Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013R0374

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 374/2013 tat- 23 ta’ April 2013 dwar l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni tal- Clostridium butyricum (FERM BP-2789) bħala addittiv fl-għalf għat-tiġieġ imrobbija għall-bajd (detentur tal-awtorizzazzjoni Miyarisan Pharmaceutical Co. Ltd, irrappreżentat minn Miyarisan Pharmaceutical Europe S.L.U.) Test b’relevanza għaż-ŻEE

OJ L 112, 24.4.2013, p. 13–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Croatian: Chapter 03 Volume 069 P. 264 - 265

In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2013/374/oj

24.4.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 112/13


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 374/2013

tat-23 ta’ April 2013

dwar l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni tal-Clostridium butyricum (FERM BP-2789) bħala addittiv fl-għalf għat-tiġieġ imrobbija għall-bajd (detentur tal-awtorizzazzjoni Miyarisan Pharmaceutical Co. Ltd, irrappreżentat minn Miyarisan Pharmaceutical Europe S.L.U.)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-additivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprovdi għall-awtorizzazzjoni tal-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u għar-raġunijiet u l-proċeduri li jagħtu tali awtorizzazzjoni.

(2)

L-użu ta’ preparazzjoni tal-Clostridium butyricum (FERM BP-2789), li tagħmel parti mill-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi”, kienet awtorizzata għal għaxar snin bħala addittiv mal-għalf għall-użu għat-tiġieġ għat-tismin permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 903/2009 (2) u għal speċi tat-tjur minuri (ħlief għasafar li jbidu) u għall-ħnienes miftuma u speċi minuri tal-porċini (miftuma) permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 373/2011 (3).

(3)

Skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni għal użu ġdid tal-preparazzjoni ta’ Clostridium butyricum (FERM BP-2789) għat-tiġieġ imrobbija għall-bajd, bit-talba li l-addittiv jiġi kklassifikat fil-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi”.

(4)

L-applikazzjoni kienet akkumpanjata mid-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, u mid-dejta rilevanti biex tappoġġja t-talbiet tagħha.

(5)

Fl-opinjoni tagħha tal-11 ta’ Diċembru 2012 (4), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li skont il-kundizzjonijiet proposti tal-użu, il-preparazzjoni ta’ Clostridium butyricum (FERM BP-2789) ma għandhiex effett avvers fuq saħħet l-annimali, saħħet il-bniedem u l-ambjent. Ikkonkludiet ukoll li l-addittiv juri xi potenzjal li jtejjeb il-prestazzjoni fit-tiġieġ imrobbija għall-bajd. L-Awtorità ma tikkunsidrax li hemm bżonn ta’ rekwiżiti speċifiċi ta’ monitoraġġ ta’ wara l-kummerċjalizzazzjoni. Ivverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu tal-analiżi tal-addittiv tal-għalf fl-għalf li tressaq mil-Laboratorju ta’ Referenza mwaqqaf bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(6)

Il-valutazzjoni tal-preparazzjoni ta’ Clostridium butyricum (FERM BP-2789) turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif stipulati fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati. Għaldaqstant, l-użu ta’ dik il-preparazzjoni għandu jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

(7)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija tal-addittivi ‘‘addittivi żootekniċi” u mill-grupp funzjonali “stabbilizzanti għall-batterja li jkun hemm fil-musrana”, hija awtorizzata bħala addittiv għall-użu fl-għalf tal-annimali soġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ April 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  ĠU L 256, 29.9.2009, p. 26.

(3)  ĠU L 102, 16.4.2011, p. 10.

(4)  EFSA Journal 2013; 11(1):3040.


ANNESS

Numru tal-identifikazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija tal-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni

CFU/kg f’għalf komplet b’kontenut ta’ umdità ta’ 12 %

Kategorija tal-addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: stabilizzanti għall-batterja li tinsab fil-musrana

4b1830

Miyarisan Pharmaceutical Co.Ltd. irrappreżentata minn Miyarisan Pharmaceutical Europe S.L.U.

Clostridium butyricum

(FERM BP-2789)

 

Kompożizzjoni tal-addittiv

Preparazzjoni ta’ Clostridium butyricum FERM BP-2789) li fih minimu ta’ addittiv f’forma solida ta’ 5 × 108 CFU/g.

 

Il-karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Spora vijabbli ta’ Clostridium butyricum FERM BP-2789.

 

Metodu analitiku  (1)

Kwantifikazzjoni: metodu tat-tferrigħ ibbażat fuq l-istandard ISO 15213.

Identifikazzjoni: metodu ta’ elettroforeżi bil-ġell f’kamp pulsat (PFGE).

Tiġieġ imrobbija għall-bajd

2,5 × 108

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel, indika t-temperatura tal-ħażna, kemm jista’ jdum maħżun u l-istabbiltà għat-tgerbib.

2.

L-użu huwa permess f’għalf li fih il-koċċidjostatiki awtorizzati: sodju monensin, sodju diklażuril salinomikin jew sodju lasalokid.

3.

Għal raġunijiet ta’ sikurezza: waqt l-immaniġġar għandhom jintużaw il-protezzjoni għan-nifs u n-nuċċalijiet tas-sikurezza.

L-14 ta' Mejju 2023


(1)  Dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz segwenti tar-Laboratorju ta’ Referenza tal-Unjoni Ewropea għall-Addittivi fl-Għalf: www.irmm.jrc.be/crl-feed-additives


Top