EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013R0565

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 565/2013 tat- 18 ta’ Ġunju 2013 li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1731/2006, (KE) Nru 273/2008, (KE) Nru 566/2008, (KE) Nru 867/2008, (KE) Nru 606/2009, u r-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 u (UE) Nru 1333/2011 fir-rigward tal-obbligi ta’ notifika fi ħdan l-organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 491/2007

OJ L 167, 19.6.2013, p. 26–28 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Croatian: Chapter 03 Volume 072 P. 172 - 174

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2013/565/oj

19.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 167/26


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 565/2013

tat-18 ta’ Ġunju 2013

li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1731/2006, (KE) Nru 273/2008, (KE) Nru 566/2008, (KE) Nru 867/2008, (KE) Nru 606/2009, u r-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 u (UE) Nru 1333/2011 fir-rigward tal-obbligi ta’ notifika fi ħdan l-organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 491/2007

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 192(2) tiegħu, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 tal-31 ta’ Awwissu 2009 li jistipula regoli dettaljati għan-notifiki tal-Istati Membri lill-Kummissjoni dwar informazzjoni u dokumenti fl-implimentazzjoni tal-organizzazzjoni komuni tas-swieq, l-iskema tal-pagamenti diretti, il-promozzjoni tal-prodotti agrikoli u s-sistemi applikabbli għar-reġjuni l-aktar imbiegħda u l-gżejjer iż-żgħar tal-Eġew (2), jistabbilixxi regoli komuni għan-notifika ta’ informazzjoni u dokumenti mill-Istati Membri lill-Kummissjoni. Dawk ir-regoli jkopru b’mod partikolari l-obbligu għall-Istati Membri li jużaw is-sistemi ta’ informazzjoni magħmula disponibbli mill-Kummissjoni u l-validazzjoni tad-drittijiet tal-aċċess tal-awtoritajiet jew l-individwi awtorizzati biex jibagħtu n-notifiki. Ir-Regolament (KE) Nru 792/2009 jistabbilixxi ukoll prinċipji komuni li japplikaw għas-sistemi ta’ informazzjoni sabiex ikunu ggarantiti l-awtentiċità, l-integrità u l-leġibbiltà matul iż-żmien tad-dokumenti, u jipprovdi għall-protezzjoni tad-dejta personali. L-obbligu li jintużaw dawn is-sistemi tal-informazzjoni għandu jiġi pprovdut f’kull Regolament li jistabbilixxi obbligu speċifiku ta’ notifika.

(2)

Il-Kummissjoni żviluppat sistema ta’ informazzjoni li tippermetti l-immaniġġjar tad-dokumenti u l-proċeduri b’mod elettroniku fil-proċeduri ta’ ħidma interni tagħha u fir-relazzjonijiet tagħha mal-awtoritajiet involuti fil-politika agrikola komuni.

(3)

Diversi obbligi ta’ notifika jistgħu jiġu sodisfatti permezz ta’ dik is-sistema, b’mod partikolari dawk ipprovduti fir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1731/2006 tat-23 ta’ Novembru 2006, dwar regoli speċjali għall-applikazzjoni tar-rifużjonijiet tal-esportazzjoni ta’ ċerti prodotti ppriservati tal-laħam taċ-ċanga u tal-vitella (3), (KE) Nru 273/2008 tal-5 ta’ Marzu 2008 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 fir-rigward ta’ metodi għall-analiżi u għall-evalwazzjoni tal-kwalità tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib (4), (KE) Nru 566/2008, tat-18 ta’ Ġunju 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 rigward il-kummerċjalizzazzjoni tal-laħam tal-annimali bovini li għandhom 12-il xahar jew anqas (5), (KE) Nru 867/2008 tat-3 ta’ Settembru 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 dwar l-organizzazzjonijiet ta’ operaturi fis-settur taż-żebbuġ, il-programmi ta’ ħidma tagħhom u l-finanzjament ta’ dawn (6), (KE) Nru 606/2009 tal-10 ta’ Lulju 2009 li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008 fir-rigward tal-kategoriji tal-prodotti tad-dwieli, il-prattiċi enoloġiċi u r-restrizzjonijiet applikabbli (7), u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 għas-setturi tal-frott u l-ħaxix u tal-frott u l-ħaxix ipproċessat (8).

(4)

Fl-interess tal-amministrazzjoni effiċjenti u meta tiġi kkunsidrata l-esperjenza, uħud min-notifiki għandhom jiġu ssimplifikati, speċifikati jew jitħassru.

(5)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 491/2007 tat-3 ta’ Mejju 2007 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1947/2005 dwar il-komunikazzjoni tad-dejta dwar iż-żrieragħ (9) ikopri notifiki biss li ma għadhomx utli minħabba t-tmiem tal-għajnuna speċifika għal ċerti speċijiet ta’ żrieragħ.

(6)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jipprevedi fl-Artikolu 135 tiegħu, notifika tal-ġranet tas-suq tradizzjonali għas-swieq rappreżentattivi. Peress li s-sistema elettronika ta’ notifika tippermetti n-notifika ta’ kuljum tal-prezzijiet, ma għadux neċessarju li jiġu notifikati l-ġranet tas-suq tradizzjonali.

(7)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1333/2011 (10) jipprevedi fl-Artikolu 9 tiegħu, obbligu ta’ notifika lill-Kummissjoni tal-lista tal-kummerċjanti li qed jikkumerċjalizzaw il-banana li jingħataw eżenzjoni mill-kontrolli tal-konformità mal-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni. Din in-notifika ma tatx prova li hija utli biex tiżgura l-konformità ma’ dawk l-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni fis-settur tal-banana. Għaldaqstant, din għandha titħassar.

(8)

Ir-Regolamenti (KE) Nru 1731/2006, (KE) Nru 273/2008, (KE) Nru 566/2008, (KE) Nru 867/2008, (KE) Nru 606/2009, (KE) u r-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, u (UE) Nru 1333/2011 għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan. Ir-Regolament (KE) Nru 491/2007 għandu jitħassar.

(9)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1731/2006 jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 5

Miżuri addizjonali ta’ kontroll

1.   L-Istati Membri għandhom jistipulaw miżuri iktar dettaljati għal kontroll tal-produzzjoni tal-prodotti ppriservati u għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni b’dan. B’mod partikolari, għandhom jieħdu l-passi kollha meħtieġa biex jeskludu kwalunkwe possibbiltà ta’ sostituzjoni tal-materja prima użata jew tal-prodotti imsemmija.

2.   In-notifiki msemmija fil-paragrafu 1 għandhom isiru skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 (*).

Artikolu 2

Ir-Regolament (KE) Nru 273/2008 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 19 jitħassar;

(2)

Għandu jiddaħħal l-Artikolu 19a li ġej:

“Artikolu 19a

Notifiki

In-notifiki pprovduti fl-Artikolu 2, l-Artikolu 4(1) u fl-Anness III C għandhom isiru skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 (**).

(**)  ĠU L 228, 1.9.2009, p. 3.”"

Artikolu 3

L-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 566/2008 jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 9

Notifiki

In-notifiki pprovduti fl-Artikolu 4(1) u (3), l-Artikolu 6(3) u l-Artikolu 8(1) u (2) għandhom isiru skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 (***).

Artikolu 4

Fl-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 867/2008, il-paragrafu 4 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“4.   Il-komunikazzjonijiet ipprovduti f’dan l-Artikolu għandhom isiru skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 (****).

Artikolu 5

Ir-Regolament (KE) Nru 606/2009 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 4, għandu jiżdied il-paragrafu 5 li ġej:

“5.   In-notifika tal-informazzjoni jew dokumenti lill-Kummmissjoni pprovduta fil-punt (c) tal-paragrafu 1 u l-paragrafi 3 u 4, għandha issir skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 (*****).

(*****)  ĠU L 228, 1.9.2009, p. 3.”"

(2)

Il-Punt 2 tal-Appendiċi 3 tal-Anness IA jinbidel b’dan li ġej:

“2.

Il-Greċja għandha tinnotifika lill-Kummissjoni minn qabel jekk beħsieba temenda d-dispożizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1(b). Dik in-notifika għandha ssir skont ir-Regolament (KE) Nru 792/2009. Jekk il-Kummissjoni ma tweġibx fi żmien xahrejn ta’ tali notifika, il-Greċja tistà timplimenta l-emendi ppjanati.”

(3)

Fil-punt 3 tal-Anness I B, il-parti A, it-tieni sentenza tinbidel b’dan li ġej:

“L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, minn qabel u f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 792/2009, dwar l-informazzjoni teknika kollha neċessarja għall-inbejjed ikkonċernati, inkluż l-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott tagħhom u l-kwantitajiet annwali prodotti.”

(4)

Fil-punt 3 tal-Anness I C, it-tieni paragrafu jinbidel b’dan li ġej:

“L-istati Membri għandhom jinnotifikaw dawk id-derogi lill-Kummissjoni f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 792/2009. Il-Kummissjoni għandha wara tinforma lill-Istati Membri l-oħrajn.”

Artikolu 6

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 134, il-punt (a) tal-paragrafu 1 jinbidel b’dan li ġej:

“(a)

il-prezzijiet rappreżentattivi medji tal-prodotti importati minn pajjiżi terzi mibjugħa fis-swieq rappreżentattivi tal-importazzjoni elenkati fl-Anness XVII, u l-prezzijiet sinifikanti rreġistrati fi swieq oħrajn għal kwantitajiet kbar ta’ prodotti importati, jew, fejn ma jkun hemm ebda prezzijiet għas-swieq rappreżentattivi disponibbli, il-prezzijiet sinifikanti għall-prodotti importati rreġistrati fi swieq oħrajn; u”.

(2)

Jitħassar l-Artikolu 135.

(3)

Fl-Artikolu 146, il-paragrafu 3 jinbidel b’dan li ġej:

“3.   In-notifiki pprovduti fl-Artikolu 9(2), l-Artikolu 18(3) u (4), l-Artikolu 97, l-Artikolu 128, l-Artikolu 129(1), l-Artikolu 130, l-Artikolu 131 u f’dan l-Artikolu u t-talba pprovduta fl-Artikolu 92(1), għandhom isiru skont ir-Regolament (KE) Nru 792/2009.”

(4)

It-titolu tal-Anness XVII jinbidel b’dan li ġej: “Is-swieq rappreżentattivi msemmija fl-Artikolu 134(1)(a)”.

Artikolu 7

Fl-Artikolu 9 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1333/2011, jitħassar it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 3.

Artikolu 8

Jitħassar ir-Regolament (KE) Nru 491/2007.

Artikolu 9

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2013.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Ġunju 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 228, 1.9.2009, p. 3.

(3)  ĠU L 325, 24.11.2006, p. 12.

(4)  ĠU L 88, 29.3.2008, p. 1.

(5)  ĠU L 160, 19.6.2008, p. 22.

(6)  ĠU L 237, 4.9.2008, p. 5.

(7)  ĠU L 193, 24.7.2009, p. 1.

(8)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.

(9)  ĠU L 116, 4.5.2007, p. 3.

(10)  ĠU L 336, 20.12.2011, p. 23.


Top