE għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u fit-Titolu IV ta’ dik id-Direttiva għad-ditti ta' investiment; |
(52) |
‘riskju operattiv’ tfisser ir-riskju ta’ telf li jirriżulta minn proċessi interni inadegwati jew li fallew, minn persuni u sistemi jew minn avvenimenti esterni, u jinkludi riskju legali; |
(53) |
‘riskju ta’ dilwizzjoni’ tfisser ir-riskju li ammont riċevibbli jitnaqqas permezz ta’ krediti ta’ flus jew mhux ta’ flus lid-debitur; |
(54) |
‘probabbiltà tal-inadempjenza’ jew ‧PD‧ (probability of default) tfisser il-probabbiltà tal-inadempjenza ta’ kontroparti fuq perijodu ta’ sena waħda; |
(55) |
‘telf fil-każ ta’ inadempjenza‧ jew ‧LGD‧ (loss given default) tfisser il-proporzjon tat-telf fuq skopertura minħabba inadempjenza ta’ kontroparti mal-ammont pendenti fl-inadempjenza; |
(56) |
‘fattur ta' konverżjoni’ tfisser il-proporzjon tal-ammont kurrentement mhux miġbud ta’ impenn li jista' jinġibed u li għalhekk ikun pendenti fl-inadempjenza mal-ammont kurrentement pendenti tal-impenn, il-firxa tal-impenn jiġi stabbilit skont il-limitu rakkomandat, sakemm il-limitu mhux rakkomandat ma jkunx ogħla; |
(57) |
‘mitigazzjoni tar-riskju ta’ kreditu’ tfisser it-teknika użata minn istituzzjoni biex tnaqqas ir-riskju ta’ kreditu assoċjat ma’ skopertura jew skoperturi li istituzzjoni tkompli żżomm; |
(58) |
‘protezzjoni ta’ kreditu finanzjata’ tfisser it-teknika tal-mitigazzjoni tar-riskju ta’ kreditu meta t-tnaqqis tar-riskju tal-kreditu fuq l-iskopertura ta’ istituzzjoni jidderivi mid-dritt ta’ dik l-istituzzjoni, fil-każ tal-inadempjenza tal-kontroparti jew fl-okkorrenza ta’ avvenimenti ta’ kreditu speċifiċi oħra li jirrelataw mal-kontroparti, li tillikwida, jew li tikseb trasferiment jew approprjazzjoni ta’, jew li żżomm, ċerti assi jew ammonti, jew li tnaqqas l-ammont tal-iskopertura għal, jew li tissostitwixxih bl-ammont tad-differenza bejn l-ammont tal-iskopertura u l-ammont tal-pretensjoni fuq l-istituzzjoni; |
(59) |
‘protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata’ tfisser il-mitigazzjoni tar-riskju ta’ kreditu meta t-tnaqqis tar-riskju ta’ kreditu fuq l-iskopertura ta’ istituzzjoni jidderivi mill-obbligu ta’ parti terza li tħallas ammont fil-każ ta’ inadempjenza tal-mutwatarju jew l-okkorrenza ta’ avvenimenti ta’ kreditu speċifiċi oħra; |
(60) |
‘strument ta’ flus assimilat’ tfisser ċertifikat ta’ depożitu, bond li jinkludi bond kopert jew kwalunkwe strument mhux subordinat ieħor, li nħareġ minn istituzzjoni, li għaliha l-istituzzjoni diġà tkun irċeviet pagament sħiħ u li jiġi rimborżat mingħajr kondizzjonijiet mill-istituzzjoni bil-valur nominali tiegħu; |
(61) |
‘titolizzazzjoni’ tfisser transazzjoni jew skema, li biha riskju ta’ kreditu assoċjat mal-iskopertura jew aggregazzjoni ta’ skoperturi tkun segmentata, u jkollha ż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:
|
(62) |
‘pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni’ tfisser skopertura għal titolizzazzjoni; |
(63) |
‘rititolizzazzjoni’ tfisser titolizzazzjoni meta r-riskju assoċjat ma’ aggregazzjoni sottostanti ta’ skoperturi jiġi segmentat u tal-inqas waħda mill-iskoperturi sottostanti tkun pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni; |
(64) |
‘pożizzjoni ta’ rititolizzazzjoni’ tfisser skopertura għal rititolizzazzjoni; |
(65) |
‘tisħiħ fil-kreditu’ tfisser arranġament kuntrattwali li bih il-kwalità ta’ kreditu ta’ pożizzjoni f’titolizzazzjoni tittejjeb fir-rigward ta’ dak li kienet tkun, kieku t-titjib ma kienx ġie pprovdut, inkluż it-titjib ipprovdut minn segmenti aktar subordinarji fit-titolizzazzjoni u tipi oħra ta’ protezzjoni ta’ kreditu; |
(66) |
‘entità ta’ għan speċjali ta’ titolizzazzjoni‧ jew ‧SSPE‧ (securitisation special purpose entity) tfisser fiduċjarja korporattiva jew entità oħra, differenti minn istituzzjoni, organizzata għat-twettiq ta’ titolizzazzjoni jew titolizzazzjonijiet, li l-attivitajiet ta’ dawn ikunu limitati għal dawk xierqa għall-ksib ta’ dak l-objettiv, l-istruttura tagħha tkun maħsuba biex tiżola l-obbligi tal-SSPE minn dawk tal-istituzzjoni oriġinatriċi, u li fiha d-detenturi tal-interessi benefiċjarji jkollhom id-dritt li jagħtu b'rahan jew jiskambjaw dawk l-interessi mingħajr restrizzjoni; |
(67) |
‘segment’ tfisser segment stabbilit kuntrattwalment tar-riskju ta’ kreditu assoċjat ma’ skopertura jew numru ta’ skoperturi, fejn pożizzjoni fis-segment tinvolvi riskju ta’ kreditu akbar minn jew inqas minn pożizzjoni tal-istess ammont f’kull tali segment ieħor, mingħajr ma titqies il-protezzjoni ta’ kreditu pprovduta minn partijiet terzi direttament lid-detenturi ta’ pożizzjonijiet fis-segment jew f’segmenti oħra; |
(68) |
‘evalwazzjoni skont il-valur tas-suq’ tfisser il-valwazzjoni tal-pożizzjonijiet bi prezzijiet tal-għeluq disponibbli immedjatement maħruġin minn sors indipendenti, inklużi prezzijiet tal-kambju, prezzijiet ikkwotati fuq l-iskrin, jew kwotazzjonijiet minn diversi sensara finanzjarji indipendenti ta’ reputazzjoni; |
(69) |
‘evalwazzjoni skont mudell’ tfisser kwalunkwe valwazzjoni li titqabbel ma' parametru referenzjarju, tiġi estrapolata jew ikkalkulata mod ieħor minn input wieħed jew aktar tas-suq; |
(70) |
‘verifika indipendenti tal-prezz’ tfisser proċess li bih l-inputs ta’ prezzijiet tas-suq jew l-ipprezzar skont mudell ikunu vverifikati regolarment għall-akkuratezza u l-indipendenza; |
(71) |
‘kapital eliġibbli’ tfisser it-total ta' li ġej:
|
(72) |
‘kambju rikonoxxut’ tfisser kambju li jissodisfa l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
|
(73) |
‘benefiċċji tal-pensjoni diskrezzjonarji’ tfisser benefiċċji tal-pensjoni mtejba mogħtija fuq bażi diskrezzjonarja minn istituzzjoni lill-impjegat bħala parti mill-pakkkett ta’ remunerazzjoni varjabbli ta’ dak l-impjegat, li ma jinkludux benefiċċji akkumulati mogħtija lill-impjegat skont it-termini tal-iskema tal-pensjonijiet tal-kumpannija; |
(74) |
‘valur mutwanti ipotekarju’ tfisser il-valur tal-proprjetà immobbli kif stabbilit minn valutazzjoni prudenzjali tal-kummerċjabbiltà futura tal-proprjetà u jitqiesu l-aspetti sostenibbli fuq terminu twil tal-proprjetà, il-kondizzjonijiet normali u l-kondizzjonijiet tas-suq lokali, l-użu kurrenti u l-użu alternattiv xieraq tal-proprjetà. |
(75) |
‘proprjetà residenzjali’ tfisser residenza li hija okkupata mis-sid jew il-kerrej tar-residenza, inkluż id-dritt ta' abitazzjoni f'appartament f'kooperattivi ta' djar li jinsabu fl-Isvezja; |
(76) |
‘valur tas-suq’, tfisser għall-fini ta’ proprjetà immobbli. l-ammont stmat li għalih il-proprjetà għandha tiġi skambjata fid-data tal-valutazzjoni bejn kompratur li jkun wera r-rieda u venditur li jkun wera r-rieda fi transazzjoni distakkata wara kummerċjalizzazzjoni xierqa fejn kull parti tkun aġixxiet b’mod konxjentement, b’mod prudenti u mingħajr ma tkun taħt pressjoni; |
(77) |
‘qafas tal-kontabbiltà applikabbli‧ tfisser l-istandards ta' kontabbiltà li għalihom l-istituzzjoni tkun soġġetta skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 jew id-Direttiva 86/635/KEE; |
(78) |
‘rata ta’ inadempjenza ta’ sena’ tfisser il-proporzjon bejn in-numru tal-inadempjenzi li jseħħu matul perijodu li jibda minn sena qabel sad-data T u n-numru ta’ debituri assenjati għal dan il-grad jew aggregazzjoni sena qabel dik id-data; |
(79) |
‘finanzjament ta’ proprjetà immobbli spekulattiva’ tfisser self bil-għan ta’ akkwiżizzjoni ta' jew żvilupp dwar jew kostruzzjoni fuq l-art relatata ma' proprjetà immobbli, jew ta' u relatata ma' tali proprjetà, bil-ħsieb ta’ rivendita għall-profitt; |
(80) |
‘finanzjament tal-kummerċ’ tfisser finanzjament, inklużi garanziji, marbut mal-iskambju ta’ merkanzija u servizzi permezz ta’ prodotti finanzjarji ta’ maturità fissa għal perijodu ta’ żmien qasir, ġeneralment ta' inqas minn sena, mingħajr differiment awtomatiku; |
(81) |
‘krediti tal-esportazzjoni b'appoġġ uffiċjali’ tfisser self jew krediti għall-finanzjament tal-esportazzjoni ta' merkanzija u servizzi li għalihom aġenzija uffiċjali tal-krediti tal-esportazzjoni tipprovdi garanziji, assigurazzjoni jew finanzjament dirett, |
(82) |
‘ftehim ta’ xiri mill-ġdid’ u ‘operazzjoni ta' bejgħ bil-patt ta' xiri mill-ġdid’ tfisser kwalunkwe ftehim li fih istituzzjoni jew il-kontroparti tagħha tittrasferixxi titoli jew prodotti jew drittijiet iggarantiti fir-rigward ta’ waħda minn dawn li ġejjin:
|
(83) |
‘transazzjoni ta’ xiri mill-ġdid’ tfisser kwalunkwe transazzjoni regolata minn ftehim ta’ xiri mill-ġdid jew minn operazzjoni ta' bejgħ bil-patt ta' xiri mill-ġdid; |
(84) |
‘ftehim sempliċi ta’ xiri mill-ġdid’ tfisser transazzjoni ta’ xiri mill-ġdid ta’ ass wieħed jew ta' assi simili, mhux kumplessi, kuntrarjament għal ġabra ta’ assi; |
(85) |
‘pożizzjonijiet miżmuma b’intenzjoni ta' negozjar’ tfisser kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:
|
(86) |
‘portafoll tan-negozjar’ tfisser il-pożizzjonijiet kollha fl-istrumenti finanzjarji u prodotti miżmuma minn istituzzjoni kemm bil-ħsieb ta’ negozju, jew sabiex ikunu koperti l-pożizzjonijiet bi ħsieb ta’ negozju; |
(87) |
‘faċilità multilaterali ta' negozjar’ tfisser faċilità multilaterali ta' negozjar kif definit fil-punt 15 tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2004/39/KE; |
(88) |
‘kontroparti ċentrali li tikkwalifika‧ tfisser kontroparti ċentrali li jew ġiet awtorizzata f'konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 jew rikonoxxuta f'konformità mal-Artikolu 25 ta' dak ir-Regolament; |
(89) |
‘fond ta’ inadempjenza’ tfisser fond stabbilit minn CCP skont l-Artikolu 42 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 u użat skont l-Artikolu 45 ta' dak ir-Regolament; |
(90) |
‘kontribuzzjoni prefinanzjata għall- fond ta' garanzija f'każ ta' inadempjenza ta' CCP’ tfisser kontribuzzjoni għall-fond ta’ garanzija f'każ ta' inadempjenza ta' CCP li titħallas minn istituzzjoni; |
(91) |
‧skopertura ta’ negozju‧ tfisser skopertura attwali, inkluża marġini ta' varjazzjoni dovuta lill-membru tal-ikklerjar iżda li għadha ma ġietx riċevuta, u kwalunkwe skopertura potenzjali futura ta' membru tal-ikklerjar jew klijent. lil CCP b'riżultat ta' kuntratti u transazzjonijiet elenkati fil-punti (a) sa (e) tal-Artikolu 301(1), kif ukoll marġini inizjali; |
(92) |
‘suq regolat’ tfisser suq regolat kif definit fil-punt (14) tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2004/39/KE; |
(93) |
‘lieva finanzjarja’ tfisser id-daqs relattiv tal-assi ta’ istituzzjoni, l-obbligi li ma jidhrux u l-obbligi kontinġenti ta’ pagament jew ta’ konsenja jew ta’ forniment ta’ kollateral, inklużi l-obbligi minn finanzjament riċevut, impenji magħmula, derivati jew ftehimiet ta’ xiri mill-ġdid, imma esklużi l-obbligi li jistgħu jiġu infurzati biss matul il-likwidazzjoni ta’ istituzzjoni, meta mqabbla mal-fondi proprji ta’ dik l-istituzzjoni; |
(94) |
‘riskju ta’ lieva finanzjarja eċċessiva’ tfisser ir-riskju li jirriżulta mill-vulnerabbiltà ta’ istitizzjoni minħabba lieva finanzjarja jew lieva finanzjarja kontinġenti li tista’ teħtieġ miżuri korrettivi mhux intenzjonati għall-pjan imprenditorjali tagħha, inkluż il-bejgħ b'urġenza ta’ assi li jista’ jirriżulta f’telf jew f’aġġustamenti tal-valutazzjoni tal-assi li jkun fadlilha; |
(95) |
‧aġġustament ġenerali tar-riskju tal-kreditu‧ tfisser l-ammont tal-provvediment għat-telf speċifiku u ġenerali minħabba r-riskji tal-kreditu fuq is-self li kien rikonoxxut fir-rapporti finanzjarji tal-istituzzjoni f'konformità mal-qafas tal-kontabbiltà applikabbli; |
(96) |
‘kopertura interna’ tfisser pożizzjoni li materjalment tikkumpensa għall-elementi tal-komponent tar-riskju bejn il-pożizzjoni tal-protafoll tan-negozjar u dik tal-protafoll mhux tan-negozjar jew settijiet ta' pożizzjonijiet; |
(97) |
‧obbligu ta’ riferiment‧ tfisser obbligu użat għall-fini tad-determinazzjoni tal-valur tas-saldu fi flus ta' derivat tal-kreditu; |
(98) |
‘istituzzjoni esterna tal-valutazzjoni tal-kreditu’ jew ‘ECAI’(external credit assessment institution) tfisser aġenzija ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu li hi reġistrata jew ċertifikata skont ir-Regolament (KE) Nru 1060/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar aġenziji li jiggradaw il-kreditu (25) jew bank ċentrali li joħroġ klassifikazzjonijiet tal-kreditu li huma eżentati mill-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009; |
(99) |
“ECAI nominata” tfisser ECAI nominata minn istituzzjoni; |
(100) |
‘introjtu ieħor komprensiv akkumulat’ għandha l-istess tifsira bħal tal-Istandard Internazzjonali tal-Kontabbiltà (IAS) 1, kif applikabbli skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002; |
(101) |
‧fondi proprji bażiċi‧ tfisser fondi proprji bażiċi skont it-tifsira tal-Artikolu 88 tad- Direttiva 2009/138/KE; |
(102) |
‘elementi tal-assigurazzjoni ta’ fondi proprji ta’ Grad 1’ tfisser elementi ta’ fondi proprji bażiċi ta’ impriżi soġġetti għar-rekwiżiti tad-Direttiva 2009/138/KE meta dawk l- elementi jkunu kklassifikati fil-Grad 1 skont it-tifsira tad-Direttiva 2009/138/KE f'konformità mal-Artikolu 94(1) ta’ dik id-Direttiva; |
(103) |
‘elementi tal-assigurazzjoni ta’ fondi proprji ta’ Grad 1 addizzjonali’ tfisser elementi ta’ fondi proprji bażiċi ta’ impriżi soġġetti għar-rekwiżiti tad-Direttiva 2009/138/KE fejn dawk l-elementi jkunu kklassifikati fil-Grad 1 fi ħdan it-tifsira tad-Direttiva 2009/138/KE skont l-Artikolu 94(1) ta’ dik id-Direttiva u l-inklużjoni ta’ dawk l-elementi tkun limitata bl-atti ddelegati adottati skont tal-Artikolu 99 ta’ dik id-Direttiva; |
(104) |
‘elementi tal-assigurazzjoni ta’ fondi proprji ta’ Grad 2’ tfisser elementi ta’ fondi proprji bażiċi ta’ impriżi soġġetti għar-rekwiżiti tad-Direttiva 2009/138/KE fejn dawk l-elementi jkunu kklassifikati fil-Grad 2 fi ħdan it-tifsira tad-Direttiva 2009/138/KE skont l-Artikolu 94(2) ta’ dik id-Direttiva; |
(105) |
‘elementi tal-assigurazzjoni ta’ fondi proprji ta’ Grad 3’ tfisser elementi ta’ fondi proprji bażiċi ta’ impriżi soġġetti għar-rekwiżiti tad-Direttiva 2009/138/KE fejn dawk l-elementi jkunu kklassifikati fil-Grad 3 fi ħdan it-tifsira tad-Direttiva 2009/138/KE skont l-Artikolu 94(3) ta’ dik id-Direttiva; |
(106) |
‘assi ta’ taxxa differita’ għandha l-istess tifsira bħal dik skont il-qafas tal-kontabbiltà applikabbli; |
(107) |
‘assi ta’ taxxa differita li jiddependu fuq il-profittabbiltà futura’ tfisser l-assi ta’ taxxa differita li l-valur tagħhom fil-ġejjieni jista’ jiġi realizzat biss fil-każ li l-istituzzjoni tiġġenera profitt taxxabbli fil-ġejjieni; |
(108) |
‘obligazzjonijiet ta’ taxxa differita’ għandha l-istess tifsira bħal dik skont il-qafas tal-kontabbiltà applikabbli; |
(109) |
‘assi ta’ fond tal-pensjoni b’benefiċċju definit’ tfisser l-assi ta’ fond jew pjan tal-pensjoni definit, kif applikabbli, ikkalkulati wara li jkunu tnaqqsu bl-ammont ta’ obbligi skont l-istess fond jew pjan; |
(110) |
‘distribuzzjonijiet’ tfisser il-pagament ta’ dividendi jew imgħax fi kwalunkwe forma; |
(111) |
‘impriża finanzjarja’ għandha l-istess tifsira bħal dik skont il-punti (25)(b) u (d) tal-Artikolu 13 tad-Direttiva 2009/138/KE; |
(112) |
‘fondi għal riskju bankarju ġenerali’ għandha l-istess tifsira bħal dik skont l-Artikolu 38 tad-Direttiva 86/635/KEE; |
(113) |
‘avvjament’ għandha l-istess tifsira bħal dik skont il-qafas tal-kontabbiltà applikabbli; |
(114) |
‘holding indiretta’ tfisser kwalunkwe skopertura lejn entità intermedja li għandha skopertura għal strumenti ta' kapital maħruġa minn entità tas-settur finanzjarju fejn, f'każ li l-istrumenti ta' kapital maħruġa mill-entità tas-settur finanzjarju jiġu permanentement ikkanċellati, it-telf li ġġarrab l-istituzzjoni bħala riżultat ma jkunx materjalment differenti mit-telf li ġġarrab l-istituzzjoni minn holding diretta ta' dawk l-istrumenti ta' kapital maħruġa mill-entità tas-settur finanzjarju; |
(115) |
‘assi intanġibbli’ għandha l-istess tifsira bħal dik skont il-qafas tal-kontabbiltà applikabbli u tinkludi l-avvjament; |
(116) |
‘strumenti ta' kapital oħra’ tfisser strumenti ta' kapital maħruġa minn entitajiet tas-settur finanzjarju li ma jikkwalifikawx bħala strumenti ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1, Grad 1 addizzjonali jew Grad 2 jew elementi tal-assigurazzjoni ta’ fondi proprji ta’ Grad 1, elementi tal-assigurazzjoni ta’ fondi proprji ta’ Grad 1 addizzjonali, elementi tal-assigurazzjoni ta’ fondi proprji ta’ Grad 2 jew elementi tal-assigurazzjoni ta’ fondi proprji ta’ Grad 3; |
(117) |
‘riżervi oħra’ tfisser riżervi fi ħdan it-tifsira tal-qafas tal-kontabbiltà applikabbli li jkunu meħtieġa li jintwerew skont l-istandard tal-kontabbiltà applikabbli, bl-esklużjoni ta’ kwalunkwe ammonti diġà inklużi fi introjtu ieħor komprensiv akkumulat jew qligħ miżmum; |
(118) |
‘fondi proprji’ tfisser it-total ta’ kapital ta’ Grad 1 u kapital ta’ Grad 2; |
(119) |
‘strumenti ta’ fondi proprji’ tfisser strumenti ta' kapital maħruġa mill-istituzzjoni li jikkwalifikaw bħala strumenti ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1, Grad 1 Addizzjonali jew Grad 2; |
(120) |
‧interessi minoritarji‧ tfisser l-ammont ta' kapital ta' Grad 1 tal-Ekwità Komuni ta’ sussidjarja ta' istituzzjoni li huwa attribwibbli għal persuni fiżiċi jew ġuridiċi minbarra dawk inklużi fl-ambitu tal-konsolidazzjoni prudenzjali tal-istituzzjoni; |
(121) |
‘profitt’ għandha l-istess tifsira bħal dik skont il-qafas tal-kontabbiltà applikabbli; |
(122) |
‘holding inkroċjata reċiproka’ tfisser holding minn istituzzjoni ta’ strumenti ta’ fondi proprji jew strumenti ta' kapital oħra maħruġa minn entitajiet tas-settur finanzjarju meta dawk l-entitajiet iżommu wkoll strumenti ta’ fondi proprji maħruġa mill-istituzzjoni; |
(123) |
‘qligħ miżmum’ tfisser profitti jew telf riportati għas-sena ta’ wara bħala riżultat tal-applikazzjoni finali tal-profitt jew it-telf skont il-qafas tal-kontabbiltà applikabbli; |
(124) |
‘kont tal-primjum azzjonarju’ għandha l-istess tifsira bħal dik skont il-qafas tal-kontabbiltà applikabbli; |
(125) |
‘differenzi temporanji’ għandha l-istess tifsira bħal dik skont il-qafas tal-kontabbiltà applikabbli; |
(126) |
‧holding sintetika‧ tfisser investiment ta' istituzzjoni fi strument finanzjarju li l-valur tiegħu hu marbut direttament mal-valur tal-istrumenti ta' kapital maħruġa minn entità tas-settur finanzjarju; |
(127) |
‧skema ta' garanzija trasversali‧ tfisser skema li tissodisfa l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
|
(128) |
‧elementi distribwibbli‧ tfisser l-ammont tal-profitti fi tmiem l-aħħar sena finanzjarja flimkien ma kwalunkwe profitt riportat għas-sena ta' wara u riżervi disponibbli għal dak l-għan qabel id-distribuzzjonijiet lil detenturi ta' strumenti ta' fondi proprji bit-tnaqqis ta' kwalunkwe telf riportat għas-sena ta' wara, profitti mhux distribwibbli skont id-dispożizzjonijiet fil-leġislazzjoni jew il-liġijiet sekondarji tal-istituzzjoni u somom li tqiegħdu f'riżervi mhux distribwibbli f'konformità mal-liġi nazzjonali applikabbli jew l-istatuti tal-istituzzjoni, dak it-telf u r-riżervi jiġu ddeterminati abbażi tal-kontijiet individwali tal-istituzzjoni u mhux abbażi tal-kontijiet ikkonsolidati. |
2. Meta f'dan ir-Regolament issir referenza għal propjetà immobbli jew proprjetà residenzjali jew kummerċjali immobbli jew ipoteka fuq tali proprjetà, din għandha tinkludi ishma f'kumpanniji Finlandiżi ta’ akkomodazzjoni residenzjali li joperaw skont l-Att tal-Kumpanniji tal-Akkomodazzjoni Finlandiż tal-1991 jew leġislazzjoni sussegwenti ekwivalenti. L-Istati Membri jew l-awtoritajiet kompetenti tagħhom jistgħu jippermettu ishma li jikkostitwixxu proprjetà indiretta ekwivalenti ta’ proprjetà immobbli biex jiġu trattati bħala proprjetà diretta ta’ proprjetà immobbli, dment li tali proprjetà indiretta tkun regolata b'mod speċifiku fil-liġi nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat u, li meta tkun imwiegħda bħala kollaterali, din tipprovdi protezzjoni ekwivalenti għall-kredituri.
3. Il-finanzjament tal-kummerċ kif imsemmi fil-punt (80) tal-paragrafu 1 huwa ġeneralment mingħajr rabta u jeħtieġ dokumentazzjoni transazzjonali ta’ appoġġ sodisfaċenti għal kull talba ta’ ġbid ta’ kreditu li tippermetti r-rifjut tal-finanzjament f’każ ta’ kwalunkwe dubju dwar l-affidabbiltà tal-kreditu jew id-dokumentazzjoni transazzjonali ta’ appoġġ. Il-pagament lura tal-iskoperturi tal-finanzjament tal-kummerċ normalment ma jiddependix minn min jissellef, il-fondi minflok jiġu minn flus kontanti rċevuti minn importaturi jew li jirriżultaw minn dħul mill-bejgħ tal-oġġetti involuti.
Artikolu 5
Definizzjonijiet speċifiċi għar-rekwiżiti ta' kapital għar-riskju tal-kreditu
Għall-finijiet tal-Parti Tlieta, Titolu II, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1) |
‧skopertura’ tfisser ass jew element li ma jidhirx fil-karta tal-bilanċ; |
(2) |
‘telf’ tfisser telf ekonomiku, inkluż effetti materjali ta’ skont, u kostijiet materjali diretti u indiretti assoċjati mal-ġbir fuq l-istrument; |
(3) |
‘telf mistenni‧ jew ‧EL‧ (expected loss) tfisser il-proporzjon tal-ammont li mistenni jintilef fuq skopertura minħabba inadempjenza potenzjali ta’ kontroparti jew dilwizzjoni fuq perijodu ta’ sena waħda mal-ammont pendenti fl-inadempjenza. |
TITOLU II
LIVELL TAL-APPLIKAZZJONI TAR-REKWIŻITI
KAPITOLU 1
Applikazzjoni tar-rekwiżiti fuq bażi individwali
Artikolu 6
Prinċipji Ġenerali
1. L-istituzzjonijiet għandhom jikkonformaw mal-obbligi stabbiliti fil-Partijiet Tnejn sa Ħamsa u Tmienja fuq bażi individwali.
2. Kull istituzzjoni li tkun jew sussidjarja fl-Istat Membru fejn tkun awtorizzata u sorveljata, jew inkella impriża prinċipali, u kull istituzzjoni inkluża fil-konsolidazzjoni skont l-Artikolu 19, m'għandhiex tkun meħtieġa li tikkonforma mal-obbligi stipulati fl-Artikoli 89, 90 u 91 fuq bażi individwali.
3. Kull istituzzjoni li tkun jew impriża prinċipali, jew inkella sussidjarja, u kull istituzzjoni inkluża fil-konsolidazzjoni skont l-Artikolu 19, m'għandhiex tkun meħtieġa li tikkonforma mal-obbligi stipulati fil-Parti Tmienja fuq bażi individwali.
4. Istituzzjonijiet ta' kreditu u ditti ta' investiment li jkunu awtorizzati jipprovdu s-servizzi u l-attivitajiet tal-investiment elenkati fil-punti (3) u (6) tat-Taqsima A tal-Anness I għad-Direttiva 2004/39/KE għandhom jikkonforma mal-obbligi stipulati fil-Parti Sitta fuq bażi individwali. Sakemm ikun lest ir-rapport tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 508(3), l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jeżentaw id-ditti ta' investiment milli jikkonformaw mal-obbligi stipulati fil-Parti Sitta b'kont meħud tan-natura, l-iskala u l-kumplessità tal-attivitajiet tad-ditti ta' investiment.
5. L-istituzzjonijiet, ħlief għad-ditti ta' investiment imsemmija fl-Artikolu 95(1) u l-Artikolu 96(1) u l-istituzzjonijiet li fir-rigward tagħhom l-awtoritajiet kompetenti jkunu eżerċitaw id-deroga speċifikata fl-Artikolu 7(1) jew (3), għandhom jikkonformaw mal-obbligi stipulati fil-Parti Sebgħa fuq bażi individwali.
Artikolu 7
Deroga għall-applikazzjoni ta’ rekwiżiti prudenzjali fuq bażi individwali
1. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrinunzjaw għall-applikazzjoni tal-Artikolu 6(1) lil kwalunkwe sussidjarja ta’ istituzzjoni, meta kemm is-sussidjarja kif ukoll l-istituzzjoni jkunu soġġetti għal awtorizzazzjoni u superviżjoni mill-Istat Membru konċernat, u s-sussidjarja tkun inkluża fis-superviżjoni fuq bażi konsolidata tal-istituzzjoni li tkun impriża prinċipali, u l-kondizzjonijiet li ġejjin ikunu ssodisfati kollha, sabiex ikun żgurat li l-fondi proprji jkunu distribwiti b’mod adegwat bejn l-impriża prinċipali u s-sussidjarja:
(a) |
ma jkunx hemm impediment kurrenti jew previst materjali prattiku jew ġuridiku għat-trasferiment rapidu ta’ fondi proprji jew ripagament tal-obbligazzjonijiet mill-impriża prinċipali tagħha; |
(b) |
jew l-impriża prinċipali tissodisfa lill-awtorità kompetenti rigward l-immaniġjar prudenti tas-sussidjarja u ddikjarat, bil-permess tal-awtorità kompetenti, li tiggarantixxi l-impenji li daħlet għalihom is-sussidjarja, jew ir-riskji fis-sussidjarja jkunu ta’ interess negliġibbli; |
(c) |
il-proċeduri tal-evalwazzjoni, il-kalkolu u l-kontroll tar-riskju tal-impriża prinċipali jkunu jkopru s-sussidjarja; |
(d) |
l-impriża prinċipali jkollha aktar minn 50 % tad-drittijiet tal-vot marbuta mal-ishma fil-kapital tas-sussidjarja jew ikollha d-dritt li taħtar jew tneħħi il-maġġoranza tal-membri tal-korp maniġerjali tas-sussidjarja. |
2. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jeżerċitaw l-alternattiva prevista fil-paragrafu 1 meta l-impriża prinċipali tkun kumpannija azzjonarja finanzjarja (kumpannija holding finanzjarja) jew kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta stabbilita fl-istess Stat Membru bħall-istituzzjoni, sakemm tkun soġġetta għall-istess superviżjoni bħal dik eżerċitata fuq l-istituzzjonijiet, u b’mod partikolari għall-istandards stabbiliti fl-Artikolu 11(1).
3. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrinunzjaw l-applikazzjoni tal-Artikolu 6(1) lil istituzzjoni prinċipali fi Stat Membru meta dik l-istituzzjoni tkun soġġetta għal awtorizzazzjoni u superviżjoni mill-Istat Membru konċernat, u tkun inkluża fis-superviżjoni fuq bażi konsolidata, u l-kondizzjoniet li ġejjin ikunu kollha ssodisfati, sabiex ikun żgurat li l-fondi proprji huma ddistribwiti b’mod adegwat fost l-impriża prinċipali u s-sussidjarji:
(a) |
ma jkunx hemm impediment kurrenti jew previst materjali prattiku jew legali għat-trasferiment minnufih ta’ fondi proprji jew ripagament tal-obbligazzjonijiet lill-istituzzjoni prinċipali fi Stat Membru; |
(b) |
il-proċeduri tal-evalwazzjoni, il-kalkolu u l-kontroll tar-riskju rilevanti għal superviżjoni konsolidata jkopru lill-istituzzjoni prinċipali fi Stat Membru. |
L-awtorità kompetenti li tagħmel użu minn dan il-paragrafu għandha tinforma lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra kollha.
Artikolu 8
Deroga mill-applikazzjoni ta’ rekwiżiti tal-likwidità fuq bażi individwali
1. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrinunzjaw totalment jew parzjalment l-applikazzjoni tal-Parti Sitta lil istituzzjoni u lis-sussidjarji tagħha kollha jew uħud minnhom fl-Unjoni u jissorveljawhom bħala sottogrupp tal-likwidità waħdieni sakemm jissodisfaw il-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a) |
l-istituzzjoni prinċipali fuq bażi konsolidata jew istituzzjoni sussidjarja fuq bażi subkonsolidata tikkonforma mal-obbligi stipulati fil-Parti Sitta; |
(b) |
l-istituzzjoni prinċipali fuq bażi konsolidata jew l-istituzzjoni sussidjarja fuq bażi subkonsolidata timmonitorja u jkollha superviżjoni fi kwalunkwe waqt fuq il-pożizzjonijiet ta’ likwidità tal-istituzzjonijiet kollha fi ħdan il-grupp jew sottogrupp, li jkunu soġġetti għar-rinunzja u tiżgura livell suffiċjenti ta' likwidità għall-istituzzjonijiet kollha; |
(c) |
l-istituzzjonijiet ikunu daħlu f’kuntratti li, għas-sodisfazzjon tal-awtoritajiet kompetenti, jiddisponu għall-moviment liberu tal-fondi bejniethom sabiex ikunu jistgħu jissodisfaw l-obbligi tagħhom individwali u konġunti meta jsiru dovuti; |
(d) |
ma jkunx hemm impediment kurrenti jew previst materjali prattiku jew legali għall-esekuzzjoni tal-kuntratti msemmija f’(c). |
Sal-1 ta’ Jannar 2014 il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar kull ostaklu legali li jista' jrendi impossibbli l-applikazzjoni tal-punt (c) tal-ewwel subparagrafu u hi mistiedna tagħmel proposta leġislattiva, jekk ikun xieraq, sal-31 ta’ Diċembru 2015 dwar liema minn dawn l-ostakli għandhom jitneħħew.
2. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrinunzjaw totalment jew parzjalment l-applikazzjoni tal-Parti Sitta lil istituzzjoni u s-sussidjarji tagħha kollha jew xi wħud minnhom meta l-istituzzjonijiet kollha ta’ sottogrupp tal-likwidità waħdieni jkunu awtorizzati fl-istess Stat Membru u dment li l-kondizzjonijiet fil-paragrafu 1 ikunu ssodisfati.
3. Meta l-istituzzjonijiet ta’ sottogrupp waħdieni tal-likwidità ikunu awtorizzati f’diversi Stati Membri, il-paragrafu 1 għandu jkun applikat biss wara li tkun segwita l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 21 u għall-istituzzjonijiet biss li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom jaqblu rigward l-elementi li ġejjin:
(a) |
il-valutazzjoni tagħhom tal-konformità tal-organizzazzjoni u tat-trattament tar-riskju tal-likwidità bil-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 86 tad-Direttiva 2013/36/UE fis-sottogrupp waħdieni tal-likwidità; |
(b) |
id-distribuzzjoni tal-ammonti, il-post u s-sjieda tal-assi likwidi meħtieġa li jridu jinżammu fi ħdan is-sottogrupp waħdieni tal-likwidità; |
(c) |
id-determinazzjoni tal-ammonti minimi ta’ assi likwidi li jridu jinżammu mill-istituzzjonijiet li għalihom ser tiġi rinunzjata l-applikazzjoni tal-Parti Sitta; |
(d) |
il-ħtieġa għal parametri aktar stretti minn dawk stabbiliti fil-Parti Sitta; |
(e) |
kondiviżjoni bla restrizzjoni tal-informazzjoni kollha bejn l-awtoritajiet kompetenti. |
(f) |
fehim sħiħ tal-implikazzjonijiet ta' tali rinunzja. |
4. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu japplikaw ukoll il-paragrafi 1, 2 u 3 għall-istituzzjonijiet li jkunu membri tal-istess skema ta’ protezzjoni istituzzjonali msemmija fl-Artikolu 113(7)(b), sakemm ikunu jissodisfaw il-kondizzjonijiet kollha stabbiliti fl-Artikolu 113(7), u għal istituzzjonijiet oħra marbuta b'relazzjoni msemmija fl-Artikolu 113(6) sakemm jissodisfaw il-kondizzjonijiet kollha stabbiliti fih. L-awtoritajiet kompetenti għandhom f’dak il-każ jiddeterminaw waħda mill-istituzzjonijiet soġġetta għar-rinunzja li tissodisfa l-Parti Sitta fuq il-bażi tas-sitwazzjoni konsolidata tal-istituzzjonijiet kollha tas-sottogrupp waħdieni tal-likwidità.
5. Meta rinunzja tkun ingħatat skont il-paragrafu 1 jew il-paragrafu 2, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu ukoll japplikaw l-Artikolu 86 tad-Direttiva 2013/36/UE, jew partijiet minnha, fil-livell tas-sottogrupp waħdieni tal-likwidità u jirrinunzjaw l-applikazzjoni tal-Artikolu 86 tad-Direttiva 2013/36/UE, jew partijiet minnha, fuq bażi individwali.
Artikolu 9
Metodu ta’ konsolidazzjoni individwali
1. Soġġett għall-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu u għall-Artikolu 144(3) tad-Direttiva 2013/36/UE, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu fuq il-bażi ta’ każ każ lill-istituzzjonijiet prinċipali sabiex jinkorporaw fil-kalkolazzjoni tar-rekwiżit tagħhom skont l-Artikolu 6(1) is-sussidjarji li jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punti (c) u (d) tal-Artikolu 7(1), u li l-iskoperturi materjali tagħhom jew l-obbligazzjonijiet materjali tagħhom ikunu lejn dik l-istituzzjoni prinċipali.
2. It-trattament stipulat fil-paragrafu 1 għandu jkun permess biss meta l-istituzzjoni prinċipali turi b’mod sħiħ lill-awtoritajiet kompetenti ċ-ċirkostanzi u l-arranġamenti, inklużi l-arranġamenti ġuridiċi, li bis-saħħa tagħhom ma jkunx hemm impediment materjali prattiku jew ġuridiku, u lanqas ma jkunu previsti, għat-trasferiment rapidu tal-fondi proprji, jew ir-ripagament tal-obbligazzjonijiet meta jkun xieraq mis-sussidjarja lill-impriża prinċipali tagħha.
3. Meta awtorità kompetenti teżerċita d-diskrezzjoni stabbilita fil-paragrafu 1, hija għandha fuq bażi regolari u mhux inqas minn darba fis-sena tinforma lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra kollha dwar l-użu magħmul mill-paragrafu 1 u ċ-ċirkustanzi u l-arranġamenti msemmija fil-paragrafu 2. Meta s-sussidjarja tkun f’pajjiż terz, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu wkoll l-istess informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti ta’ dak il-pajjiż terz.
Artikolu 10
Rinunzja għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu affiljati permanentement ma’ korp ċentrali
1. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu, f'konformità mad-dritt nazzjonali, jirrinunzjaw parzjalment jew totalment l-applikazzjoni tar-rekwiżiti stabbiliti fil-Partijiet Tnejn sa Tmienja lil istituzzjoni ta’ kreditu waħda jew aktar li jkunu fl-istess Stat Membru u li jkunu affiljati b’mod permanenti ma’ korp ċentrali li jissorveljawhom u li jkun stabbilit fl-istess Stat Membru, jekk jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
l-impenji tal-korp ċentrali u l-istituzzjonijiet affiljati jkunu obligazzjonijiet in solidum jew l-impenji tal-istituzzjonijiet affiljati miegħu jkunu ggarantiti totalment mill-korp ċentrali; |
(b) |
is-solvenza u l-likwidità tal-korp ċentrali u tal-istituzzjonijiet affiljati kollha jkunu mmonitorjati fis-sħuħija tagħhom fuq il-bażi tal-kontijiet konsolidati ta’ dawn l-istituzzjonijiet; |
(c) |
il-maniġment tal-korp ċentrali jkollu s-setgħa li joħroġ struzzjonijiet lill-maniġment tal-istituzzjonijiet affiljati. |
L-Istati Membri jistgħu jżommu u jagħmlu użu mil-leġislazzjoni nazzjonali eżistenti fir-rigward tal-applikazzjoni tal-eżenzjoni msemmija fil-ewwel subparagrafu sakemm din ma tkunx f'konflitt ma' dan ir-Regolament u d-Direttiva 2013/36/UE.
2. Fejn l-awtoritajiet kompetenti jkunu sodisfatti li l-kondizzjonijiet stabbiliti fil- paragrafu 1 ikunu ntlaħqu, u fejn ir-responsabbiltajiet jew l-impenji tal-korp ċentrali huma ggarantiti għal kollox mill-istituzzjonijiet affiljati, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jeżentaw il-korp ċentrali mill-applikazzjoni tal-Parti Tnejn sa Tmienja fuq bażi individwali.
KAPITOLU 2
Konsolidazzjoni prudenzjali
Artikolu 11
Trattament ġenerali
1. L-istituzzjonijiet prinċipali fi Stat Membru għandhom jikkonformaw, sal-punt u bil-mod preskritt fl-Artikolu 18, mal-obbligi stabbiliti fil-Partijiet Tnejn sa Erbgħa u fil-Parti Sebgħa fuq il-bażi tas-sitwazzjoni konsolidata tagħhom. L-impriżi prinċipali u s-sussidjarji tagħhom li huma soġġetti għal dan ir-Regolament għandhom jistabbilixxu struttura organizzativa talba u mekkaniżmi ta' kontroll intern adatti sabiex ikun żgurat li d-data meħtieġa għall-konsolidazzjoni tiġi debitament ipproċessata u mibgħuta. B’mod partikolari, huma għandhom jiżguraw li s-sussidjarji li ma jkunux soġġetti għal dan ir-Regolament jimplimentaw l-arranġamenti, il-proċessi u l-mekkaniżmi biex jiżguraw konsolidazzjoni korretta.
2. L-istituzzjonijiet ikkontrollati minn kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali jew minn kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali fi Stat Membru għandhom jikkonformaw, sal-punt u kif preskritt fl-Artikolu 18, mal-obbligi stabbiliti fil-Partijiet Tnejn sa Erbgħa u fil-Parti Sebgħa fuq il-bażi tas-sitwazzjoni konsolidata ta’ dik il-kumpannija azzjonarja finanzjarja jew kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta.
Meta aktar minn istituzzjoni waħda tkun ikkontrollata minn kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali jew minn kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali fi Stat Membru, l-ewwel subparagrafu għandu japplika biss għall-istituzzjoni li għaliha tapplika s-superviżjoni fuq bażi konsolidata skont l-Artikolu 111 tad-Direttiva 2013/36/UE.
3. L-istituzzjonijiet prinċipali tal-UE u l-istituzzjonijiet ikkontrollati minn kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali tal-UE għandhom jikkonformaw mal-obbligi stabbiliti fil-Parti Sitta fuq il-bażi tas-sitwazzjoni konsolidata ta’ dik l-istituzzjoni prinċipali, il-kumpannija azzjonarja finanzjarja jew kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta, jekk il-grupp jinkludi istituzzjoni ta’ kreditu jew ditta ta' investiment waħda jew aktar awtorizzati li jipprovdu s-servizzi u l-attivitajiet tal-investiment elenkati fil-punti (3) u (6) tat-Taqsima A tal-Anness I għad-Direttiva 2004/39/KE. Sakemm ikun lest ir-rapport mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 508(2), u jekk il-grupp jinkludi biss ditti ta' investiment, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jeżentaw id-ditti ta' investiment milli jikkonformaw mal-obbligi stipulati fil-Parti Sitta fuq bażi kkonsolidata, b'kont meħud tan-natura, l-iskala u l-kumplessità tal-attivitajiet tad-ditta ta' investiment.
4. Meta jiġi applikat l-Artikolu 10, il-korp ċentrali msemmi f’dak l-Artikolu għandu jikkonforma mar-rekwiżiti tal-Parti Tnejn sa Tmienja fuq il-bażi tas-sitwazzjoni konsolidata tal-korp ċentrali kollu kif ikkostitwit flimkien mal-istituzzjonijiet affiljati tiegħu.
5. Minbarra r-rekwiżiti fil-paragrafu 1 sa 4, u mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet oħra ta' dan ir-Regolament u d-Direttiva 2013/36/UE, meta jkun ġustifikat għal fini ta' superviżjoni mill-ispeċifiċitajiet tar-riskju jew tal-istruttura kapitali ta' istituzzjoni jew fejn Stati Membri jadottaw liġijiet nazzjonali li jirrekjedu s-separazzjoni strutturali ta' attivitajiet fi ħdan grupp bankarju, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrekjedu li ż-żewġ istituzzjonijiet separati strutturalment jikkonformaw mal-obbligi stipulati fil-Partijiet Tnejn sa Erbgħa u fil-Partijiet Sitta sa Tmienja ta' dan ir-Regolament u fit-Titolu VII tad-Direttiva 2013/36/UE fuq bażi subkonsolidata.
L-applikazzjoni tal-approċċ stipulat fl-ewwel subparagrafu għandha tkun mingħajr preġudizzju għal superviżjoni effettiva fuq bażi konsolidata u ma għandha la timplika effetti negattivi sproporzjonati fuq is-sistema finanzjarja kollha jew partijiet minnha, fi Stati Membri oħra jew fl-Unjoni fl-intier tagħha u lanqas tifforma jew toħloq ostaklu għall-funzjonament tas-suq intern.
Artikolu 12
Kumpannija azzjonarja finanzjarja jew kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta kemm b’istituzzjoni ta’ kreditu sussidjarja kif ukoll ditta ta' investiment sussidjarja
Meta kumpannija azzjonarja finanzjarja jew kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta jkollha tal-inqas istituzzjoni ta’ kreditu waħda u ditta ta' investiment waħda bħal asussidjarji, ir-rekwiżiti li japplikaw fuq il-bażi tas-sitwazzjoni konsolidata tal-kumpannija azzjonarja finanzjarja jew tal-kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta għandhom japplikaw għall-istituzzjoni ta’ kreditu.
Artikolu 13
Applikazzjoni ta’ rekwiżiti ta' divulgazzjoni fuq bażi kkonsolidata
1. L-istituzzjonijiet prinċipali tal-UE għandhom jikkonformaw mal-obbligi stabbiliti fil-Parti Tmienja fuq il-bażi tas-sitwazzjoni konsolidata tagħhom.
Sussidjarji sinifikanti ta’ istituzzjonijiet prinċipali tal-UE u dawk is-sussidjarji li għandhom sinifikat materjali għas-suq lokali tagħhom għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni speċifikata fl-Artikoli 437, 438, 440, 442, 450, 451 u 453, fuq bażi individwali jew subkonsolidata.
2. L-istituzzjonijiet ikkontrollati minn kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali tal-UE jew kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali tal-UE għandhom jikkonformaw mal-obbligi stabbiliti fil-Parti Tmienja fuq il-bażi tas-sitwazzjoni kkonsolidata ta’ dik il-kumpannija azzjonarja finanzjarja jew kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta.
Sussidjarji sinifikanti ta’ kumpanniji azzjonarji finanzjarji prinċipali tal-UE jew kumpanniji azzjonarji finanzjarji mħallta prinċipali tal-UE u dawk is-sussidjarji li huma ta' sinifikat materjali għas-suq lokali tagħhom għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni speċifikata fl-Artikolu 437, 438, 440, 442, 450, 451 u 453 fuq bażi individwali jew subkonsolidata.
3. Il-paragrafi 1 u 2 m’għandhomx japplikaw b’mod sħiħ jew parzjali għall-istituzzjonijiet prinċipali tal-UE, istituzzjonijiet ikkontrollati minn kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali tal-UE jew kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali tal-UE, sal-punt sa fejn ikunu inklużi f'diulgazzjonijiet ekwivalenti pprovduti fuq bażi konsolidata minn impriża prinċipali stabbilita f’pajjiż terz.
4. Meta jiġi applikat l-Artikolu 10, il-korp ċentrali msemmi f’dak l-Artikolu għandu jikkonforma mar-rekwiżiti tal-Parti Tmienja fuq il-bażi tas-sitwazzjoni konsolidata tal-korp ċentrali. L-Artikolu 18(1) għandu japplika għall-korp ċentrali u l-istituzzjonijiet affiljati għandhom jiġu ttrattati bħala s-sussidjarji tal-korp ċentrali.
Artikolu 14
Applikazzjoni tar-rekwiżiti tal-Parti Ħamsa fuq bażi konsolidata
1. L-impriżi prinċipali u s-sussidjarji tagħhom soġġetti għal dan ir-Regolament għandhom jissodisfaw l-obbligi stabbiliti fil-Parti Ħamsa fuq bażi konsolidata jew subkonsolidata, biex jiżguraw li l-arranġamenti, il-proċessi u l-mekkaniżmi tagħhom meħtieġa minn dawk id-dispożizzjonijiet ikunu konsistenti u integrati tajjeb u li kwalunkwe data u informazzjoni rilevanti għall-fini tas-superviżjoni jkunu jistgħu jiġu prodotti. B’mod partikolari, huma għandhom jiżguraw li s-sussidjarji li ma jkunux soġġetti għal dan ir-Regolament jimplimentaw l-arranġamenti, il-proċessi u l-mekkaniżmi biex jiżguraw il-konformità ma’ dawk id-dispożizzjonijiet.
2. L-istituzzjonijiet għandhom japplikaw piż tar-riskju addizzjonali f’konformità mal-Artikolu 407 meta japplikaw l-Artikolu 92 fuq bażi konsolidata jew subkonsolidata jekk ir-rekwiżiti tal-Artikoli 405 jew 406 jinkisru fil-livell ta’ entità stabbilita f’pajjiż terz inkluż fil-konsolidazzjoni f’konformità mal-Artikolu 18 jekk il-ksur ikun materjali fir-rigward tal-profil tar-riskju kumplessiv tal-grupp.
3. L-obbligi li jirriżultaw mill-Parti Ħamsa rigward is-sussidjarji, li jkunu stess ma jkunux soġġetti għal dan ir-Regolament, m’għandhomx japplikaw jekk l-istituzzjoni prinċipali tal-UE jew istituzzjonijiet ikkontrollati minn kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali tal-UE jew kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali tal-UE, jistgħu juru lill-awtoritajiet kompetenti li l-applikazzjoni tal-Parti Ħamsa tkun illegali skont il-liġijiet tal-pajjiż terz fejn tkun stabbilita s-sussidjarja.
Artikolu 15
Deroga għall-applikazzjoni tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji fuq bażi konsolidata għal gruppi ta’ ditti ta' investiment
1. Is-superviżur konsolidanti jista' jirrinunzja, fuq bażi ta’ każ b'każ, l-applikazzjoni tal-Parti Tlieta ta' dan ir-Regolament u l-Kapitolu 4, tat-Titolu VII tad-Direttiva 2013/36/UE fuq bażi konsolidata sakemm jeżistu l-kondizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
kull ditta ta' investiment tal-UE fil-grupp tuża l-kalkolazzjoni alternattiva tal-ammont tal-iskopertura ta’ riskju totali msemmija fl-Artikolu 95(2); |
(b) |
id-ditti ta' investiment kollha fil-grupp jaqgħu fil-kategoriji tal-Artikoli 95(1) u 96(1); |
(c) |
kull ditta ta' investiment tal-UE fil-grupp tissodisfa r-rekwiżiti imposti fl-Artikolu 95 fuq bażi individwali u fl-istess waqt tnaqqas mill-elementi ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 kwalunkwe obbligazzjoni kontinġenti favur id-ditti ta' investiment, l-istituzzjonijiet finanzjarji, il-kumpanniji maniġerjali tal-assi u impriża ta’ servizzi anċillari, li altrimenti kienu jkunu kkonsolidati; |
(d) |
kwalunkwe kumpannija azzjonarja finanzjarja li tkun kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali fi Stat Membru ta’ kwalunkwe ditta ta' investiment fil-grupp ikollha tal-inqas ammont ta’ kapital, iddefinit hawnhekk bħala t-total tal- elementi msemmija fl-Artikoli 26(1), 51(1) u 62(1); biex jiġi kopert it-total ta' dan li ġej:
|
(e) |
il-grupp ma jkunx jinkludi l-istituzzjonijiet ta’ kreditu. |
Meta l-kriterji fl-ewwel subparagrafu jkunu ssodisfati, kull ditta ta' investiment tal-UE għandu jkollha fis-seħħ sistemi għall-monitoraġġ u l-kontroll tas-sorsi tal-kapital u l-finanzjament tal-kumpanniji azzjonarji finanzjarji, id-ditti ta' investiment, l-istituzzjonijiet finanzjarji, il-kumpanniji maniġerjali tal-assi u impriżi ta’ servizzi anċillari fi ħdan il-grupp.
2. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu japplikaw ukoll ir-rinunzja jekk il-kumpanniji azzjonarji finanzjarji jkollhom ammont iżgħar ta’ fondi proprji mill-ammont ikkalkulat skont il-paragrafu 1(d), imma mhux iżgħar mit-total tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji imposti fuq bażi individwali lid-ditti ta' investiment, l-istituzzjonijiet finanzjarji, il-kumpanniji maniġerjali tal-assi u impriżi ta’ servizzi anċillari li altrimenti kienu jkunu kkonsolidati u l-ammont totali ta’ kwalunkwe obbligazzjoni kontinġenti favur id-ditti ta' investiment, l-istituzzjonijiet finanzjarji, il-kumpanniji maniġerjali tal-assi u impriżi ta’ servizzi anċillari li altrimenti kienu jkunu kkonsolidati. Għall-fini ta’ dan il-paragrafu, ir-rekwiżit ta’ fondi proprji għal impriżi tal-investiment ta’ pajjiżi terzi, istituzzjonijiet finanzjarji, kumpanniji maniġerjali tal-assi u impriżi ta’ servizzi anċillari jkun rekwiżit nozzjonali ta’ fondi proprji.
Artikolu 16
Deroga għall-applikazzjoni tar-rekwiżiti ta’ proporzjon ta' lieva finanzjarja fuq bażi konsolidata għal gruppi ta’ ditti ta' investiment
Fejn l-entitajiet kollha fi grupp ta' ditti tal-investiemnt, inkluż l-entità prinċipali, ikunu ditti ta' investimenti li huma eżenti mill-applikazzjoni tar-rekwiżiti stipulati fil-Parti Sebgħa fuq bażi individwali skont l-Artikolu 6(5), id-ditta ta' investiment prinċipali tista' tagħżel li ma tapplikax ir-rekwiżiti stipulati fil-Parti Sebgħa fuq bażi konsolidata.
Artikolu 17
Superviżjoni ta’ ditti ta' investiment b’rinunzja mill-applikazzjoni tar-rekwiżit ta’ fondi proprji fuq bażi konsolidata
1. Ditti ta' investiment fi grupp li ngħata r-rinunzja prevista fl-Artikolu 15 għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti bir-riskji li jistgħu jimminaw il-pożizzjonijiet finanzjarji tagħhom, inklużi dawk assoċjati mal-kompożizzjoni u s-sorsi tal-fondi proprji, il-kapital intern u l-finanzjament tagħhom.
2. Meta l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għas-superviżjoni prudenzjali tad-ditta ta' investiment jirrinunzjaw l-obbigu tas-superviżjoni fuq bażi konsolidata kif previst fl-Artikolu 15, huma għandhom iwettqu miżuri xierqa oħra biex jimmonitorjaw ir-riskji, b'mod partikolari skoperturi kbar, tal-grupp kollu, inkluża kwalunkwe impriża li ma tkunx tinsab fi Stat Membru.
3. Meta l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għas-superviżjoni prudenzjali tad-ditta ta' investiment jirrinunzjaw l-applikazzjoni tar-rekwiżiti tal-fondi proprji fuq bażi konsolidata kif previst fl-Artikolu 15, ir-rekwiżiti tal-Parti Tmienja għandhom japplikaw fuq bażi individwali.
Artikolu 18
Metodi għal konsolidazzjoni prudenzjali
1. L-istituzzjonijiet li huma meħtieġa jikkonformaw mar-rekwiżiti msemmija fit-Taqsima 1 abbażi tas-sitwazzjoni konsolidata tagħhom għandhom iwettqu konsolidazzjoni sħiħa tal-istituzzjonijiet u l-istituzzjonijiet finanzjarji kollha li jkunu s-sussidjarji tagħha jew, meta jkun rilevanti, is-sussidjarji tal-istess kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali jew kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali. Il-paragrafi 2 sa 8 ta’ dan l-Artikolu m’għandhomx japplikaw meta tapplika l-Parti Sitta fuq il-bażi tas-sitwazzjoni konsolidata ta’ istituzzjoni.
2. Madankollu, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu fuq il-bażi ta’ każ każ jippermettu konsolidazzjoni proporzjonata skont is-sehem tal-kapital li l-impriża prinċipali jkollha fis-sussidjarja. Konsolidazzjoni proporzjonata tista’ tkun permessa biss meta l-kondizzjonijiet li ġejjin jiġu ssodisfati kollha:
(a) |
ir-responsabbiltà tal-impriża prinċipali tkun limitata għas-sehem tal-kapital li l-impriża prinċipali għandha fis-sussidjarja fir-rigward tar-responsabbiltà tal-azzjonisti jew il-membri l-oħra; |
(b) |
is-solvenza ta’ dawk l-azzjonisti jew il-membri l-oħra tkun sodisfaċenti; |
(c) |
ir-responsabbiltà tal-azzjonisti u l-membri l-oħra tkun stabbilita b’mod ċar b’mod legalment vinkolanti. |
3. Fejn l-impriżi jkunu konnessi b’relazzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 12(1) tad-Direttiva 83/349/KEE, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeterminaw dwar kif titwettaq il-konsolidazzjoni.
4. Is-superviżur konsolidanti għandu jeħtieġ il-konsolidazzjoni proporzjonali skont is-sehem tal-kapital miżmum tal-holdings fl-istituzzjonijiet u l-istituzzjonijiet finanzjarji mmaniġġjati minn impriża, inkluż fil-konsolidazzjoni flimkien ma’ impriża waħda jew aktar mhux inklużi fil-konsolidazzjoni, meta r-responsabbiltà ta’ dawk l-impriżi tkun limitata għas-sehem tal-kapital li għandhom.
5. Fil-każ tal-holdings jew rabtiet kapitali oħra għajr dawk imsemmija fil-paragrafu 1 u 2, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu jekk titwettaqx konsolidazzjoni u l-kif. B’mod partikolari, huma jistgħu jippermettu jew jeħtieġu l-użu tal-metodu tal-ekwità. Dak il-metodu m’għandux, madankollu, jikkostitwixxi inklużjoni tal-impriżi konċernati f’superviżjoni fuq bażi konsolidata.
6. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeterminaw jekk titwettaqx konsolidazzjoni u kif din għandha titwettaq fil-każijiet li ġejjin:
(a) |
fejn, fl-opinjoni tal-awtoritajiet kompetenti, istituzzjoni teżerċita influwenza sinifikanti fuq istituzzjoni jew istituzzjoni finanzjarja waħda jew aktar, iżda ma ma jkollhiex holding jew rabtiet kapitali oħra f’dawn l-istituzzjonijiet; u |
(b) |
fejn żewġ istituzzjonijiet jew istituzzjonijiet finanzjarji jew aktar jitpoġġew taħt maniġment waħdieni differenti minn dak skont il-kuntratt jew klawżoli tal-memoranda jew l-Artikoli ta' assoċjazzjoni tagħhom. |
B’mod partikolari, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu, jew jeħtieġu, l-użu tal-metodu li hemm dispost għalih fl-Artikolu 12 tad-Direttiva 83/349/KEE. Dak il-metodu m’għandux, madankollu, jikkostitwixxi inklużjoni tal-impriżi konċernati f’superviżjoni konsolidata.
7. L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-kondizzjonijiet li fuq il-bażi tagħhom għandha titwettaq il-konsolidazzjoni fil-każijiet imsemmija fil-paragrafi 2 sa 6 ta’ dan l-Artikolu.
L-ABE għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2016.
Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
8. Meta hija meħtieġa superviżjoni konsolidata skont l-Artikolu 111 tad-Direttiva 2013/36/UE, impriżi ta’ servizzi anċillari u kumpanniji maniġerjali tal-assi kif iddefiniti fil-punt (5) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2002/87/KE għandhom ikunu inklużi f’konsolidazzjonijiet fil-każijiet, u skont il-metodi, stabbiliti f’dan l-Artikolu.
Artikolu 19
Entitajiet esklużi mill-ambitu tal-konsolidazzjoni prudenzjali
1. Istituzzjoni, istituzzjoni finanzjarja jew impriża ta’ servizzi anċillari li tkun sussidjarja jew impriża li fiha tinżamm holding, m’hemmx bżonn li tkun inkluża fil-konsolidazzjoni meta l-ammont totali tal-assi u l-elementi li ma jidhrux tal-impriża konċernata jkunu inqas mill-iżgħar miż-żewġ ammonti li ġejjin:
(a) |
EUR 10 miljuni; |
(b) |
1 % tal-ammont totali tal-assi u l-elementi li ma jidhrux tal-impriża prinċipali jew l-impriża li jkollha l-holding. |
2. L-awtoritajiet kompetenti responsabbli għat-twettiq ta' superviżjoni fuq bażi konsolidata skont l-Artikolu 111 tad-Direttiva 2013/36/UE jistgħu fuq il-bażi ta’ każ każ jiddeċiedu fil-każijiet li ġejjin li istituzzjoni, istituzzjoni finanzjarja jew impriża ta’ servizzi anċillari li tkun sussidjarja jew li fiha tinżamm holding, ma jkunx hemm għalfejn tiġi inkluża fil-konsolidazzjoni:
(a) |
fejn l-impriża konċernata tkun tinsab f’pajjiż terz fejn ikun hemm impedimenti ġuridiċi għat-trasferiment tal-informazzjoni meħtieġa; |
(b) |
fejn l-impriża konċernata tkun ta’ interess negliġibbli biss fir-rigward tal-objettivi tal-monitoraġġ tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu; |
(c) |
fejn, fl-opinjoni tal-awtoritajiet kompetenti responsabbli għat-twettiq ta' superviżjoni fuq bażi konsolidata, il-konsolidazzjoni tas-sitwazzjoni finanzjarja tal-impriża konċernata ma tkunx xierqa jew tkun qarrieqa fir-rigward tal-objettivi tas-superviżjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu. |
3. Meta, fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1 u l-punt (b) tal-paragrafu 2, diversi impriżi jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fihom, huma għandhom madankollu jiġu inklużi fil-konsolidazzjoni meta kollettivament ikunu ta’ interess mhux negliġibbli fir-rigward tal-objettivi speċifikati.
Artikolu 20
Deċiżjonijiet konġunti dwar rekwiżiti prudenzjali
1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jaħdmu flimkien, f’konsultazzjoni sħiħa:
(a) |
fil-każ ta' applikazzjonijiet għall-permessi msemmija fl-Artikolu 143(1), l-Artikolu 151(4) u (9), l-Artikolu 283, l-Artikolu 312(2) u l-Artikolu 363 rispettivament sottomessi minn istituzzjoni prinċipali tal-UE u s-sussidjarji tagħha, jew b’mod konġunt mis-sussidjarji ta’ kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali tal-UE jew kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali tal-UE, biex jiddeċiedu jekk jingħatax il-permess mitlub u jiddeterminaw il-patti u l-kondizzjonijiet, jekk ikun hemm, li tali permess għandu jkun soġġett għalihom; |
(b) |
għall-fini li jiġi ddeterminat jekk humiex sodisfatti l-kriterji għat-trattament ta' intragrupp speċifiku kif imsemmi fl-Artikolu 422(9) u l-Artikolu 425(5) ikkomplimentati mill-istandards regolatorji tal-ABE msemmija fl-Artikolu 422(10) u l-Artikolu 425(6). |
L-applikazzjonijiet għandhom ikunu sottomessi biss lis-superviżur konsolidanti.
L-applikazzjoni msemmija fl-Artikolu 312(2), għandha tinkludi deskrizzjoni tal-metodoloġija użata għall-allokazzjoni tal-kapital tar-riskju operattiv bejn l-entitajiet differenti tal-grupp. L-applikazzjoni għandha tindika jekk l-effetti tad-diversifikazzjoni jkunux intenzjonati li jkunu inklużi fis-sistema tal-kalkolu tar-riskju.
2. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħmlu dak kollu li jistgħu biex jilħqu deċiżjoni konġunta fi żmien sitt xhur fuq:
(a) |
l-applikazzjoni msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1; |
(b) |
il-valutazzjoni tal-kriterji u d-determinazzjoni tat-trattament speċifiku msemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 1. |
Din id-deċiżjoni konġunta għandha tkun stipulata f’dokument li jkun fih id-deċiżjoni motivata bis-sħiħ li għandha tkun ipprovduta lill-applikant mill-awtorità kompetenti msemmija fil-paragrafu 1.
3. Il-perijodu msemmi fil-paragrafu 2 għandu jibda:
(a) |
fid-data ta' meta tasal l-applikazzjoni kompluta msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1 għand is-superviżur konsolidanti. Is-superviżur konsolidanti għandu jibgħat l-applikazzjoni kompluta lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra mingħajr dewmien; |
(b) |
fid-data ta' meta jasal għand l-awtoritajiet kompetenti rapport mħejji min-superviżur konsolidanti li janalizza l-impenji intragrupp fi ħdan il-grupp. |
4. Fin-nuqqas ta’ deċiżjoni konġunta bejn l-awtoritajiet kompetenti fi żmien sitt xhur, is-superviżur konsolidanti għandu jieħu d-deċiżjoni tiegħu dwar il-punt (a) tal-paragrafu 1. Id-deċiżjoni tas-superviżur konsolidanti m’għandhiex tillimita s-setgħat tal-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 105 tad-Direttiva 2013/36/UE.
Id-deċiżjoni għandha tkun stipulata f’dokument li jkun fih id-deċiżjoni motivata bis-sħiħ u għandha tqis il-fehmiet u r-riżervi tal-awtoritajiet kompetenti l-oħra mfissra matul il-perijodu ta’ sitt xhur.
Id-deċiżjoni għandha tkun ipprovduta lill-istituzzjoni prinċipali tal-UE, lill-kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali tal-UE jew lill-kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali tal-UE u lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra mis-superviżur konsolidanti.
Jekk, fi tmiem il-perijodu ta’ sitt xhur, xi awtorità kompetenti konċernata tkun irreferiet il-kwistjoni lill-ABE skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, is-superviżur konsolidanti għandu jiddifferixxi d-deċiżjoni tiegħu dwar il-punt (a) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u jistenna kwalunkwe deċiżjoni li l-ABE tista’ tieħu skont l-Artikolu 19(3) ta’ dak ir-Regolament dwar id-deċiżjoni tiegħu, u għandu jieħu d-deċiżjoni tiegħu f’konformità mad-deċiżjoni tal-ABE. Il-perijodu ta’ sitt xhur għandu jitqies bħala l-perijodu ta’ konċiljazzjoni skont it-tifsira ta’ dak ir-Regolament. L-ABE għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha fi żmien xahar. Il-kwistjoni m’għandhiex tiġi riferuta lill-ABE wara tmiem il-perijodu ta’ sitt xhur jew wara li tkun intlaħqet deċiżjoni konġunta.
5. Fin-nuqqas ta’ deċiżjoni konġunta bejn l-awtoritajiet kompetenti fi żmien sitt xhur, l-awtorità kompetenti responsabbli għas-superviżjoni tas-sussidjarja fuq bażi individwali għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha dwar il-punt (b) tal-paragrafu 1.
Id-deċiżjoni għandha tkun stipulata f’dokument li jkun fih id-deċiżjoni motivata bis-sħiħ u għandha tqis il-fehmiet u r-riżervi tal-awtoritajiet kompetenti l-oħra mfissra matul il-perijodu ta’ sitt xhur.
Id-deċiżjoni għandha tkun ipprovduta lis-superviżur konsolidanti li jinforma lill-istituzzjoni prinċipali tal-UE, lill-kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali tal-UE jew lill-kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali tal-UE.
Jekk, fi tmiem il-perijodu ta’ sitt xhur, is-superviżur konsolidanti jkun irrefera l-kwistjoni lill-ABE skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, l-awtorità kompetenti responsabbli għas-superviżjoni tas-sussidjarja fuq bażi individwali għandha tiddifferixxi d-deċiżjoni tagħha dwar il-punt (b) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u jistenna kwalunkwe deċiżjoni li l-ABE tista’ tieħu skont l-Artikolu 19(3) ta’ dak ir-Regolament dwar id-deċiżjoni tiegħu, u għandu jieħu d-deċiżjoni tiegħu f’konformità mad-deċiżjoni tal-ABE. Il-perijodu ta’ sitt xhur għandu jitqies bħala l-perijodu ta’ konċiljazzjoni skont it-tifsira ta’ dak ir-Regolament. L-ABE għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha fi żmien xahar. Il-kwistjoni m’għandhiex tiġi riferuta lill-ABE wara tmiem il-perijodu ta’ sitt xhur jew wara li tkun intlaħqet deċiżjoni konġunta.
6. Fejn istituzzjoni prinċipali tal-UE u s-sussidjarji tagħha, is-sussidjarji ta’ kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali tal-UE jew kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali tal-UE tuża l-Approċċ ta’ Kalkolu Avvanzat imsemmi fl-Artikolu 312(2) jew l-Approċċ IRB imsemmi fl-Artikolu 143 fuq bażi unifikata, l-awtoritajiet kompetenti, għandhom jippermettu li jiġu ssodisfati l-kriterji tal-kwalifikazzjoni stipulati fl-Artikoli 321 u 322 jew il-Parti Tlieta, it-Titolu II, il-Kapitolu 3, it-Taqsima 6 rispettivament mill-kumpannija prinċipali u s-sussidjarji tagħha meqjusa flimkien, b’mod li jkun konsistenti mal-istruttura tal-grupp u s-sistemi, il-proċessi u l-metodoloġiji tal-ġestjoni tar-riskju tiegħu.
7. Id-deċiżjonijiet imsemmija fil-paragrafi 2, 4 u 5 għandhom ikunu rikonoxxuti bħala determinanti u għandhom ikunu applikati mill-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri konċernati.
8. L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi tal-implimentazzjon biex tispeċifika l-proċess ta’ deċiżjoni konġunta msemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 1, fir-rigward tal-applikazzjonijiet għall-permessi msemmija fl-Artikolu 143(1), l-Artikolu 151(4) u (9), l-Artikolu 283, l-Artikolu 312(2), u l-Artikolu 363 bil-għan li jitħaffu d-deċiżjonijiet konġunti.
L-ABE għandha tissottometti dawk l-istandards tekniċi implimentattivi lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2014.
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa sabiex tadotta l-istandards tekniċi implimentattivi msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
Artikolu 21
Deċiżjonijiet konġunti fil-livell tal-applikazzjoni tar-rekwiżiti tal-likwidità
1. Mal-applikazzjoni ta’ istituzzjoni prinċipali tal-UE jew kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali tal-UE jew kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali tal-UE jew sottosussidjarja ta' konsolidazzjoni ta' istituzzjoni prinċipali tal-UE jew kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali tal-UE jew kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali tal-UE, is-superviżur konsolidanti u l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għas-superviżjoni tas-sussidjarji ta’ istituzzjoni prinċipali tal-UE jew kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali tal-UE jew kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali tal-UE fi Stat Membru għandhom jagħmlu dak kollu li jistgħu biex jaslu għal deċiżjoni konġunta dwar jekk humiex sodisfatti l-kondizzjonijiet fil-punti (a) sa (d) tal-Artikolu 8(1) u li tidentifika sottogrupp waħdieni tal-likwidità għall-applikazzjoni tal-Artikolu 8.
Id-deċiżjoni konġunta għandha tittieħed fi żmien sitt xhur wara s-sottomissjoni mis-superviżur konsolidanti ta’ rapport li jidentifika sottogruppi tal-likwidità waħdanin fuq il-bażi tal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 8. Fil-każ ta’ nuqqas ta’ ftehim matul il-perijodu ta’ sitt xhur, is-superviżur konsolidanti għandu jikkonsulta lill-ABE fuq talba ta’ kwalunkwe awtorità kompetenti oħra konċernata. Is-superviżur konsolidanti jista’ jikkonsulta lill-ABE fuq inizjattiva tiegħu stess.
Id-deċiżjoni konġunta tista’ timponi wkoll limitazzjonijiet fuq il-post u s-sjieda ta’ assi likwidi u tirrikjedi ammonti minimi ta’ assi likwidi biex jinżammu mill- istituzzjonijiet li jkunu eżentati mill-applikazzjoni tal-Parti Sitta.
Id-deċiżjoni konġunta għandha titniżżel f'dokument li jkun fih id-deċiżjoni motivata bis-sħiħ li għandu jiġi ppreżentat lill-istituzzjoni prinċipali tas-sottogrupp tal-likwidità mis-superviżur konsolidanti.
2. Fin-nuqqas ta’ deċiżjoni konġunta fi żmien sitt xhur, kull awtorità kompetenti responsabbli għas-superviżjoni fuq bażi individwali għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha.
Madankollu, kwalunkwe awtorità kompetenti tista’ matul il-perijodu ta’ sitt xhur tirreferi l-kwistjoni lill-ABE dwar jekk il-kondizzjonijiet fil-punti (a) sa (d) tal-Artikolu 8(1) ikunux issodisfati. F’dak il-każ, l-ABE tista' twettaq il-medjazzjoni mhux vinkolanti tagħha skont l-Artikolu 31(c) tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 u l-awtoritajiet kompetenti kollha involuti għandhom jiddeferixxu d-deċiżjonijiet tagħhom sakemm tispiċċa l-medjazzjoni mhux vinkolanti. Meta, waqt il-medjazzjoni, ma jkun intlaħaq ebda qbil mill-awtoritajiet kompetenti fi żmien tliet xhur, kull awtorità kompetenti responsabbli għas-superviżjoni fuq bażi individwali għandha tieħu d-deċiżjoni proprja tagħha b'kont meħud tal-proporzjonalità tal-benefiċċji u r-riskji fil-livell tal-Istat Membru tal-istituzzjoni prinċipali u tal-proporzjonalità tal-benefiċċji u r-riskji fil-livell tal-Istat Membru tas-sussidjarja. Il-kwistjoni m’għandhiex tiġi riferuta lill-ABE wara tmiem il-perijodu ta’ sitt xhur jew wara li tkun intlaħqet deċiżjoni konġunta.
Id-deċiżjoni konġunta msemmija fil-paragrafu 1 u d-deċiżjonijiet imsemmija fit-tieni subparagrafu ta' dan il-paragrafu għandhom ikunu vinkolanti.
3. Kwalunkwe awtorità kompetenti tista’ wkoll matul il-perijodu ta’ sitt xhur tikkonsulta lill-ABE f'każ ta' nuqqas ta' qbil dwar il- kondizzjonijiet fil-punti (a) sa (d) tal-Artikolu 8(3). F’dak il-każ, l-ABE tista' twettaq il-medjazzjoni mhux vinkolanti tagħha skont l-Artikolu 31(c) tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 u l-awtoritajiet kompetenti kollha involuti għandhom jiddeferixxu d-deċiżjonijiet tagħhom sakemm tispiċċa l-medjazzjoni mhux vinkolanti. Meta, waqt il-medjazzjoni, ma jkun intlaħaq l-ebda ftehim mill-awtoritajiet kompetenti fi żmien tliet xhur, kull awtorità kompetenti responsabbli għas-superviżjoni fuq bażi individwali għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha.
Artikolu 22
Subkonsolidazzjoni f'każijiet ta’ entitajiet f’pajjiżi terzi
L-istituzzjonijiet sussidjarji għandhom japplikaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 89 sa 91 u l-Partijiet Tlieta u Ħamsa fuq il-bażi tas-sitwazzjoni subkonsolidata tagħhom jekk dawk l-istituzzjonijiet, jew l-impriża prinċipali fejn tkun kumpannija azzjonarja finanzjarja jew kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta, għandhom istituzzjoni jew istituzzjoni finanzjarja bħala sussidjarja f’pajjiż terz, jew ikollhom holding f’tali impriża.
Artikolu 23
Impriżi f’pajjiżi terzi
Għall-fini tal-applikazzjoni tas-superviżjoni fuq bażi konsolidata skont dan il-Kapitolu, it-termini ‘ditta ta' investiment’, ‘istituzzjoni ta’ kreditu’, ‘istituzzjoni finanzjarja’ u ‘istituzzjoni’ għandhom japplikaw ukoll għal impriżi stabbiliti f’pajjiżi terzi li, kieku kienu stabbiliti fl-Unjoni, kienu jissodisfaw id-definizzjonijiet ta’ dawk it-termini fl-Artikolu 4.
Artikolu 24
Valutazzjoni tal-assi u l-elementi li ma jidhrux fuq il-karta tal-bilanċ
1. Il-valutazzjoni tal-assi u l-elementi li ma jidhrux fuq il-karta tal-bilanċ għandhom japplikaw f'konformità mal-qafas tal-kontabbiltà applikabbli.
2. B'deroga mill-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrikjedu li istituzzjonijiet jagħmlu l-valutazzjoni tal-assi u l-elementi li ma jidhrux fuq il-karta tal-bilanċ u d-determinazzjoni tal-fondi proprji f'konformità mal-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà kif japplikaw skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002.
PARTI TNEJN
FONDI PROPRJI
TITOLU I
ELEMENTI TA’ FONDI PROPRJI
KAPITOLU 1
Kapital ta’ Grad 1
Artikolu 25
Kapital ta’ Grad 1
Il-kapital ta’ Grad 1 ta’ istituzzjoni jikkonsisti fit-total tal-kapital ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1 u kapital ta’ Addizzjonali ta' Grad 1 tal-istituzzjoni.
KAPITOLU 2
Kapital ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1
Artikolu 26
Elementi ta’ Ekwità Komuni ta’ Grad 1
1. Elementi ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1 ta’ istituzzjonijiet jikkonsistu f’dawn li ġejjin:
(a) |
strumenti kapitali, sakemm il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 28 jew, fejn applikabbli,l-Artikolu 29 ikunu sodisfatti; |
(b) |
il-kontijiet primjum tal-ishma relatati mal-istrumenti msemmija fil-punt (a); |
(c) |
qligħ miżmum; |
(d) |
introjtu ieħor komprensiv akkumulat; |
(e) |
riżervi oħra; |
(f) |
fondi għal riskju bankarju ġenerali. |
L-elementi msemmija fil-punti (c) sa (f) għandhom jiġu rikonoxxuti bħala Ekwità Komuni ta' Grad 1 biss fejn huma disponibbli għall-istituzzjoni għal użu mingħajr restrizzjonijiet u immedjat biex jiġu koperti r-riskji jew telf hekk kif dawn iseħħu.
2. Għall-fini tal-punt (c) tal-paragrafu 1, l-istituzzjonijiet jistgħu jinkludu profitt interim jew ta’ tmiem is-sena f’kapital ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1 qabel l-istituzzjoni tkun ħadet deċiżjoni formali li tikkonferma l-profitt jew telf finali tal-istituzzjoni għas-sena biss bil-permess minn qabel tal-awtorità kompetenti. L-awtorità kompetenti għandha tagħti permess, f'każ li jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
dawk il-profitti ġew ivverifikati minn persuni indipendenti tal-istituzzjoni li huma responsabbli għall-verifika tal-kontijiet ta’ dik l-istituzzjoni; |
(b) |
l-istituzzjoni tkun uriet għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li kwalunkwe addebitament jew dividend prevedibbli tnaqqas mill-ammont ta’ dak il-profitt. |
Verifika tal-profitti interim jew ta’ tmiem is-sena tal-istituzzjoni għandha tipprovdi livell adegwat ta’ aċċertament li dawk il-profitti ġew evalwati skont il-prinċipji stabbiliti fil-qafas tal-kontabbiltà applikabbli
3. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jevalwaw jekk il-ħruġ ta' strumenti ta' Ekwità Komuni ta’ Grad 1 jissodisfax il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 28, jew fejn applikabbli, l-Artikolu 29. Rigward ħruġ wara 31 ta’ Diċembru 2014 l-istituzzjonijiet għandhom jikklassifikaw l-istrumenti ta' kapital bħala strumenti ta' Ekwità Komuni ta’ Grad 1 biss wara li jingħata permess mill-awtoritajiet kompetenti, li jistgħu jikkonsultaw lill-ABE.
Għal strumenti ta' kapital, bl-eċċezzjoni tal-għajnuna mill-Istat, li huma approvati bħala eliġibbli li jiġu kklassifikati bħala strumenti ta' Ekwità Komuni ta’ Grad 1 mill-awtorità kompetenti iżda fejn, fl-opinjoni tal-ABE, il-konformità mal-kriterji fl-Artikolu 28 jew, fejn applikabblil-Artikolu 29, tkun materjalment kumplessa biex tiġi aċċertata, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jispjegaw ir-raġunament tagħhom lill-ABE.
Abbażi ta' informazzjoni minn kull awtorità kompetenti, l-ABE għandha tistabbilixxi, iżżomm u tippubblika lista tal-forom kollha ta' strumenti kapitali f'kull Stat Membru li jikkwalifikaw bħala strumenti ta' Ekwità Komuni ta’ Grad 1. L-ABE għandha tistabbilixxi dik il-lista u tippubblikaha sa 1 ta’ Frar 2015 għall-ewwel darba.
L-ABE tista', wara l-proċess ta' analiżi stabbilit fl-Artikolu 80 u, fejn ikun hemm evidenza sinifikanti li dawk l-istrumenti ma jissodisfawx il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 28, jew fejn applikabbli l-Artikolu 29, tiddeċiedi li tneħħi strumenti kapitali ta' għajnuna nonstatali maħruġa wara 31 ta’ Diċembru 2014 mil-lista u tista' tħabbar dan għal dak il-għan.
4. L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika t-tifsira ta’ prevedibbli meta jkun qed jiġi ddeterminat jekk kwalunkwe addebitament jew dividend prevedibbli tnaqqasx.
L-ABE għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa 1 ta’ Frar 2015.
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
Artikolu 27
Strumenti ta' kapital ta’soċjetajiet mutwali jew kooperattivi, istituzzjonijiet ta' tfaddil jew istituzzjonijiet simili f’elementi ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1
1. Elementi ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1 għandhom jinkludu kwalunkwe strument kapitali maħuġ minn istituzzjoni skont il-patti statutorji tagħha sakemm il-kondizzjonijiet li ġejjin ikunu ssodisfati:
(a) |
l-istituzzjoni tkun ta’ tip li hu ddefinit skont id-dritt nazzjonali applikabbli u li l-awtoritajiet kompetenti jqisu li tikkwalifika bħala kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:
|
(b) |
il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 28 jew, fejn applikabbli,l-Artikolu 29, huma sodisfatti. |
Dawk is-soċjetajiet mutwi, is-soċjetajiet kooperattivi jew l-istituzzjonijiet ta' tfaddil rikonoxxuti bħala tali skont il-liġi nazjonali applikabbli qabel il-31 ta’ Diċembru 2012 għandhom ikomplu jkunu klassifikati bħala tali għall-fini ta' din il-Parti, dment li jkomplu jissodisfaw il-kriterji li ddeterminaw dan ir-rikonoxximent.
2. L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-kondizzjonijiet li fuq il-bażi tagħhom l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiddeterminaw li tip ta’ impriża rikonoxxuta skont id-dritt nazzjonali tikkwalifika bħala impriża mutwali, soċjetà kooperattiva, istituzzjoni ta' tfaddil jew istituzzjoni simili għall-fini ta’ din il-Parti.
L-ABE għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa 1 ta’ Frar 2015.
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
Artikolu 28
Strumenti ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1
1. L-istrumenti ta' kapital għandhom jikkwalifikaw bħala strumenti ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1 biss jekk il-kondizzjonijiet kollha li ġejjin jiġu ssodisfati:
(a) |
l-istrumenti jinħarġu direttament mill-istituzzjoni bl-approvazzjoni minn qabel tas-sidien tal-istituzzjoni jew, meta permess skont id-dritt nazzjonali applikabbli, mill-korp maniġerjali tal-istituzzjoni; |
(b) |
l-istrumenti jitħallsu totalment u x-xiri tagħhom ma jkunx iffinanzat direttament jew indirettament mill-isitituzzjoni; |
(c) |
l-istrumenti jissodisfaw il-kondizzjonijiet kollha li ġejjin fir-rigward tal-klassifikazzjoni tagħhom:
|
(d) |
l-istrumenti jintwerew b’mod ċar u separat fuq il-karta bilanċjali fir-rapporti finanzjarji tal-istituzzjoni; |
(e) |
l-istrumenti jkunu perpetwi; |
(f) |
istituzzjonijiet u istituzzjonijiet finanzjarji li għalihom l-iskoperturi għall- l-ammont ta' kapital tal-istrumenti ma jistax jitnaqqas jew ripagat, ħlief f’xi wieħed mill-każijiet li ġejjin:
|
(g) |
id-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-istrumenti ma jindikawx espressament jew impliċitament li l-ammont ta' kapital tal-istrumenti jitnaqqas jew jista’ jkun li jitnaqqas jew jiġi ripagat ħlief fil-likwidazzjoni tal-istituzzjoni, u l-istituzzjoni b’ebda mod ieħor ma tipprovdi tali indikazzjoni qabel jew waqt il-ħruġ tal-istrumenti, ħlief fil-każ ta’ strumenti msemmija fl-Artikolu 27 meta r-rifjut mill-istituzzjoni li tifdi tali strumenti jkun pprojbit skont id-dritt nazzjonali applikabbli; |
(h) |
l-istrumenti jissodisfaw il-kondizzjonijiet li ġejjin fir-rigward ta' distribuzzjonijiet:
|
(i) |
meta mqabbla mal-istrumenti ta' kapital maħruġa mill-istituzzjoni, l-istrumenti jassorbu l-ewwel u proporzjonalment l-akbar sehem tat-telf meta jseħħ, u kull strument jassorbi t-telf tal-istess grad bħall-istrumenti l-oħra kollha ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1; |
(j) |
l-istrumenti jikklassifikaw taħt il-pretensjonijiet l-oħra kollha fil-każ ta’ insolvenza jew likwidazzjoni tal-istituzzjoni; |
(k) |
l-istrumenti jintitolaw lis-sidien tagħhom għal pretensjoni fuq l-assi residwi tal-istituzzjoni, li, fil-każ tal-likwidazzjoni tagħha u wara l-pagament tal-pretensjonijiet superjuri tagħha, tkun pproporzjonata għall-ammont maħruġ ta’ tali strumenti u ma tkunx fissa jew soġġetta għal limitu massimu, ħlief fil-każ tal-istrumenti ta' kapital imsemmija fl-Artikolu 27; |
(l) |
l-istrumenti ma jkunux koperti, jew soġġetti għal garanzija li ssaħħaħ is-superjorità tal-pretensjoni minn xi waħda minn dawn li ġejjin:
|
(m) |
l-istrumenti ma jkunux soġġetti għal kwalunkwe arranġament, kuntrattwali jew ta’ tip ieħor, li jtejjeb is-superjorità tal-pretensjonijiet skont l-istrumenti f'insolvenza jew likwidazzjoni. |
Il-kondizzjoni stabbilita fil-punt (j) tal-ewwel subparagrafu għandha titqies sodisfatta, minkejja li l-istrumenti huma inklużi fil-Grad 1 jew ta’ Grad 2 Addizzjonali bis-saħħa tal-Artikolu 484(3), dment li jikklassifikaw pari passu.
2. Il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punt (i) tal-paragrafu 1 għandhom jitqiesu sodisfatti minkejja deprezzament fuq bażi permanenti tal-ammont prinċipali ta' strumenti ta’ Grad 1 jew ta’ Grad 2 Addizzjonali.
Il-kondizzjoni stabbilita fil-punt (f) tal-paragrafu 1 għandha titqies sodisfatta minkejja tnaqqis tal-ammont prinċipali tal-istrument kapitali fi proċedura ta' riżoluzzjoni jew bħala konsegwenza ta' deprezzament ta' strumenti kapitali meħtieġ mill-awtorità ta' riżoluzzjoni responsabbli għall-istituzzjoni.
Il-kondizzjoni stabbilita fil-punt (g) tal-paragrafu 1 għandha titqies sodisfatta minkejja d-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-istrument kapitali li jindika espliċitament jew impliċitament li l-ammont prinċipali tal-istrument għandu jitnaqqas jew jista' jitnaqqas fi proċedura ta' riżoluzzjoni jew bħala konsegwenza ta' deprezzament ta' strumenti kapitali rikjest mill-awtorità ta' riżoluzzjoni responsabbli għall-istituzzjoni.
3. Il-kondizzjoni stipulata fil-punt (h)(iii) tal-paragrafu 1 għandha titqies sodisfatta minkejja l-istrument li jħallas multiplu tad-dividend, dment li tali multiplu tad-dividend ma jirriżultax f'distribuzzjoni li tikkawża ġibda sproporzjonata fuq il-fondi proprji.
4. Għall-finijiet tal-punt (h)(i) tal-paragrafu 1, distribuzzjonijiet differenzjati għandhom jirriflettu biss drittijiet ta' vot differenzjat. F'dan ir-rigward, distribuzzjonijiet ogħla għandhom japplikaw biss għal strumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 b'inqas jew ebda dritt ta' vot.
5. L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika dan li ġej:
(a) |
il-forom u n-natura applikabbli ta’ finanzjament indirett tal-istrumenti ta' fondi proprji; |
(b) |
Jekk u meta distribuzzjonijiet multipli jikkostitwixxu ġibda sproporzjonata fuq il-fondi proprji; |
(c) |
it-tifsira ta’ distribuzzjonijiet preferenzjali. |
L-ABE għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa 1 ta’ Frar 2015.
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
Artikolu 29
Strumenti ta' kapital maħruġa minn impriżi mutwali, soċjetajiet kooperattivi, istituzzjonijiet ta' tfaddil u istituzzjonijiet simili
1. L-istrumenti ta' kapital maħruġa minn soċjetà mutwali jew kooperattivi, istituzzjonijiet ta' tfaddil u istituzzjonijiet simili għandhom jikkwalifikaw bħala strumenti ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1 biss jekk il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 28 bil-modifiki li jirriżultaw mill-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu, jiġu ssodisfati.
2. Il-kondizzjonijiet li ġejjin għandhom jiġu ssodisfati fir-rigward ta’ tifdija tal-istrumenti ta' kapital:
(a) |
ħlief meta pprojbit skont id-dritt nazzjonali applikabbli, l-istituzzjoni għandha tkun tista’ tirrifjuta t-tifdija tal-istrumenti; |
(b) |
meta r-rifjut mill-istituzzjoni tat-tifdija tal-istrumenti jkun pprojbit skont id-dritt nazzjonali applikabbli, id-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-istumenti għandhom jagħtu l-kapaċità lill-istituzzjoni li tillimita t-tifdija tagħhom; |
(c) |
ir-rifjut li tifdi l-istrumenti, jew il-limitazzjoni tat-tifdija tal-istrumenti meta applikabbli, jista' ma jkunx jikkostitwixxi avveniment ta’ inadempjenza tal-istituzzjoni. |
3. L-istrumenti ta' kapital jistgħu jinkludu limitu massimu jew restrizzjoni fuq il-livell massimu tad-distribuzzjonijiet biss meta dak il-livell massimu jew restrizzjoni jkun stabbilit skont id-dritt nazzjonali applikabbli jew l-istatut tal-istituzzjoni.
4. Meta l-istrumenti ta' kapital jagħtu lis-sid drittijiet għar-riżervi tal-istituzzjoni fil-każ ta’ insolvenza jew likwidazzjoni li jkunu limitati għall-valur nominali tal-istrumenti, tali limitazzjoni għandha tapplika bl-istess grad għad-detenturi tal-istrumenti l-oħrajn kollha ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1 maħruġa minn dik l-istituzzjoni.
Il-kondizzjoni stipulata fl-ewwel subparagrafu hija mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li soċjetà mutwi jew kooperattiva, istituzzjoni ta' tfaddil jew istituzzjoni simili tirrikonoxxi fl-Ekwità Komuni ta’ Grad 1 strumenti li ma jagħtux drittijiet ta' vot lid-detentur u li jissodisfaw il-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a) |
il-pretensjoni tad-detenturi tal-istrumenti mingħajr vot fl-insolvenza jew il-likwidazzjoni tal-istituzzjoni tkun proporzjonata għas-sehem mit-total tal-istrumenti ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1li dawn l-istrumenti mingħajr vot jirrappreżentaw; |
(b) |
l-istrumenti b'xi mod ieħor jikkwalifikaw bħala strumenti ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1. |
5. Meta l-istrumenti ta' kapital jintitolaw lis-sidien tagħhom għal pretensjoni fuq l-assi tal-istituzzjoni fil-każ tal-insolvenza jew il-likwidazzjoni tagħha li tkun fissa jew soġġetta għal limitu massimu, tali limitazzjoni għandha tapplika sal-istess grad għad-detenturi kollha tal-istrumenti ta' Ekwità Komuni ta’ Grad 1 maħruġa mill-istituzzjoni.
6. L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika n-natura tal-limitazzjonijiet fuq it-tifdija neċessarja meta r-rifjut tat-tifdija tal-istrumenti ta’ fondi proprji mill-istituzzjoni tkun ipprojbita skont id-dritt nazzjonali applikabbli.
L-ABE għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa 1 ta’ Frar 2015.
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
Artikolu 30
Konsegwenzi għall-fatt li l-kondizzjonijiet għal strumenti ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1 ma jibqgħux issodisfati
Dawn li ġejjin għandhom japplikaw fejn, fil-każ ta’ strument ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1, il-kondizzjoniiet stabbiliti fl-Artikolu 28 jew, fejn applikabbli, l-Artikolu 29 ma jibqgħux jiġu ssodisfati:
(a) |
dak l-istrument għandu immedjatament ma jibqax jikkwalifika bħala strument ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1; |
(b) |
il-kontijiet tal-primjum azzjonarju b'rabta ma’ dak l-istrument għandhom immedjatament ma jibqgħux jikkwalifikaw bħala elementi ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1. |
Artikolu 31
Strumenti kapitali sottoskritti mill-awtoritajiet pubbliċi f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza
1. F'sitwazzjonijiet ta' emerġenza, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu l-inklużjoni fl-Ekwità Komuni ta' Grad 1, ta' strumenti kapitali li jikkonformaw tal-inqas mal-kondizzjonijiet stipulati fil-punti (b) sa (e) tal-Artikolu 28(1) meta l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin jiġu sodisfatti:
(a) |
l-istrumenti kapitali jkunu nħarġu wara 1 ta’ Jannar 2014 |
(b) |
il-Kummissjoni tqis l-istrumenti kapitali bħala għajnuna mill-istat; |
(c) |
l-istrumenti kapitali jinħarġu fil-kuntest ta' miżuri ta' rikapitalizzazzjoni skont ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat eżistenti dak iż-żmien; |
(d) |
l-istrumenti kapitali huma kollha sottoskritti u miżmuma mill-Istat jew minn awtorità pubblika rilevanti jew entità ta' proprjetà pubblika; |
(e) |
l-istrumenti kapitali jistgħu jassorbu telf; |
(f) |
ħlief għall-istrumenti ta' kapital imsemmija fl-Artikolu 27, f'każ ta' likwidazzjoni, l-istrumenti kapitali jagħtu d-dritt lill-proprjetarji tagħhom biex jitolbu għall-assi residwi tal-istituzzjoni wara l-pagament tal-pretensjonijiet prijoritarji kollha; |
(g) |
hemm mekkaniżmi ta' ħruġ adegwati tal-Istat jew, fejn applikabbli, awtorità pubblika jew entità ta' proprjetà pubblika rilevanti; |
(h) |
l-awtorità kompetenti tat il-permess tagħha minn qabel u ppubblikat id-deċiżjoni tagħha flimkien ma spjegazzjoni ta' dik id-deċiżjoni. |
2. Fuq talba motivata mill-awtorità kompetenti rilevanti u f'kooperazzjoni magħha, l-ABE għandha tikkunsidra l-istrumenti kapitali msemmija fil-paragrafu 1 bħala ekwivalenti għall-istrumenti ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1 għall-finijiet ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 32
Assi titolizzati
1. Istituzzjoni għandha teskludi minn kwalunkwe element ta’ fondi proprji kwalunkwe żieda fl-ekwità tagħha skont il-qafas tal-kontabbiltà applikabbli li tirriżulta minn assi titolizzati, inklużi dawn li ġejjin:
(a) |
tali żieda assoċjata ma’ introjtu ta’ marġini futur li jirriżulta fi qligħ fuq il-bejgħ għal dik l-istituzzjoni; |
(b) |
meta l-istituzzjoni tkun l-oriġinatur ta’ titolizzazzjoni, iż-żidiet netti li jitnisslu mill-kapitalizzazzjoni ta’ introjtu futur mill-assi titolizzati li jipprovdu tisħiħ fil-kreditu lill-pożizzjonijiet fit-titolizzazzjoni. |
2. L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika aktar il-kunċett ta’ qligħ fuq il-bejgħ imsemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1.
L-ABE għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa 1 ta’ Frar 2015
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
Artikolu 33
Koperturi tal-flussi ta' flus u l-bidliet fil-valur tal-obbligazzjonijiet proprji
1. L-istituzzjonijiet m’għandhomx jinkludu l-elementi li ġejjin fi kwalunkwe element ta’ fondi proprji:
(a) |
ir-riżervi ta’ valur ġust relatati mal-qligħ jew telf fuq il-koperturi tal-flussi tal-flus ta’ strumenti finanzjarji li ma jkunux valutati f’valur ġust, inklużi l-flussi tal-flus ipproġettati; |
(b) |
qligħ jew telf fuq obbligazzjonijiet tal-istituzzjoni li jkunu vvalutati b’valur ġust li jirriżulta minn bidliet fl-istat tal-kreditu proprju tal-istituzzjoni; |
(c) |
kull qligħ u telf b'valur ġust li jirriżulta mir-riskju proprju ta' kreditu tal-istituzzjoni marbut mal-obbligazzjonijiet derivattivi, |
2. Għall-fini tal-punt (c) tal-paragrafu 1, l-istituzzjonijiet m'għandhomx ipaċu l-qligħ u telf b'valur ġust li jirriżulta mir-riskju proprju ta' kreditu tal-istituzzjoni b'dawk li jirriżultaw mir-riskju ta' kreditu tal-kontroparti tagħha.
3. Mingħajr preġudizzju għall-punt (b) tal-paragrafu 1, l-istituzzjonijiet jistgħu jinkludu l-ammont ta' qligħ u telf fuq l-obbligazzjonijiet tagħhom fil-fondi proprji meta jkunu sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
l-obbligazzjonijiet huma fil-forma ta' bonds kif imsemmi fl-Artikolu 52(4) tad-Direttiva 2009/65/KE; |
(b) |
il-bidliet fil-valur tal-assi u l-obbligazzjonijiet tal-istituzzjoni huma minħabba l-istess bidliet fl-istat tal-kreditu proprju tal-istituzzjoni; |
(c) |
hemm korrispondenza mill-qrib bejn il-valur tal-bonds imsemmija fil-punt (a) u l-valur tal-assi tal-istituzzjoni; |
(d) |
huwa possibbli li jinfeda s-self ipotekarju billi jinxtraw lura l-bonds li jiffinanzjaw is-self ipotekarju b'valur tas-suq jew dak nominali. |
4. L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta'standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika dak li jikkostitwixxi korrispondenza mill-qrib bejn il-valur tal-bonds u l-valur tal-assi, kif imsemmi fil-punt (c) tal-paragrafu 3.
L-ABE għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Settembru 2013.
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
Artikolu 34
Aġġustamenti fil-valur addizzjonali
L-istituzzjonijiet għandhom japplikaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 105 għall-assi kollha tagħhom imkejla f’valur ġust meta jikkalkulaw l-ammont tal-fondi proprji tagħhom u għandhom inaqqsu mill-kapital ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1 l-ammont ta’ kwalunkwe aġġustament fil-valur addizzjonali neċessarju.
Artikolu 35
Qligħ u telf mhux realizzati mkejla b’valur ġust
Ħlief fil-każ tal-elementi msemmija fl-Artikolu 33, l-istituzzjonijiet m’għandhomx jagħmlu aġġustamenti biex ineħħu mill-fondi proprji tagħhom il-qligħ u t-telf mhux realizzati fuq l-assi jew l-obbligazzjonijiet tagħhom imkejla b’valur ġust.
Artikolu 36
Tnaqqis mill-elementi ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1
1. L-istituzzjonijiet għandhom inaqqsu dan li ġej mill-elementi ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1:
(a) |
telf għas-sena finanzjarja kurrenti; |
(b) |
assi intanġibli; |
(c) |
assi ta’ taxxa differita li jiddependu fuq il-profittabbiltà futura; |
(d) |
għall-istituzzjonijiet li jikkalkulaw l-ammonti tal-iskoperturi peżati għar-riskju li jużaw l-Approċċ Ibbażat fuq Klassifikazzjonijiet Interni (l-Approċċ IRB), l-ammonti negattivi li jirriżultaw mill-kalkolu tal-ammonti ta’ telf mistenni kif stabbilit fl-Artikoli 158 u 159; |
(e) |
assi ta’ fondi ta’ pensjonijiet b’benefiċċju definit fuq il-karta tal-bilanċ tal-istituzzjoni; |
(f) |
istituzzjonijiet u istituzzjonijiet finanzjarji li għalihom l-iskoperturi għall-holdings diretti, indiretti u sintetiċi minn istituzzjoni ta’ strumenti ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1, inklużi strumenti proprji ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1 li istituzzjoni jkollha obbligu reali jew kontinġenti li tixtri fuq il-bażi ta’ obbligu kuntrattwali eżistenti; |
(g) |
holdings diretti, indiretti u sintetiċi ta’ strumenti ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1 ta' entitajiet tas-settur finanzjarju meta dawk l-entitajiet ikollhom holding inkroċjata reċiproka mal-istituzzjoni li l-awtorità kompetenti tqis li kienet iddisinjata biex tkabbar artifiċjalment il-fondi proprji tal-istituzzjoni; |
(h) |
l-ammont applikabbli tal-holdings diretti, indiretti u sintetiċi mill-istituzzjoni ta’ strumenti ta' Ekwità Komuni ta’ Grad 1 ta’ entitajiet tas-settur finanzjarju meta l-istituzzjoni ma jkollhiex investiment sinifikanti f’dawk l-entitajiet; |
(i) |
l-ammont applikabbli tal-holdings diretti, indiretti u sintetiċi mill-istituzzjoni ta’ strumenti ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1 ta’ entitajiet tas-settur finanzjarju meta l-istituzzjoni jkollha investiment sinifikanti f’dawk l-entitajiet; |
(j) |
l-ammont tal-elementi meħtieġ li jitnaqqas mill-elementi ta’ Grad 1 Addizzjonali skont l-Artikolu 56 li jeċċedi l-kapital ta’ Grad 1 Addizzjonali tal-istituzzjoni; |
(k) |
l-ammont tal-iskopertura tal-elementi li ġejjin li jikkwalifikaw għal piż tar-riskju ta’ 1 250 %, meta l-istituzzjoni tnaqqas dak l-ammont tal-iskopertura mill-ammont tal-elementi ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1 bħala alternattiva għall-applikazzjoni ta' piż tar-riskju ta’ 1 250 %:
|
(l) |
kwalunkwe imposta tat-taxxa relatat mal-elementi ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1 prevista fil-waqt tal-kalkolu tagħha, ħlief meta l-istituzzjoni b’mod adatt taġġusta l-ammont ta’ elementi ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1 sakemm tali imposti tat-taxxa jnaqqsu l-ammont li għalih jistgħu jiġu użati dawk l-elementi biex ikunu koperti r-riskji u t-telf. |
2. L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-applikazzjoni tat-tnaqqis imsemmi fil-punti (a), (c), (e), (f), (h), (i) u (l) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u tnaqqis relatat imsemmi fil-punti (a), (c), (d) u (f) tal-Artikolu 56 u l-punti (a), (c) u (d) tal-Artikolu 66.
L-ABE għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa 1 ta’ Frar 2015.
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
3. L-ABE għandha tiżviluppa standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika t-tipi ta’ strumenti ta' kapital ta' istituzzjonijiet finanzjarji u, f'konsultazzjoni mal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) (AEAPX) stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 (26), ta' impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni ta’ pajjizi terzi, u ta' impriżi esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2009/138/KE skont l-Artikolu 4 ta’ dik id-Direttiva li għandhom jitnaqqsu mill-elementi ta’ fondi proprji li ġejjin:
(a) |
Elementi ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1; |
(b) |
Elementi ta’ Addizzjonali ta' Grad 1; |
(c) |
Elementi ta’ Grad 2. |
L-ABE għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa 1 ta’ Frar 2015 fi żmien xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
Artikolu 37
Tnaqqis ta’ assi intanġibbli
L-istituzzjonijiet għandhom jiddeterminaw l-ammont tal-assi intanġibbli li jrid jitnaqqs skont dawn li ġejjin:
(a) |
l-ammont li jrid jitnaqqas għandu jitnaqqas mill-ammont ta’ obbligazzjonijiet ta’ taxxa differita assoċjati li jitneħħew jekk l-assi intanġibbli jsiru deterjorati jew ma jibqgħux rikonoxxuti skont il-qafas tal-kontabbiltà applikabbli; |
(b) |
l-ammont li jrid jitnaqqas għandu jinkludi l-avvjament inkluż fil-valutazzjoni ta’ investimenti sinifikanti tal-istituzzjoni. |
Artikolu 38
Tnaqqis ta’ assi ta’ taxxa differita li jiddependu fuq il-profittabbiltà futura
1. L-istituzzjonijiet għandhom jiddeterminaw l-ammont ta’ assi ta’ taxxa differita li jiddependu fuq il-profittabbiltà futura li jeħtieġu li jitnaqqsu skont dan l-Artikolu.
2. Ħlief għal meta l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 3 jiġu ssodisfati, l-ammont ta’ assi ta’ taxxa differita li jiddependu fuq il-profittabbiltà futura, għandu jiġi kkalkulat mingħajr ma jitnaqqas bl-ammont ta’ obbligazzjonijiet ta’ taxxa differita assoċjati tal-istituzzjoni.
3. L-ammont ta’ assi ta’ taxxa differita li jiddependu fuq il-profittabbiltà futura jista’ jitnaqqas bl-ammont ta’ obbligazzjonijiet ta’ taxxa differita assoċjati tal-istituzzjoni, sakemm il-kondizzjonijiet li ġejjin jiġu ssodisfati:
(a) |
l-entità għandha dritt legalment infurzabbli skont id-dritt nazzjonali applikabbli ta' tpaċija ta' dawk l-assi kurrenti ta' taxxa mal-obbligazzjonijiet kurrenti ta' taxxa; |
(b) |
l- assi ta' taxxa differita u l-obbligazzjonijiet ta' taxxa differita jikkonċernaw taxxi imposti mill-istess awtorità ta' tassazzjoni u fuq l-istess entità taxxabbli. |
4. L-obbligazzjonijiet ta’ taxxa differitai assoċjati tal-istituzzjoni użati għall-fini tal-paragrafu 3 ma jistgħux jinkludu obbligazzjonijiet ta’ taxxa differita li jnaqqsu l-ammont ta’ assi intanġibbli jew assi ta’ fondi ta’ pensjonijiet b’benefiċċju definit li jeħtieġ li jitnaqqsu.
5. L-ammont tal-obbligazzjonijiet ta’ taxxa differita assoċjati msemmija fil-paragrafu 4 għandu jiġi allokat bejn dawn li ġejjin:
(a) |
assi ta’ taxxa differita li jiddependu fuq il-profitabbiltà futura u jitnisslu minn differenzi temporanji li mhumiex imnaqqsa skont l-Artikolu 48(1); |
(b) |
assi oħra kollha ta’ taxxa differita li jiddependu fuq il-profitabbiltà futura. |
L-istituzzjonijiet għandhom jallokaw l-obbligazzjonijiet ta’ taxxa differita assoċjati skont il-proporzjon tal-assi ta’ taxxa differita li jiddependu fuq il-profitabbiltà futura li jkunu rappreżentati mill-elementi msemmija fil-punti (a) u (b).
Artikolu 39
Pagamenti żejda ta' taxxa, riporti ta' telf fiskali u assi ta' taxxa differita li ma jiddependux fuq il-profitabbiltà futura
1. L-elementi li ġejjin m'għandhomx jitnaqqsu mill-fondi proprji u għandhom ikunu soġġetti għal piż tar-riskju skont il-Kapitolu 2 jew 3 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta, kif applikabbli:
(a) |
pagamenti eċċessivi ta’ taxxa mill-istituzzjoni għas-sena kurrenti; |
(b) |
telf wara t-taxxa fis-sena kurrenti tal-istituzzjoni trasferit lura għas-snin preċedenti li jnissel pretensjoni fuq, jew riċevibbli minn, gvern ċentrali, gvern reġjonali jew awtorità lokali tat-taxxi. |
2. Assi ta’ taxxa differita li ma jiddependux fuq il-profitabbiltà futura għandhom ikunu limitati għal assi ta' taxxa differita li jirriżultaw minn differenzi temporanji, meta jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a) |
ikunu sostitwiti b'mod awtomatiku u mandatorju mingħajr dewmien bi kreditu ta' taxxa f'każ li l-istituzzjoni tirrapporta telf meta r-rapporti finanzjarji annwali tal-istituzzjoni jkunu formalment approvati, jew f'każ ta' likwidazzjoni jew insolvenza tal-istituzzjoni; |
(b) |
istituzzjoni għandha tkun tista', skont il-liġi nazzjonali applikabbli tat-taxxa, tikkumpensa għal kreditu ta' taxxa kif imsemmi fil-punt (a) kontra kwalunkwe obbligazzjoni ta' taxxa tal-istituzzjoni jew kwalunkwe impriża oħra inkluża fl-istess konsolidazzjoni bħall-istituzzjoni għal fini ta' taxxa skont dik il-liġi jew kwalunkwe impriża oħra soġġetta għas-superviżjoni fuq bażi konsolidata f'konformità mal-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti Wieħed; |
(c) |
meta l-ammont ta' krediti ta' taxxa kif imsemmi fil-punt (b) jaqbeż l-obbligazzjonijiet tat-taxxa msemmija f'dak il-punt, kwalunkwe tali eċċess jiġi sostitwit mingħajr dewmien bi pretensjoni diretta lill-gvern ċentrali tal-Istat Membru fejn tkun inkorporata l-istituzzjoni. |
L-istituzzjonijiet għandhom japplikaw piż tar-riskju ta' 100 % għall-assi ta' taxxa differita fejn huma ssodisfati l-kondizzjonijiet imniżżlin fil-punti (a), (b) u (c).
Artikolu 40
Tnaqqis ta’ ammonti negattivi li jirriżultaw mill-kalkolu tal-ammonti ta’ telf mistennija
L-ammont li jrid jitnaqqas skont il-punt (d) tal-Artikolu 36(1) m’għandux jitnaqqas permezz ta’ żieda fil-livell tal-assi ta’ taxxa differita li jiddependu fuq il-profittabbiltà futura, jew effetti oħra ta’ taxxa addizzjonali, li jistgħu jseħħu li kieku l-proviżjonijiet kellhom jiżdiedu sal-livell ta’ telf mistenni msemmi fit-Taqsima 3 tal-Kapitolu 3 tat-Titolu I.
Artikolu 41
Tnaqqis ta’ assi ta’ fond tal-pensjoni b’benefiċċju definit
1. Għall-fini tal-punt (e) tal-Artikolu 36(1), l-ammont tal-assi ta’ fond tal-pensjoni b’benefiċċju definit li għandu jitnaqqas għandu jonqos b’dawn li ġejjin:
(a) |
l-ammont ta’ kwalunkwe obbligazzjoni għal taxxa differita assoċjata li jista’ jitpaċa jekk l-assi jsiru deterjorati jew ma jibqgħux rikonoxxuti skont il-qafas tal-kontabbiltà applikabbli; |
(b) |
l-ammonti tal-assi fil-fondi ta’ pensjonijiet b’benefiċċju definit li l-istituzzjoni jkollha abbiltà mingħajr restrizzjoni li tuża, sakemm l-isitituzzjoni tkun irċeviet il-permess minn qabel tal-awtorità kompetenti. Dawk l-assi użati biex jitnaqqas l-ammont li jrid jitnaqqas għandhom jirċievu piż tar-riskju skont il-Kapitolu 2 jew 3 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta, kif applikabbli. |
2. L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-kriterji li fuqhom awtorità kompetenti għandha tippermetti istituzzjoni li tnaqqas l-ammont tal-assi fil-fond ta’ pensjonijiet b’benefiċċju definiti kif speċifikat fil-punt (b) tal-paragrafu 1.
L-ABE għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa 1 ta’ Frar 2015.
Il-Kummissjoni hija ddelegata bis-setgħa sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
Artikolu 42
Tnaqqis ta’ holdings ta’ strumenti proprji ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1
Għall-fini tal-punt (f) tal-Artikolu 36(1), l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw il-holdings ta’ strumenti proprji ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1 fuq il-bażi tal-pożizzjonijiet twal grossi soġġett għall-eċċezzjonijiet li ġejjin:
(a) |
istituzzjonijiet jistgħu jikkalkulaw l-ammont tal-holdings ta’ strumenti proprji ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1 fuq il-bażi tal-pożizzjoni twila netta dment li jiġu sodisfatti ż-żewġ kondizzjonijiet li ġejjin:
|
(b) |
l-istituzzjonijiet għandhom jiddeterminaw l-ammont li jrid jitnaqqas għal holdings diretti, indiretti u sintetiċi ta’ titoli tal-indiċi bil-kalkolazzjoni tal-iskopertura sottostanti għall-istrumenti proprji ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1 inklużi f'dawk l-indiċi; |
(c) |
l-istituzzjonijiet jistgħu jpaċu l-pożizzjonijiet twal gross fi strumenti proprji ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 li jirriżultaw minn holdings ta' titoli ta' indiċi kontra pożizzjonijiet qosra fi strumenti proprji ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1 li jirriżultaw minn pożizzjonijiet qosra fl-indiċi sottostanti, inklużi meta dawk il-pożizzjonijiet qosra jinvolvu riskju ta’ kontroparti, dment li jiġu sodisfatti ż-żewġ kondizzjonijiet li ġejjin:
|
Artikolu 43
Investiment sinifikanti f'entità tas-settur finanzjarju
Għall-fini ta’ tnaqqis, investiment sinifikanti ta’ istituzzjoni f’entità tas-settur finanzjarju għandu jirriżulta meta kwalunkwe waħda minn dawn il-kondizzjonijiet tiġi ssodisfata:
(a) |
l-istituzzjoni jkollha sjieda ta’ aktar minn 10 % tal-istrumenti ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1 maħruġa minn dik l-entità; |
(b) |
l-istituzzjoni jkollha rabtiet mill-qrib ma’ dik l-entità u jkollha sjieda ta’ strumenti ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1 maħruġa minn dik l-entità; |
(c) |
l-istituzzjoni jkollha sjieda ta’ strumenti ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1 maħruġa minn dik l-entità u l-entità ma tkunx inkluża f’konsolidazzjoni skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti Wieħed iżda tkun inkluża fl-istess konsolidazzjoni ta' kontabbiltà bħall-istituzzjoni għall-fini tar-rapportar finanzjarju skont il-qafas tal-kontabbiltà applikabbli. |
Artikolu 44
Tnaqqis ta’ holdings ta’ strumenti ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1 ta’ entitajiet tas-settur finanzjarju u meta istituzzjoni jkollha holding inkroċjata reċiproka mfassla artifiċjalment għall-inflazzjoni tal-fondi proprji
L-istituzzjonijiet għandhom jagħmlu t-tnaqqis imsemmi fil-punti (g), (h) u (i) tal-Artikolu 36(1) skont dawn li ġejjin:
(a) |
il-holdings ta’ strumenti ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1 u strumenti ta' kapital oħra ta’ entitajiet tas-settur finanzjarju għandhom jiġu kkalkulati fuq il-bażi tal-pożizzjonijiet twal grossi; |
(b) |
L-elementi tal-assigurazzjoni ta’ fondi proprji ta’ Grad 1 għandhom jiġu trattati bħala holdings ta’ strumenti ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1 għall-fini tat-tnaqqis. |
Artikolu 45
Tnaqqis ta’ holdings ta’ strumenti ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1 ta’ entitajiet tas-settur finanzjarju
L-istituzzjonijiet għandhom jagħmlu t-tnaqqisiet meħtieġ fil-punti (h) u (i) tal-Artikolu 36(1) skont id-dispożizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
huma jistgħu jikkalkulaw holdings diretti, indiretti u sintetiċi ta' strumenti ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1 tal-entitajiet tas-settur finanzjarju abbażi tal-pożizzjoni netta twila fl-istess skopertura sottostanti dment li jiġu sodisfatti ż-żewġ kondizzjonijiet li ġejjin:
|
(b) |
huma għandhom jiddeterminaw l-ammont li jrid jitnaqqas għal holdings diretti, indiretti u sintetiċi ta’ titoli tal-indiċi bil-kalkolu tal-iskopertura sottostanti għall-istrumenti ta' kapital tal-entitajiet tas-settur finanzjarju f'dawk l-indiċi; |
Artikolu 46
Tnaqqis tal-holdings ta’ strumenti ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1 fejn istituzzjoni ma jkollhiex investiment sinifikanti f’entità tas-settur finanzjarju
1. Għall-fini tal-punt (h) tal-Artikolu 36(1), l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw l-ammont applikabbli li jrid jitnaqqas billi jimmultiplikaw l-ammont imsemmi fil-punt (a) ta' dan il-paragrafu bil-fattur miksub mill-kalkolu msemmi fil-punt (b) ta' dan il-paragrafu:
(a) |
l-ammont aggregat li bih il-holdings diretti, indiretti u sintetiċi mill-istituzzjoni ta’ strumenti ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1, Addizzjonali ta' Grad 1 u Grad 2 ta' dawk l-entitajiet tas-settur finanzjarju li fihom l-istituzzjoni ma jkollhiex investiment sinifikanti taqbeż 10 % tal-ammont aggregat tal-elementi ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1 tal-istituzzjoni kkalkulat wara li jkunu applikati dawn li ġejjin għall-elementi ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1:
|
(b) |
l-ammont tal-holdings diretti, indiretti u sintetiċi mill-istituzzjoni ta’ strumenti ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1 ta' dawk l-entitajiet tas-settur finanzjarju li l-istituzzjoni m'għandhiex investiment sinifikanti fihom diviż bl-ammont aggregat ta’ holdings diretti, indiretti u sintetiċi mill-istituzzjoni ta’ strumenti tal-fondi proprji ta’ dawk l-entitajiet tas-settur finanzjarju. |
2. L-istituzzjonijiet għandhom jeskludu pożizzjonijiet ta' sottoskrizzjoni miżmuma għal ħamest ijiem tax-xogħol jew inqas mill-ammont imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 1 u mill-kalkolu tal-fattur imsemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 1.
3. L-ammont li għandu jitnaqqas skont il-paragrafu 1 għandu jinqasam bejn l-istrumenti ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1 kollha miżmuma. L-istituzzjonijiet għandhom jistabilixxu l-porzjon tal-holdings ta’ strumenti ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1 li titnaqqas skont il-paragrafu 1 billi l-ammont speċifikat fil-punt (a) ta' dan il-paragrafu jkunmultiplikat bil-proporzjon speċifikat fil-punt (b) ta' dan il-paragrafu:
(a) |
l-ammont ta’ holdings li jeħtieġ jitnaqqas skont il-paragrafu 1; |
(b) |
il-proporzjoni tal-ammont aggregat ta’ holdings diretti, indiretti u sintetiċi mill-istituzzjoni tal-istrumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 tas-settur finanzjarju li l-istituzzjoni ma għandhiex investiment sinifikanti fihom rappreżentati minn kull wieħed mill-istrumenti ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1 miżmum. |
4. L-ammont tal-holdings imsemmi fil-punt (h) tal-Artikolu 36(1) li jkun ugwali għal jew inqas minn 10 % tal-elementi ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1 tal-istituzzjoni wara l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-punti (a)(i) sa (iii) tal-paragrafu 1 m’għandux jitnaqqas u għandu jkun soġġett għall-piż tar-riskji applikabbli skont il-Kapitolu 2 jew 3 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta u r-rekwiżiti stabbiliti fit-Titolu IV tal-Parti Tlieta, kif ikun applikabbli.
5. L-istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu l-porzjon tal-holdings ta’ strumenti tal-fondi proprji li jkunu ppeżati għar-riskju billi jiddividu l-ammont speċifikat fil-punt (a) bl-ammont speċifikat fil-punt (b):
(a) |
l-ammont tal-holdings meħtieġ li jkun ippeżat għar-riskju skont il-paragrafu 4; |
(b) |
l-ammont speċifikat fil-punt (i) diviż bl-ammont speċifikat fil-punt (ii):
|
Artikolu 47
Tnaqqis tal-holdings ta’ strumenti ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1 meta istituzzjoni jkollha investiment sinifikanti f’entità tas-settur finanzjarju
Għall-fini tal-punt (1) tal-Artikolu 36(1), l-ammont applikabbli li jrid jitnaqqas mill-elementi ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1 għandu jeskludi pożizzjonijiet ta’ sottoskrizzjoni miżmuma għal ħamest ijiem tax-xogħol jew inqas u għandu jkun stabbilit skont l-Artikoli 44 u 45 u s-Subtaqsima 2.
Artikolu 48
Livell limitu tal-eżenzjonijiet mit-tnaqqis minn elementi TA'Ekwità Komuni ta' Grad 1
1. Meta jsir it-tnaqqis meħtieġ skont il-punti (c) u (i) tal-Artikolu 36(1), l-istituzzjonijiet m’għandhomx ikunu meħtieġa jnaqqsu l-ammont tal-elementi elenkati fil-punti (a) u (b) ta' dan il-paragrafu li bħala aggregat jkunu ugwali għal jew inqas mill-ammont limitu msemmi fil-paragrafu 2:
(a) |
assi ta’ taxxa differita li jiddependu fuq il-profitabbiltà futura u jirriżultaw minn differenzi temporanji, u bħala aggregat ikunu ugwali għal jew inqas minn 10 % tal-elementi ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1 tal-istituzzjoni kkalkulat wara l- applikazzjoni ta’ dawn li ġejjin:
|
(b) |
fejn istituzzjoni jkollha investiment sinifikanti f’entità tas-settur finanzjarju, il-holdings diretti, indiretti u sintetiċi ta' dik l-istituzzjoni ta’ strumenti ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1 ta’ dawk l-entitajiet li bħala aggregat ikunu ugwali għal jew inqas minn 10 % tal-elementi ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1 tal-istituzzjoni kkalkulat wara l-applikazzjoni ta’ dawn li ġejjin:
|
2. Għall-fini tal-paragrafu 1, l-ammont ta' limitu għandu jkun daqs l-ammont imsemmi fil-punt (a) ta' dan il-paragrafu immultiplikat bil-perċentwal imsemmi fil-punt (b) ta' dan il-paragrafu:
(a) |
l-ammont residwu ta' elementi ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1 wara l-applikazzjoni tal-aġġustamenti u t-tnaqqis fl-Artikoli 32 sa 36 kollha u mingħajr ma jiġu applikati l-eżenzjonijiet speċifikati f'dan l-Artikolu; |
(b) |
17,65 %. |
3. Għall-fini tal-paragrafu 1, istituzzjoni għandha tiddetermina l-porzjon ta' assi ta' taxxa differita fl-ammont totali ta' elementi tal-Ekwità Komuni ta' Grad 1 li mhux meħtieġ li jiġi mnaqqas billi jiġi diviż l-ammont speċifikat fil-punt (a) ta' dan il-paragrafu bl-ammont speċifikat fil-punt (b) ta' dan il-paragrafu:
(a) |
l-ammont ta' assi ta' taxxa differita li jiddependi fuq il-profittabilità futura u li ġej minn differenzi temporanji, u li fl-aggregat huma ugwali għal jew inqas minn 10 % tal-elementi tal-Ekwità Komuni ta' Grad 1 tal-isituzzjonijiet; |
(b) |
it-total ta' dan li ġej:
|
Il-proporzjon ta' investimenti sinifikanti fl-ammont totali ta' elementi li mhux meħtieġ li jiġi mnaqqas huwa ugwali għal wieħed imnaqqas mill-proporzjon imsemmi fl-ewwel subparagrafu.
4. L-ammonti tal-elementi li ma jitnaqqsux skont il-paragrafu 1 għandhom jiġu ppeżati għar-riskju b’250 %.
Artikolu 49
Rekwiżit għal tnaqqis fejn ikunu applikati l-konsolidazzjoni, is-superviżjoni supplementari jew skemi ta' protezzjoni istituzzjonali
1. Għall-fini tal-kalkolu tal-fondi proprji fuq bażi individwali, bażi subkonsolidata jew bażi konsolidata, meta l-awtoritajiet kompetenti jeħtieġu jew jippermettu lill-istituzzjonijiet sabiex japplikaw il-metodu 1, 2 jew 3 tal-Anness I għad-Direttiva 2002/87/KE, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu lill-istituzzjonijiet li ma jkunx hemm tnaqqis fil-holdings ta' istrumenti ta’ fondi proprji ta' entità tas-settur finanzjarju li fiha l-istituzzjoni prinċipali, kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali jew kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali jew istituzzjoni għandha investiment sinifikanti, sakemm jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punti (a) sa (e) ta' dan il-paragrafu:
(a) |
l-entità tas-settur finanzjarju hija impriża tal-assigurazzjoni, impriża tar-riassigurazzjoni jew kumpannija azzjonarja tal-assigurazzjoni; |
(b) |
l-impriża tal-assigurazzjoni, l-impriża tar-riassigurazzjoni jew il-kumpannija azzjonarja tal-assigurazzjoni tkun inkluża fl-istess superviżjoni supplementari taħt id-Direttiva 2002/87/KE bħall-istituzzjoni prinċipali, il-kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali jew il-kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali jew l-istituzzjoni li jkollha l-holding; |
(c) |
l-istituzzjoni tkun irċeviet il-permess minn qabel tal-awtorità kompetenti; |
(d) |
qabel jingħata l-permess imsemmi fil-punt (c), u fuq bażi kontinwa, l-awtoritjiet kompetenti ikunu ssodisfati li l-livell ta' ġestjoni integrata, il-ġestjoni tar-riskju u kontroll intern rigward l-entitajiet li ser ikunu inklużi fil-kamp ta' applikazzjoni tal-konsolidazzjoni skont il-metodu 1, 2 jew 3 jkun adegwat; |
(e) |
il-holdings fl-entità jappartjenu lil wieħed minn dawn li ġejjin:
|
Il-metodu magħżul għandu jiġi applikat b’mod konsistenti matul iż-żmien.
2. Għall-fini tal-kalkolu tal-fondi proprji fuq bażi individwali u fuq bażi subkonsolidata, l-istituzzjonijiet soġġetti għas-superviżjoni fuq bażi konsolidata skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti Wieħed m’għandhomx inaqqsu l-holdings tal-istrumenti ta' fondi proprji maħruġa mill-entitajiet tas-settur finanzjarju inkluż fl-ambitu tas-superviżjoni konsolidata, sakemm l-awtoritajiet kompetenti jiddeterminaw li dak it-tnaqqis huma meħtieġ għal raġunijiet speċifiċi, b'mod partikolari separazzjoni strutturali tal-attivitajiet bankarji u l-ippjanar ta' riżoluzzjonijiet.
L-applikazzjoni tal-approċċ imsemmi fl-ewwel subparagrafu ma għandux jinvolvi effetti negattivi sproporzjonati fuq is-sistema finanzjarja kollha jew partijiet minnha fi Stati Membri oħrajn jew fl-Unjoni kollha li jiffurmaw jew joħolqu ostakolu għall-funzjonament tas-suq intern.
3. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu, għall-fini li jikkalkolaw il-fondi proprji fuq bażi individwali jew subkonsolidata, jippermettu lill-istituzzjonijiet ma jnaqqsux holdings ta' strumenti ta' fondi proprji fil-każijiet li ġejjin:
(a) |
meta istituzzjoni jkollha holding f'istituzzjoni oħra u huma sodisfatti l-kondizzjonijiet imsemmija fil-punti (i) sa (v):
|
(b) |
meta istituzzjoni ta’ kreditu reġjonali jkollha holding fl-istituzzjoni ta’ kreditu ċentrali tagħha jew f’istituzzjoni ta’ kreditu reġjonali oħra u l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punti (a)(i) sa (v) ikunu ssodisfati. |
4. Il-holdings fir-rigward ta' liema ma jsirx tnaqqis skont il-paragrafi 1, 2, jew 3 għandhom jikkwalifikaw bħala skoperturi u għandhom ikunu ppeżati għar-riskju skont il-Kapitolu 2 jew 3 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta, kif applikabbli.
5. Fejn istituzzjoni tapplika l-metodu 1 jew 2 tal-Anness I għad-Direttiva 2002/87/KE, l-istituzzjoni għandha tiddivulga r-rekwiżit ta' fondi proprji supplimentari u l-proporzjon ta' adegwatezza tal-kapital tal-konglomerat finanzjarju kif ikkalkulat f'konformità mal-Artikolu 6 u l-Anness I għal dik id-Direttiva.
6. L-ABE, l-AEAPX u l- Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) (AETS) stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 (27) għandhom, permezz tal-Kumitat Konġunt, jiżviluppaw abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex jispeċifikaw għall-fini ta’ dan l-Artikolu l-kondizzjonijiet tal-applikazzjoni tal-metodi ta’ kalkolu elenkati fl-Anness I, il-Parti II tad-Direttiva 2002/87/KE għall-fini tal-alternattivi għat-tnaqqis imsemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.
L-ABE, l-AEAPX u l-AETS għandhom jissottomettu dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa 1 ta’ Frar 2015.
Il-Kummissjoni hija ddelegata bis-setgħa sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 u tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 rispettivament.
Artikolu 50
Kapital ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1
Il-kapital ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1 ta’ istituzzjoni għandu jkun jikkonsisti minn elementi ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 wara li jiġu applikati l-aġġustamenti meħtieġa mill-Artikoli 32 sa 35, it-tnaqqisiet skont l-Artikolu 36 u l-eżenzjonijiet u l-alternattivi stabbiliti fl-Artikoli 48, 49 u 79.
KAPITOLU 3
Kapital Addizzjonali ta’ Grad 1
Artikolu 51
Elementi Addizzjonali ta’ Grad 1
Elementi Addizzjonali ta’ Grad 1 għandhom jikkonsistu f'dawn li ġejjin:
(a) |
strumenti ta' kapital, meta l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 52(1) jiġu ssodisfati; |
(b) |
il-kontijiet primjum tal-ishma relatati mal-istrumenti msemmija fil-punt (a). |
Strumenti inklużi taħt il-punt (a) ma għandhomx jikkwalifikaw bħala elementi ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 jew tal-Grad 2.
Artikolu 52
Elementi Addizzjonali ta’ Grad 1
1. L-istrumenti ta' kapital għandhom jikkwalifikaw bħala strumenti Addizzjonali ta’ Grad 1 biss jekk jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
l-istrumenti jkunu nħarġu u tħallsu għal kollox; |
(b) |
l-istrumenti ma nxtrawx minn xi waħda minn dawn li ġejjin:
|
(c) |
ix-xiri tal-istrumenti ma jkunx direttament jew indirettament iffinanzjat mill-istituzzjoni; |
(d) |
l-istrumenti jikklassifikaw taħt strument ta’ Grad 2 fil-każ tal-insolvenza tal-istituzzjoni; |
(e) |
l-istrumenti ma jkunux koperti, jew soġġetti għal garanzija li ssaħħaħ is-superjorità tal-pretensjonijiet minn xi waħda minn dawn li ġejjin:
|
(f) |
l-istrumenti ma jkunux soġġetti għal kwalunkwe arranġament, kuntrattwali jew ta’ tip ieħor, li jtejjeb is-superjorità tal-pretensjonijiet skont l-istrumenti f'insolvenza jew likwidazzjoni. |
(g) |
l-istrumenti ikunu perpetwi u d-dispożizzjonijiet li jirregolawhom ma fihomx inċentiv biex l-istituzzjoni tifdihom; |
(h) |
fejn id-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-istrumenti jinkludu dritt ta' xiri wieħed jew aktar, dan id-dritt ta' xiri jista' jiġi eżerċitata għad-diskrezzjoni unika tal-emittent; |
(i) |
l-istrumenti jistgħu jinxtraw, jinfdew jew jinxtraw mill-ġdid biss meta l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 77 jiġu ssodisfati, u mhux qabel ħames snin wara d-data tal-ħruġ ħlief meta jkunu ssodisfati l-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 78(4); |
(j) |
id-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-istrumenti ma jindikawx b’mod espliċitu jew impliċitu li l-istrumenti jinxtraw jew jistgħu jinxtraw, jinfdew jew jinxtraw mill-ġdid u l-istituzzjoni ma tagħtix din l-indikazzjoni f’forma oħra, ħlief fil-każijiet li ġejjin:
|
(k) |
l-istituzzjoni ma tindikax b’mod espliċitu jew impliċitu li l-awtorità kompetenti sejra tagħti l-kunsens għal talba biex tixtri, tifdi jew tixtri mill-ġdid l-istrumenti; |
(l) |
distribuzzjonijiet skont l-istrumenti jissodisfaw il-kondizzjonijiet li ġejjin:
|
(m) |
l-istrumenti ma jkunux jikkontribwixxu għad-determinazzjoni li l-obbligazzjonijiet ta’ istituzzjoni jeċċedu l-assi tagħha, fejn dan il-kalkolu jikkostitwixxi test ta’ insolvenza skont id-dritt nazzjonali applikabbli; |
(n) |
id-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-istrumenti jkunu jeħtieġu li, meta jseħħ avveniment skattatur, l-ammont tal-kapital tal-istrumenti titniżżel fil-valur fuq bażi permamenti jew temporanja jew li l-istrumenti jinqalbu għal strumenti ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1; |
(o) |
id-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-istrumenti ma jkunu jinkludu l-ebda karatteristika li tista’ tfixkel ir-rikapitalizzazzjoni tal-istituzzjoni; |
(p) |
fejn l-istrumenti ma jinħarġux direttament minn istituzzjoni, iż-żewġ kondizzjonijiet li ġejjin għandhom jiġu sodisfatti:
|
Il-kondizzjoni stabbilita fil-punt (d) tal-ewwel subparagrafu għandha titqies sodisfatta, minkejja l-istrumenti huma inklużi fil-Grad 1 jew ta’ Grad 2 Addizzjonali bis-saħħa tal-Artikolu 484(3), dment li jikklassifikaw pari passu.
2. L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika dan kollu li ġej:
(a) |
il-forma u n-natura tal-inċentivi biex jinfdew; |
(b) |
in-natura ta' kwalunkwe żieda fil-valur tal-ammont tal-kapital tal-istrument ta’ Grad 1 Addizzjonali b'segwitu għal tnaqqis fil-valur fuq bażi temporanja tal-ammont tal-kapital tiegħu; |
(c) |
il-proċeduri u l-għażla taż-żmien għal dawn li ġejjin:
|
(d) |
il-karatteristiċi tal-istrumenti li jistgħu jfixklu r-rikapitalizzazzjoni tal-istituzzjoni; |
(e) |
l-użu ta’ entitajiet b’għan speċjali għall-ħruġ indirett ta’ strumenti ta’ fondi proprji. |
L-ABE għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa 1 ta’ Frar 2015.
Il-Kummissjoni hija ddelegata bis-setgħa sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
Artikolu 53
Restrizzjonijiet fuq il-kanċellament ta’ distribuzzjonijiet fuq strumenti ta’ Grad 1 Addizzjonali u karatteristiċi li jistgħu jfixklu r-rikapitalizzazzjoni tal-istituzzjoni
Għall-finijiet tal-punti (l)(v) u (o) tal-Artikolu 52(1), id-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-istrumenti ta’ Grad 1 Addizzjonali għandhom, b’mod partikolari, ma jinkludux dawn li ġejjin:
(a) |
rekwiżit li jsiru distribuzzjonijiet fuq l-istrumenti fil-każ ta’ distribuzzjoni fuq strument maħruġ minn istituzzjoni li tikklassifika fl-istess grad bħal, jew subordinat minn, strument ta’ Grad 1 Addizzjonali, inkluż strument ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1; |
(b) |
rekwiżit li l-pagament ta’ distribuzzjonijiet fuq strumenti ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1, ta’ Grad 1 Addizzjonali jew ta’ Grad 2 jiġu kkanċellati fil-każ li ma jsirux distribuzzjonijiet fuq dawk l-istrumenti ta’ Grad 1 Addizzjonali; |
(c) |
l-obbligu biex il-pagament ta’ imgħax jew ta’ dividend jiġi sostitwit permezz ta’ pagament fi kwalunkwe forma oħra. L-istituzzjoni ma għandhiex altrimenti tkun soġġetta għal tali obbligu. |
Artikolu 54
Tnaqqis fil-valur jew konverżjoni ta’ strumenti ta' Grad 1 Addizzjonali
1. Għall-finijiet tal-punt tal-punt (n) tal-Artikolu 52(1), id-dispożizzjonijiet segwenti għandhom japplikaw għal strumenti ta’ Grad 1 Addizzjonali:
(a) |
avveniment skattatur iseħħ meta l-proporzjon tal-kreditu ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1 tal-istituzzjoni msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 92(1) jaqa’ taħt xi wieħed minn dawn li ġejjin:
|
(b) |
fid-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-istrument, l-istituzzjonijiet jistgħu jispeċifikaw avveniment skattatur wieħed jew aktar b'żieda għal dak imsemmi fil-punt (a); |
(c) |
fejn id-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-istrumenti jeħtieġu li jiġu kkonvertiti fi strumenti ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1 meta jseħħ avveniment skattatur, dawk id-dispożizzjonijiet għandhom jispeċifikaw waħda minn dawn li ġejjin:
|
(d) |
fejn id-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-istrumenti jeħtieġu li meta jseħħ avveniment skattatur l-ammont ta' kapital tagħhom jitniżżawl fil-valur, it-tniżżil fil-valur għandu jnaqqas is-segwenti kollha:
|
2. It-tnaqqis fil-valur jew il-konverżjoni ta' strument ta' Grad 1 Addizzjonali għandu, skont il-qafas tal-kontabbiltà applikabbli, jiġġenera elementi li jikkwalifikaw bħala elementi ta' Ekwità Komuni ta’ Grad 1.
3. L-ammont ta' strumenti ta' Grad 1 Addizzjonali rikonoxxut f'elementi ta' Grad 1 Addizzjonali huwa limitat għall-ammont minimu tal-elementi ta' Ekwità Komuni ta’ Grad 1 li jiġu ġġenerati jekk l-ammont tal-kapital tal-istrumenti ta' Grad 1 Addizzjonali jiġu kompletament imnaqqsa fil-valur jew konvertiti fi strumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1.
4. L-ammont aggregat ta' strumenti ta' Grad 1 Addizzjonali li jrid jonqos fil-valur jew konvertit meta jseħħ avveniment skattatur m'għandux ikun inqas mill-iżjed ammont baxx ta' dawn li ġejjin:
(a) |
l-ammont meħtieġ sabiex il-proporzjon ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 tal-istituzzjoni jkun restawrat b'mod sħiħ għal 5,125 %; |
(b) |
l-ammont tal-kapital sħiħ tal-istrument. |
5. Meta jseħħ avveniment skattatur, l-istituzzjonijiet għandhom jagħmlu dan li ġej:
(a) |
jinfurmaw immedjatament lill-awtoritajiet kompetenti; |
(b) |
jinfurmaw lid-detenturi tal-istrumenti ta' Grad 1 Addizzjonali; |
(c) |
inaqqsu fil-valur l-ammont tal-kapital tal-istrumenti, jew jikkonvertu l-istrumenti fi strumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 mingħajr dewmien, iżda mhux aktar tard minn xahar, f'konformità mar-rekwiżit stipulat f'dan l-Artikolu. |
6. Istituzzjoni li toħroġ strumenti ta' Grad 1 Addizzjonali li jikkonvertu għal Ekwità Komuni ta' Grad 1 fil-każ ta' avveniment li joħloq dan għandha tiżgura li l-kapital tas-sehem awtorizzat ikun dejjem suffiċjenti, biex l-istrumenti konvertibbli ta' Grad 1 Addizzjonali bħal dawn ikunu kkonvertiti f'sehmiet jekk iseħħ avveniment li joħloq dan. L-awtorizzazzjonijiet kollha meħtieġa għandhom jinkisbu fid-data tal-ħruġ ta' tali strumenti konvertibbli ta' Grad 1. L-istituzzjoni għandha dejjem iżżomm l-awtorizzazzjoni meħtieġa bil-quddiem biex jinħarġu l-istrumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 li fihom jiġu kkonvertiti tali strumenti ta' Grad 1 Addizzjonali fil-każ ta' avveniment li joħloq dan.
7. Istituzzjoni li toħroġ strumenti ta' Grad 1 Addizzjonali li jikkonvertu f'Ekwità Komuni ta' Grad 1 fil-każ ta' avveniment li joħloq dan għandha tiżgura li ma jkunx hemm ostakoli proċedurali għal dik il-konverżjoni permezz tal-inkorporazzjoni jew l-istatuti jew l-arranġamenti kuntrattwali tagħha.
Artikolu 55
Konsegwenzi tal-fatt li ma jibqgħux jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet għal strumenti ta’ Grad 1 Addizzjonali
Is-segwenti għandhom japplikaw meta, fil-każ ta’ strument ta’ Grad 1 Addizzjonali, il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 52(1) ma jibqgħux jiġu ssodisfati:
(a) |
dak l-istrument immedjatament ma jibqax jikkwalifika bħala strument ta’ Grad 1 Addizzjonali; |
(b) |
il-parti tal-kontijiet tal-primjum azzjonarju relatata ma’ dak l-istrument għandha tieqaf immedjatament milli tikkwalifika bħala elementi ta’ Grad 1 Addizzjonali. |
Artikolu 56
Tnaqqis minn elementii ta’ Grad 1 Addizzjonali
L-istituzzjonijiet għandhom inaqqsu dawn li ġejjin mill-elementi ta’ Grad 1 Addizzjonali:
(a) |
holdings diretti, indiretti u sintetiċi minn istituzzjoni tal-istrumenti proprji ta’ Grad 1 Addizzjonali, inkluż strumenti proprji ta’ Grad 1 Addizzjonali li istituzzjoni tista’ tkun obbligata li tixtri bħala riżultat ta’ obbligi kuntrattwali eżistenti; |
(b) |
holdings diretti, indiretti u sintetiċi tal-istrumenti ta’ Grad 1 Addizzjonali ta’ entitajiet tas-settur finanzjarju li magħhom l-istituzzjoni jkollha holdings inkroċjati reċiproki li l-awtorità kompetenti tikkunsidra li tkun ġiet iddisinjata biex artifiċjalment tkabbar il-fondi proprji tal-istituzzjoni; |
(c) |
l-ammont applikabbli ddeterminat skont l-Artikolu 60 ta’ holdings diretti, indiretti u sintetiċi tal-istrumenti ta’ Grad 1 Addizzjonali ta’ entitajiet tas-settur finanzjarju, fejn istituzzjoni ma jkollhiex investiment sinifikanti f’dawk l-entitajiet; |
(d) |
holdings diretti, indiretti u sintetiċi mill-istituzzjoni tal-istrumenti ta’ Grad 1 Addizzjonali ta’ entitajiet tas-settur finanzjarju meta l-istituzzjoni jkollha investiment sinifikanti f’dawk l-entitajiet, eskluż pożizzjonijiet ta' sottoskrizzjoni miżmuma għalħamest ijiem tax-xogħol jew inqas; |
(e) |
l-ammont ta’ elementi meħtieġa li jitnaqqsu minn elementi ta’ Grad 2 skont l-Artikolu 66 li jaqbeż il-kapital ta’ Grad 2 tal-istituzzjoni; |
(f) |
kull imposta ta’ taxxa relatat ma’ elementi ta’ Grad 1 prevedibbli fil-mument tal-kalkolu tagħha, ħlief fejn l-istituzzjoni b’mod xieraq taġġusta l-ammont ta’ elementi ta’ Grad 1 sa fejn tali impisti ta’ taxxa jnaqqsu l-ammont sa liema dawk l-elementi jistgħu jiġu applikati biex ikopru riskji jew telf. |
Artikolu 57
Tnaqqis ta’ holdings ta’ strumenti proprji ta’ Grad 1 Addizzjonali
Għall-finijiet tal-punt (a) tal-Artikolu 56, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw il-holdings tal-istrumenti proprji ta’ Grad 1 Addizzjonali abbażi ta’ pożizzjonijiet twal grossi dment li jiġu sodisfatti ż-żewġ kondizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
l-istituzzjonijiet jistgħu jikkalkulaw l-ammont ta’ holdings tal-istrumenti proprji ta’ Grad 1 Addizzjonali abbażi tal-pożizzjoni netta twila dment li jiġu sodisfatti ż-żewġ kondizzjonijiet li ġejjin:
|
(b) |
l-istituzzjonijiet għandhom jiddeterminaw l-ammont li jrid jitnaqqas għal holdings diretti, indiretti jew sintetiċi ta’ titoli tal-indiċi bil-kalkolu tal-iskopertura sottostanti għall-istrumenti proprji ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1 f'dawk l-indiċi; |
(c) |
l-istituzzjonijiet jistgħu jagħmlu netting tal-pożizzjonijiet grossi twal fl-istrumenti proprji ta' Grad 1 Addizzjonali bħala riżultat ta’ holdings ta’ titoli ta' indiċi kontra l-pożizzjonijiet qosra fl-istrumenti proprji ta' Grad 1 Addizzjonali bħala riżultat ta’ pożizzjonijiet qosra fl-indiċi sottostanti, inkluż meta dawk il-pożizzjonijiet qosra jinvolvu riskju għall-kontroparti, dment li jiġu sodisfatti ż-żewġ kondizzjonijiet li ġejjin:
|
Artikolu 58
Tnaqqis ta’ holdings ta’ strumenti ta’ Grad 1 Addizzjonali ta’ entitajiet tas-settur finanzjarju u meta istituzzjoni jkollha holding inkroċjata reċiproka artifiċjalment iddisinjata biex tkabbar il-fondi proprji
L-istituzzjonijiet għandhom jagħmlu t-tnaqqis meħtieġ skont il-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 56 skont dawn li ġejjin:
(a) |
il-holdings ta’ strumenti ta’ Grad 1 Addizzjonali għandhom jiġu kkalkolati abbażi tal-pożizzjonijiet grossi twal; |
(b) |
l-elementi ta’ assigurazzjoni ta’ fondi proprji ta’ Grad 1 Addizzjonali għandhom jiġu ttrattati bħala holdings ta’ strumenti ta’ Grad 1 Addizzjonali għall-finijiet ta’ tnaqqis. |
Artikolu 59
Tnaqqis ta’ holdings ta’ strumenti ta’ Grad 1 Addizzjonali ta’ entitajiet tas-settur finanzjarju
L-istituzzjonijiet għandhom jagħmlu t-tnaqqis meħtieġ skont il-punti (c) u (d) tal-Artikolu 56 skont is-segwenti:
(a) |
huma jistgħu jikkalkulaw holdings diretti, indiretti u sintetiċi strumenti ta' Grad 1 Addizzjonali tal-entitajiet tas-settur finanzjarju abbażi tal-pożizzjoni netta twila fl-istess skopertura sottostanti dment li jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:
|
(b) |
huma għandhom jiddeterminaw l-ammont li jrid jitnaqqas għal holdings diretti, indiretti u sintetiċi ta’ titoli tal-indiċi bil-kalkolu tal-iskopertura sottostanti għall-istrumenti ta' kapital tal-entitajiet tas-settur finanzjarju f'dawk l-indiċi; |
Artikolu 60
Tnaqqis ta’ holdings ta’ strumenti ta’ Grad 1 Addizzjonali meta istituzzjoni ma jkollhiex investiment sinifikanti f’entità tas-settur finanzjarju
1. Għall-finijiet tal-punt (c) tal-Artikolu 56, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw l-ammont applikabbli li jrid jitnaqqas billi jimmultiplikaw l-ammont imsemmi fil-punt (a) ta' dan il-paragrafu bil-fattur derivat mill-kalkolu msemmi fil-punt (b) ta' dan il-paragrafu:
(a) |
l-ammont aggregat li bih il-holdings diretti, indiretti u sintetiċi mill-istituzzjoni ta’ strumenti ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1, ta' Grad 1 Addizzjonali u ta’ Grad 2 ta’ entitajiet tas-settur finanzjarju jaqbeż l-10 % tal-elementi ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1 tal-istituzzjoni kkalkulat wara li jiġu applikati dawn li ġejjin:
|
(b) |
l-ammont ta’ holdings diretti, indiretti u sintetiċi mill-istituzzjoni tal-istrumenti ta' Grad 1 Addizzjonali ta’ dawk l-entitajiet tas-settur finanzjarju li fihom l-istituzzjoni m'għandhiex investiment sinifikanti diviż bl-ammont aggregat tal-holdings diretti, indiretti u sintetiċi kollha mill-istituzzjoni ta’ strumenti ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1, ta' Grad 1 Addizzjonali u ta’ Grad 2 ta’ dawk l-entitajiet tas-settur finanzjarju. |
2. L-istituzzjonijiet għandhom jeskludu pożizzjonijiet ta' sottoskrizzjoni miżmuma għal ħamest ijiem tax-xogħol jew inqas mill-ammont imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 1 u mill-kalkolu tal-fattur imsemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 1.
3. L-ammont li għandu jitnaqqas skont il-paragrafu 1 għandu jinqasam bejn l-istrumenti kollha ta’ Grad 1 Addizzjonali miżmuma. L-ammont li għandu jitnaqqas minn kull strument ta' Grad 1 Addizzjonali skont il-paragrafu 1 għandu jiġi kkalkulat billi l-ammont speċifikat fil-punt (a) ta' dan il-paragrafu jiġi multiplikat bil-proporzjon speċifikat fil-punt (b) ta' dan il-paragrafu:
(a) |
l-ammont ta’ holdings li jeħtieġ jitnaqqas skont il-paragrafu 1; |
(b) |
l-ammont speċifikat fil-punt (i) diviż bl-ammont speċifikat fil-punt (ii):
|
4. L-ammont tal-holdings imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 56 li jkun ugwali għal jew inqas minn 10 % tal-elementi ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1 tal-istituzzjoni wara l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet stabiliti fil-punti (a)(i), (ii) u (iii) tal-paragrafu 1 m’għandux jitnaqqas u għandu jkun soġġett għall-piż tar-riskji applikabbli skont il-Kapitolu 2 jew 3 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta u r-rekwiżiti stabiliti fit-Titolu IV tal-Parti Tlieta, kif ikun applikabbli.
5. L-istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu l-porzjon tal-holdings ta’ strumenti tal-fondi proprji li jkunu ppeżati għar-riskju billi jiddividu l-ammont speċifikat fil-punt (a) bl-ammont speċifikat fil-punt (b):
(a) |
l-ammont tal-holdings meħtieġ li jkun ippeżat għar-riskju skont il-paragrafu 4; |
(b) |
l-ammont speċifikat fil-punt (i) diviż bl-ammont speċifikat fil-punt (ii):
|
Artikolu 61
Kapital ta’ Grad 1 Addizzjonali
Il-kapital ta’ Grad 1 Addizzjonali ta’ istituzzjoni għandu jikkonsisti minn elementi ta’ Grad 1 wara t-tnaqqis tal-elementi msemmija fl-Artikolu 56 u wara li jiġi applikat l-Artikolu 79.
KAPITOLU 4
Kapital ta’ Grad 2
Artikolu 62
Elementi ta’ Grad 2
Elementi ta’ Grad 2 għandhom jikkonsistu f’dawn li ġejjin:
(a) |
strumenti ta’ kapital u self subordinat fejn il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 63 ikunu ssodisfatti; |
(b) |
il-kontijiet primjum tal-ishma relatati mal- istrumenti msemmija fil-punt (a); |
(c) |
għall-istituzzjonijiet li qegħdin jikkalkulaw l-ammonti tal-iskopertura peżati għar-riskju skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta, l-aġġustamenti ġenerali tar-riskju ta’ kreditu, gross mill-effetti tat-taxxa, sa 1,25 % tal-ammonti tal-iskopertura peżati għar-riskju kkalkulati skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta; |
(d) |
għall-istituzzjonijiet li qegħdin jikkalkulaw l-ammonti tal-iskopertura peżati għar-riskju skont il-Kapitolu 3 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta, l-ammonti pożittivi, gross mill-effetti tat-taxxa, bħala riżultat tal-kalkolu stabilit fl-Artikoli 158 u 159 sa 0,6 % tal-ammonti tal-iskopertura ppeżati għar-riskju kkalkolati skont il-Kapitolu 3 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta. |
L-elementi inklużi taħt il-punt (a) ma għandhomx jikkwalifikaw bħala elementi ta’ Ekwità Komuni ta’ Grad 1 jew ta’ Grad 1 Addizzjonali.
Artikolu 63
Strumenti ta’ Grad 2
L-istrumenti ta’ kapital u self subordinat għandhom jikkwalifikaw bħala strumenti ta’ Grad 2 sakemm il-kondizzjonijiet li ġejjin jiġu ssodisfati:
(a) |
l-istrumenti jkunu nħarġu jew ikun ingħata s-self subordinat, kif applikabbli, u tħallsu kompletament; |
(b) |
l-istrumenti ma nxtrawx jew ma jkunx ingħata s-self subordinat, kif applikabbli, minn xi waħda minn dawn li ġejjin:
|
(c) |
ix-xiri tal-istrumenti jew l-għoti tas-self subordinat, kif applikabbli, ma jkunx direttament jew indirettament iffinanzjat mill-istituzzjoni; |
(d) |
il-pretensjoni fuq l-ammont ta’ kapital tal-istrumenti skont id-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-istrumenti jew il-pretensjoni tal-ammont prinċipali tas-self subordinat skont id-dispożizzjonijiet li jirregolaw is-self subordinat, kif applikabbli, tkun totalment subordinata għal pretensjonijiet tal-kredituri kollha li ma jkunux subordinati; |
(e) |
l-istrumenti jew is-self subordinat, kif applikabbli, ma jkunux koperti, jew soġġetti għal garanzija li ssaħħaħ is-superjorità tal-pretensjoni minn xi waħda minn dawn li ġejjin:
|
(f) |
l-istrumenti jew is-self subordinat, kif applikabbli, ma jkunux soġġetti għal xi arranġament li altrimenti jtejjeb is-superjorità tal-pretensjoni taħt l-istrumenti, jew is-self subordinat rispettivament; |
(g) |
l-istrumenti jew is-self subordinat, kif applikabbli, għandhom maturità oriġinali ta’ mill-inqas ħames snin; |
(h) |
id-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-istrumenti jew is-self subordinat, kif applikabbli, ma jinkludu l-ebda inċentiv biex l-ammont kapitali tagħhom jinfeda jew jitħallas lura, kif applikabbli, mill-istituzzjoni qabel il-maturità tagħhom; |
(i) |
fejn l-istrumenti jew is-self subordinat, kif applikabbli, jinkludu dritt ta’ xiri wieħed jew aktar jew drittijiet ta’ ħlas lura bikri, kif applikabbli, dan id-dritt huwa eżerċitabbli fid-diskrezzjoni totali tal-emittent jew debitu, kif applikabbli; |
(j) |
l-istrumenti jew is-self subordinat, kif applikabbli, jistgħu jinxtraw, jinfdew jew jinxtraw mill-ġdid jew jitħallsu lura b’mod bikri biss meta l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 77 jiġu ssodisfati, u mhux qabel ħames snin wara d-data tal-ħruġ jew l-għoti, kif applikabbli mill-istituzzjoni ħlief meta jkunu ssodisfati l-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 78(4); |
(k) |
id-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-istrumenti jew is-self subordinat, kif applikabbli, ma jindikawx b’mod espliċitu jew impliċitu li l-istrumenti jew is-self subordinat, kif applikabbli, ser jew jistgħu jinxtraw, jinfdew, jinxtraw mill-ġdid jew jitħallsu lura b’mod bikri, kif applikabbli, mill-istituzzjoni għajr f’każ ta’ insolvenza jew il-likwidazzjoni tal-istituzzjoni u l-istituzzjoni ma tipprovdix b’mod ieħor tali indikazzjoni; |
(l) |
id-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-istrumenti jew is-self subordinat, kif applikabbli, ma jagħtux lid-detentur id-dritt li jgħaġġel il-pagamenti skedati fil-futur tal-imgħax jew tal-ammont tal-kapital, ħlief fil-każ insolvenza jew likwidazzjoni tal-istituzzjoni; |
(m) |
il-livell ta’ imgħax jew ta’ pagamenti ta’ dividendi, kif applikabbli, dovuti fuq l-istrumenti jew is-self subordinat, kif applikabbli, ma jiġix emendat abbażi tal-istatus tal-kreditu tal-istituzzjoni jew l-impriża prinċipali tagħha; |
(n) |
fejn l-istrumenti ma jinħarġux direttament minn istituzzjoni, jew fejn is-self subordinat ma jiġix riċevut direttament minn istituzzjoni, kif applikabbli, iż-żewġ kondizzjonijiet li ġejjin għandhom jiġu sodisfatti:
|
Artikolu 64
Amortizzazzjoni tal-istrumenti ta’ Grad 2
Il-punt sa fejn strumenti ta’ Grad 2 jikkwalifikaw bħala elementi ta’ Grad 2 matul l-aħħarħames snin ta’ maturità tal-istrumenti jiġi kkalkulat billi r-riżultat derivat mill-kalkolu fil-punt (a) jiġi mmultiplikat bl-ammont imsemmi fil-punt (b) kif ġej:
(a) |
l-ammont nominali tal-istrumenti jew is-self subordinat fl-ewwel ġurnata tal-perjodu finali ta’ ħames snin tal- maturità kuntrattwali diviż bin-numru ta’ jiem kalendarji f’dak il-perjodu; |
(b) |
in-numru ta’ jiem kalendarji ta’ maturità kuntrattwali li jibqa’ tal-istrumenti jew tas-self subordinat. |
Artikolu 65
Il-konsegwenzi tal-fat li ma jibqgħux jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet għal strumenti ta’ Grad 2
Meta fil-każ ta’ strument ta’ Grad 2 il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 63 ma jibqgħux jiġu ssodisfati, għandhom japplikaw dawn li ġejjin:
(a) |
dak l-istrument għandu immedjatament ma jibqax jikkwalifika bħala strument ta’ Grad 2; |
(b) |
il-parti tal-kontijiet tal-primjum azzjonarju relatata ma’ dak l-istrument għandha immedjatament ma tibqax tikkwalifika bħala elementi ta’ Grad 2. |
Artikolu 66
Tnaqqis minn elementi ta’ Grad 2
Dawn li ġejjin għandhom jitnaqqsu minn elementi ta’ Grad 2:
(a) |
holdings diretti, indiretti u sintetiċi minn istituzzjoni ta’ strumenti proprji ta’ Grad 2, inkluż strumenti proprji ta’ Grad 2 li istituzzjoni tista’ tkun obbligata li tixtri bħala riżultat ta’ obbligi kuntrattwali eżistenti; |
(b) |
holdings diretti, indiretti u sintetiċi tal-istrumenti ta’ Grad 2 ta’ entitajiet tas-settur finanzjarju li magħhom l-istituzzjoni ikollha holdings inkroċjata reċiproka li l- awtorità kompetenti tikkunsidra li tkun ġiet iddisinjata biex artifiċjalment tkabbar il-fondi proprji tal-istituzzjoni; |
(c) |
l-ammont applikabbli ddeterminat skont l-Artikolu 70 ta’ holdings diretti, indiretti u sintetiċi ta’ strumenti ta’ Grad 2 ta’ entitajiet tas-settur finanzjarju, meta istituzzjoni ma jkollhiex investiment sinifikanti f’dawk l-entitajiet; |
(d) |
holdings diretti, indiretti u sintetiċi mill-istituzzjoni ta’ strumenti ta’ Grad 2 ta’ entitajiet tas-settur finanzjarju fejn l-istituzzjoni jkollha investiment sinifikanti f’dawk l-entitajiet, esklużi pożizzjonijiet ta’ sottoskrizzjoni miżmuma għal inqas minn ħamest ijiem tax-xogħol. |
Artikolu 67
Tnaqqis ta’ holdings ta’ strumenti proprji ta’ Grad 2
Għall-finijiet tal-punt (a) tal-Artikolu 66, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw holdings abbażi tal-pożizzjonijiet grossi twal soġġetti għall-eċċezzjonijiet li ġejjin:
(a) |
istituzzjonijiet jistgħu jikkalkulaw l-ammont tal-holdings fuq il-bażi tal-pożizzjoni twila netta dment li jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:
|
(b) |
l-istituzzjonijiet għandhom jiddeterminaw l-ammont li jrid jitnaqqas għal parteċipazzjonijiet diretti, indiretti u sintetiċi ta’ titoli tal-indiċi bil-kalkolu tal-iskopertura sottostanti għall-istrumenti proprji ta’ Grad 2 f’dawk l-indiċi; |
(c) |
l-istituzzjonijiet jistgħu jikkumpensaw il-pożizzjonijiet grossi twal fl-istrumenti ta’ Grad 2 bħala riżultat ta’ parteċipazzjonijiet ta’ titoli tal-indiċi kontra pożizzjonijiet qosra fl-istrumenti proprji ta’ Grad 2 bħala riżultat ta’ pożizzjonijiet qosra fl-indiċi sottostanti, inkluż fejn dawk il-pożizzjonijiet qosra jinvolvu riskju għall-kontroparti, dment li jiġu ssodisfatti ż-żewġ kondizzjonijiet li ġejjin:
|
Artikolu 68
Tnaqqis ta’ holdings ta’ strumenti ta’ Grad 2 ta’ entitajiet tas-settur finanzjarju u fejn istituzzjoni jkollha holding inkroċjata reċiproka ddisinjata biex artifiċjalment tkabbar il-fondi proprji
L-istituzzjonijiet għandhom jagħmlu t-tnaqqis meħtieġ skont il-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 66 skont dawn li ġejjin:
(a) |
holdings ta’ strumenti ta’ Grad 2 għandhom jiġu kkalkolati abbażi tal-pożizzjonijiet grossi twal; |
(b) |
holdings ta’ elementi ta’ assigurazzjoni bħala fondi proprji ta’ Grad 2 u ta’ elementi ta’ assigurazzjoni bħala fondi proprji ta’ Grad 3 għandhom jiġu ttrattati bħala holdings ta’ strumenti ta’ Grad 2 għall-finijiet ta’ tnaqqis. |
Artikolu 69
Tnaqqis ta’ holdings ta’ strumenti ta’ Grad 2 ta’ entitajiet tas-settur finanzjarju
L-istituzzjonijiet għandhom jagħmlu t-tnaqqis meħtieġ mill-punti (c) u (d) tal-Artikolu 66 skont is-segwenti:
(a) |
huma jistgħu jikkalkulaw holdings diretti, indiretti u sintetiċi ta’ strumenti ta’ Grad 1 tal-entitajiet tas-settur finanzjarju abbażi tal-pożizzjoni netta twila fl-istess skopertura sottostanti dment li jiġu sodisfatti ż-żewġ kondizzjonijiet li ġejjin:
|
(b) |
huma għandhom jiddeterminaw l-ammont li jrid jitnaqqas għal holdings diretti, indiretti u sintetiċi ta’ titoli tal-indiċi billi jikkalkulaw l-iskopertura sottostanti għall- istrumenti ta’ kapital tal-entitajiet tas-settur finanzjarju f’dawk l-indiċi. |
Artikolu 70
Tnaqqis ta’ strumenti ta’ Grad 2 meta istituzzjoni ma jkollhiex investiment sinifikanti f’entità rilevanti
1. Għall-finijiet tal-punt (c) tal-Artikolu 66, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw l-ammont applikabbli li jrid jitnaqqas billi jimmultiplikaw l-ammont imsemmi fil-punt (a) ta’ dan il-paragrafu bil-fattur derivat mill-kalkolu msemmi fil-punt (b) ta’ dan il-paragrafu:
(a) |
l-ammont aggregat li bih il-holdings diretti, indiretti u sintetiċi mill-istituzzjoni ta’ strumenti ta’ Ekwità Komuni ta’ Grad 1, ta’ Grad 1 Addizzjonali u ta’ Grad 2 ta’ entitajiet tas-settur finanzjarju jaqbeż l-10 % tal-elementi ta’ Ekwità Komuni ta’ Grad 1tal-istituzzjoni kkalkulat wara li jiġu applikati dawn li ġejjin:
|
(b) |
l-ammont ta’ holdings diretti, indiretti u sintetiċi mill-istituzzjoni tal-istrumenti ta’ Grad 2 ta’ entitajiet tas-settur finanzjarju diviż bl-ammont aggregat tal-holdings diretti, indiretti u sintetiċi kollha mill-istituzzjoni ta’ strumenti ta’ Ekwità Komuni ta’ Grad 1, ta’ Grad 1 Addizzjonali u ta’ Grad 2 ta’ dawk l-entitajiet tas-settur finanzjarju. |
2. L-istituzzjonijiet għandhom jeskludu pożizzjonijiet ta’ sottoskrizzjoni miżmuma għal ħamest ijiem tax-xogħol jew inqas mill-ammont imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 1 u mill-kalkolu tal-fattur imsemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 1.
3. L-ammont li għandu jitnaqqas skont il-paragrafu 1 għandu jitqassam f’proporzjon tul kull strument ta’ Grad 2 miżmum. L-istituzzjonijiet għandhom jiddeterminaw il-porzjon tal-holdings ta’ strumenti ta’ Grad 2 li għandu jitnaqqas billi jiġi multiplikat l-ammont speċifikat fil-punt (a) ta’ dan il-paragrafu bil-propozjon speċifikat fil-punt (b) ta’ dan il-paragrafu:
(a) |
ammont totali ta’ holdings li jkun meħtieġ li jitnaqqas skont il-paragrafu 1; |
(b) |
ammont speċifikat fil-punt (i) diviż bl-ammont speċifikat fil-punt fil-punt (ii):
|
4. L-ammont tal-holdings imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 66(1) li jkun ugwali għal jew inqas minn 10 % tal-elementi ta’ Ekwità Komuni ta’ Grad 1 tal-istituzzjoni wara l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-punti (a)(i) sa (iii) tal-paragrafu 1 m’għandux jitnaqqas u għandu jkun soġġett għall-piż tar-riskji applikabbli skont il-Kapitolu 2 jew 3 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta u r-rekwiżiti stabbiliti fit-Titolu IV tal-Parti Tlieta, kif ikun applikabbli.
5. L-istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu l-porzjon tal-holdings ta’ strumenti tal-fondi proprji li jkunu ppeżati għar-riskju billi jiddividu l-ammont speċifikat fil-punt (a) bl-ammont speċifikat fil-punt (b):
(a) |
l-ammont tal-holdings meħtieġ li jkun ippeżat għar-riskju skont il-paragrafu 4; |
(b) |
l-ammont speċifikat fil-punt (i) diviż bl-ammont speċifikat fil-punt (ii):
|
Artikolu 71
Kapital ta’ Grad 2
Il-kapital ta’ Grad 2 ta’ istituzzjoni għandu jikkonsisti mill-elementi ta’ Grad 2 tal-istituzzjoni wara t-tnaqqis imsemmi fl-Artikolu 66 u wara li jiġi applikat l-Artikolu 79.
KAPITOLU 5
Fondi proprji
Artikolu 72
Fondi proprji
Il-fondi proprji ta’ istituzzjoni għandhom jikkonsistu mis-somma tal-kapital ta’ Grad 1 u l-kapital ta’ Grad 2 tagħha.
KAPITOLU 6
Rekwiżiti ġenerali
Artikolu 73
Distribuzzjonijiet fuq strumenti ta’ fondi proprji
1. Sstrumenti kapitali li dwarhom istituzzjoni jkollha diskrezzjoni esklużiva biex tiddeċiedi tħallas distribuzzjonijiet f’forma li ma tkunx fi flus kontanti jew strument ta’ fondi proprji m’għandhomx ikunu jistgħu jikkwalifikaw bħala strumenti ta’ Ekwità Komuni ta’ Grad 1, Addizzjonali ta’ Grad 1 jew ta’ Grad 2 sakemm l-istituzzjoni ma tkunx irċeviet minn qabel permess mill-awtoritajiet kompetenti.
2. Awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu l-permess imsemmi fil-paragrafu 1 unikament meta jikkunsidraw li l-kondizzjonijiet li ġejjin ikunu ġew issodisfatti:
(a) |
l-kapaċità tal-istituzzjoni tikkanċella pagamenti skont l-istrument ma tkunx affettwata ħażin mid-diskrezzjoni msemmija fil-paragrafu 1, jew il-forma li biha jistgħu jsiru d-distribuzzjonijiet; |
(b) |
l-ħila tal-istrument li jassorbi t-telf ma tkunx affettwata ħażin mid-diskrezzjoni msemmija fil-paragrafu 1, jew mill-forma li biha jistgħu jsiru d-distribuzzjonijiet; |
(c) |
l-kwalità tal-istrument kapitali ma tonqosx b’xi mod ieħor minħabba d-diskrezzjoni msemmija fil-paragrafu 1, jew minħabba l-forma li biha jistgħu jsiru d-distribuzzjonijiet. |
3. L-istrumenti kapitali li dwarhom persuna ġuridika għajr l-istituzzjoni li tkun ħarġithom ikollha d-diskrezzjoni biex tiddeċiedi jew tesiġi li l-pagament ta’ distribuzzjonijiet rigward l-istrument għandhom isiru f’forma li ma tkunx fi flus jew strument ta’ fondi proprji m’għandhomx ikunu jistgħu jikkwalifikaw bħala strumenti ta’ Ekwità Komuni ta’ Grad 1, Addizzjonali ta’ Grad 1 jew ta’ Grad 2.
4. L-istituzzjonijiet jistgħu jużaw f’indiċi wiesa’ tas-suq bħala waħda mill-bażijiet biex jiġi determinat il-livell tad-distribuzzjonijiet fuq l-istrumenti Addizzjonali ta’ Grad 1 u ta’ Grad 2.
5. Il-paragrafu 4 m’għandux japplika meta l-istituzzjoni tkun entità ta’ riferiment f’dak l-indiċi wiesa’ tas-suq sakemm ma jiġux issodisfatti ż-żewġ kondizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
-istituzzjoni tikkunsidra li l-movimenti f’dak l-indiċi wiesa’ tas-suq ma jkunx korrelatat b’mod sinifikanti mal-pożizzjoni tal-kreditu tal-istituzzjonil, l-istituzzjoni prinċipali jew il-kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali jew il-kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali mħallta jew il-kumpannija azzjonarja prinċipali ta’ attività mħallta tagħha; |
(b) |
l-awtorità kompetenti ma tkunx waslet għal determinazzjoni differenti minn dik imsemmija fil-punt (a). |
6. L-istituzzjonijiet għandhom jirrappurtaw u jiżvelaw l-indiċi wesgħin tas-suq li jiddependu fuqhom l-istrumenti tal-kapital tagħhom.
7. L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-kondizzjonijiet skont liema indiċi għandhom jitqiesu bħala li jikkwalifikaw bħala indiċi wesgħin tas-suq għall-finijiet tal-paragrafu 4.
L-ABE għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa 1 ta’ Frar 2015.
Il-Kummissjoni hija ddelegata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
Artikolu 74
Holdings ta’ strumenti kapitali maħruġa minn entitajiet regolati tas-settur finanzjarju li ma jikkwalifikawx bħala kapital regolatorju
L-istituzzjonijiet ma għandhomx inaqqsu minn xi element ta’ fondi proprji holdings diretti, indiretti jew sintetiċi ta’ stumenti kapitali maħruġa minn entità regolata tas-settur finanzjarju li ma jikkwalifikawx bħala kapital regolatorju ta’ dik l-entità. L-istituzzjonijiet għandhom japplikaw piżijiet tar-riskju għal dawn il-holdings skont il-Kapitolu 2 jew 3 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta, kif applikabbli.
Artikolu 75
Rekwiżiti ta’ tnaqqis u maturità għall-pożizzjonijiet qosra
Ir-rekwiżiti ta’ maturità għal pożizzjonijiet qosra msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 45, fil-punt (a) tal-Artikolu 59 u l-punt (a) tal-Artikolu 69 għandhom jitqiesu li ntlaħqu fir-rigward ta’ pożizzjonijiet miżmuma meta jkunu ssodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
l-istituzzjoni għandha d-dritt kuntrattwali ta’ bejgħ f’data speċifika fil-futur lill-kontroparti li tipprovdi ħeġġ tal-pożizzjoni twila li qed tiġi ħħeġġjata; |
(b) |
il-kontroparti li tipprovdi l-ħeġġ lill-istituzzjoni hija kuntrattwalment obbligata li tixtri mill-istituzzjoni f’dik id-data speċifika futura l-pożizzjoni twila msemmija fil-punt (a). |
Artikolu 76
Holdings tal-indiċi ta’ strumenti kapitali
1. Għall-finijiet tal-punt (a) tal-Artikolu 42, tal-punt (a) tal-Artikolu 45, tal-punt (a) tal-Artikolu 57, tal-punt (a) tal-Artikolu 59, tal-punt (a) tal-Artikolu 67 u tal-punt (a) tal-Artikolu 69, l-istituzzjonijiet jistgħu jnaqqsu l-ammont ta’ pożizzjoni twila fi strument kapitali bil-porzjon ta’ indiċi li hu magħmul mill-istess skopertura sottostanti li qed tiġi ħħeġġjata, sakemm jiġu ssodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
jew kemm il-pożizzjoni twila li qed tiġi ħħeġġjata kif ukoll il-pożizzjoni qasira f’indiċi użat biex jiħħeġġja dik il-pożizzjoni twila jinżammu fil-portafoll tan-negozjar jew it-tnejn jinżammu fil-portafolli mhux ta’ negozjar; |
(b) |
il-pożizzjonijiet imsemmija fil-punt (a) jinżammu bil-valur ġust fil-karta tal-bilanċ tal-istituzzjoni; |
(c) |
il-pożizzjoni qasira msemmija fil-punt (a) tikkwalifika bħala ħeġġ effettiv taħt il-proċessi ta’ kontroll intern tal-istituzzjoni; |
(d) |
l-awtoritajiet kompetenti jivvalutaw l-adegwatezza tal-proċessi ta’ kontroll imsemmija fil-punt (c) minn tal-inqas fuq bażi annwali u jkunu sodisfatti bl-adegwatezza kontinwata tagħhom. |
2. Fejn l-awtorità kompetenti tkun tat il-permess minn qabel tagħha, istituzzjoni tista’ tuża stima konservattiva tal-iskopertura sottostanti tal-istituzzjoni għall-istrumenti kapitali inklużi fl-indiċi bħala alternattiva għal istituzzjoni li tikkalkula l-iskopertura tagħha għall-elementi msemmija fil-punt (a) jew (b) jew fit-tnejn li huma:
(a) |
l-istrumenti proprji ta’ Ekwità Komuni ta’ Grad 1, Addizzjonali ta’ Grad 1 u ta’ Grad 2 inklużi fl-indiċi; |
(b) |
l-istrumenti ta’ Ekwità Komuni ta’ Grad 1, Addizzjonali ta’ Grad 1 u ta’ Grad 2 ta’ entitajiet tas-settur finanzjarju, inklużi fl-indiċi |
3. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu l-permess imsemmi fil-paragrafu 2 biss meta l-istituzzjoni tkun uriet għas-sodisfazzjon tagħhom li jkun operattivament ta’ piż għall-istituzzjoni li timmonitorja l-iskopertura sottostanti tagħha għall-elementi msemmija fil-punti (a) jew (b) tal-paragrafu 2 jew fit-tnejn li huma, kif applikabbli.
4. L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika:
(a) |
meta estimu użat bħala alternattiva għall-kalkolu tal-iskopertura sottostanti msemmi fil-paragrafu 2 huwa konservattiv biżżejjed; |
(b) |
it-tifsira ta’ operazzjonalment ta’ piż għall-finijiet tal-paragrafu 3. |
L-ABE għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa 1 ta’ Frar 2015.
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
Artikolu 77
Kondizzjonijiet għat-tnaqqis tal-fondi proprji
Istituzzjoni għandha teħtieġ il-permess minn qabel tal-awtorità kompetenti biex tagħmel dawn li ġejjin jew wieħed minnhom:
(a) |
tnaqqas, jifdi jew tixtri mill-ġdid strumenti ta’ Ekwità Komuni ta’ Grad 1 maħruġa mill-istituzzjoni f’mod li jkun permess skont id-dritt nazzjonali applikabbli; |
(b) |
twettaq ix-xiri, il-fidi, il-pagament lura jew ix-xiri mill-ġdid ta’ strumenti Addizzjonali ta’ Grad 1 jew ta’ strumenti ta’ Grad 2 kif applikabbli, qabel id-data tal-maturità kuntrattwali tagħhom. |
Artikolu 78
Permess superviżorju għat-tnaqqis tal-fondi proprji
1. L-awtorità kompetenti għandha tagħti permess biex istituzzjoni tnaqqas, tixtri mill-ġdid, tixtri jew tifdi strumenti ta’ Grad 1 tal-Ekwità Komuni, Addizzjonali ta’ Grad 1 jew ta’ Grad 2 meta xi waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin tiġi ssodisfatta:
(a) |
qabel jew fl-istess ħin tal-azzjoni msemmija fl-Artikolu 77, l-istituzzjoni tissostitwixxi l-istrumenti msemmija fl-Artikolu 77 bi strumenti ta’ fondi proprji li jkunu ta’ kwalità ugwali jew ogħla f’termini li jkunu sostenibbli għall-kapaċità tal-introjtu tal-istituzzjoni; |
(b) |
l-istituzzjoni wriet għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li l-fondi proprji tal-istituzzjoni sejrin, wara l-azzjoni inkwistjoni, jeċċedu r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 92(1) ta’ dan ir-Regolament u r-rekwiżit ta’ riżerva kombinata ta’ kapital kif definit fil-punt (6) tal-Artikolu 128 tal-Direttiva 2013/36/UE b’marġni li l-awtorità kompetenti tista’ tikkunsidra li jkun meħtieġ abbażi tal-Artikolu 104(3) tad-Direttiva 2013/36/UE |
2. Meta skont il-punt (a) tal-paragrafu 1 tkun qed tiġi vvalutata s-sostenibbiltà tal-istrumenti ta’ sostituzzjoni għall-kapaċità ta’ introjtu tal-istituzzjoni, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw il-grad sa fejn dawk l-istrumenti kapitali ta’ sostituzzjoni jkunu aktar kostużi għall-istituzzjoni milli dawk li jissostitwixxu.
3. Meta istituzzjoni tieħu azzjoni msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 77 u r-rifjut ta’ tifdija ta’ strumenti ta’ Ekwità Komuni ta’ Grad 1 msemmija fl-Artikolu 27 ikun projbit mid-dritt nazzjonali applikabbli, l-awtorità kompetenti tista’ teżenta l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu sakemm l-awtorità kompetenti teħtieġ li l-istituzzjoni tillimita t-tifdija ta’ dawn l-istrumenti fuq bażi xierqa.
4. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jagħtu permess lill-istituzzjonijiet li jifdu strumenti Addizzjonali ta’ Grad 1 jew ta’ Grad 2 qabel ħames snin mid-data tal-ħruġ iżda biss meta jiġu ssodisfatti l-kondizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 1 u l-punt (a) jew (b) ta’ dan il-paragrafu:
(a) |
ikun hemm bidla fil-klassifika regolatorja ta’ dawk l-istrumenti li tkun x’aktarx tirriżulta fl-esklużjoni tagħhom mill-fondi proprji jew fl-ikklassifikar mill-ġdid bħala forma ta’ kwalità inferjuri ta’ fondi proprji, u jiġu ssodisfatti ż-żewġ kondizzjonijiet li ġejjin:
|
(b) |
ikun hemm bidla fit-trattament applikabbli tat-taxxa ta’ dawk l-istrumenti li l-istituzzjoni turi għas-sodisfazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti li tkun materjali u ma kinitx raġonevolment prevedibbli fil-ħin tal-ħruġ tagħhom. |
5. L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika dan li ġej:
(a) |
it-tifsira ta’ sostenibbli għall-kapaċità tal-introjtu tal-istituzzjoni; |
(b) |
il-bażijiet xierqa għal-limitazzjoni tat-tifdija msemmija fil-paragrafu 3; |
(c) |
il-proċess u r-rekwiżiti ta’ data biex istituzzjoni tapplika għall-permess tal-awtorità kompetenti biex twettaq azzjoni msemmija fl-Artikolu 77, inkluż il-proċess li jiġi applikat f’każ ta’ fidi ta’ ishma maħruġa lil membri ta’ soċjetajiet kooperattivi u l-perijodu ta’ żmien għall-ipproċessar ta’ tali applikazzjoni. |
L-ABE għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa 1 ta’ Frar 2015.
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
Artikolu 79
Rinunzja temporanja mit-tnaqqis mill-fondi proprji
1. Meta istituzzjoni jkollha strumenti kapitali jew tat self subordinat, kif applikabbli, li jikkwalifikaw bħala strumenti ta’ Ekwità Komuni ta’ Grad 1, Addizzjonali ta’ Grad 1 jew ta’ Grad 2 f’entità tas-settur finanzjarju b’mod temporanju u l-awtorità kompetenti tqis li dawk il-holdings ikunu għall-finijiet ta’ operazzjoni ta’ assistenza finanzjarja maħsuba biex jirriorganizzaw u jsalvaw dik l-entità, l-awtorità kompetenti tista’ teżenta fuq bażi temporanja d-dispożizzjonijiet fuq tnaqqis li kieku japplikaw għal dawk l-istrumenti.
2. L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-kunċett ta’ temporanju għall-finijiet tal-paragrafu 1 u l-kondizzjonijiet skont liema awtorità kompetenti tista’ tqis li dawk il-holdings temporanji jkunu għall-finijiet ta’ operazzjoni ta’ assistenza finanzjarja maħsuba biex torganizza u ssalva lil dik l-entità.
L-ABE għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa 1 ta’ Frar 2015.
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
Artikolu 80
Analiżi kontinwa tal-kwalità tal-fondi proprji
1. L-ABE għandha timmonitorja l-kwalità tal-istrumenti tal-fondi proprji maħruġa minn istituzzjonijiet madwar l-Unjoni u għandha minnufih tinnotifika lill-Kummissjoni fejn ikun hemm evidenza sinifikanti li dawk l-istrumenti ma jilħqux il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 28, jew fejn applikabbli l-Artikolu 29.
L-awtoritajiet kompetenti għandhom, bla dewmien, fuq talba tal-ABE, jibagħtu l-informazzjoni kollha li l-ABE tqis bħala rilevanti rigward l-istrumenti kapitali ġodda maħruġa sabiex l-ABE tkun tista’ tissorvelja l-kwalità tal-istrumenti tal-fondi proprji maħruġa minn istituzzjonijiet madwar l-Unjoni.
2. Notifika għandha tinkludi dawn li ġejjin:
(a) |
spjegazzjoni dettaljata tan-natura u l-grad tan-nuqqas identifikat; |
(b) |
parir tekniku dwar l-azzjoni mill-Kummissjoni li l-ABE tikkunsidra li tkun meħtieġa; |
(c) |
żviluppi sinifikanti fil-metodoloġija tal-ABE għall-ittestjar għal stress tas-solvenza tal-istituzzjonijiet. |
3. L-ABE għandha tipprovdi parir tekniku lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe tibdil sinifikanti li tikkunsidra li jkun meħtieġ għad-definizzjoni tal-fondi proprji bħala riżultat ta’ xi wieħed minn dawn li ġejjin:
(a) |
żviluppi rilevanti fl-istandards jew fil-prattika tas-suq; |
(b) |
tibdil fl-istandards rilevanti ġuridiċi jew kontabilistiċi; |
(c) |
żviluppi sinifikanti fil-metodoloġija tal-ABE għall-ittestjar għal stress tas-solvenza tal-istituzzjonijiet. |
4. L-ABE għandha tipprovdi parir tekniku lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Jannar 2014 dwar trattament possibbli ta’ qligħ mhux realizzat imkejjel f’valur ġust minbarra li tinkludihom f’’Ekwità Komuni ta’ Grad 1 mingħajr aġġustament. Tali rakkomandazzjonijiet għandhom jieħdu kont ta’ żviluppi rilevanti fl-istandards internazzjonali tal-kontabbiltà u fi ftehimiet internazzjonali dwar standards prudenzjali għall-banek.
TITOLU II
INTERESS MINORITARJU U STRUMENTI TA’ GRAD 1 U TA’ GRAD 2 ADDIZZJONALI MAĦRUĠA MINN SUSSIDJARJI
Artikolu 81
Interessi minoritarji li jikkwalifikaw għal inklużjoni fil-kapital konsolidat ta’ Ekwità Komuni ta’ Grad 1
1. Interessi minoritarji għandhom jinkludu s-somma tal-istrumenti ta’ Ekwità Komuni ta’ Grad 1, il-kontijiet tal-primjum azzjonarju relatati ma’ dawk l-istrumenti, qligħ miżmum, u riżervi oħrajn ta’ sussidjarja fejn il-kondizzjonijiet li ġejjin jiġu ssodisfatti:
(a) |
is-sussidjarja tkun waħda minn dawn li ġejjin:
|
(b) |
is-sussidjarja tkun inkluża totalment fil-konsolidazzjoni skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti Wieħed; |
(c) |
l-elementi tal-Ekwità Komuni ta’ Grad 1, imsemmija fil-parti introduttorja ta’ dan il-paragrafu jkunu proprjetà ta’ persuni minbarra mill-impriżi inklużi fil-konsolidazzjoni skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti Wieħed. |
2. Interessi minoritarji li jkunu direttament jew indirettament iffinanzjati, permezz ta’ entità b’għan speċjali jew b’mod ieħor, mill-impriża prinċipali tal-istituzzjoni, jew is-sussidjarji tagħha ma għandhomx jikkwalifikaw bħala kapital konsolidat ta’ Ekwità Komuni ta’ Grad 1.
Artikolu 82
Kapital kwalifikattiv ta’ Grad 1 Addizzjonali, ta’ Grad 1, ta’ Grad 2 u fondi proprji kwalifikattivi
Kapital kwalifikattiv ta’ Grad 1 Addizzjonali, ta’ Grad 1, ta’ Grad 2 u fondi proprji kwalifikattivi għandhom jinkludu l-interess minoritarju, l-istrumenti Addizzjonali ta’ Grad 1 jew ta’ Grad 2, kif applikabbli, flimkien mal-qligħ miżmum u l-kontijiet tal-primjum azzjonarju relatati, ta’ sussidjarja meta l-kondizzjonijiet li ġejjin jiġu ssodisfatti:
(a) |
is-sussidjarja tkun waħda minn dawn li ġejjin:
|
(b) |
is-sussidjarja tkun inkluża totalment fl-ambitu tal-konsolidazzjoni skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti Wieħed; |
(c) |
dawk l-istrumenti jkunu proprjetà ta’ persuni minbarra mill-impriżi inklużi fil-konsolidazzjoni skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti Wieħed. |
Artikolu 83
Kapital kwalifikattiv ta’ Grad 1 u ta’ Grad 2 Addizzjonali maħruġ minn entità b’għan speċjali
1. Strumenti ta’ Grad 1 u ta’ Grad 2 Addizzjonali maħruġa minn entità b’għan speċjali, u l-kontijiet tal-primjum azzjonarju relatati jkunu inklużi fil-kapital kwalifikattiv ta’ Grad 1 Addizzjonali, Grad 1 jew ta’ Grad 2 jew fil-fondi proprji kwalifikattivi, kif applikabbli, biss meta l-kondizzjonijiet li ġejjin jiġu ssodisfatti:
(a) |
l-entità b’għan speċjali li toħroġ dawk l-istrumenti tkun inkluża totalment fil-konsolidazzjoni skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti Wieħed; |
(b) |
l-istrumenti, u l-kontijiet tal-primjum azzjonarju relatati, ikunu inklużi fil-kapital kwalifikattiv ta’ Grad 1 Addizzjonali biss meta l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 52(1) jiġu ssodisfatti; |
(c) |
l-istrumenti, u l-kontijiet tal-primjum azzjonarju relatati, ikunu inklużi f’kapital kwalifikattiv ta’ Grad 2 biss meta l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 63 ikunu ssodisfatti; |
(d) |
l-uniku assi tal-entità b’għan speċjali jkun l-investiment tagħha fil-fondi proprji tal-impriża prinċipali jew sussidjarja tagħha li tkun inkluża b’mod sħiħ fil-konsolidazzjoni skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti Wieħed, li l-forma tiegħu tissodisfa l-kondizzjonijiet rilevanti stabbiliti fl-Artikoli 52(1) jew 63, kif applikabbli. |
Fejn l-awtorità kompetenti tikkunsidra li l-assi ta’ entità b’għan speċjali minbarra l-investiment tagħha fil-fondi proprji tal-impriża prinċipali jew sussidjarja tagħha li hija inkluża fl-ambitu tal-konsolidazzjoni skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu II ta’ Parti Wieħed, huma minimi u insinifikanti għal tali entità, l-awtorità kompetenti tista’ tirrinunzja l-kondizzjoni speċifikata fil-punt (d) tal-ewwel subparagrafu.
2. L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika t-tipi ta’ assi li jistgħu jirrigwardaw l-operazzjoni ta’ entitajiet b’għan speċjali u l-kunċetti ta’ minimu u insinifikanti msemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1.
L-ABE għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa 1 ta’ Frar 2015.
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
Artikolu 84
Interessi minoritarji inklużi fil-kapital konsolidat ta’ Ekwità Komuni ta’ Grad 1
1. L-istituzzjonijiet għandhom jiddeterminaw l-ammont ta’ interessi minoritarji ta’ sussidjarja li jiġi inkluż fil-kapital konsolidat ta’ Ekwità Komuni ta’ Grad 1 billi jnaqqsu mill-interessi minoritarji ta’ dik l-impriża r-riżultat tal-multiplikazzjoni tal-ammont imsemmi fil-punt (a) bil-perċentwal imsemmi fil-punt (b):
(a) |
il-kapital ta’ Ekwità Komuni ta’ Grad 1 tas-sussidjarja nieqes l-iċken minn dawn li ġejjin:
|
(b) |
l-interessi minoritarji tas-sussidjarja espressi bħala perċentwal tal-istrumenti kollha ta’ Ekwità Komuni ta’ Grad 1 ta’ dik l-impriża flimkien mal-kontijiet tal-primjum azzjonarju, qligħ miżmum u riżervi oħra relatati. |
2. Il-kalkolu msemmi fil-paragrafu 1 għandu jsir fuq bażi subkonsolidata għal kull sussidjarja msemmija fl-Artikolu 81(1).
Istituzzjoni tista’ tagħżel li ma tagħmilx dan il-kalkolu għal sussidjarja kif imsemmi fl-Artikolu 81(1). Fejn istituzzjoni tieħu tali deċiżjoni, l-interess minoritarju ta’ dik is-sussidjarja ma jistax jiġi inkluż fil-kapital konsolidat ta’ Ekwità Komuni ta’ Grad 1.
3. Fejn awtorità kompetenti tidderoga mill-applikazzjoni tar-rekwiżiti prudenzjali fuq bażi individwali, kif stipulat fl-Artikolu 7, l-interess minoritarju fis-sussidjarji li għalihom tapplika l-eżenzjoni m’għandux ikun rikonoxxut f’fondi proprji fil-livell subkonsolidat jew konsolidat, kif applikabbli.
4. L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-kalkolu subkonsolidat meħtieġ f’konformità mal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, l-Artikoli 85 u 87,
L-ABE għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa 1 ta’ Frar 2015 fi żmien xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
5. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jagħtu eżenzjoni mill-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu lil kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali li tissodisfa l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a) |
l-attività prinċipali tagħha hija li tikseb holdings; |
(b) |
hija soġġetta għal superviżjoni prudenzjali fuq bażi kkonsolidata; |
(c) |
tikkonsolida istituzzjoni sussidjarja li fiha għandha biss holding minoritarju permezz tar-relazzjoni ta’ kontroll definita fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 83/349/KEE; |
(d) |
aktar minn 90 % tal-kapital konsolidat meħtieġ tal-Ekwità Komuni ta’ Grad 1 jirriżulta mill-istituzzjoni sussidjarja msemmija fil-punt c) kkalkulat fuq bażi subkonsolidata. |
Fejn, wara 31 ta’ Diċembru 2014, kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali, li tissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-ewwel subparagrafu ssir kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jagħtu r-rinunzja msemmija fl-ewwel subparagrafu lil dik il-kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali dment li tissodisfa l-kondizzjonijiet f’dak is-subparagrafu.
6. Fejn l-istituzzjonijiet tal-kreditu affiljati b’mod permanenti f’netwerk ma’ korp ċentrali u istituzzjonijiet stabbiliti fi skema ta’ protezzjoni istituzzjonali soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 113(7) stabbilixxew skema ta’ garanzija trasversali li tipprevedi li m’hemm l-ebda impediment materjali, prattiku jew legali attwali jew previst għat-trasferiment tal-ammont ta’ fondi proprji aktar mir-rekwiżiti regolatorji mill-kontroparti għall-istituzzjoni tal-kreditu, dawn l-istituzzjonijiet huma eżentati mid-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu dwar it-tnaqqis u jistgħu jirrikonoxxu kwalunkwe interess minoritarju li jirriżulta fl-iskema ta’ garanzija trasversali bis-sħiħ.
Artikolu 85
Strumenti kwalifikattivi ta’ Grad 1 inklużi fil-kapital konsolidat ta’ Grad 1
1. L-istituzzjonijiet għandhom jiddeterminaw l-ammont kwalifikattiv ta’ kapital ta’ Grad 1 ta’ sussidjarja li jiġi inkluż fil-fondi proprji konsolidati billi jitnaqqas mill-fondi proprji ta’ dik l-impriża r-riżultat tal-multiplikazzjoni tal-ammont imsemmi fil-punt (a) bil-perċentwal imsemmi fil-punt (b).
(a) |
il-kapital ta’ Grad 1 tas-sussidjarja nieqes l-iċken minn dawn li ġejjin:
|
(b) |
il-kapital kwalifikattiv ta’ Grad 1 tas-sussidjarja mfisser bħala perċentwal tal-istrumenti kollha ta’ Grad 1 ta’ dik l-impriża flimkien mal- kontijiet tal-primjum azzjonarju, il-qligħ miżmum u riżervi oħra relatati. |
2. Il-kalkolu msemmi fil-paragrafu 1 għandu jsir fuq bażi subkonsolidata għal kull sussidjarja msemmija fl-Artikolu 81(1).
Istituzzjoni tista’ tagħżel li ma tagħmilx dan il-kalkolu għal sussidjarja kif imsemmi fl-Artikolu 81(1). Fejn istituzzjoni tieħu tali deċiżjoni, il-kapital ta’ Grad 1 ta’ dik is-sussidjarja li jikkwalifika ma jistax jiġi inkluż fil-kapital konsolidat ta’ Grad 1.
3. Fejn awtorità kompetenti tidderoga mill-applikazzjoni tar-rekwiżiti prudenzjali fuq bażi individwali, kif stipulat fl-Artikolu 7, l-istrumenti ta’ Grad 1 fis-sussidjarji li għalihom tapplika l-eżenzjoni m’għandhomx ikunu rikonoxxuti f’fondi proprji fil-livell subkonsolidat jew konsolidat, kif applikabbli.
Artikolu 86
Kapital kwalifikattiv ta’ Grad 1 inkluż fil-kapital konsolidat Addizzjonali ta’ Grad 1
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 84(5) u (6), l-istituzzjonijiet għandhom jiddeterminaw l-ammont ta’ kapital kwalifikattiv ta’ Grad 1 ta’ sussidjarja li jiġi inkluż fil-kapital konsolidat ta’ Grad 1 Addizzjonali billi jnaqqsu mill-kapital kwalifikattiv ta’ Grad 1 ta’ dik l-impriża inkluża fil-kapital konsolidat ta’ Grad 1 l-interessi minoritarji ta’ dik l-impriża li jkunu inklużi fil-kapital konsolidat tal-Ekwità Komuni ta’ Grad 1.
Artikolu 87
Fondi proprji kwalifikattivi inklużi f’fondi proprji konsolidati
1. L-istituzzjonijiet għandhom jiddeterminaw l-ammont ta’ fondi proprji kwalifikattivi ta’ sussidjarja li jiġi inkluż fil-fondi proprji konsolidati billi jitnaqqas mill-fondi proprji kwalifikattivi ta’ dik l-impriża r-riżultat tal-multiplikazzjoni tal-ammont imsemmi fil-punt (a) bil-perċentwal imsemmi fil-punt (b):
(a) |
il-fondi proprji tas-sussidjarja nieqes l-iċken minn dawn li ġejjin:
|
(b) |
il-fondi proprji kwalifikattivi tal-impriża, espressi bħala perċentwal tal-istrumenti kollha tal-fondi proprji tas-sussidjarja li jkunu inklużi fl-elementi ta’ Ekwità Komuni ta’ Grad 1, Addizzjonali ta’ Grad 1 u ta’ Grad 2 il-kontijiet tal-primjum azzjonarju, il-qligħ miżmum u riżervi oħra relatati. |
2. Il-kalkolu msemmi fil-paragrafu 1 għandu jsir fuq bażi subkonsolidata għal kull sussidjarja msemmija fl-Artikolu 81(1).
Istituzzjoni tista’ tagħżel li ma tagħmilx dan il-kalkolu għal sussidjarja kif imsemmi fl-Artikolu 81(1). Fejn istituzzjoni tieħu tali deċiżjoni, il-fondi proprji ta’ dik is-sussidjarja li jikkwalifikaw ma jistgħux jiġu inklużi fil-fondi proprji konsolidati.
3. Fejn awtorità kompetenti tidderoga mill-applikazzjoni tar-rekwiżiti prudenzjali fuq bażi individwali, kif stipulat fl-Artikolu 7, l-istrumenti ta’ fondi proprji fis-sussidjarji li għalihom tapplika l-eżenzjoni m’għandhomx ikunu rikonoxxuti f’fondi proprji fil-livell subkonsolidat jew konsolidat, kif applikabbli.
Artikolu 88
Strumenti tal-fondi proprji kwalifikattivi inklużi fil-kapital konsolidat ta’ Grad 2
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 84(5) u (6), l-istituzzjonijiet għandhom jiddeterminaw l-ammont ta’ fondi proprji kwalifikattivi ta’ sussidjarja li jiġi inkluż fil-kapital konsolidat ta’ Grad 2 billi jnaqqsu mill-fondi proprji kwalifikattivi ta’ dik l-impriża li tkun inkluża fil-fondi proprji konsolidati, il-kapital kwalifikattiv ta’ Grad 1 ta’ dik l-impriża inkluż fil-kapital konsolidat ta’ Grad 1.
TITOLU III
HOLDINGS KWALIFIKATTIVI ’L BARRA MIS-SETTUR FINANZJARJU
Artikolu 89
Ippeżar tar-riskju u l-projbizzjoni ta’ holdings kwalifikattivi ’l barra mis-settur finanzjarju
1. Holding kwalifikattiva, li l-ammont tagħha jaqbeż l-15 % tal-kapital eliġibbli tal-istituzzjoni, f’impriża li ma tkunx waħda minn dawn li ġejjin għandha tkun soġġetta għad-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 3:
(a) |
entità tas-settur finanzjarju; |
(b) |
impriża, li ma tkunx entità tas-settur finanzjarju, li twettaq attivitajiet li l-awtorità kompetenti tikkunsidra li jkunu kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:
|
2. L-ammont totali tal-holdings kwalifikattivi ta’ istituzzjoni f’impriżi minbarra dawk imsemmija fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1 li jaqbeż s-60 % tal-kapital eliġibbli tagħhom għandu jkun soġġett għad-dispożizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 3.
3. L-awtoritajiet kompetenti għandhom japplikaw ir-rekwiżiti stipulati fil-punt (a) jew (b) għall-holdings kwalifikattivi tal-istituzzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2:
(a) |
għall-finijiet tal-kalkolu tar-rekwiżit ta’ kapital skont il-Parti Tlieta, l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw piż tar-riskju ta’ 1 250 % għall-ikbar wieħed minn dawn li ġejjin:
|
(b) |
l-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprojbixxu lill-istituzzjonijiet milli jkollhom holdings kwalifikattivi msemmija fil-paragrafi 1 u 2 li l-ammont tagħhom jaqbeż l-perċentwali ta’ kapital eliġibbli stabbilit f’dawk il-paragrafi. |
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jippubblikaw l-għażla tagħhom ta’ (a) jew (b).
4. Għall-finijiet tal-punt (b) tal-paragrafu 1, l-ABE għandha toħroġ linji gwida li jispeċifikaw il-kunċetti li ġejjin:
(a) |
attivitajiet li huma estensjoni diretta ta’ operazzjoni bankarja; |
(b) |
attivitajiet anċillari għal operazzjoni bankarja; |
(c) |
attivitajiet simili. |
Dawk il-linji gwida għandhom jiġu adottati skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
Artikolu 90
Alternattiva għall-piż tar-riskju ta’ 1 250 %
Bħala alternattiva għall-applikazzjoni ta’ piż tar-riskju ta’ 1 250 % għall-ammonti li jeċċedu l-limiti speċifikati fl-Artikolu 89(1) u (2), l-istituzzjonijiet jistgħu jnaqqsu dawk l-ammonti mill-elementi ta’ Ekwità Komuni ta’ Grad 1 skont il-punt (k) tal-Artikolu 36(1).
Artikolu 91
Eċċezzjonijiet
1. L-azzjonijiet ta’ impriżi li ma jkunux imsemmija fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 89(1) m’għandhomx jiġu inklużi fil-kalkolu tal-limiti eliġibbli ta’ kapital speċifikati f’dak l-Artikolu meta xi waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin tiġi ssodisfatta:
(a) |
dawk l-azzjonijiet ikunu miżmuma temporanjament matul operazzjoni ta’ għajnuna finanzjarji kif imsemmi fl-Artikolu 79; |
(b) |
iż-żamma ta’ dawk l-azzjonijiet tkun pożizzjoni ta’ sottoskrizzjoni miżmuma għal ħamest ijiem tax-xogħol jew inqas; |
(c) |
dawk l-azzjonijiet ikunu miżmuma f’isem proprju tal-istituzzjoni u għan-nom ta’ oħrajn. |
2. L-azzjonijiet li ma jkunux assi fissi finanzjarji kif imsemmi fl-Artikolu 35(2) tad-Direttiva 86/635/KEE ma għandhomx jiġu inklużi fil-kalkolu speċifikat fl-Artikolu 89.
PARTI TLIETA
REKWIŻITI TA’ KAPITAL
TITOLU I
REKWIŻITI ĠENERALI, VALUTAZZJONI U RAPPURTAR
KAPITOLU 1
Livell meħtieġ ta’ fondi proprji
Artikolu 92
Rekwiżiti ta’ fondi proprji
1. Soġġett għall-Artikoli 93 u 94, l-istituzzjonijiet għandhom dejjem jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji li ġejjin:
(a) |
proporzjon tal-kapital ta’ Ekwità Komuni ta’ Grad 1 ta’ 4,5 %; |
(b) |
proporzjon tal-kapital ta’ Grad 1 ta’ 6 %; |
(c) |
proporzjon totali tal-kapital ta’ 8 %. |
2. L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw il-proporzjon tal-kapital tagħhom kif ġej:
(a) |
il-proporzjon tal-kapital ta’ Ekwità Komuni ta’ Grad 1 ikun il-kapital ta’ Ekwità Komuni ta’ Grad 1 tal-istituzzjoni espress bħala perċentwal tal-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju; |
(b) |
il-proporzjon tal-kapital ta’ Grad 1 ikun il-kapital ta’ Grad 1 tal-istituzzjoni espress bħala perċentwal tal-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju; |
(c) |
il-proporzjon totali tal-kapital ikun il-fondi proprji tal-istituzzjoni espress bħala perċentwal tal-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju. |
3. L-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju għandu jiġi kkalkulat bħala s-somma tal- punti (a) sa (f) ta’ dan il-paragrafu wara li jitqiesu d-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 4:
(a) |
l-ammonti tal-iskopertura ppeżati għar-riskju għal riskju ta’ kreditu u għal riskju ta’ dilwizzjoni, ikkalkulati skont it-Titolu II u l-Artikolu 379, fir-rigward tal-attivitajiet tan-negozju kollha ta’ istituzzjoni, eskluż l-ammonti tal-iskopertura ppeżati għar-riskju min-negozju fil-portafoll tan-negozjar tal-istituzzjoni; |
(b) |
ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji, iddeterminati skont it-Titolu IV ta’ din il-Parti jew tal-Parti Erbgħa, kif applikabbli, għan-negozju fil-portafoll tan-negozjar ta’ istituzzjoni, għal dawn li ġejjin:
|
(c) |
ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji stabbiliti skont it-Titolu IV jew it-Titolu V bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 379, kif applikabbli, għal dawn li ġejjin:
|
(d) |
ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji kkalkulati skont it-Titolu VI għar-riskju ta’ aġġustament ta’ valutazzjoni tal-kreditu ta’ strumenti ta’ derivati OTC minbarra derivattivi ta’ kreditu rikonoxxuti li jnaqqsu l-ammonti tal-iskopertura peżati għar-riskju għal riskju ta’ kreditu; |
(e) |
ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji ddeterminati skont it-Titolu III għal riskju operattiv; |
(f) |
l-ammonti tal-iskopertura ppeżati għar-riskju stabbiliti skont it-Titolu II għal riskju tal-kontroparti bħala riżultat tan-negozju fil-portafoll tan-negozjar tal-istituzzjoni għat-tipi ta’ transazzjonijiet u ftehimiet li ġejjin:
|
4. Id-dispożizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw għall-kalkolu tal-ammont totali tal-iskopertura msemmi fil-paragrafu 3:
(a) |
ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji msemmija fil-punti (c), (d) u (e) ta’ dak il-paragrafu għandhom jinkludu dawk li ġejjin mill-attivitajiet kummerċjali ta’ istituzzjoni; |
(b) |
l-istituzzjonijiet għandhom jimmultiplikaw ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji stipulati fil-punti (b) sa (e) ta’ dak il-paragrafu bi 12,5. |
Artikolu 93
Rekwiżit ta’ kapital inizjali fuq negozju avvjat
1. Il-fondi proprji ta’ istituzzjoni ma jistax ikun li jaqgħu taħt l-ammont ta’ kapital inizjali meħtieġ meta ġiet awtorizzata.
2. L-istituzzjonijiet ta’ kreditu li kienu diġà jeżistu fl-1 ta’ Jannar 1993, li l-ammont tal-fondi proprji li ma jilħaqx l-ammont ta’ kapital inizjali meħtieġ, jistgħu jkomplu bl-attivitajiet tagħhom. F’dak il-każ, l-ammont tal-fondi proprji ta’ dawk l-istituzzjonijiet ma jistax jaqa’ taħt l-ogħla livell li ntlaħaq b’effett mit-22 ta’ Diċembru 1989.
3. Ditti ta’ investiment u ditti awtorizzati li kienu koperti taħt l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2006/49/KE li kienu jeżistu qabel il-31 ta’ Diċembru 1995, li l-ammont ta’ fondi proprji tagħhom ma jilħaqx l-ammont ta’ kapital inizjali meħtieġ, jistgħu jkomplu jwettqu l-attivitajiet tagħhom. Il-fondi proprji ta’ dawn id-ditti jew ditti ta’ investiment ma jistax jaqa’ taħt l-ogħla livell ta’ referenza kkalkulat wara d-data tan-notifika li tinsab fid-Direttiva tal-Kunsill 93/6/KEE tal-15 ta’ Marzu 1993 dwar l-adekwatezza ta’ kapital ta’ ditti tal-investiment u l-istituzzjonijiet ta’ kreditu (28). Dak il-livell ta’ referenza għandu jkun il-livell medju ta’ kuljum tal-fondi proprji ikkalkulat fuq perijodu ta’ sitt xhur li jippreċedi id-data tal-kalkolu. Dan għandu jkun ikkalkulat kull sitt xhur fir-rigward tal-perijodu preċedenti korrispondenti.
4. Fejn il-kontroll ta’ istituzzjoni li taqa’ fil-kategorija msemmija fil-paragrafu 2 jew 3 jittieħed minn persuna fiżika jew ġuridika minbarra mill-persuna li preċedentement kienet tikkontrolla l-istituzzjoni, l-ammont tal-fondi proprji ta’ dik l-istituzzjoni għandu jilħaq l-ammont ta’ kapital inizjali meħtieġ.
5. Fejn ikun hemm fużjoni ta’ żewġ istituzzjonijiet jew aktar li jaqgħu fil-kategorija msemmija fil-paragrafi 2 jew 3, l-ammont tal-fondi proprji tal-istituzzjoni bħala riżultat tal-fużjoni ma għandux jaqa’ taħt it-total tal-fondi proprji tal-istituzzjonijiet fużi meta tkun saret il-fużjoni, sakemm l-ammont ta’ kapital inizjali meħtieġ ma jkunx intlaħaq.
6. Fejn l-awtoritajiet kompetenti jikkunsidraw li jkun meħtieġ li biex jiżguraw is-solvenza ta’ istituzzjoni għandu jiġi ssodisfatt ir-rekwiżit stabbilit fil-paragrafu 1, id-dispożizzjonijiet stipulati fil-paragrafi 2 sa 5 ma għandhomx japplikaw.
Artikolu 94
Deroga għal negozji żgħar fil-portafoll tan-negozjar
1. L-istituzzjonijiet jistgħu jissostitwixxu r-rekwiżit ta’ kapital imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 92(3) b’rekwiżit ta’ kapital ikkalkulat skont il-punt (a) ta’ dak il-paragrafu fir-rigward tan-negozju fil-portafoll tan-negozjar tagħhom, dment li d-daqs tan-negozju fil-portafoll tan-negozjar kemm li jidher u dak li ma jidhirx fuq il-karta tal-bilanċ tagħhom jissodisfa ż-żewġ kondizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
ikun normalment ta’ inqas minn 5 % tal-assi totali u € 15-il miljun; |
(b) |
qatt ma jaqbeż is-6 % tal-assi totali u l-€ 20 miljun. |
2. Fil-kalkolu tad-daqs ta’ negozju fuq il-karta tal-bilanċ u negozju li ma jidhirx fuq il-karta tal-bilanċ, l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw dan li ġej:
(a) |
strumenti ta’ dejn għandhom jiġu valutati skont il-prezz tas-suq jew il-valuri nominali tagħhom, l-ekwitajiet skont il-prezz tas-suq tagħhom u d-derivattivi skont il-valuri nominali jew tas-suq tal-istrumenti sottostanti; |
(b) |
il-valur assolut ta’ pożizzjonijiet twal għandu jingħadd mal-valur assolut ta’ pożizzjonijiet qosra. |
3. Meta istituzzjoni tonqos milli tissodisfa l-kondizzjoni fil-punt (b) tal-paragrafu 1 hi għandha tinnotifika minnufih l-awtorità kompetenti. Jekk, wara valutazzjoni mill-awtorità kompetenti, l-awtorità kompetenti tistabbilixxi u tinnotifika lill-istituzzjoni li r-rekwiżit fil-punt (a) tal-paragrafu 1 ma ġiex ssodisfatt, l-istituzzjoni għandha tieqaf tuża l-paragrafu 1 mid-data tar-rappurtar li jmiss.
Artikolu 95
Rekwiżiti ta’ fondi proprji għal ditti ta’ investiment li jkollhom awtorizzazzjoni limitata biex jipprovdu servizzi ta’ investiment
1. Għall-finijiet tal-Artikolu 92(3), ditti ta’ investiment li ma jkunux awtorizzati biex jipprovdu s-servizzi u l-attivitjiet ta’ investiment elenkati fil-punti (3) u (6) tat-Taqsima A tal-Anness I tad-Direttiva 2004/39/KE għandhom jużaw il-kalkolu tal-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju speċifikat fil-paragrafu 2.
2. Id-ditti ta’ investiment imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u d-ditti msemmija fil-punt 2(c) tal-Artikolu 4(1) li jipprovdu s-servizzi u l-attivitajiet ta’ investiment elenkati fil-punti (2) u (4) tat-Taqsima A għall-Anness I tad-Direttiva 2004/39/KE għandhom jikkalkulaw l-ammont totali ta’ skopertura għar-riskju bħala l-ogħla minn li ġej:
(a) |
is-somma tal-elementi msemmija fil-punti (a) sa (d) u (f) tal-Artikolu 92(3) wara li jiġi applikat l-Artikolu 92(4); |
(b) |
12,5 immultiplikat bl-ammont speċifikat fl-Artikolu 97. |
Id-ditti msemmija fil-punt 2(c) tal-Artikolu 4(1) li jipprovdu s-servizzi u l-attivitajiet ta’ investiment elenkati fil-punti (2) u (4) tat-Taqsima A tal-Anness I għad-Direttiva 2004/39/KE għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti fl-Artikolu 92(1) u (2) abbażi tal-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju msemmi fl-ewwel subparagrafu.
L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jistabbilixxu r-rekwiżiti għall-fondi proprji għad-ditti msemmija fil-punt 2(c) tal-Artikolu 4(1) li jipprovdu s-servizzi u l-attivitajiet ta’ investiment elenkati fil-punti (2) u (4) tat-Taqsima A tal-Anness I għad-Direttiva 2004/39/KE bħala r-rewkiżiti tal-fondi proprji li jkunu vinkolanti fuq dawk id-ditti skont il-miżuri nazzjonali ta’ traspożizzjoni fis-seħħ fil-31 ta’ Diċembru 2013 għad-Direttivi 2006/49/KE u 2006/48/KE.
3. Id-ditti ta’ investiment imsemmija fil-paragrafu 1 ikunu soġġetti għad-dispożizzjonijiet l-oħra kollha fir-rigward ta’ riskju operattiv stabbilit fit-Titolu VII, il-Kapitolu 3, it-Taqsima II, Subtaqsima 1 tad-Direttiva 2013/36/UE.
Artikolu 96
Rekwiżiti ta’ fondi proprji għal ditti ta’ investiment li jżommu kapital inizjali kif jinsab fl- Artikolu 28(2) tad-Direttiva 2013/36/UE
1. Għall-finijiet tal-Artikolu 92(3), il-kategoriji li ġejjin ta’ ditti ta’ investiment li jżommu kapital inizjali skont l-Artikolu 28(2) tad-Direttiva 2013/36/UE għandhom jużaw il-kalkolu tat-total tal-ammont tal-iskopertura għar-riskju speċifikat fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu:
(a) |
ditti ta’ investiment li jinnegozjaw f’isimhom stess għar-raġuni unika ta’ twettiq jew għall-eżekuzzjoni ta’ ordni ta’ klijent jew bil-għan li jiksbu aċċess għal sistemi tal-ikklerjar u saldu jew għal skambju rikonoxxut meta jaġixxu f’kapaċità ta’ aġenzija jew jeżegwixxu ordni ta’ klijent; |
(b) |
id-ditti ta’ investiment li jissodisfaw il-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
|
2. Fil-każ ta’ ditti ta’ investiment imsemmija fil-paragrafu 1, l-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju għandu jiġi kkalkulat bħala s-somma ta’ dan li ġej:
(a) |
il-punti (a) sa (d) u (f) tal-Artikolu 92(3) wara li jiġi applikat l-Artikolu 92(4); |
(b) |
l-ammont imsemmi fl-Artikolu 97 immultiplikat bi 12,5. |
3. Id-ditti ta’ investiment imsemmija fil-paragrafu 1 ikunu soġġetti għad-dispożizzjonijiet l-oħra kollha fir-rigward tar-riskju operattiv kif stipulat fit-Titolu VII, il-Kapitolu 3, it-Taqsima II, is-Subtaqsima 1 tad-Direttiva 2013/36/UE.
Artikolu 97
Fondi proprji abbażi tal-Ispejjeż Ġenerali Fissi
1. F’konformità mal-Artikoli 95 u 96, ditta ta’ investiment u ditti msemmija fil-punt 2(c) tal-Artikolu 4(1) li jipprovdu s-servizzi u l-attivitajiet ta’ investiment elenkati fil-punti (2) u (4) tat-Taqsima A tal-Anness I għad-Direttiva 2004/39/KE għandu jkollhom kapital eliġibbli ta’ mill-inqas kwart tal-ispejjeż indiretti ffissati tas-sena preċedenti.
2. Fejn jkun hemm tibdil fin-negozju ta’ ditta ta’ investiment mis-sena preċedenti li l-awtorità kompetenti tikkunsidrah bħala materjali, l-awtorità kompetenti tista’ taġġusta r-rekwiżit stipulat fil-paragrafu 1.
3. Fejn ditta ta’ investiment ma tkunx wettqet in-negozju tagħha għal sena, li tibda mill-ġurnata li fiha jkun infetaħ in-negozju, ditta ta’ investiment għandha żżomm kapital eliġibbli ta’ mill-inqas kwart tal-ispejjeż ġenerali fissi proġettati fil-pjan tan-negozju tagħha, ħlief meta l-awtorità kompetenti teħtieġ li l-pjan tan-negozju jiġi aġġustat.
4. L-ABE b’konsultazzjoni mal-AETS għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika f’aktar dettall dawn li ġejjin:
(a) |
il-kalkolu tar-rekwiżiti biex jinżamm kapital eliġibbli ta’ mill-inqas kwart tal-ispejjeż ġenerali fissi tas-sena preċedenti; |
(b) |
il-kondizzjonijiet għall-aġġustament mill-awtorità kompetenti tar-rekwiżiti biex jinżamm kapital eliġibbli ta’ mill-inqas kwart tal-ispejjeż ġenerali fissi tas-sena preċedenti; |
(c) |
il-kalkolu tal-ispejjeż ġenerali fissi proġettati fil-każ ta’ ditta ta’ investiment li ma tkunx temmet negozju għal sena. |
L-ABE għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Marzu 2014.
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
Artikolu 98
Fondi proprji għal ditti ta’ investiment fuq bażi konsolidata
1. Fil-każ tad-ditti ta’ investiment imsemmija fl-Artikolu 95(1) fi grupp, meta dak il-grupp ma jinkludix istituzzjonijiet ta’ kreditu, ditta ta’ investiment prinċipali fi Stat Membru għandha tapplika l-Artikolu 92 fuq livell konsolidat kif ġej:
(a) |
billi tuża l-kalkolu tal-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju speċifikat fl-Artikolu 95(2); |
(b) |
fondi proprji kkalkulati abbażi tas-sitwazzjoni konsolidata tad-ditta prinċipali tal-investiment jew dik tal-kumpannija azzjonarja finanzjarja jew tal-kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallata, kif applikabbli. |
2. Fil-każ ta’ ditti ta’ investiment imsemmija fl-Artikolu 96(1) fi grupp, fejn dak il-grupp ma jinkludix istituzzjonijiet ta’ kreditu, ditta ta’ investiment prinċipali fi Stat Membru u ditta ta’ investiment ikkontrollata minn kumpannija azzjonarja finanzjarja jew kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallata għandha tapplika l-Artikolu 92 fuq bażi konsolidata kif ġej:
(a) |
għandha tuża l-kalkolu tal-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju speċifikat fl-Artikolu 96(2); |
(b) |
għandha tuża fondi proprji kkalkulati abbażi tas-sitwazzjoni konsolidata tad-ditta prinċipali tal-investiment jew dik tal-kumpannija azzjonarja finanzjarja jew tal-kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallata, kif applikabbli, u f’konformità mal-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti Wieħed. |
KAPITOLU 2
Rekwiżiti ta’ kalkolu u ta’ rappurtar
Artikolu 99
Rappurtar dwar ir-rekwi