EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013R0348

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 348/2013 tas- 17 ta’ April 2013 li jemenda l-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi ( “REACH” ) Test b’relevanza għaż-ŻEE

OJ L 108, 18.4.2013, p. 1–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Croatian: Chapter 15 Volume 025 P. 238 - 242

In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/348/oj

18.4.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 108/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 348/2013

tas-17 ta’ April 2013

li jemenda l-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (“REACH”)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 793/93 u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1488/94 kif ukoll id-Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE u d-Direttivi tal-Kummissjoni 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE (1), b’mod partikulari l-Artikoli 58 u 131 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 jistipula li sustanzi li jilħqu l-kriterji għall-klassifikazzjoni bħala karċinoġeni (il-kategorija 1 A jew 1B), mutaġeni (il-kategorija 1 A jew 1B) u tossiċi għar-riproduzzjoni (il-kategorija 1 A jew 1B) skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet (2); sustanzi persistenti, bijoakkumulattivi u tossiċi, sustanzi li huma ferm persistenti u ferm bijoakkumulattivi, u sustanzi li huwa ppruvat xjentifikament li għandhom effett serju fuq is-saħħa tal-bniedem, jew fuq l-ambjent, tant li jqajmu livell ekwivalenti ta’ tħassib, jistgħu jkunu soġġetti għall-awtorizzazzjoni.

(2)

It-trikloroetilen jissodisfa l-kriterji biex ikun ikklassifikat bħala karċinoġenu (il-kategorija 1B) skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 u għaldaqstant jissodisfa l-kriterji biex jiddaħħal fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 stipulati fl-Artikolu 57(a) ta’ dak ir-Regolament.

(3)

It-triossidu tal-kromju jissodisfa l-kriterji biex jiġi kklassifikat bħala karċinoġenu (il-kategorija 1 A) u mutaġenu (il-kategorija 1B) skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 u għaldaqstant jissodisfa l-kriterji biex jiddaħħal fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 stipulati fl-Artikolu 57(a) u (b) ta’ dak ir-Regolament.

(4)

L-aċidi ġġenerati mit-triossidu tal-kromju u l-oligomeri tagħhom jissodisfaw il-kriterji biex jiġu kklassifikati bħala karċinoġeni (il-kategorija 1B) skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 u għaldaqstant jissodisfaw il-kriterji biex jiddaħħlu fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 stipulati fl-Artikolu 57(a) ta’ dak ir-Regolament.

(5)

Id-dikromat tas-sodju jissodisfa l-kriterji biex jiġi kklassifikat bħala karċinoġenu (il-kategorija 1B), mutaġenu (il-kategorija 1B) u tossiku għar-riproduzzjoni (il-kategorija 1B) skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 u għaldaqstant jissodisfa l-kriterji biex jiddaħħal fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 stipulati fl-Artikolu 57(a), (b) u (c) ta’ dak ir-Regolament.

(6)

Id-dikromat tal-potassju jissodisfa l-kriterji biex jiġi kklassifikat bħala karċinoġenu (il-kategorija 1B), mutaġenu (il-kategorija 1B) u tossiku għar-riproduzzjoni (il-kategorija 1B) skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 u għaldaqstant jissodisfa l-kriterji biex jiddaħħal fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 stipulati fl-Artikolu 57(a), (b) u (c) ta’ dak ir-Regolament.

(7)

Id-dikromat tal-ammonju jissodisfa l-kriterji biex jiġi kklassifikat bħala karċinoġenu (il-kategorija 1B), mutaġenu (il-kategorija 1B) u tossiku għar-riproduzzjoni (il-kategorija 1B) skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 u għaldaqstant jissodisfa l-kriterji biex jiddaħħal fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 stipulati fl-Artikolu 57(a), (b) u (c) ta’ dak ir-Regolament.

(8)

Il-kromat tal-potassju jissodisfa l-kriterji biex jiġi kklassifikat bħala karċinoġenu (il-kategorija 1B) u mutaġenu (il-kategorija 1B) skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 u għaldaqstant jilħaq il-kriterji biex jiddaħħal fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 stipulati fl-Artikolu 57(a) u (b) ta’ dak ir-Regolament.

(9)

Il-kromat tas-sodju jissodisfa l-kriterji biex jiġi kklassifikat bħala karċinoġenu (il-kategorija 1B), mutaġenu (il-kategorija 1B) u tossiku għar-riproduzzjoni (il-kategorija 1B) skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 u għaldaqstant jissodisfa l-kriterji biex jiddaħħal fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 stipulati fl-Artikolu 57(a), (b) u (c) ta’ dak ir-Regolament.

(10)

Dawk is-sustanzi ġew identifikati u inklużi fil-lista tal-kandidati skont l-Artikolu 59 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006. Barra minn hekk, dawn ġew prijoritarizzati għall-inklużjoni fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 mill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (minn hawn ‘il quddiem “l-Aġenzija”) fir-rakkomandazzjoni tagħha tal-20 ta’ Diċembru 2011 (3) skont l-Artikolu 58 ta’ dak ir-Regolament. Għalhekk huwa xieraq li dawk is-sustanzi jiddaħħlu f’dak l-Anness.

(11)

Il-komposti tal-kobalt; is-sulfat tal-kobalt(II), id-diklorur tal-kobalt, id-dinitrat tal-kobalt(II), il-karbonat tal-kobalt(II), id-diaċetat tal-kobalt(II) jissodisfaw il-kriterji biex jiġu kklassifikati bħala karċinoġeni (il-kategorija 1B) u tossiċi għar-riproduzzjoni (il-kategorija 1B) skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 u għaldaqstant jissodisfaw il-kriterji biex jiddaħħlu fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 stipulati fl-Artikolu 57(a) u (c) ta’ dak ir-Regolament. Dawn ġew identifikati u inklużi fil-lista tal-kandidati skont l-Artikolu 59 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006.

(12)

Dawk il-komposti tal-kobalt ġew ukoll prijoritarizzati għall-inklużjoni fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 bir-rakkomandazzjoni tal-Aġenzija tal-20 ta’ Diċembru 2011 skont l-Artikolu 58 ta’ dak ir-Regolament. Madankollu, il-Kummissjoni tqis li tal-inqas wieħed mill-użi ta’ dawk is-sustanzi (jiġifieri, it-trattament tal-wiċċ) joħloq riskju għas-saħħa tal-bniedem li mhuwiex ikkontrollat b’mod adegwat u jeħtieġ li jiġi indirizzat. Għalhekk, skont l-Artikolu 69(1) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, il-Kummissjoni għandha titlob lill-Aġenzija tipprepara dossier skont ir-rekwiżiti tal-Anness XV ta’ dak ir-Regolament. Huwa għalhekk xieraq li d-deċiżjoni dwar l-inklużjoni ta’ kwalunkwe waħda minn dawn is-sustanzi fl-Anness XIV tiġi posposta sa ma jintemm il-proċess stabbilit fl-Artikoli 69 sa 73 ta’ dak ir-Regolament.

(13)

Ir-rakkomandazzjoni tal-Aġenzija tal-20 ta’ Diċembru 2011 identifikat l-aħħar dati tal-applikazzjoni msemmija fl-Artikolu 58(1)(c)(ii) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 għal kull waħda mis-sustanzi elenkati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. Dawn id-dati ġew identifikati fuq il-bażi tat-tul ta’ żmien li hu maħsub li jkun meħtieġ biex titħejja applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni, b’kunsiderazzjoni tat-tagħrif disponibbli dwar is-sustanzi differenti u t-tagħrif irċevut waqt il-konsultazzjoni pubblika li saret skont l-Artikolu 58(4) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006. Ġiet ikkunsidrata wkoll il-kapaċità tal-Aġenzija li tittratta l-applikazzjonijiet fiż-żmien stipulat fir-Regolament (KE) Nru 1907/2006.

(14)

Rigward is-seba’ komposti tal-kromju, l-Aġenzja pproponiet li l-aħħar data ta’ applikazzjoni tkun 21 xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. Madankollu, abbażi ta’ diskussjoni mal-Istati Membri, apprezzament aktar wiesa’ tas-sinifikanza tal-istuttura speċifika tas-swieq rilevanti u l-katini tal-forniment relatati jwasslu għall-konklużjoni li l-aħħar data ta’ applikazzjoni għandha tkun 35 xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

(15)

Għal kull waħda mis-sustanzi elenkati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament, id-data tat-tmiem msemmija fl-Artikolu 58(1)(c)(i) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 għandha tkun 18-il xahar wara l-aħħar data għall-applikazzjoni msemmija fl-Artikolu 58(1)(c)(ii) ta’ dak ir-Regolament.

(16)

Huwa xieraq li jiġu speċifikati d-dati msemmija fil-punti (i) u (ii) tal-Artikolu 58(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 fl-Anness XIV ta’ dak ir-Regolament.

(17)

L-Artikolu 58(1)(e) flimkien mal-Artikolu 58(2) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 jipprevedi l-possibbiltà ta’ eżenzjonijiet għal użi jew kategoriji ta’ użi f’każijiet fejn ikun hemm leġiżlazzjoni speċifika tal-Unjoni li timponi rekwiżiti minimi marbutin mal-ħarsien tas-saħħa tal-bniedem jew tal-ambjent. Skont it-tagħrif disponibbli bħalissa mhuwiex xieraq li jiġu stabbiliti eżenzjonijiet ibbażati fuq dawn id-dispożizzjonijiet.

(18)

Abbażi tat-tagħrif li hu disponibbli bħalissa, mhuwiex xieraq li jiġu stabbiliti eżenzjonijiet għar-riċerka u l-iżvilupp orjentati lejn il-prodotti u l-proċessi.

(19)

Abbażi tat-tagħrif li hu disponibbli bħalissa, mhuwiex xieraq li jiġu stabbiliti perjodi ta’ reviżjoni għal ċerti użi.

(20)

Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(21)

Il-miżuri stabbiliti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit fl-Artikolu 133 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ April 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1.

(3)  http://echa.europa.eu/documents/10162/13640/3rd_a_xiv_recommendation_20dec2011_en.pdf


ANNESS

Fit-tabella tal-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, jiddaħħlu l-annotazzjonijiet li ġejjin:

In-nru tal-annotazzjoni

Sustanza

Proprjetà(proprjetajiet) intrinsiċi msemmija fl-Artikolu 57

Arranġamenti tranżitorji

(Kategoriji ta’) użi eżentati

Perjodi ta’ reviżjoni

L-aħħar data tal-applikazzjoni (1)

Id-data tat-tmiem (2)

“15.

Trikloroetilen

Nru tal-KE: 201-167-4

Nru tas-SAK: 79-01-6

Karċinoġenu

(il-kategorija 1B)

Il-21 ta’ Ottubru 2014

Il-21 ta’ April 2016

16.

Trijossidu tal-kromju

Nru tal-KE: 215-607-8

Nru tas-SAK: 1333-82-0

 

Karċinoġenu

(il-kategorija 1 A)

 

Mutaġenu

(il-kategorija 1B)

Il-21 ta’ Marzu 2016

Il-21 ta’ Settembru 2017

17.

Aċidi ġġenerati mit-triossidu tal-kromju u l-oligomeri tagħhom

Grupp li fih:

 

Aċidu kromiku

Nru tal-KE: 231-801-5

Nru tas-SAK: 7738-94-5

 

Aċidu dikromiku

Nru tal-KE: 236-881-5

Nru tas-SAK: 13530-68-2

 

Oligomeri ta’ aċidu kromiku u aċidu dikromiku

Nru tal-KE: għadu ma ġiex allokat

Nru tas-SAK: għadu ma ġiex allokat

Karċinoġenu

(il-kategorija 1B)

Il-21 ta’ Marzu 2016

Il-21 ta’ Settembru 2017

18.

Dikromat tas-sodju

Nru tal-KE: 234-190-3

Nru tas-SAK: 7789-12-0

10588-01-9

 

Karċinoġenu

(il-kategorija 1B)

 

Mutaġenu

(il-kategorija 1B)

 

Tossiku għar-riproduzzjoni

(il-kategorija 1B)

Il-21 ta’ Marzu 2016

Il-21 ta’ Settembru 2017

19.

Dikromat tal-potassju

Nru tal-KE: 231-906-6

Nru tas-SAK: 7778-50-9

 

Karċinoġenu

(il-kategorija 1B)

 

Mutaġenu

(il-kategorija 1B)

 

Tossiku għar-riproduzzjoni

(il-kategorija 1B)

Il-21 ta’ Marzu 2016

Il-21 ta’ Settembru 2017

20.

Dikromat tal-ammonju

Nru tal-KE: 232-143-1

Nru tal-CAS: 7789-09-5

 

Karċinoġenu

(il-kategorija 1B)

 

Mutaġenu

(il-kategorija 1B)

 

Tossiku għar-riproduzzjoni

(il-kategorija 1B)

Il-21 ta’ Marzu 2016

Il-21 ta’ Settembru 2017

 

 

21.

Kromat tal-potassju

Nru tal-KE: 232-140-5

Nru tal-CAS: 7789-00-6

 

Karċinoġenu

(il-kategorija 1B)

 

Mutaġenu

(il-kategorija 1B)

Il-21 ta’ Marzu 2016

Il-21 ta’ Settembru 2017

 

 

22.

Kromat tas-sodju

Nru tal-KE: 231-889-5

Nru tal-CAS: 7775-11-3

 

Karċinoġenu

(il-kategorija 1B)

 

Mutaġenu

(il-kategorija 1B)

 

Tossiku għar-riproduzzjoni

(il-kategorija 1B)

Il-21 ta’ Marzu 2016

Il-21 ta’ Settembru 2017”

 

 


(1)  Id-data msemmijja fl-Artikolu 58(1)(c)(ii) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006.

(2)  Id-data msemmija fl-Artikolu 58(1)(c)(i) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006.


Top