EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013R0220

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 220/2013 tat- 13 ta’ Marzu 2013 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 297/95 rigward l-aġġustament tal-miżati tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għar-rata tal-inflazzjoni Test b’relevanza għaż-ŻEE

OJ L 70, 14.3.2013, p. 1–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Croatian: Chapter 13 Volume 061 P. 291 - 293

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/220/oj

14.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 70/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 220/2013

tat-13 ta’ Marzu 2013

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 297/95 rigward l-aġġustament tal-miżati tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għar-rata tal-inflazzjoni

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 297/95 tal-10 ta’ Frar 1995 dwar il-miżati li għandhom jitħallsu lill-Aġenzija Ewropea għall-Evalwazzjoni tal-Prodotti Mediċinali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 12(5) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 67(3) tar-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 li jistabbilixxi proċeduri Komunitarji għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u veterinarju u li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (2), id-dħul tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (minn hawn ’il quddiem “l-Aġenzija”) għandu jikkonsisti f’kontribuzzjoni mill-Unjoni u fil-miżati mħallsa minn intrapriżi lill-Aġenzija. Ir-Regolament (KE) Nru 297/95 jistabbilixxi l-kategoriji u l-livelli ta’ dawn il-miżati.

(2)

Dawn il-miżati għandhom jiġu aġġornati b’referenza għar-rata tal-inflazzjoni tal-2012. Ir-rata tal-inflazzjoni fl-Unjoni, kif ippubblikata mill-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Unjoni Ewropea (Eurostat), kienet 2,6 % fl-2012.

(3)

Għal raġunijiet ta’ sempliċità, il-livelli aġġustati tal-miżati għandhom jiġu aġġustati lejn l-eqreb EUR 100.

(4)

Ir-Regolament (KE) Nru 297/95 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(5)

Għal raġunijiet ta’ ċertezza legali dan ir-Regolament ma għandux japplika għal applikazzjonijiet validi li jkunu pendenti fl-1 ta’ April 2013.

(6)

Skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 297/95 l-aġġornament għandu jsir b’effett mill-1 ta’ April 2013. Għalhekk hu xieraq li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ bħala kwistjoni urġenti u japplika minn din id-data,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 297/95 huwa b’dan emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

(i)

il-punt (a) huwa emendat kif ġej:

fl-ewwel subparagrafu, “EUR 267 400” hija mibdula għal “EUR 274 400”,

fit-tieni subparagrafu, “EUR 26 800” hija mibdula għal “EUR 27 500”,

fit-tielet subparagrafu, “EUR 6 700” hija mibdula għal “EUR 6 900”.

(ii)

il-punt (b) huwa emendat kif ġej:

fl-ewwel subparagrafu, “EUR 103 800” hija mibdula għal “EUR 106 500”,

fit-tieni subparagrafu, “EUR 172 800” hija mibdula għal “EUR 177 300”,

fit-tielet subparagrafu, “EUR 10 300” hija mibdula għal “EUR 10 600”,

fir-raba’ subparagrafu, “EUR 6 700” hija mibdula għal “EUR 6 900”.

(iii)

il-punt (c) huwa emendat kif ġej:

fl-ewwel subparagrafu, “EUR 80 300” hija mibdula għal “EUR 82 400”,

fit-tieni subparagrafu, “EUR 20 100 sa EUR 60 200” hija mibdula għal “EUR 20 600 sa EUR 61 800”,

fit-tielet subparagrafu, “EUR 6 700” hija mibdula għal “EUR 6 900”.

(b)

il-paragrafu 2 huwa emendat kif ġej:

(i)

l-ewwel subparagrafu tal-punt (a) huwa emendat kif ġej:

“EUR 2 900” hija mibdula għal “EUR 3 000”,

“EUR 6 700” hija mibdula għal “EUR 6 900”.

(ii)

il-punt (b) huwa emendat kif ġej:

fl-ewwel subparagrafu, “EUR 80 300” hija mibdula għal “EUR 82 400”,

fit-tieni subparagrafu, “EUR 20 100 sa EUR 60 200” hija mibdula għal “EUR 20 600 sa EUR 61 800”.

(c)

fil-paragrafu 3, “EUR 13 300” hija mibdula għal “EUR 13 600”.

(d)

fil-paragrafu 4, “EUR 20 100” hija mibdula għal “EUR 20 600”.

(e)

fil-paragrafu 5, “EUR 6 700” hija mibdula għal “EUR 6 900”.

(f)

il-paragrafu 6 huwa emendat kif ġej:

(i)

fl-ewwel subparagrafu, “EUR 95 900” hija mibdula għal “EUR 98 400”,

(ii)

fit-tieni subparagrafu, “EUR 23 900 sa EUR 71 900” hija mibdula għal “EUR 24 500 sa EUR 73 800”.

(2)

Fl-Artikolu 4, “EUR 66 700” hija mibdula għal “EUR 68 400”.

(3)

L-Artikolu 5 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

(i)

il-punt (a) huwa emendat kif ġej:

fl-ewwel subparagrafu, “EUR 133 800” hija mibdula għal “EUR 137 300”,

fit-tieni subparagrafu, “EUR 13 300” hija mibdula għal “EUR 13 600”,

fit-tielet subparagrafu, “EUR 6 700” hija mibdula għal “EUR 6 900”,

ir-raba’ subparagrafu huwa emendat kif ġej:

“EUR 66 700” hija mibdula għal “EUR 68 400”,

“EUR 6 700” hija mibdula għal “EUR 6 900”.

(ii)

il-punt (b) huwa emendat kif ġej:

fl-ewwel subparagrafu, “EUR 66 700” hija mibdula għal “EUR 68 400”,

fit-tieni subparagrafu, “EUR 113 100” hija mibdula għal “EUR 116 000”,

fit-tielet subparagrafu, “EUR 13 300” hija mibdula għal “EUR 13 600”,

fir-raba’ subparagrafu, “EUR 6 700” hija mibdula għal “EUR 6 900”,

il-ħames subparagrafu huwa emendat kif ġej:

“EUR 33 400” hija mibdula għal “EUR 34 300”,

“EUR 6 700” hija mibdula għal “EUR 6 900”.

(iii)

il-punt (c) huwa emendat kif ġej:

fl-ewwel subparagrafu, “EUR 33 400” hija mibdula għal “EUR 34 300”,

fit-tieni subparagrafu, “EUR 8 400 sa EUR 25 000” hija mibdula għal “EUR 8 600 sa EUR 25 700”,

fit-tielet subparagrafu, “EUR 6 700” hija mibdula għal “EUR 6 900”.

(b)

il-paragrafu 2 huwa emendat kif ġej:

(i)

il-punt (a) huwa emendat kif ġej:

“EUR 2 900” hija mibdula għal “EUR 3 000”,

“EUR 6 700” hija mibdula għal “EUR 6 900”.

(ii)

il-punt (b) huwa emendat kif ġej:

fl-ewwel subparagrafu, “EUR 40 100” hija mibdula għal “EUR 41 100”,

fit-tieni subparagrafu, “EUR 10 000 sa EUR 30 100” hija mibdula għal “EUR 10 300 sa EUR 30 900”,

fit-tielet subparagrafu, “EUR 6 700” hija mibdula għal “EUR 6 900”.

(c)

fil-paragrafu 3, “EUR 6 700” hija mibdula għal “EUR 6 900”.

(d)

fil-paragrafu 4, “EUR 20 100” hija mibdula għal “EUR 20 600”.

(e)

fil-paragrafu 5, “EUR 6 700” hija mibdula għal “EUR 6 900”.

(f)

il-paragrafu 6 huwa emendat kif ġej:

(i)

fl-ewwel subparagrafu, “EUR 32 000” hija mibdula għal “EUR 32 800”,

(ii)

fit-tieni subparagrafu, “EUR 8 000 sa EUR 23 900” hija mibdula għal “EUR 8 200 sa EUR 24 500”.

(4)

Fl-Artikolu 6, “EUR 40 100” hija mibdula għal “EUR 41 100”.

(5)

L-Artikolu 7 huwa emendat kif ġej:

(a)

fl-ewwel paragrafu, “EUR 66 700” hija mibdula għal “EUR 68 400”;

(b)

fit-tieni paragrafu, “EUR 20 100” hija mibdula għal “EUR 20 600”.

(6)

L-Artikolu 8 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

(i)

fit-tieni subparagrafu, “EUR 80 300” hija mibdula għal “EUR 82 400”,

(ii)

fit-tielet subparagrafu, “EUR 40 100” hija mibdula għal “EUR 41 100”,

(iii)

fir-raba’ subparagrafu, “EUR 20 100 sa EUR 60 200” hija mibdula għal “EUR 20 600 sa EUR 61 800”,

(iv)

fil-ħames subparagrafu, “EUR 10 000 sa EUR 30 100” hija mibdula għal “EUR 10 300 sa EUR 30 900”.

(b)

il-paragrafu 2 huwa emendat kif ġej:

(i)

fit-tieni subparagrafu, “EUR 267 400” hija mibdula għal “EUR 274 400”,

(ii)

fit-tielet subparagrafu, “EUR 133 800” hija mibdula għal “EUR 137 300”,

(iii)

fil-ħames subparagrafu, “EUR 2 900 sa EUR 230 500” hija mibdula għal “EUR 3 000 sa EUR 236 500”,

(iv)

fis-sitt subparagrafu, “EUR 2 900 sa EUR 115 400” hija mibdula għal “EUR 3 000 sa EUR 118 400”.

(c)

fil-paragrafu 3, “EUR 6 700” hija mibdula għal “EUR 6 900”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal applikazzjonijiet validi li huma pendenti fl-1 ta’ April 2013.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu japplika mill-1 ta’ April 2013.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Marzu 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 35, 15.2.1995, p. 1.

(2)  ĠU L 136, 30.4.2004, p. 1.


Top