EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013D1313

Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta’ Diċembru 2013 dwar Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili Test b’relevanza għaż-ŻEE

OJ L 347, 20.12.2013, p. 924–947 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 18/12/2023

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2013/1313/oj

20.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 347/924


DEĊIŻJONI Nru 1313/2013/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-17 ta’ Diċembru 2013

dwar Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 196 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz ta' att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (1),

Waqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja,

Billi:

(1)

Minħabba ż-żieda sinifikanti fl-għadd u l-gravità tad-diżastri naturali u dawk ikkawżati mill-bniedem fl-aħħar snin u f'sitwazzjoni fejn diżastri fil-futur se jkunu aktar estremi u kumplessi b'konsegwenzi estensivi u fuq żmien itwal bħala riżultat, b'mod partikolari, tat-tibdil fil-klima u l-interazzjoni potenzjali bejn diversi perikli naturali u teknoloġiċi, approċċ integrat lejn il-ġestjoni tad-diżastri kull ma jmur qed isir aktar importanti. L-Unjoni Ewropea għandha tippromwovi s-solidarjetà u għandha tappoġġa, tikkomplementa u tiffaċilita l-koordinazzjoni tal-azzjonijiet tal-Istati Membri fil-qasam tal-protezzjoni ċivili bil-għan li jkun hemm titjib fl-effikaċja ta' sistemi għall-prevenzjoni, it-tħejjija u r-reazzjoni għad-diżastri naturali u dawk ikkawżati mill-bniedem.

(2)

Mekkaniżmu Komunitarju tal-Protezzjoni Ċivili ġie stabbilit permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/792/KE, Euratom (2), riformulat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/779/KE, Euratom. L-iffinanzjar ta' dak il-Mekkaniżmu ġie żgurat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/162/KE, Euratom (3), li stabbilixxiet Strument Finanzjarju tal-Protezzjoni Ċivili ("l-Istrument Finanzjarju"). Hija tipprovdi li tingħata għajnuna finanzjarja mill-Unjoni, kemm bħala kontribut għat-titjib fl-effikaċja tar-reazzjoni għal emerġenzi ewlenin kif ukoll għat-tisħiħ ta' miżuri ta' prevenzjoni u tħejjija għat-tipi kollha ta' emerġenzi, inkluża l-kontinwazzjoni ta' miżuri li ttieħdu qabel skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/847/KE (4). L-Istrument Finanzjarju jiskadi fil-31 ta' Diċembru 2013.

(3)

Il-protezzjoni li għandha tiġi żgurata taħt il-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili (il-"Mekkaniżmu tal-Unjoni") għandha primarjament tkopri l-persuni, imma wkoll l-ambjent u l-proprjetà, inkluż il-wirt kulturali, kontra kull tip ta' diżastru naturali u dak ikkawżat mill-bniedem, inklużi diżastri ambjentali, tniġġis tal-baħar u emerġenzi akuti tas-saħħa, li jseħħu ġewwa jew barra l-Unjoni. L-għajnuna tal-protezzjoni ċivili u kwalunkwe għajnuna oħra f'emerġenza skont il-Mekkaniżmu tal-Unjoni tista' tkun meħtieġa f'dawk id-diżastri kollha biex tikkomplementa l-kapaċitajiet ta’ reazzjoni tal-pajjiż affettwat. Rigward diżastri kkawżati minn atti terroristiċi, jew minn inċidenti nukleari jew radjoloġiċi, il-Mekkaniżmu tal-Unjoni għandu jkopri biss l-azzjonijiet ta' tħejjija u ta' reazzjoni fil-qasam tal-protezzjoni ċivili.

(4)

Il-Mekkaniżmu tal-Unjoni għandu jikkontribwixxi wkoll għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 222 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) billi jagħmel ir-riżorsi u l-kapaċitajiet tiegħu disponibbli skont kif ikun meħtieġ.

(5)

Il-Mekkaniżmu tal-Unjoni jikkostitwixxi espressjoni viżibbli ta' solidarjetà Ewropea billi jiżgura kontribut prattiku u f'waqtu għall-prevenzjoni u għat-tħejjija għal diżastri u r-reazzjoni għad-diżastri u d-diżastri imminenti mingħajr preġudizzju għall-prinċipji gwida u arranġamenti rilevanti fil-qasam tal-protezzjoni ċivili. Għalhekk, din id-Deċiżjoni ma għandhiex taffettwa d-drittijiet u l-obbligi reċiproċi tal-Istati Membri fit-trattati bilaterali jew multilaterali, li jirreferu għall-materji koperti b’din id-Deċiżjoni, u lanqas ir-responsabbiltà tal-Istati Membri biex jipproteġu persuni, l-ambjent, u l-proprjetà fit-territorju tagħhom.

(6)

Il-Mekkaniżmu tal-Unjoni għandu jikkunsidra b'mod xieraq il-liġi rilevanti tal-Unjoni u l-impenji internazzjonali, u jagħmel l-aħjar użu minn sinerġiji permezz ta' inizjattivi rilevanti tal-Unjoni, bħall-programm Ewropew ta' Osservazzjoni tad-Dinja (Copernicus), il-Programm Ewropew għall-Ħarsien tal-Infrastruttura Kritika (EPCIP) u l-Ambjent Komuni għall-Iskambju tal-Informazzjoni (CISE).

(7)

Ir-rwol tal-awtoritajiet reġjonali u lokali fil-ġestjoni tad-diżastri huwa ta' importanza kbira. Jeħtieġ għalhekk li l-awtoritajiet reġjonali u lokali jkunu involuti b'mod xieraq fl-attivitajiet li jsiru taħt din id-Direttiva skont l-istrutturi nazzjonali tal-Istati Membri.

(8)

Il-prevenzjoni hija ta' importanza kruċjali għall-protezzjoni kontra d-diżastri u tirrikjedi aktar azzjoni kif mitlub fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 2009 u fir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Settembru 2010 dwar il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni intitolata "Approċċ Komunitarju dwar il-prevenzjoni tad-diżastri naturali u dawk ikkawżati mill-bniedem". Il-Mekkaniżmu tal-Unjoni għandu jinkludi qafas ġenerali ta' politika għal azzjonijiet tal-Unjoni rigward il-prevenzjoni tar-riskju tad-diżastri mmirat għall-ksib ta' livell ogħla ta' protezzjoni u reżiljenza kontra d-diżastri bil-prevenzjoni jew it-tnaqqis tal-effetti tagħhom u bit-trawwim ta' kultura ta' prevenzjoni, inkluż kont debitu tal-impatt probabbli tat-tibdil fil-klima u l-ħtieġa għal azzjoni xierqa ta' adattament. Minn din il-perspettiva, il-valutazzjonijiet tar-riskju, l-ippjanar tal-ġestjoni tar-riskju, il-valutazzjoni tal-kapaċità ta' ġestjoni tar-riskju mwettqa minn kull Stat Membru f'livell nazzjonali jew f'livell subnazzjonali xieraq li tinvolvi, kif ikun meħtieġ, servizzi rilevanti oħra, perspettiva tar-riskji mħejjija fil-livell tal-Unjoni u evalwazzjoni bejn il-pari huma essenzjali biex jiżguraw approċċ integrat għal ġestjoni ta' diżastri, bir-rabta bejn azzjonijiet ta' prevenzjoni tar-riskju, ta' tħejjija u ta' reazzjoni. Għalhekk, il-Mekkaniżmu tal-Unjoni għandu jinkludi qafas ġenerali għall-kondiviżjoni ta' informazzjoni dwar ir-riskji u l-kapaċitajiet ta' ġestjoni tar-riskju mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 346 tat-TFUE, li jiżgura li l-ebda Stat Membru ma għandu jkun obbligat jipprovdi informazzjoni li huwa jqis li l-iżvelar tagħha jmur kontra l-interessi essenzjali tas-sigurtà tiegħu.

(9)

Permezz tal-kontribuzzjoni għall-iżvilupp ulterjuri u l-integrazzjoni aħjar ta' sistemi transnazzjonali ta' individwazzjoni u sistemi ta' twissija u ta' allarm bikrija li jkunu ta' interess Ewropew, l-Unjoni għandha tgħin lill-Istati Membri jnaqqsu kemm jista' jkun il-ħin meħtieġ ta' reazzjoni għad-diżastri u jwissu liċ-ċittadini tal-Unjoni. Tali sistemi għandhom iqisu u jibnu fuq is-sorsi u s-sistemi eżistenti u futuri ta' informazzjoni, filwaqt li jinkoraġġixxu teknoloġiji rilevanti ġodda.

(10)

Il-Mekkaniżmu tal-Unjoni għandu jinkludi qafas ġenerali ta' politika mmirat biex kontinwament itejjeb il-livell ta' tħejjija tas-sistemi ta' protezzjoni ċivili, is-servizzi, il-persunal tagħhom u l-popolazzjoni ġewwa l-Unjoni. Dan għandu jinkludi programm ta' eżerċizzji, programm ta' tagħlimiet meħuda kif ukoll programmi u netwerk ta' taħriġ, fil-livell tal-Unjoni u tal-Istat Membru, rigward il-prevenzjoni tad-diżastri, u t-tħejjija u r-reazzjoni għalihom kif mitlub fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill tas-27 ta' Novembru 2008 dwar arranġamenti Ewropej ta' taħriġ għall-ġestjoni tad-diżastri.

(11)

L-iżvilupp ta’ moduli tal-intervent ta' għajnuna tal-protezzjoni ċivili, li jkunu magħmulin mir-riżorsi ta’ Stat Membru wieħed jew aktar, li jimmiraw li jkunu kompletament interoperabbli, għandu jiġi segwit sabiex tissaħħaħ il-kooperazzjoni fil-qasam tal-protezzjoni ċivili u tkompli tiġi żviluppata r-reazzjoni rapida kkoordinata u konġunta tal-Istati Membri. Il-moduli għandhom ikunu organizzati fil-livell tal-Istati Membri u jkunu soġġetti għal kmand u l-kontroll tagħhom.

(12)

Il-Mekkaniżmu tal-Unjoni għandu jiffaċilita l-mobilizzazzjoni u l-koordinazzjoni ta' interventi ta' għajnuna. Il-Mekkaniżmu tal-Unjoni għandu jkun ibbażat fuq struttura tal-Unjoni li tikkonsisti f'Ċentru ta' Koordinazzjoni tar-Reazzjoni f'każ ta' Emerġenza (ERCC), Kapaċità Ewropea ta’ Reazzjoni f'każ ta' Emerġenza (EERC) fil-forma ta' konsorzju volontarju ta' kapaċitajiet impenjati minn qabel mill-Istati Membri, esperti mħarrġa, Sistema Komuni ta' Komunikazzjoni u Informazzjoni f'każ ta' Emerġenza (CECIS) ġestita mill-Kummissjoni u punti ta' kuntatt fl-Istati Membri. Hija għandha tipprovdi qafas għall-ġbir ta' informazzjoni vvalidata dwar is-sitwazzjoni, għad-diffużjoni fost l-Istati Membri u għall-qsim ta’ lezzjonijiet meħuda mill-interventi.

(13)

Sabiex jittejjeb l-ippjanar tal-operazzjonijiet ta' reazzjoni għad-diżastri skont il-Mekkaniżmu tal-Unjoni u tittejjeb id-disponibbiltà ta' kapaċitajiet prinċipali, jeħtieġ li tiġi żviluppata EERC fil-forma ta' konsorzju volontarju ta' kapaċitajiet impenjati minn qabel mill-Istati Membri u proċess strutturat biex jiġu identifikati l-lakuni potenzjali fil-kapaċitajiet.

(14)

Fir-rigward tal-interventi ta' għajnuna bħala reazzjoni għad-diżastri 'l barra mill-Unjoni, il-Mekkaniżmu tal-Unjoni għandu jiffaċilita u jappoġġa azzjonijiet meħuda mill-Istati Membri u l-Unjoni bħala entità sħiħa sabiex tiġi promossa l-konsistenza f'ħidma internazzjonali tal-protezzjoni ċivili. In-Nazzjonijiet Uniti, fil-każijiet fejn tkun preżenti, għandha rwol ta’ koordinament globali għall-operazzjonijiet ta’ għajnuna fil-pajjiżi terzi. L-għajnuna pprovduta skont il-Mekkaniżmu tal-Unjoni għandha tiġi kkoordinata man-Nazzjonijiet Uniti u ma' atturi internazzjonali oħra rilevanti biex tkabbar kemm jista' jkun l-użu tar-riżorsi disponibbli u tevita kwalunkwe duplikazzjoni inutli tal-isforzi. Il-koordinazzjoni mtejba tal-għajnuna fil-protezzjoni ċivili permezz tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni hija prerekwiżit għall-appoġġ tal-isforz ta' koordinazzjoni globali u l-iżgurar ta’ kontribut komprensiv tal-Unjoni għall-isforz globali ta’ għajnuna. F'diżastri fejn l-għajnuna tingħata kemm taħt il-Mekkaniżmu tal-Unjoni kif ukoll taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/96 (5), il-Kummissjoni għandha tiżgura l-effikaċja, il-koerenza u l-komplementarjetà tar-reazzjoni komprensiva tal-Unjoni, fir-rigward tal-Kunsens Ewropew dwar l-Għajnuna Umanitarja (6).

(15)

Jeħtieġ li jittejbu d-disponibbiltà u l-aċċessibbiltà ta’ mezzi adegwati tat-trasport biex jiġi appoġġat l-iżvilupp ta’ kapaċità ta’ reazzjoni rapida fuq il-livell tal-Unjoni. L-Unjoni għandha tappoġġa u tikkomplementa l-isforzi tal-Istati Membri billi tiffaċilita l-koordinazzjoni u l-ġbir flimkien tar-riżorsi tat-trasport u billi tikkontribwixxi, fejn meħtieġ, għall-iffinanzjar ta' mezzi addizzjonali ta' trasport, soġġetti għal ċerti kriterji u b'kont meħud tas-sistemi eżistenti.

(16)

Interventi ta' għajnuna għandhom ikunu mmexxija mit-talbiet u soġġetti għal koordinazzjoni sħiħa fuq il-post sabiex tinkiseb l-akbar effikaċja possibbli u jkun żgurat l-aċċess għal popolazzjonijiet affettwati. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi appoġġ loġistiku xieraq għat-timijiet ta' esperti mibgħuta.

(17)

Il-Mekkaniżmu tal-Unjoni jista' jintuża wkoll biex jipprovdi appoġġ ta' protezzjoni ċivili lill-għajnuna konsulari għaċ-ċittadini tal-Unjoni f'każijiet ta' diżastri f'pajjiżi terzi, jekk dan jintalab mill-awtoritajiet konsulari tal-Istati Membri kkonċernati. L-Istati Membri kkonċernati għandhom, kull fejn possibbli, jikkoordinaw tali talbiet bejniethom u ma' atturi rilevanti oħra biex jiżguraw l-aħjar użu mill-Mekkaniżmu tal-Unjoni u jevitaw diffikultajiet prattiċi fuq il-post. Dan l-appoġġ jista' jintalab pereżempju mill-"Istat Mexxej" jew l-Istat Membru li qed jikkoordina l-għajnuna għaċ-ċittadini kollha tal-Unjoni. Il-kunċett tal-"Istat Mexxej" għandu jinftiehem skont il-linji gwida tal-Unjoni Ewropea dwar l-implimentazzjoni tal-kunċett tal-Istat Mexxej konsulari (7). Din id-Deċiżjoni tapplika mingħajr preġudizzju għar-regoli tal-Unjoni dwar il-protezzjoni konsulari għaċ-ċittadini tal-Unjoni barra minn pajjiżhom.

(18)

Meta jiġu ppjanati operazzjonijiet ta' reazzjoni, huwa utli li jinżammu ukoll kuntatti ma' organizzazzjonijiet mhux governattivi rilevanti u entitajiet rilevanti oħra biex tiġi identifikata kwalunkwe kapaċità ta' reazzjoni oħra li jista' jkun li ssir disponibbli f'każ ta' diżastri permezz tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri.

(19)

L-użu ta’ mezzi militari taħt tmexxija ċivili bħala l-aħħar rimedju jista' jikkostitwixxi kontribut importanti għar-reazzjoni għad-diżastri. Meta l-użu ta’ kapaċitajiet militari għall-appoġġ ta' operazzjonijiet ta' protezzjoni ċivili jitqies xieraq, il-kooperazzjoni mal-persunal militari għandha ssegwi l-modalitajiet, il-proċeduri u l-kriterji stabbiliti mill-Kunsill jew mill-korpi kompetenti tiegħu biex il-kapaċitajiet militari rilevanti għall-protezzjoni ċivili jkunu disponibbli għall-Mekkaniżmu tal-Unjoni u għandha tkun konformi mal-linji gwida internazzjonali rilevanti.

(20)

Meta l-għajnuna taħt il-Mekkaniżmu tal-Unjoni tikkontribwixxi għal reazzjoni umanitarja tal-Unjoni, partikolarment f'emerġenzi kumplessi, l-azzjonijiet li jirċievu assistenza finanzjarja skont din id-Deċiżjoni għandhom ikunu konsistenti mal-prinċipji umanitarji u l-prinċipji dwar l-użu tal-protezzjoni ċivili u tar-riżorsi militari stabbiliti fil-Kunsens Ewropew dwar l-Għajnuna Umanitarja.

(21)

Għandha tkun possibbli l-parteċipazzjoni ta' pajjiżi tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (EFTA) li huma membri taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE), tal-pajjiżi aderenti, tal-pajjiżi kandidati u tal-kandidati potenzjali. Il-pajjiżi kandidati u l-kandidati potenzjali li ma jipparteċipawx fil-Mekkaniżmu tal-Unjoni, kif ukoll il-pajjiżi li huma parti mill-Politika Ewropea tal-Viċinat (PEV), għandhom jibbenefikaw ukoll minn ċerti azzjonijiet iffinanzjati skont din id-Deċiżjoni.

(22)

Sabiex ikunu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni, il-Kummissjoni għandha tingħata setgħat ta' implimentazzjoni fir-rigward tal-interazzjoni tal-ERCC mal-punti ta' kuntatt tal-Istati Membri u l-proċeduri operazzjonali għar-reazzjoni għad-diżastri ġewwa u barra l-Unjoni; il-komponenti taċ-CECIS u l-organizzazzjoni tal-kondiviżjoni tal-informazzjoni permezz taċ-CECIS; il-proċess għall-istazzjonar ta' timijiet ta' esperti; l-identifikazzjoni ta' moduli, kapaċitajiet oħra ta' reazzjoni u esperti; ir-rekwiżiti operazzjonali għall-funzjonament u l-interoperabbiltà tal-moduli; il-miri tal-kapaċità, ir-rekwiżiti rigward kwalità u interoperabbiltà u l-proċedura ta' ċertifikazzjoni u reġistrazzjoni meħtieġa għall-funzjonament tal-EERC, kif ukoll arranġamenti finanzjarji; l-identifikazzjoni u t-tnaqqis tal-lakuni fl-EERC; l-organizzazzjoni ta' programm ta' taħriġ, qafas ta' eżerċizzju u programm tat-tagħlimiet meħuda; u l-organizzazzjoni tal-appoġġ għat-trasport ta' assistenza. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8).

(23)

Il-proċedura ta' eżami għandha tintuża għall-adozzjoni tal-atti ta’ implimentazzjoni provduti f'din id-Deċiżjoni.

(24)

Din id-Deċiżjoni ssaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-Unjoni u l-Istati Membri u tiffaċilita l-koordinazzjoni fil-qasam tal-protezzjoni ċivili, billi tippermetti azzjonijiet aktar effikaċi minħabba l-iskala u l-komplementarjetà. Fejn il-kapaċitajiet ta’ reazzjoni ta’ Stat Membru ma jkunux jistgħu jlaħħqu ma’ diżastru, dak l-Istat jista' jiddeċiedi li jagħmel appell għall-Mekkaniżmu tal-Unjoni biex jikkomplementa r-riżorsi tiegħu stess tal-protezzjoni ċivili u riżorsi oħra ta' reazzjoni għad-diżastri.

(25)

Billi l-objettivi ta' din id-Direttiva ma jistax jinkiseb b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda pjuttost jista', minħabba l-iskala jew l-effetti, jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Deċiżjoni ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jintlaħaq dawk l-objettivi.

(26)

Din id-Deċiżjoni ma taffettwax azzjonijiet li jaqgħu taħt att leġislattiv tal-Unjoni futur dwar l-istabbiliment ta' strument għall-istabbiltà], il-miżuri dwar is-saħħa pubblika adottati taħt l-atti legali tal-Unjoni li jikkonċernaw programmi ta' azzjoni tal-Unjoni fil-qasam tas-saħħa, u lanqas il-miżuri għas-sigurtà tal-konsumatur adottati taħt att leġislattiv tal-Unjoni futur dwar programm għall-konsumatur għall-perijodu 2014-2020.

(27)

Għal raġunijiet ta' koerenza, l-azzjonijiet li jaqgħu taħt id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/124/KE, Euratom (9) u taħt att leġislattiv tal-Unjoni futur dwar l-istabbiliment, bħala parti mill-Fond tas-Sigurtà Interna, tal-istrument għall-appoġġ finanzjarju appoġġ finanzjarju għall-kooperazzjoni tal-pulizija, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità u l-ġestjoni ta' kriżijiet jew li huma relatati maż-żamma tal-ordni pubbliku u s-salvagwardja tas-sigurtà interna mhumiex koperti minn din id-Deċiżjoni. Din id-Deċiżjoni m'għandhiex tapplika għal attivitajiet koperti mir-Regolament (KE) Nru 1257/96.

(28)

Id-dispożizzjonijiet ta' din id-Deċiżjoni huma mingħajr preġudizzju għall-adozzjoni ta' atti legalment vinkolanti skont it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika, li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-emerġenzi f'każ ta' diżastri nukleari jew radjoloġiċi.

(29)

Din id-Deċiżjoni tkopri azzjonijiet fil-qasam tal-prevenzjoni tat-tniġġis tal-baħar, u t-tħejjija u r-reazzjoni għalih bl-eċċezzjoni ta' azzjonijiet li jaqgħu taħt ir-Regolament (KE) Nru 1406/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10).

(30)

Sabiex il-Kummissjoni tiżgura l-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni, il-Kummissjoni tista' tiffinanzja dawk attivitajiet relatati mat-tħejjija, il-monitoraġġ, il-kontroll, il-verifika u l-evalwazzjoni li huma meħtieġa għall-ġestjoni tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni u għall-ksib tal-objettivi tiegħu.

(31)

Ir-rimborż ta' spejjeż u l-għoti ta' kuntratti ta' akkwist pubbliku u ta' għotjiet taħt din id-Deċiżjoni għandu jiġi implimentat skont ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11). Minħabba n-natura speċifika tal-azzjoni fil-qasam tal-protezzjoni ċivili, huwa xieraq li jiġi previst li jistgħu jingħataw għotjiet lil persuni legali rregolati bid-dritt privat jew pubbliku. Huwa wkoll importanti li r-regoli tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 jiġu osservati, b'mod partikolari fir-rigward tal-prinċipji ta' ekonomija, effiċjenza u effikaċja stabbiliti fih.

(32)

L-interessi finanzjarji tal-Unjoni għandhom jiġu mħarsa permezz ta’ miżuri proporzjonati matul iċ-ċiklu tal-infiq kollu kemm hu, li jinkludu l-prevenzjoni, l-individwazzjoni u l-investigazzjoni ta’ irregolaritajiet, l-irkupru ta’ fondi mitlufa, indebitament imħallsa jew użati b’mod mhux korrett u, fejn xieraq, penali amministrattivi u finanzjarji f'konformità mar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012.

(33)

Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi pakkett finanzjarju għad-durata sħiħa tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni li għandu jikkostitwixxi l-ammont primarju ta' referenza, fis-sens tal-Punt 17 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta’ Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja, dwar il-kooperazzjoni fi kwistjonijiet baġitarji u dwar il-ġestjoni finanzjarja tajba (12), għall-Parlament Ewropew u l-Kunsill matul il-proċedura baġitarja annwali. Dan l-ammont ta' referenza huwa parzjalment iffinanzjat mill-Intestatura 3 "Sigurtà u Ċittadinanza" u parzjalment mill-Intestatura 4 "Ewropa Globali" tal-qafas finanzjarju pluriennali 2014-2020.

(34)

Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni għandu jiġi allokat skont il-perċentwali stipulati fl-Anness I.

(35)

Sabiex tirrevedi l-mod kif jitqassam il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni sat-30 ta' Ġunju 2017, fid-dawl tal-eżitu tal-evalwazzjoni interim, is-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-TFUE għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni. Il-proċedura ta' urġenza għandha tapplika jekk, fi kwalunkwe mument, tkun meħtieġa reviżjoni immedjata tar-riżorsi baġitarji disponibbli għal azzjonijiet ta' reazzjoni. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni tagħmel konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell ta' esperti. Il-Kummissjoni, meta tkun qiegħda tħejji u tfassal atti ddelegati, għandha tiżgura t-trasmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa tad-dokumenti relevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(36)

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2014 peress li hija relatata mal-qafas finanzjarju pluriennali 2014-2020,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

KAPITOLU I

OBJETTIVI ĠENERALI U SPEĊIFIĊI, SUĠĠETT, KAMP TA' APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET

Artikolu 1

Objettiv ġenerali u suġġett

1.   Il-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili (il-"Mekkaniżmu tal-Unjoni") għandu jimmira li jsaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-Unjoni u l-Istati Membri u li jiffaċilita l-koordinazzjoni fil-qasam tal-protezzjoni ċivili sabiex itejjeb l-effikaċja tas-sistemi għall-prevenzjoni, it-tħejjija u r-reazzjoni għad-diżastri naturali u dawk ikkawżati mill-bniedem.

2.   Il-protezzjoni li għandha tiġi żgurata taħt il-Mekkaniżmu tal-Unjoni għandha primarjament tkopri l-persuni, imma wkoll l-ambjent u l-proprjetà, inkluż il-wirt kulturali, kontra kull tip ta' diżastru naturali u dawk ikkawżati mill-bniedem, inklużi l-konsegwenzi ta' atti terroristiċi u ta' diżastri teknoloġiċi, radjoloġiċi jew ambjentali, tniġġis tal-baħar u emerġenzi akuti tas-saħħa, li jseħħu ġewwa jew barra l-Unjoni. Fil-każ tal-konsegwenzi ta' atti terroristiċi jew diżastri radjoloġiċi, il-Mekkaniżmu tal-Unjoni jista' jkopri biss l-azzjonijiet ta' tħejjija u ta' reazzjoni.

3.   Il-Mekkaniżmu tal-Unjoni għandu jippromwovi s-solidarjetà bejn l-Istati Membri permezz ta' kooperazzjoni u koordinazzjoni prattiċi, mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà primarja tal-Istati Membri li jħarsu l-persuni, l-ambjent u l-proprjetà, inkluż il-wirt kultural,i fit-territorju tagħhom kontra diżastri u li jipprovdu kapaċitajiet suffiċjenti lis-sistemi tagħhom ta' ġestjoni tad-diżastri biex jippermettulhom ilaħħqu b'mod adegwat u konsistenti ma' diżastri ta' natura u skala li jistgħu raġonevolment jistennew u jkunu ppreparati għalihom.

4.   Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi r-regoli ġenerali għall-Mekkaniżmu tal-Unjoni u r-regoli għall-għoti ta' assistenza finanzjarja taħt il-Mekkaniżmu tal-Unjoni.

5.   Il-Mekkaniżmu tal-Unjoni ma għandu jaffettwa bl-ebda mod l-obbligi taħt l-atti legali rilevanti eżistenti tal-Unjoni, taħt it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika jew taħt ftehimiet internazzjonali eżistenti.

6.   Din id-Deċiżjoni ma għandhiex tapplika għall-azzjonijiet imwettqa skont ir-Regolament (KE) Nru 1257/96, ir-Regolament (KE) Nru 1406/2002, ir-Regolament (KE) Nru 1717/2006, id-Deċiżjoni Nru 1082/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13) jew leġislazzjoni tal-Unjoni li tikkonċerna programmi ta' azzjoni fl-oqsma tas-saħħa, tal-affarijiet interni u tal-ġustizzja.

Artikolu 2

Kamp ta' applikazzjoni

1.   Din id-Deċiżjoni għandha tapplika għall-kooperazzjoni fil-qasam tal-protezzjoni ċivili. Tali kooperazzjoni għandha tinkludi:

(a)

azzjonijiet ta' prevenzjoni u tħejjija fl-Unjoni u, sa fejn huma kkonċernati l-Artikoli 5(2) u 13(3) u 28, anke barra l-Unjoni; u

(b)

azzjonijiet ta' għajnuna għar-reazzjoni għal konsegwenzi avversi immedjati ta' diżastru ġewwa jew barra l-Unjoni, inklużi fil-pajjiżi msemmija fl-Artikolu 28(1), wara talba għall-għajnuna permezz tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni.

2.   Din id-Deċiżjoni għandha tikkunsidra l-ħtiġijiet speċjali tar-reġjuni jew l-gżejjer iżolati, l-aktar periferiċi u oħrajn tal-Unjoni f'termini ta' prevenzjoni tad-diżastri, u tħejjija u reazzjoni għalihom kif ukoll il-ħtiġijiet speċjali ta' pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej f'termini ta' reazzjoni għad-diżastri.

Artikolu 3

Objettivi speċifiċi

1.   Il-Mekkaniżmu tal-Unjoni għandu jappoġġa, jikkomplementa u jiffaċilita l-koordinazzjoni tal-azzjoni tal-Istati Membri fl-insegwiment tal-objettivi speċifiċi komuni li ġejjin:

(a)

li jinkiseb livell għoli ta' protezzjoni kontra d-diżastri bil-prevenzjoni jew it-tnaqqis tal-effetti potenzjali tagħhom, billi titħaddan kultura ta' prevenzjoni u billi tittejjeb il-kooperazzjoni bejn il-protezzjoni ċivili u servizzi rilevanti oħrajn;

(b)

li titjieb it-tħejjija fil-livell tal-Istati Membri u tal-Unjoni għal reazzjoni ta' diżastru;

(c)

li tiġi ffaċilitata reazzjoni rapida u effiċjenti fil-każ ta' diżastri jew diżastri imminenti; u

(d)

li tiżdied is-sensibilizzazzjoni u t-tħejjija tal-pubbliku għad-diżastri.

2.   Għandhom jintużaw indikaturi għall-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-reviżjoni kif xieraq tal-applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni. Dawk l-indikaturi għandhom ikunu:

(a)

il-progress fl-implimentazzjoni tal-qafas ta' prevenzjoni tad-diżastri li jitkejjel bl-għadd ta' Stati Membri li jkunu qiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni sommarju tal-valutazzjonijiet tar-riskju u valutazzjoni tal-kapaċità ta' ġestjoni tar-riskju tagħhom kif imsemmi fl-Artikolu 6;

(b)

il-progress fiż-żieda tal-livell ta' tħejjija għal diżastri mkejjel bil-kwantità ta' kapaċitajiet ta' reazzjoni inklużi fil-konsorzju volontarju fir-rigward tal-miri tal-kapaċità msemmija fl-Artikolu 11 u l-għadd ta' moduli rreġistrati fiċ-CECIS;

(c)

il-progress fit-titjib tar-reazzjoni għad-diżastri: imkejla bil-ħeffa ta' interventi skont il-Mekkaniżmu tal-Unjoni u l-livell sa fejn l-għajnuna tikkontribwixxi għall-ħtiġijiet fuq il-post; u

(d)

il-progress fiż-żieda tas-sensibilizzazzjoni pubblika u tal-istat ta' tħejjija għal diżastri mkejla bil-livell ta' sensibilizzazzjoni taċ-ċittadini tal-Unjoni dwar ir-riskji fir-reġjun tagħhom.

Artikolu 4

Definizzjonijiet

Għall-fini ta’ din id-Deċiżjoni, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

1.

'diżastru' tfisser kwalunkwe sitwazzjoni li jkollha jew li jista' jkollha impatt sever fuq il-persuni, l-ambjent, jew il-proprjetà, inkluż il-wirt kulturali;

2.

'reazzjoni' tfisser kwalunkwe azzjoni meħuda fuq talba għal għajnuna taħt il-Mekkaniżmu tal-Unjoni fl-eventwalità ta' diżastru imminenti, jew waqt jew wara diżastru, biex jiġu indirizzati l-konsegwenzi avversi immedjati tiegħu;

3.

'tħejjija' tfisser stat ta’ prontezza u kapaċità bħala riżultat tal-azzjoni meħuda minn qabel ta’ mezzi, strutturi, komunitajiet u organizzazzjonijiet umani u materjali li jippermettilhom jiżguraw reazzjoni rapida u effettiva għal diżastru, miksub b'riżultat tal-azzjoni meħuda minn qabel;

4.

'prevenzjoni' tfisser kwalunkwe azzjoni mmirata biex tnaqqas ir-riskji jew ittaffi l-konsegwenzi avversi ta' diżastru għall-persuni, l-ambjent u l-proprjetà, inkluż il-wirt kulturali;

5.

'twissija bikrija' tfisser l-għoti fil-ħin u effikaċi ta’ informazzjoni li tippermetti li tittieħed azzjoni biex tevita jew tnaqqas ir-riskji u l-impatti avversi ta' diżastru u biex tiffaċilita stat ta' tħejjija għal reazzjoni effettiva;

6.

'modulu' tfisser arranġament awtosuffiċjenti u awtonomu ibbażat fuq kompiti u ħtiġijiet u definit minn qabel tal-kapaċitajiet tal-Istati Membri jew tim mobbli operazzjonali tal-Istati Membri, li jirrappreżenta taħlita ta’ mezzi umani u materjali, li jista' jkun deskritt f'termini tal-kapaċità tiegħu għal intervent jew tal- kompitu/i li huwa kapaċi jwettaq;

7.

'valutazzjoni tar-riskju' tfisser il-proċess transsettorjali globali ta' identifikazzjoni tar-riskji, analiżi tar-riskji, u evalwazzjoni tar-riskji li jsir fuq livell nazzjonali jew livell subnazzjonali adatt;

8.

'kapaċità ta' ġestjoni tar-riskju' tfisser il-kapaċità ta' Stat Membru jew ir-reġjuni tiegħu li jnaqqsu jew itaffu r-riskji, (impatti u probabbiltà ta' diżastru), identifikati fil-valutazzjonijiet tiegħu tar-riskju għal livelli li huma aċċettabbli f'dak l-Istat Membru. Il-kapaċità ta' ġestjoni tar-riskju tiġi vvalutata f'termini tal-kapaċità teknika, finanzjarja u amministrattiva biex twettaq:

(a)

valutazzjonijiet tar-riskju adegwati;

(b)

ippjanar tal-ġestjoni tar-riskju għal prevenzjoni u stat ta' tħejjija adegwat; u

(c)

miżuri ta' prevenzjoni tar-riskji u stat ta' tħejjija adegwati;

9.

'appoġġ tal-istat ospitanti' tfisser kwalunkwe azzjoni meħuda fil-fażijiet ta' tħejjija u reazzjoni mill-pajjiż li jirċievi jew jibgħat għajnuna, jew mill-Kummissjoni, biex jitneħħew ostakoli prevedibbli għal għajnuna internazzjonali offruta permezz tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni. Dan jinkludi appoġġ mill-Istati Membri biex jiġi ffaċilitat it-tranżitu ta' din l-għajnuna mit-territorju tagħhom;

10.

'kapaċità ta' reazzjoni' tfisser għajnuna li tista' tiġi pprovduta permezz tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni fuq talba;

11.

'appoġġ loġistiku' tfisser it-tagħmir jew servizzi essenzjali meħtieġa sabiex it-timijiet ta' esperti msemmija fl-Artikolu 17(1) iwettqu l-kompiti tagħhom, fosthom il-komunikazzjoni, l-akkomodazzjoni temporanja, l-ikel u t-trasport fil-pajjiż.

KAPITOLU II

PREVENZJONI

Artikolu 5

Azzjonijiet preventivi

1.   Sabiex jiġu sodisfatti l-objettivi ta' prevenzjoni u jitwettqu l-azzjonijiet ta' prevenzjoni, il-Kummissjoni għandha:

(a)

tieħu azzjoni biex ittejjeb il-bażi ta' għarfien fuq riskji ta' diżastru u tiffaċilita l-kondiviżjoni ta' għarfien, l-aħjar prattiki u l-informazzjoni, inkluż fost l-Istati Membri li jikkondividu riskji komuni;

(b)

tappoġġa u tippromwovi l-attività ta' valutazzjoni tar-riskju u tfassil ta' mapep mill-Istati Membri permezz tal-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki, u l-faċilitazzjoni tal-aċċess għal għarfien speċifiku u kompetenza esperta dwar kwistjonijiet ta' interess komuni;

(c)

tistabbilixxi u taġġorna regolarment perspettiva ġenerali u mappa transsettorjali tar-riskji ta' diżastri naturali jew dawk ikkawżati mill-bniedem li tista' tiffaċċja l-Unjoni, billi tieħu approċċ koerenti fl-oqsma ta' politika differenti li jistgħu jindirizzaw jew jaffettwaw il-prevenzjoni tad-diżastri u billi tieħu kont debitu tal-impatti possibbli tat-tibdil fil-klima;

(d)

tinkoraġġixxi skambju tal-aħjar prattiki dwar it-tħejjija ta' sistemi nazzjonali tal-protezzjoni ċivili biex ilaħħqu mal-impatt tat-tibdil fil-klima;

(e)

tippromwovi u tappoġġa l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-attività ta' ġestjoni tar-riskju mill-Istati Membri permezz tal-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki, u l-faċilitazzjoni tal-aċċess għal konoxxenza u kompetenza esperta speċifiċi dwar kwistjonijiet ta' interess komuni;

(f)

tikkompila u xxerred l-informazzjoni magħmula disponibbli mill-Istati Membri; torganizza skambju tal-esperjenzi dwar il-valutazzjoni tal-kapaċità ta' ġestjoni tar-riskju; tiżviluppa, flimkien mal-Istati Membri u sa tat-22 ta’ Diċembru 2014, linji gwida dwar il-kontenut, il-metodoloġija u l-istruttura ta' dawk il-valutazzjonijiet; u tiffaċilita l-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki fl-ippjanar tal-prevenzjoni u l-istat ta' tħejjija, inkluż permezz ta' evalwazzjonijiet volontarji bejn il-pari;

(g)

tirrapporta perjodikament, skont l-iskadenzi stabbiliti fil-punt (c) tal-Artikolu 6, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-progress li jkun sar fl-implimentazzjoni tal-Artikolu 6;

(h)

tippromwovi l-użu ta' diversi fondi tal-Unjoni li jistgħu jappoġġaw il-prevenzjoni sostenibbli ta’ diżastri u tinkoraġġixxi lill-Istati Membri u lir-reġjuni biex jisfruttaw dawk l-opportunitajiet ta’ finanzjament;

(i)

tenfasizza l-importanza tal-prevenzjoni tar-riskji u tappoġġa lill-Istati Membri fis-sensibilizzazzjoni, l-informazzjoni u l-edukazzjoni tal-pubbliku;

(j)

tippromwovi miżuri ta' prevenzjoni fl-Istati Membri u fil-pajjiżi terzi msemmija fl-Artikolu 28, permezz tal-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki, u l-faċilitazzjoni tal-aċċess għal għarfien speċifiku u kompetenza esperta dwar kwistjonijiet ta' interess komuni; u

(k)

f'konsultazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri, tieħu aktar azzjoni preventiva ta' appoġġ u komplementari meħtieġa sabiex jinkiseb l-objettiv speċifikat fil-punt (a) tal-Artikolu 3(1).

2.   Fuq it-talba ta' Stat Membru, pajjiż terz jew in-Nazzjonijiet Uniti jew l-aġenziji tagħha, il-Kummissjoni tista' tistazzjona tim ta' esperti fuq il-post biex jipprovdi konsulenza dwar miżuri ta' prevenzjoni.

Artikolu 6

Ġestjoni tar-riskju

Sabiex jippromwovu approċċ effikaċi u koerenti għall-prevenzjoni tad-diżastri u l-istat ta' tħejjija għalihom billi jikkondividu informazzjoni mhux sensittiva, jiġifieri informazzjoni li l-iżvelar tagħha ma jmurx kontra l-interessi essenzjali tas-sigurtà tal-Istati Membri, u l-aħjar prattiki fil-Mekkaniżmu tal-Unjoni, l-Istati Membri għandhom:

(a)

jiżviluppaw valutazzjonijiet tar-riskju f'livell nazzjonali jew livell subnazzjonali adatt u jqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni sommarju tal-elementi rilevanti tagħhom sa tat-22 ta’ Diċembru 2015 u kull tliet snin wara dan;

(b)

jiżviluppaw u jirfinaw l-ippjanar tagħhom tal-ġestjoni tar-riskju ta' diżastru f'livell nazzjonali jew livell subnazzjonali adatt;

(c)

iqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni l-valutazzjoni tal-kapaċità tagħhom ta' ġestjoni tar-riskju f'livell nazzjonali jew f'livell subnazzjonali adatt kull tliet snin wara l-finalizzazzjoni tal-linji gwida rilevanti kif imsemmi fil-punt (f) tal-Artikolu 5(1) u kull meta jkun hemm bidliet importanti; u

(d)

jipparteċipaw, fuq bażi volontarja, f'evalwazzjonijiet bejn il-pari dwar il-valutazzjoni tal-kapaċità ta' ġestjoni tar-riskju.

KAPITOLU III

STAT TA' TĦEJJIJA

Artikolu 7

Ċentru ta' Koordinazzjoni tar-Reazzjoni f'każ ta' Emerġenza

Iċ-Ċentru ta' Koordinazzjoni tar-Reazzjoni f'każ ta' Emerġenza (ERCC) huwa b'dan stabbilit. L-ERCC għandu jiżgura kapaċità operazzjonali għal 24 siegħa kuljum u sebat ijiem fil-ġimgħa, u għandu jservi lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni fil-kisba tal-objettivi tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni.

Artikolu 8

Azzjonijiet ta' tħejjija ġenerali tal-Kummissjoni

Il-Kummissjoni għandha twettaq l-azzjonijiet ta' tħejjija li ġejjin:

(a)

tmexxi l-ERCC

(b)

tiġġestixxi Sistema Komuni ta’ Komunikazzjoni u Informazzjoni ta' Emerġenza (CECIS) biex tippermetti l-komunikazzjoni u l-kondiviżjoni tal-informazzjoni bejn l-ERCC u l-punti ta’ kuntatt tal-Istati Membri;

(c)

tikkontribwixxi għall-iżvilupp u l-integrazzjoni aħjar ta' sistemi transnazzjonali ta' individwazzjoni, twissija bikrija u allarm ta' interess Ewropew biex tippermetti reazzjoni rapida, u biex tippromwovi l-interkonnessjoni bejn is-sistemi nazzjonali ta' twissija bikrija u ta' allarm u l-konnessjoni tagħhom mal-ERCC u ċ-CECIS. Dawk is-sistemi għandhom jikkunsidraw u jibnu fuq sorsi u sistemi eżistenti u futuri ta' informazzjoni, monitoraġġ u individwazzjoni;

(d)

jistabbilixxu u jmexxu l-kapaċità li timmobilizza u tibgħat timijiet ta' esperti li jkunu responsabbli sabiex:

(i)

jivvalutaw il-ħtiġijiet li jistgħu possibbilment jiġu ttrattati bil-Mekkaniżmu tal-Unjoni fl-Istat li jitlob għal għajnuna,

(ii)

jiffaċilitaw, meta jkun meħtieġ, il-koordinazzjoni tal-għajnuna fil-post b'reazzjoni għad-diżastri u jżommu kuntatti mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat li jitlob għal għajnuna, u

(iii)

jappoġġaw lill-Istat li jagħmel it-talba b'kompetenza esperta dwar azzjonijiet ta' prevenzjoni, tħejjija jew reazzjoni;

(e)

tistabbilixxi u żżomm il-kapaċità li tipprovdi appoġġ loġistiku għal dawk it-timijiet ta' esperti;

(f)

tiżviluppa u żżomm netwerk ta' esperti mħarrġa tal-Istati Membri, li jistgħu jkunu disponibbli f'qasir żmien biex jgħinu lill-ERCC fil-monitoraġġ tal-informazzjoni u l-faċilitazzjoni tal-koordinazzjoni;

(g)

tiffaċilita l-koordinazzjoni tal-pożizzjonament minn qabel tal-kapaċitajiet ta' reazzjoni għad-diżastri tal-Istati Membri ġewwa l-Unjoni;

(h)

tappoġġa sforzi għat-titjib tal-interoperabilità tal-moduli u kapaċitajiet oħra ta' reazzjoni, billi tikkunsidra l-aħjar prattiki fil-livell tal-Istati Membri u fil-livell internazzjonali;

(i)

tieħu l-azzjonijiet meħtieġa, fl-ambitu tal-kompetenzi tagħha, biex tiffaċilita l-appoġġ tan-nazzjon ospitanti, li jinkludu li tiżviluppa u taġġorna flimkien mal-Istati Membri, linji gwida dwar l-appoġġ tan-nazzjon ospitanti, abbażi tal-esperjenza operazzjonali;

(j)

tappoġġa l-ħolqien ta' programmi ta' valutazzjoni volontarja bejn il-pari għall-istrateġiji ta' tħejjija tal-Istati Membri, ibbażati fuq kriterji predefiniti, li jippermettu li jiġu fformulati rakkomandazzjonijiet biex jissaħħaħ il-livell ta' tħejjija tal-Unjoni; u

(k)

f'konsultazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri, tieħu aktar azzjoni ta' tħejjija komplementari u ta' appoġġ meħtieġa sabiex jinkiseb l-objettiv speċifikat fil-punt (b) tal-Artikolu 3(1).

Artikolu 9

Azzjonijiet ta' tħejjija ġenerali tal-Istati Membri

1.   L-Istati Membri għandhom, fuq bażi volontarja, jaħdmu biex jiżviluppaw moduli, b'mod partikolari biex jissodisfaw il-ħtiġijiet ta’ intervent jew appoġġ ta' prijorità taħt il-Mekkaniżmu tal-Unjoni.

L-Istati Membri għandhom jidentifikaw, minn qabel, moduli, kapaċitajiet oħra ta' reazzjoni u esperti fi ħdan is-servizzi kompetenti tagħhom, b'mod partikolarifi ħdan is-servizzi ta' protezzjoni ċivili jew servizzi oħra ta' emerġenza tagħhom, li jistgħu jsiru disponibbli għal intervent fil-mument tat-talba permezz tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni. Huma għandhom jikkunsidraw li l-kompożizzjoni ta' moduli jew kapaċitajiet oħrajn ta' reazzjoni tista' tiddependi mit-tip ta' diżastru u mill-ħtiġijiet partikolari relatati mad-diżastru.

2.   Il-moduli għandhom ikunu magħmula mir-riżorsi ta' Stat Membru wieħed jew aktar u għandhom:

(a)

ikunu jistgħu jwettqu kompiti predefiniti fl-oqsma tar-reazzjoni f'konformità mal-linji gwida internazzjonali stabbiliti u għalhekk ikunu jistgħu:

(i)

jintbagħtu fi żmien qasir ħafna wara talba għal għajnuna permezz tal-ERCC; u

(ii)

jaħdmu b'mod awtosuffiċjenti u awtonomu għal perijodu ta' żmien speċifiku;

(b)

ikunu interoperabbli ma’ moduli oħra;

(c)

iwettqu taħriġ u eżerċizzji sabiex jissodisfaw ir-rekwiżit tal-interoperabbiltà;

(d)

jitqiegħdu taħt l-awtorità ta’ persuna li tkun responsabbli għall-operazzjoni tal-moduli; u

(e)

ikunu jistgħu jikkooperaw ma' korpi oħra tal-Unjoni u/jew istituzzjonijiet internazzjonali, b'mod partikolari n-Nazzjonijiet Uniti, kif ikun adatt.

3.   L-Istati Membri għandhom, fuq bażi volontarja, jidentifikaw, minn qabel, esperti li jkunu jistgħu jintbagħtu bħala membri ta' timijiet ta' esperti, kif speċifikat fil-punt (d) tal-Artikolu 8.

4.   L-Istati Membri għandhom jikkunsidraw li jipprovdu, kif ikun meħtieġ, kapaċitajiet oħra ta' reazzjoni, li jistgħu jkunu disponibbli mis-servizzi kompetenti, jew li jistgħu jiġu pprovduti minn organizzazzjonijiet mhux governattivi u entitajiet oħra rilevanti.

Kapaċitajiet oħra ta' reazzjoni jistgħu jinkludu riżorsi minn Stat Membru wieħed jew aktar u, fejn ikun adatt, għandhom:

(a)

ikunu jistgħu jwettqu kompiti fl-oqsma tar-reazzjoni f'konformità mal-linji gwida internazzjonali stabbiliti u għalhekk ikunu jistgħu:

(i)

jintbagħtu fi żmien qasir ħafna wara talba għal għajnuna permezz tal-ERCC; u

(ii)

jaħdmu b'mod awtosuffiċjenti u awtonomu fejn ikun meħtieġ għal perijodu ta' żmien speċifiku;

(b)

ikunu jistgħu jikkooperaw ma' korpi oħra tal-Unjoni u/jew istituzzjonijiet internazzjonali, b'mod partikolari n-Nazzjonijiet Uniti, kif ikun adatt.

5.   L-Istati Membri jistgħu, soġġett għal salvagwardji xierqa tas-sigurtà, jipprovdu informazzjoni dwar il-kapaċitajiet militari rilevanti li jistgħu jintużaw bħala l-aħħar rimedju bħala parti mill-għajnuna permezz tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni, bħat-trasport jew appoġġ loġistiku jew mediku.

6.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni informazzjoni rilevanti dwar l-esperti, il-moduli u kapaċitajiet oħra ta' reazzjoni li jqiegħdu għad-dispożizzjoni għall-għajnuna permezz tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni kif hemm imsemmi fil-paragrafi 1 sa 5 u għandhom jaġġornaw din l-informazzjoni meta jkun meħtieġ.

7.   L-Istati Membri għandhom jaħtru punti ta' kuntatt, kif imsemmijin fil-punt (b) tal-Artikolu 8, u jinfurmaw lill-Kummissjoni bihom.

8.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-azzjonijiet xierqa ta' tħejjija biex jiffaċilitaw l-appoġġ tan-nazzjon ospitanti.

9.   L-Istati Membri, appoġġati mill-Kummissjoni f'konformità mal-Artikolu 23, għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex jiżguraw it-trasport f'waqtu tal-għajnuna li joffru.

Artikolu 10

Ippjanar tal-operazzjonijiet

1.   Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jaħdmu flimkien biex itejbu l-ippjanar ta' operazzjonijiet ta' reazzjoni għad-diżastri taħt il-Mekkaniżmu tal-Unjoni, inkluż permezz ta' bini ta' xenarji għar-reazzjoni għad-diżastri, mapep tal-assi u l-iżvilupp ta' pjani għall-istazzjonar tal-kapaċitajiet ta' reazzjoni.

2.   Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jidentifikaw u jippromwovu sinerġiji bejn iffinanzjar għal għajnuna għall-protezzjoni ċivili u għajnuna umanitarja pprovduti mill-Unjoni u l-Istati Membri fl-ippjanar ta' operazzjonijiet ta' reazzjoni għal kriżijiet umanitarji barra l-Unjoni.

Artikolu 11

Kapaċità Ewropea ta' Reazzjoni f'każ ta' Emerġenza

1.   Għandha tiġi stabbilita Kapaċità Ewropea ta' Reazzjoni f'każ ta' Emerġenza (EERC). Din għandha tikkonsisti minn konsorzju volontarju ta' kapaċitajiet ta' reazzjoni mwiegħda minn qabel mill-Istati Membri u tinkludi moduli, kapaċitajiet oħra ta' reazzjoni u esperti.

2.   Fuq il-bażi ta' riskji identifikati, il-Kummissjoni għandha tiddefinixxi t-tipi u n-numru ta' kapaċitajiet ewlenin ta' reazzjoni meħtieġa għall-EERC ("miri tal-kapaċità").

3.   Il-Kummissjoni għandha tiddefinixxi rekwiżiti tal-kwalità għall-kapaċitajiet ta' reazzjoni li l-Istati Membri jwiegħdu għall-EERC. Ir-rekwiżiti tal-kwalità għandhom ikunu bbażati fuq standards internazzjonali, fejn tali standards diġà jeżistu. L-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli biex jiżguraw il-kwalità tal-kapaċitajiet tagħhom ta' reazzjoni.

4.   Il-Kummissjoni tistabbilixxi u timmaniġġa proċess għaċ-ċertifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta' kapaċitajiet ta' reazzjoni li l-Istati Membri jagħmlu disponibbli għall-EERC.

5.   L-Istati Membri għandhom, fuq bażi volontarja, jidentifikaw u jirreġistraw, fuq bażi volontarja, il-kapaċitajiet ta' reazzjoni li jwiegħdu għall-EERC. Ir-reġistrazzjoni ta' moduli multinazzjonali pprovduti minn żewġ Stati Membri jew aktar għandha ssir b'mod konġunt mill-Istati Membri kollha kkonċernati.

6.   Il-kapaċitajiet ta’ reazzjoni li l-Istati Membri jqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-EERC għandhom jibqgħu disponibbli f’kull ħin għall-finijiet nazzjonali.

7.   Il-kapaċitajiet ta' reazzjoni li l-Istati Membri jqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-EERC għandhom ikunu disponibbli għall-operazzjonijiet ta' reazzjoni taħt il-Mekkaniżmu tal-Unjoni wara talba għal għajnuna permezz tal-ERCC. Id-deċiżjoni aħħarija dwar l-istazzjonar tagħhom għandha tittieħed mill-Istati Membri li rreġistraw il-kapaċità ta' reazzjoni kkonċernata. Meta minħabba emerġenzi domestiċi, force majeure, jew f'każijiet eċċezzjonali, raġunijiet serji oħra, Stat Membru ma jkunx jista' jagħmel dawk il-kapaċitajiet ta' reazzjoni disponibbli f'diżastru speċifiku, dak l-Istat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni mill-aktar fis possibbli billi jirreferi għal dan l-Artikolu.

8.   Fil-każ ta' stazzjonar, il-kapaċitajiet ta' reazzjoni tal-Istati Membri għandhom jibqgħu taħt il-kmand u l-kontroll tagħhom u jistgħu jiġu rtirati, meta minħabba emerġenzi domestiċi, force majeure, jew f'każijiet eċċezzjonali, raġunijiet serji oħra, Stat Membru ma jkunx jista' jżomm dawk il-kapaċitajiet ta' reazzjoni disponibbli, f'konsultazzjoni mal-Kummissjoni. Il-koordinazzjoni fost il-kapaċitajiet differenti ta' reazzjoni għandha tkun iffaċilitata fejn meħtieġ mill-Kummissjoni permezz tal-ERCC f'konformità mal-Artikoli 15 u 16.

9.   L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw sensibilizzazzjoni pubblika xierqa dwar l-interventi li jinvolvu l-EERC.

Artikolu 12

Indirizzar ta' lakuni fil-kapaċità ta' reazzjoni

1.   Il-Kummissjoni għandha twettaq monitoraġġ tal-progress lejn il-miri tal-kapaċità stipulati skont l-Artikolu 11(2) u tidentifika lakuni fil-kapaċità ta' reazzjoni potenzjalment sinifikanti fl-EERC.

2.   Fejn ikunu ġew identifikati lakuni potenzjalment sinifikanti, il-Kummissjoni għandha teżamina jekk il-kapaċitajiet meħtieġa humiex disponibbli għall-Istati Membri minn barra l-EERC.

3.   Il-Kummissjoni għandha tinkoraġġixxi lill-Istati Membri biex jindirizzaw, jew b'mod individwali jew permezz ta' konsorzju ta' Stati Membri f'kooperazzjoni rigward riskji komuni, kwalunkwe nuqqas strateġiku ta' kapaċità li jkun ġie identifikat skont il-paragrafu 2. Il-Kummissjoni tista' tappoġġa lill-Istati Membri f'dawk l-attivitajiet f'konformità mal-Artikolu 20, il-punti (i) u (j) tal-Artikolu 21(1) u l-Artikolu 21(2).

4.   Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill kull sentejn dwar il-progress li jkun sar rigward il-ksib tal-miri tal-kapaċità u l-lakuni li jifdal fl-EERC.

Artikolu 13

Taħriġ, eżerċizzji, tagħlimiet meħuda u tixrid ta' għarfien

1.   Il-Kummissjoni, fil-Mekkaniżmu tal-Unjoni, għandha twettaq il-kompiti li ġejjin fil-qasam tat-taħriġ, l-eżerċizzji, it-tagħlimiet meħuda u t-tixrid tal-għarfien:

(a)

tistabbilixxi u tmexxi programm ta' taħriġ għall-persunal tal-protezzjoni ċivili u tal-ġestjoni tal-emerġenzi dwar il-prevenzjoni tad-diżastri, u t-tħejjija, u r-reazzjoni għalihom. Il-programm għandu jinkludi korsijiet konġunti u sistema għall-iskambju ta' esperti, li biha individwi jistgħu jiġu ssekondati fi Stati Membri oħra.

Il-programm ta' taħriġ għandu jkollu l-għan li jsaħħaħ il-koordinazzjoni, il-kompatibbiltà u l-komplementarjetà bejn il-kapaċitajiet imsemmija fl-Artikoli 9 u 11, u li jtejjeb il-kompetenza tal-esperti msemmija fil-punti (d) u (f) tal-Artikolu 8;

(b)

tistabbilixxi u tmexxi netwerk ta' taħriġ miftuħ għaċ-ċentri ta' taħriġ għal persunal tal-protezzjoni ċivili u tal-ġestjoni tal-emerġenzi kif ukoll għal atturi oħra rilevanti u istituzzjonijiet dwar il-prevenzjoni tad-diżastri, u t-tħejjija u r-reazzjoni għalihom.

In-netwerk ta' taħriġ għandu jkollu l-għan li:

(i)

isaħħaħ il-fażijiet kollha tal-ġestjoni tad-diżastri, b'kont meħud tal-adattament għat-tibdil fil-klima u l-mitigazzjoni tiegħu;

(ii)

joħloq sinerġiji fost il-membri tiegħu permezz ta' skambju ta' esperjenzi u l-aħjar prattiki, riċerka rilevanti, tagħlimiet meħuda, korsijiet u workshops, eżerċizzji u proġetti pilota; u

(iii)

jiżviluppa gwida dwar it-taħriġ tal-protezzjoni ċivili tal-Unjoni u internazzjonali, inkluż taħriġ dwar il-prevenzjoni tad-diżastri, u t-tħejjija u r-reazzjoni għalihom;

(c)

tiżviluppa u tmexxi qafas strateġiku li jistabbilixxi l-objettivi u r-rwol tal-eżerċizzji, pjan komprensiv fit-tul li jiddeskrivi l-prijoritajiet tal-eżerċizzji, kif ukoll tistabbilixxi u tmexxi programm ta' eżerċizzji;

(d)

tistabbilixxi u tmexxi programm ta' tagħlimiet meħuda mill-azzjonijiet tal-protezzjoni ċivili mwettqa fil-qafas tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni li jinkludi aspetti miċ-ċiklu sħiħ tal-ġestjoni tad-diżastri, sabiex jipprovdi bażi wiesgħa għall-proċessi tat-tagħlim u l-iżvilupp tal-għarfien. Il-programm għandu jinkludi:

(i)

monitoraġġ, analiżi u evalwazzjoni tal-azzjonijiet kollha rilevanti tal-protezzjoni ċivili fi ħdan il-Mekkaniżmu tal-Unjoni;

(ii)

promozzjoni tal-implimentazzjoni tat-tagħlimiet meħuda sabiex jinkiseb pedament ibbażat fuq l-esperjenza għall-iżvilupp ta' attivitajiet fiċ-ċiklu ta' ġestjoni tad-diżastri; u

(iii)

żvilupp ta' metodi u għodod għall-ġbir, l-analiżi, il-promozzjoni u l-implimentazzjoni tat-tagħlimiet meħuda.

Dak il-programm għandu jinkudi wkoll, fejn xieraq, it-tagħlimiet meħuda mill-interventi barra l-Unjoni fir-rigward tal-isfruttar tal-konnessjonijiet u s-sinerġiji bejn l-għajnuna pprovduta skont il-Mekkaniżmu tal-Unjoni u r-reazzjoni umanitarja;

(e)

tiżviluppa gwida dwar it-tixrid tal-għarfien u l-implimentazzjoni tal-kompiti differenti msemmijin fil-punti (a) sa (d) fil-livell ta' Stati Membri; u

(f)

tistimola u tinkoraġġixxi l-introduzzjoni u l-użu ta’ teknoloġiji ġodda rilevanti għall-fini tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni.

2.   Meta twettaq il-kompiti stipulati fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tieħu kont b’mod partikolari tal-ħtieġa u l-interess ta’ Stati Membri li jaffaċċjaw riskji ta’ diżastru ta’ natura simili.

3.   Fuq it-talba ta' Stat Membru, pajjiż terz jew in-Nazzjonijiet Uniti jew l-aġenziji tagħha, il-Kummissjoni tista' tistazzjona tim ta' esperti fil-post biex jipprovdi konsulenza dwar miżuri ta' tħejjija.

KAPITOLU IV

REAZZJONI

Artikolu 14

Notifika tad-diżastri ġewwa l-Unjoni

1.   Fil-każ ta' diżastru ġewwa l-Unjoni, jew ta' diżatru imminenti, li jikkawża jew jista' jikkawża effetti transkonfinali jew li jaffettwa jew li jista' jaffettwa Stati Membri oħra, l-Istat Membru fejn iseħħ jew x'aktarx iseħħ id-diżastru għandu, mingħajr dewmien, jinnotifika lill-Istati Membri potenzjalment affettwati u, meta l-effetti jkunu potenzjalment sinifikanti, lill-Kummissjoni.

L-ewwel subparagrafu ma għandux japplika meta l-obbligu tan-notifika jkun diġà ġie indirizzat taħt leġislazzjoni oħra tal-Unjoni, taħt iit-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika jew taħt ftehimiet internazzjonali eżistenti.

2.   Fl-eventwalità ta’ diżastru ġewwa l-Unjoni, jew ta' diżastru imminenti, li x'aktarx jirriżulta f'talba għal għajnuna minn Stat Membru wieħed jew aktar, l-Istat Membru fejn iseħħ jew x'aktarx iseħħ id-diżastru għandu, mingħajr dewmien, jinnotifika lill-Kummissjoni, li talba għall-għajnuna permezz tal-ERCC tista' tiġi mistennija, biex il-Kummissjoni tkun tista', kif xieraq, tinforma lill-Istati Membri l-oħra u tattiva s-servizzi kompetenti tagħha.

3.   In-notifiki msemmija fil-paragrafu 1 u 2 għandhom isiru permezz taċ-CECIS, kif xieraq.

Artikolu 15

Reazzjoni għad-diżastri ġewwa l-Unjoni

1.   Meta jseħħ diżastru ġewwa l-Unjoni, jew ikun imminenti, l-Istat Membru affettwat jista' jitlob għall-għajnuna permezz tal-ERCC. It-talba għandha tkun speċifika kemm jista’ jkun.

2.   F'sitwazzjonijiet eċċezzjonali ta' riskju miżjud, Stat Membru jista' jitlob ukoll għajnuna fil-forma ta' pożizzjonament temporanju minn qabel ta' kapaċitajiet ta' reazzjoni.

3.   Mal-wasla tat-talba għall-għajnuna, il-Kummissjoni għandha, kif ikun adatt u mingħajr dewmien:

(a)

tibgħat it-talba lill-punti ta' kuntatt tal-Istati Membri l-oħra;

(b)

tiġborinformazzjoni vvalidata dwar is-sitwazzjoni, flimkien mal-Istat Membru affettwat, u xxerred dik l-informazzjoni mal-Istati Membri;

(c)

tagħmel rakkomandazzjonijiet, f'konsultazzjoni mal-Istat Membru li jagħmel it-talba, għall-għoti ta' għajnuna permezz tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni, abbażi tal-ħtiġijiet fil-post u kwalunkwe pjani rilevanti żviluppati minn qabel, kif imsemmija fl-Artikolu 10(1), tistieden lill-Istati Membri biex jistazzjonaw kapaċitajiet speċifiċi u tiffaċilita l-koordinazzjoni tal-assistenza; u

(d)

tieħu aktar azzjoni biex tiffaċilita l-koordinazzjoni tar-reazzjoni.

4.   Kull Stat Membru li lilu tkun indirizzata talba għal għajnuna permezz tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni għandu minnufih jistabbilixxi jekk hux f’pożizzjoni li jagħti l-għajnuna mitluba u jinforma lill-Istat Membru li jagħmel it-talba bid-deċiżjoni tiegħu permezz taċ-CECIS, filwaqt li jindika l-ambitu, it-termini u, jekk ikun applikabbli, l-ispejjeż tal-għajnuna li jkun jista’ jagħti. L-ERCC għandu jżomm lill-Istati Membri infurmati.

5.   L-Istat Membru li jagħmel it-talba għandu jkun responsabbli biex jidderieġi l-interventi ta’ għajnuna. L-awtoritajiet tal-Istat Membru li jagħmel it-talba għandhom jistabbilixxu linji gwida u, jekk meħtieġ, jiddefinixxu l-limiti tal-kompiti fdati lill-moduli jew kapaċitajiet oħra ta' reazzjoni. Id-dettalji tat-twettiq ta’ dawk il-kompiti għandhom jitħallew għall-persuna inkarigata maħtura mill-Istat Membru li jkun qed jagħti l-għajnuna. L-Istat Membru li jagħmel it-talba jista' jitlob ukoll għall-istazzjonament ta' tim ta' esperti biex jappoġġa l-valutazzjoni tiegħu, jiffaċilita l-koordinazzjoni fuq il-post bejn timijiet tal-Istati Membri jew jipprovdi konsulenza teknika.

6.   L-Istat Membru li jagħmel it-talba għandu jieħu l-azzjonijiet xierqa biex jiffaċilita l-appoġġ tan-nazzjon ospitanti għall-għajnuna li jirċievi.

7.   Ir-rwol tal-Kummissjoni msemmi f'dan l-Artikolu ma għandux jaffettwa l-kompetenzi u r-responsabbiltà tal-Istati Membri għat-timijiet, il-moduli u kapaċitajiet oħra tagħhom ta' appoġġ, inkluż kapaċitajiet militari. B'mod partikolari, l-appoġġ offrut mill-Kummissjoni ma għandux jinvolvi l-kmand u l-kontroll tat-timijiet, il-moduli u appoġġ ieħor tal-Istati Membri, li għandhom jiġu stazzjonati fuq bażi volontarja f'konformità mal-koordinament fil-livell ta’ kwartieri ġenerali u fil-post.

Artikolu 16

Promozzjoni tal-konsistenza fir-reazzjoni għad-dizastri barra l-Unjoni

1.   Meta jseħħ diżastru barra l-Unjoni, jew ikun imminenti, il-pajjiż affettwat jista' jitlob għal għajnuna permezz tal-ERCC. L-għajnuna tista' tintalab ukoll permezz ta' jew min-Nazzjonijiet Uniti u l-aġenziji tagħha, jew minn organizzazzjoni internazzjonali rilevanti.

2.   L-interventi skont dan l-Artikolu jistgħu jitmexxew jew bħala intervent awtonomu ta' assistenza jew inkella bħala kontribut għal intervent immexxi minn organizzazzjoni internazzjonali. Il-koordinazzjoni mill-Unjoni għandha tkun integrata b'mod sħiħ mal-koordinazzjoni globali pprovduta mill-Uffiċċju għall-Koordinazzjoni tal-Affarijiet Umanitarji tan-Nazzjonijiet Uniti (OCHA), u għandha tirrispetta r-rwol ta' tmexxija ta' din tal-aħħar.

3.   Il-Kummissjoni għandha tappoġġa l-konsistenza fit-twassil tal-għajnuna permezz tal-azzjonijiet li ġejjin:

(a)

iż-żamma ta’ djalogu mal-punti ta’ kuntatt tal-Istati Membri sabiex jiġi żgurat kontribut ta' reazzjoni għad-diżastri effettiva u koerenti tal-Unjoni, permezz tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni, għall-isforz ġenerali ta’ sokkors, b'mod partikolari billi:

(i)

l-Istati Membri jiġu infurmati mingħajr dewmien bit-talbiet sħaħ għall-għajnuna;

(ii)

jingħata appoġġ għal valutazzjoni komuni tas-sitwazzjoni u l-ħtiġijiet, bl-għoti ta' konsulenza teknika u/jew bil-faċilitazzjoni tal-koordinazzjoni tal-għajnuna fuq il-post permezz tal-preżenza ta' tim ta' esperti tal-protezzjoni ċivili fuq il-post;

(iii)

jiġu kondiviżi valutazzjonijiet u analiżi rilevanti mal-atturi kollha rilevanti;

(iv)

tiġi pprovduta deskrizzjoni ġenerali tal-għajnuna li qed tiġi offruta mill-Istati Membri u minn atturi oħra;

(v)

jingħataw pariri dwar it-tip ta’ għajnuna meħtieġa biex jiġi żgurat li l-għajnuna pprovduta tkun konsistenti mal-valutazzjonijiet tal-ħtiġijiet; u

(vi)

tingħata għajnuna biex tingħeleb kull diffikultà prattika fl-għoti ta’ għajnuna f'żoni bħat-transitu u d-dwana;

(b)

isiru minnufih rakkomandazzjonijiet, meta jkun possibbli f'kooperazzjoni mal-pajjiż affettwat, ibbażati fuq il-ħtiġijiet fil-post u kwalunkwe pjan rilevanti żviluppat minn qabel, li jistiednu lill-Istati Membri jistazzjonaw kapaċitajiet speċifiċi u jiffaċilitaw il-koordinazzjoni tal-għajnuna mitluba;

(c)

jinżammu kuntatti mal-pajjiż affettwat dwar dettalji tekniċi bħall-ħtiġijiet preċiżi għall-għajnuna, l-aċċettazzjoni ta’ offerti u l-arranġamenti prattiċi biex l-għajnuna tintlaqa' u titqassam lokalment;

(d)

jinżammu kuntatti ma' jew jingħata appoġġ lill-OCHA u jkun hemm kooperazzjoni ma' atturi rilevanti oħra li jikkontribwixxu għall-isforz globali ta' sokkors, biex jimmassimizzaw is-sinerġiji, ifittxu l-komplementarjetà u jevitaw id-duplikazzjoni u l-lakuni; u

(e)

jinżammu kuntatti mal-atturi rilevanti kollha, b'mod partikolari fil-fażi tal-għeluq tal-intervent ta’ għajnuna taħt il-Mekkaniżmu tal-Unjoni, biex jiffaċilita trasferiment mingħajr xkiel.

4.   Mingħajr preġudizzju għar-rwol tal-Kummissjoni, kif definit fil-paragrafu 3, u filwaqt li tiġi rispettata l-esiġenza ta' reazzjoni operazzjonali immedjata permezz tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha, malli ssir l-attivazzjoni tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni, tinforma lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna biex ikun hemm konsistenza bejn l-operazzjoni tal-protezzjoni ċivili u r-relazzjonijiet ġenerali tal-Unjoni mal-pajjiż affettwat. Il-Kummissjoni għandha żżomm lill-Istati Membri infurmati b'mod sħiħ f'konformità mal-paragrafu 3.

5.   Fuq il-post, għandu jiġu żgurati kuntatti kif xieraq mad-delegazzjoni tal-Unjoni sabiex din tal-aħħar tiffaċilita l-kuntatti mal-gvern tal-pajjiż affettwat. Fejn ikun meħtieġ, id-delegazzjoni tal-Unjoni għandha tipprovdi appoġġ loġistiku lit-timijiet ta' esperti tal-protezzjoni ċivili msemmija fil-punt (ii) tal-punt (a) tal-paragrafu 3.

6.   Kull Stat Membru li lilu tkun indirizzata talba għal għajnuna permezz tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni għandu minnufih jistabbilixxi jekk hux f’pożizzjoni li jagħti l-għajnuna mitluba u jinforma lill-ERCC bid-deċiżjoni tiegħu permezz taċ-CECIS, filwaqt li jindika l-ambitu u l-kondizzjonijiet dwar kwalunkwe għajnuna li jkun jista’ jagħti. L-ERCC għandu jżomm lill-Istati Membri infurmati.

7.   Il-Mekkaniżmu tal-Unjoni jista' wkoll jintuża biex jipprovdi appoġġ ta' protezzjoni ċivili lill-għajnuna konsulari għaċ-ċittadini tal-Unjoni f'każijiet ta' diżastri f'pajjiżi terzi jekk dan jintalab mill-awtoritajiet konsulari tal-Istati Membri kkonċernati.

8.   B'segwitu għal talba għal għajnuna, il-Kummissjoni tista' tieħu aktar azzjoni meħtieġa ta' appoġġ u komplementari biex tiżgura konsistenza fl-għoti tal-għajnuna.

9.   Il-koordinazzjoni permezz tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni ma għandu jaffettwa la l-kuntatti bilaterali bejn l-Istati Membri u l-pajjiż affettwat, u lanqas il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u n-Nazzjonijiet Uniti u organizzazzjonijiet internazzjonali oħra rilevanti. Tali kuntatti bilaterali jistgħu wkoll jintużaw biex jingħata kontribut għall-koordinazzjoni permezz tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni.

10.   Ir-rwol tal-Kummissjoni msemmi f'dan l-Artikolu ma għandux jaffettwa l-kompetenzi u r-responsabbiltà tal-Istati Membri għat-timijiet, il-moduli u appoġġ ieħor tagħhom, inklużi kapaċitajiet militari. B'mod partikolari, l-appoġġ offrut mill-Kummissjoni ma għandux jinvolvi l-kmand u l-kontroll tat-timijiet, il-moduli u appoġġ ieħor tal-Istati Membri, li għandhom jiġu stazzjonati fuq bażi volontarja f'konformità mal-koordinazzjoni fil-livell ta’ kwartieri ġenerali u fil-post.

11.   Għandhom jitfittxu sinerġiji ma' strumenti oħrajn tal-Unjoni, b'mod partikolari ma' azzjonijiet iffinanzjati taħt ir-Regolament (KE) Nru 1257/96. Il-Kummissjoni għandha tiżgura koordinazzjoni bejn l-istrumenti u, fejn ikun xieraq, għandha tiżgura li l-azzjonijiet tal-protezzjoni ċivili tal-Istati Membri li jikkontribwixxu għal reazzjoni umanitarja usa' jkunu ffinanzjati sa fejn hu possibbli skont din id-Deċiżjoni.

12.   Kull meta jiġi attivat il-Mekkaniżmu tal-Unjoni, l-Istati Membri li jipprovdu għajnuna għal diżastru għandhom iżommu lill-ERCC informat b'mod sħiħ bl-attivitajiet tagħhom.

13.   It-timijiet u l-moduli tal-Istati Membri li jipparteċipaw fuq il-post fl-intervent permezz tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni għandhom jinżammu kuntatti mill-viċin mal-ERCC u mat-timijiet ta' esperti fuq il-post, kif hemm imsemmi fil-punt (ii) tal-punt (a) tal-paragrafu 3.

Artikolu 17

Appoġġ fuq il-post

1.   Il-Kummissjoni tista' tagħżel, taħtar u tibgħat tim ta' esperti magħmul minn esperti pprovduti mill-Istati Membri:

(a)

fil-każ ta' diżastru barra l-Unjoni kif imsemmi fl-Artikolu 16(3);

(b)

fil-każ ta' diżastru ġewwa l-Unjoni kif imsemmi fl-Artikolu 15(5);

(c)

fuq talba għal kompetenza esperta fil-prevenzjoni f'konformità mal-Artikolu 5(2); jew

(d)

fuq talba għal kompetenza esperta fit-tħejjija f'konformità mal-Artikolu 13(3).

Fit-tim jistgħu jiġu integrati esperti mill-Kummissjoni u minn servizzi oħra tal-Unjoni sabiex jappoġġaw lit-tim u jiffaċilitaw il-kuntatti mal-ERCC. Fit-tim jistgħu jiġu integrati esperti mibgħuta mill-OCHA jew minn organizzazzjonijiet internazzjonali oħra sabiex isaħħu l-kooperazzjoni u jiffaċilitaw valutazzjonijiet konġunti.

2.   Il-proċedura għall-għażla u għall-ħatra ta' esperti għandha tkun kif ġej:

(a)

l-Istati Membri għandhom jinnominaw esperti, taħt ir-responsabbiltà tagħhom, li jistgħu jiġu stazzjonati bħala membri tat-timijiet ta' esperti;

(b)

il-Kummissjoni għandha tagħżel l-esperti u l-mexxej għal dawk it-timijiet abbażi tal-kwalifiki u l-esperjenza tagħhom, inkluż il-livell tat-taħriġ dwar il-Mekkaniżmu tal-Unjoni mwettaq, l-esperjenza preċedenti ta’ missjonijiet taħt il-Mekkaniżmu tal-Unjoni u ħidma oħra internazzjonali ta’ sokkors. L-għażla għandha tkun ibbażata wkoll fuq kriterji oħra, inklużi l-ħiliet lingwistiċi, sabiex ikun żgurat li t-tim fl-intier tiegħu jkollu l-ħiliet disponibbli meħtieġa għas-sitwazzjoni speċifika; u

(c)

il-Kummissjoni għandha taħtar esperti/mexxejja tat-tim għall-missjoni bi qbil mal-Istat Membru li jinnominahom.

3.   Meta jintbagħtu timijiet ta' esperti, huma għandhom jiffaċilitaw il-koordinazzjoni bejn it-timijiet tal-intervent tal-Istati Membri u għandhom iżommu kuntatti mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat li jagħmel it-talba kif stipulat fl-Artikolu 8(d). L-ERCC għandu jżomm kuntatt mill-qrib mat-timijiet ta’ esperti u għanu jipprovdilhom gwida u appoġġ loġistiku.

Artikolu 18

Trasport u tagħmir

1.   Fil-każ ta' diżastru, kemm ġewwa kif ukoll barra l-Unjoni, l-Kummissjoni tista' tappoġġa lill-Istati Membri fil-kisba ta' aċċess għal tagħmir jew riżorsi ta' trasport billi:

(a)

tipprovdi u tikkondividi informazzjoni dwar it-tagħmir u r-riżorsi tat-trasport li jistgħu jsiru disponibbli mill-Istati Membri, bil-ħsieb li jiġi ffaċilitat il-ġbir flimkien ta’ tali tagħmir jew riżorsi tat-trasport;

(b)

tgħin lill-Istati Membri biex jidentifikaw, u biex jiffaċilitaw l-aċċess tagħhom għal, riżorsi tat-trasport li jistgħu jkunu disponibbli minn sorsi oħra, inkluż is-suq kummerċjali; jew

(c)

tgħin lill-Istati Membri biex jidentifikaw tagħmir li jista' jkun disponibbli minn sorsi oħrajn, inkluż is-suq kummerċjali.

2.   Il-Kummissjoni tista' tikkomplementa r-riżorsi ta' trasport ipprovduti mill-Istati Membri billi tipprovdi r-riżorsi addizzjonali tat-trasport meħtieġa biex tiġi żgurata reazzjoni rapida għad-diżastri.

KAPITOLU V

DISPOŻIZZJONIJIET FINANZJARJI

Artikolu 19

Riżorsi baġitarji

1.   Il-pakkett finanzjarju ta' referenza għall-implimentazzjoni tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-perijodu mill-2014 sal-2020 għandu jkun ta'fl-ammont EUR 368 428 000 fi prezzijiet attwali.

EUR 223 776 000 fi prezzijiet attwali għandhom jittieħdu mill-Intestatura 3 "Sigurtà u Ċittadinanza" tal-qafas finanzjarju pluriennali u EUR 144 652 000 fi prezzijiet attwali mill-Intestatura 4 "Ewropa Globali".

L-approprjazzjonijiet annwali għandhom jiġu awtorizzati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fil-limiti tal-qafas finanzjarju pluriennali.

2.   Approprjazzjonijiet li jirriżultaw mir-rimborż magħmul mill-benefiċjarji għal azzjonijiet ta' reazzjoni għad-diżastri għandhom jikkostitwixxu dħul assenjat fit-tifsira tal-Artikolu 18(2) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012.

3.   L-allokazzjoni finanzjarja msemmija fil-paragrafu 1 jista' jkopri wkoll spejjeż marbuta mal-attivitajiet ta' tħejjija, monitoraġġ, kontroll, verifika u evalwazzjoni, li huma meħtieġa għall-ġestjoni tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni u għall-ksib tal-objettivi tiegħu.

Tali nefqa tista', b'mod partikolari, tkopri studji, laqgħat ta' esperti, azzjonijiet ta' informazzjoni u komunikazzjoni, inkluża komunikazzjoni korporattiva tal-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni, sa fejn huma relatati mal-objettivi ġenerali tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni, spejjeż marbuta man-netwerks tal-IT li jiffokaw fuq l-ipproċessar u l-iskambju, inkluża l-interkonnessjoni tagħhom ma' sistemi eżistenti jew tal-futur imfassla biex jippromwovu skambju ta' data transsettorjali u tagħmir relatat, flimkien mal-ispejjeż kollha oħrajn tekniċi u amministrattivi għall-għajnuna mġarrba mill-Kummissjoni għall-ġestjoni tal-programm.

4.   Il-pakkett finanzjarju msemmi fil-paragrafu 1 għandu jiġi allokat, fuq il-perijodu mill-2014 sal-2020, skont il-perċentwali u l-prinċipji mniżżlin fl-Anness I.

5.   Il-Kummissjoni għandha tirrevedi il-mod ta' tqassim imniżżel fl-Anness I fid-dawl tal-eżitu tal-evalwazzjoni interim imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 34(2). Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta, fejn neċessarju, fid-dawl tar-riżultati ta' dik ir-reviżjoni, atti ddelegati f'konformità mal-Artikolu 30, biex taġġusta kull waħda miċ-ċifri fl-Anness I b'aktar minn 8 punti perċentwali u sa 16-il punt perċentwali. Dawk l-atti ddelegati għandhom jiġu adottati sat-30 ta' Ġunju 2017.

6.   Meta, f'każ ta' reviżjoni neċessarja tar-riżorsi baġitarji disponibbli għall-azzjonijiet ta' reazzjoni, raġunijiet imperattivi ta' urġenza hekk jirrikjedu, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati biex taġġusta kull waħda miċ-ċifri fl-Anness I b'aktar minn 8 punti perċentwali u sa 16-il punt perċentwali, fl-allokazzjonijiet baġitarji disponibbli u f'konformità mal-proċedura prevista fl-Artikolu 31.

Artikolu 20

Azzjonijiet ġenerali eliġibbli

L-azzjonijiet ġenerali li ġejjin għandhom ikunu eliġibbli għal għajnuna finanzjarja biex jissaħħu l-prevenzjoni tad-diżastri, u t-tħejjija u r-reazzjoni effettiva għalihom:

(a)

studji, stħarriġ, immudellar u bini ta' xenarji biex jiffaċilitaw il-kondiviżjoni tal-għarfien, l-aħjar prattiki u l-informazzjoni;

(b)

taħriġ, eżerċizzji, workshops, skambji ta' persunal u esperti, ħolqien ta' netwerks, proġetti ta' dimostrazzjoni u trasferiment ta' teknoloġija;

(c)

attivitajiet ta' monitoraġġ, valutazzjoni u evalwazzjoni;

(d)

informazzjoni pubblika, edukazzjoni u ħolqien ta' sensibilizzazzjoni pubblika u azzjonijiet assoċjati ta' tixrid, sabiex jiġu involuti ċ-ċittadini fil-prevenzjoni u l-minimizzazzjoni tal-effetti ta’ diżastri fl-Unjoni u biex tingħata għajnuna liċ-ċittadini tal-Unjoni sabiex jipproteġu lilhom infushom b'mod aktar effettiv u sostenibbli;

(e)

stabbiliment u tħaddim ta' programm ta' tagħlimiet meħuda minn interventi u eżerċizzji fil-kuntest tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni, inkluż dwar oqsma rilevanti għall-prevenzjoni u għat-tħejjija; u

(f)

azzjonijiet ta' komunikazzjoni u miżuri ta' sensibilizzazzjoni dwar il-ħidma tal-protezzjoni ċivili tal-Istati Membri u tal-Unjoni fl-oqsma tal-prevenzjoni tad-diżastri, u t-tħejjija u r-reazzjoni għalihom.

Artikolu 21

Azzjonijiet eliġibbli ta' prevenzjoni u ta' tħejjija

1.   L-azzjonijiet ta' prevenzjoni u ta' tħejjija li ġejjin huma eliġibbli għal għajnuna finanzjarja:

(a)

il-kofinanzjament ta' proġetti, studji, workshops, stħarriġ u azzjonijiet u attivitajiet simili msemmija fl-Artikolu 5;

(b)

il-kofinanzjament ta' evalwazzjonijiet bejn il-pari, imsemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 6 u l-punt (j) tal-Artikolu 8;

(c)

iż-żamma tal-funzjonijiet ipprovduti mill-ERCC, f'konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 8;

(d)

it-tħejjija biex jiġu mmobilizzati u jintbagħtu t-timijiet ta' esperti msemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 8 u l-Artikolu 17 u l-iżvilupp u ż-żamma taż-żieda f'daqqa fil-kapaċità permezz ta' netwerk ta' esperti mħarrġa tal-Istati Membri, imsemmija fil-punt (f) tal-Artikolu 8;

(e)

l-istabbiliment u ż-żamma taċ-CECIS u strumenti li jippermettu l-komunikazzjoni u l-kondiviżjoni ta' informazzjoni bejn l-ERCC u l-punti ta' kuntatt tal-Istati Membri u ta' parteċipanti oħra fil-kuntest tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni;

(f)

il-kontribut għall-iżvilupp ta' sistemi transnazzjonali ta' individwazzjoni, twissija bikrija u ta' allarm ta' interess Ewropew, biex tippermetti reazzjoni rapida kif ukoll biex tippromwovi l-interkonnessjoni bejn is-sistemi nazzjonali ta' twissija bikrija u ta' allarm u l-konnessjoni tagħhom mal-ERCC u ċ-CECIS. Dawk is-sistemi għandhom jikkunsidraw u jibnu fuq informazzjoni, sorsi u sistemi ta’ monitoraġġ jew individwazzjoni eżistenti u tal-futur;

(g)

l-ippjanar ta' operazzjonijiet ta' reazzjoni taħt il-Mekkaniżmu tal-Unjoni, f'konformità mal-Artikolu 10;

(h)

l-appoġġ għall-attivitajiet ta' tħejjija deskritti fl-Artikolu 13;

(i)

l-iżvilupp tal-EERC, kif imsemmi fl-Artikolu 11, skont il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.

(j)

l-identifikazzjoni tal-lakuni fl-EERC f'konformità mal-Artikolu 12 u l-appoġġ lill-Istati Membri fl-indirizzar ta' dawk in-nuqqasijiet permezz tal-kofinanzjament ta' kapaċitajiet ġodda ta' reazzjoni, sa massimu ta' 20 % tal-ispejjeż eliġibbli, dment li:

(i)

il-ħtieġa għal kapaċitajiet ġodda tkun ikkonfermata permezz tal-valutazzjonijiet tar-riskju;

(ii)

il-proċess ta' identifikazzjoni tal-lakuni stipulat fl-Artikolu 12 juri li dawk il-kapaċitajiet mhumiex disponibbli għall-Istati Membri;

(iii)

dawk il-kapaċitajiet jiġu żviluppati mill-Istati Membri, jew billi jaġixxu b'mod individwali jew permezz ta' konsorzju;

(iv)

dawk il-kapaċitajiet jiġu impenjati lejn il-konsorzju volontarju għal perijodu minimu ta' sentejn; u

(v)

tali kofinanzjament ta' dawk il-kapaċitajiet huwa kosteffettiv.

Fejn ikun xieraq, għandha tingħata preferenza lill-konsorzji ta' Stati Membri li jikkooperaw fuq riskju komuni;

(k)

l-iżgurar tad-disponibbiltà ta' appoġġ loġistiku għat-timijiet ta' esperti msemmija fl-Artikolu 17(1);

(l)

il-faċilitazzjoni tal-koordinazzjoni tal-pożizzjonament minn qabel tal-kapaċitajiet ta' reazzjoni għal diżastru tal-Istati Membri ġewwa l-Unjoni f'konformità mal-punt (g) tal-Artikolu 8; u

(m)

l-appoġġ għall-għoti ta' pariri dwar miżuri ta' prevenzjoni u tħejjija permezz tal-istazzjonament ta' tim ta' esperti fuq il-post, fuq talba ta' Stat Membru, pajjiż terz, in-Nazzjonijiet Uniti jew l-aġenziji tagħha, kif imsemmi fl-Artikolu 5(2) u l-Artikolu 13(3).

2.   L-eliġibbiltà għal għajnuna finanzjarja għall-azzjonijiet msemmija fil-punt (i) tal-paragrafu 1 għandha tkun limitata għal:

(a)

l-ispejjeż kollha fil-livell tal-Unjoni għall-istabbiliment u t-tmexxija tal-EERC u l-proċessi assoċjati msemmija fl-Artikolu 11;

(b)

l-ispejjeż tal-korsijiet ta' taħriġ, l-eżerċizzji u l-workshops obbligatorji meħtieġa għaċ-ċertifikazzjoni tal-kapaċitajiet ta' reazzjoni tal-Istati Membri għall-finijiet tal-EERC ("spejjeż taċ-ċertifikazzjoni"). L-ispejjeż taċ-ċertifikazzjoni jistgħu jikkonsistu minn spejjeż għal kull unità jew ammonti sħaħ stabbiliti għal kull tip ta' kapaċità, li jkopru sa 100 % tal-ispejjeż eliġibbli;

(c)

l-ispejjeż mhux rikorrenti kollha meħtieġa biex jiġu aġġornati l-kapaċitajiet ta' reazzjoni tal-Istati Membri minn użu purament nazzjonali għal stat ta' tħejjija u disponibbiltà li jagħmilhom stazzjonabbli bħala parti mill-EERC, f'konformità mar-rekwiżiti ta' kwalità tal-konsorzju volontarju u r-rakkomandazzjonijiet ifformulati fil-proċess ta' ċertifikazzjoni ("spejjeż ta' adattament"). Dawk l-ispejjeż ta' adattament jistgħu jinkludu spejjeż relatati mal-interoperabbiltà ta' moduli u kapaċitajiet oħra ta' reazzjoni, awtonomija, awtosuffiċjenza, trasportabbiltà, spejjeż ta' imballaġġ u spejjeż simili, kif ukoll spejjeż sabiex jiġu ffurmati kapaċitajiet multinazzjonali ta' reazzjoni (pereżempju workshops, taħriġ, żvilupp ta' metodoloġiji komuni, standards, proċeduri u attivitajiet simili), dment li dawk l-ispejjeż ikunu marbutin speċifikament mal-parteċipazzjoni tal-kapaċitajiet fil-konsorzju volontarju. Ma għandhomx ikopru l-ispejjeż tat-tagħmir jew ir-riżorsi umani meħtieġa għall-istabbiliment inizjali tal-kapaċitajiet ta' reazzjoni jew spejjeż kurrenti ta' manteniment jew tħaddim. Dawk l-ispejjeż ta' adattament jistgħu jikkonsistu minn spejjeż għal kull unità jew ammonti sħaħ stabbiliti għal kull tip ta' kapaċità, li jkopru sa 100 % tal-ispejjeż eliġibbli, dment li dan ma jaqbiżx it-30 % tal-ispiża medja tal-iżvilupp tal-kapaċità; u

(d)

l-ispejjeż tal-istabbiliment u l-ġestjoni ta' kuntratti qafas, ftehimiet qafas ta' sħubija jew arranġamenti simili biex jiġu indirizzati nuqqasijiet temporanji f'diżastri straordinarji, b'kont meħud ta' approċċ li jqis diversi perikli.

Il-finanzjament taħt il-punt (d) ta' dan il-paragrafu:

(i)

jista' jkopri l-ispejjeż jew it-tariffi meħtieġa għat-tfassil, it-tħejjija, in-negozjati, il-konklużjoni u l-ġestjoni tal-kuntratti jew tal-arranġamenti kif ukoll l-ispejjeż tal-iżvilupp ta' proċeduri standard ta' tħaddim u eżerċizzji biex jiġi żgurat l-użu effettiv tal-assi. Tali finanzjament jista' jkopri wkoll massimu ta' 40 % tal-ispejjeż involuti fl-iżgurar ta' aċċess rapidu għal dawk l-assi;

(ii)

la għandu jkopri l-ispejjeż tax-xiri jew l-iżvilupp ta' kapaċitajiet ġodda ta' reazzjoni, u lanqas l-ispiża tat-tħaddim ta' dawn il-kapaċitajiet addizzjonali f'sitwazzjoni ta' diżastru. L-ispejjeż tat-tħaddim ta' dawk il-kapaċitajiet addizzjonali f'sitwazzjoni ta' diżastru għandhom jiġġarbu mill-Istati Membri li jagħmlu t-talba għall-għajnuna;

(iii)

ma għandhomx jaqbżu l-10 % tal-pakkett finanzjarjustabbilit fl-Artikolu 19(1). Fl-eventwalità li l-limitu massimu ta' 10 % jintlaħaq qabel it-tmiem tal-perijodu ta' programmazzjoni, u fejn ikun meħtieġ sabiex jiġi żgurat il-funzjonament xieraq tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni, dak il-limitu massimu ta' 10 % jista', permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, jinqabeż b'mhux aktar minn 5 punti perċentwali. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konfomità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 33(2);

Artikolu 22

Azzjonijiet ġenerali eliġibbli

L-azzjonijiet ta' reazzjoni li ġejjin għandhom ikunu eliġibbli għal assistenza finanzjarja:

(a)

meta jintbagħtu t-timijiet ta' esperti msemmija fl-Artikolu 17(1) flimkien ma' appoġġ loġistiku u meta jintbagħtu l-esperti msemmija fil-punti (d) u (e) tal-Artikolu 8;

(b)

fl-eventwalità ta' diżastru, l-appoġġ lill-Istati Membri fil-kisba ta' aċċess għal tagħmir u riżorsi tat-trasport kif speċifikat fl-Artikolu 23; u

(c)

b'segwitu għal talba għal għajnuna, it-teħid ta' azzjoni ta' appoġġ u komplementari addizzjonali neċessarja biex tiġi ffaċilitata l-koordinazzjoni tar-reazzjoni b'mod l-aktar effikaċi.

Article 23

Azzjonijiet eliġibbli marbuta mat-tagħmir u mar-riżorsi tat-trasport

1.   L-azzjonijiet li ġejjin huma eliġibbli għal assistenza finanzjarja sabiex jippermettu aċċess għal tagħmir u riżorsi tat-trasport taħt il-Mekkaniżmu tal-Unjoni:

(a)

l-għoti u l-kondiviżjoni ta' informazzjoni dwar tagħmir u riżorsi tat-trasport li l-Istati Membri jiddeċiedu li jagħmlu disponibbli, bil-ħsieb tal-faċilitazzjoni tal-konsorzju ta' tali tagħmir jew riżorsi tat-trasport;

(b)

l-għajnuna lill-Istati Membri biex jidentifikaw, u biex jiffaċilitaw l-aċċess tagħhom għal, riżorsi tat-trasport li jistgħu jkunu disponibbli minn sorsi oħra, inkluż is-suq kummerċjali;

(c)

għajnuna lill-Istati Membri biex jidentifikaw tagħmir li jista' jkun disponibbli minn sorsi oħra, inkluż is-suq kummerċjali; u

(d)

finanzjament tar-riżorsi tat-trasport meħtieġa biex jiżguraw reazzjoni rapida għal diżastri. Tali azzjonijiet għandhom ikunu eliġibbli għall-appoġġ finanzjarju fil-każ biss li jintlaħqu l-kriterji li ġejjin:

(i)

tkun saret talba għal għajnuna skont il-Mekkaniżmu tal-Unjoni f'konformità mal-Artikoli 15 u 16;

(ii)

ir-riżorsi addizzjonali tat-trasport ikunu meħtieġa sabiex tkun żgurata l-effikaċja tar-reazzjoni għal diżastru skont il-Mekkaniżmu tal-Unjoni;

(iii)

l-għajnuna tkun tikkorrispondi mal-ħtiġijiet identifikati mill-ERCC u tingħata skont ir-rakkomandazzjonijiet mogħtija mill-ERCC dwar speċifikazzjonijiet tekniċi, kwalità, ħin u modalitajiet għall-għoti;

(iv)

l-għajnuna tkun ġiet aċċettata mill-pajjiż li jagħmel it-talba, direttament jew permezz tan-Nazzjonijiet Uniti jew l-aġenziji tagħha, jew organizzazzjoni internazzjonali rilevanti, skont il-Mekkaniżmu tal-Unjoni; u

(v)

l-għajnuna tkun tikkomplementa, għal diżastri f'pajjiżi terzi, kwalunkwe reazzjoni umanitarja globali tal-Unjoni.

2.   L-ammont tal-appoġġ finanzjarju tal-Unjoni għal riżorsi tat-trasport ma għandux ikun iktar minn 55 % tal-ispiża totali eliġibbli.

3.   Barra minn hekk, l-appoġġ finanzjarju tal-Unjoni għat-trasport jista' jkopri massimu ta' 85 % tal-ispiża totali eliġibbli fis-sitwazzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-ispejjeż relatati mat-trasport tal-kapaċitajiet identifikati minn qabel għall-konsorzju volontarju f'konformità mal-Artikolu 11; jew

(b)

l-għajnuna tkun meħtieġa biex tiġi indirizzata l-ħtieġa kritika u l-għajnuna ma tkunx disponibbli, jew ma tkunx disponibbli biżżejjed, fil-konsorzju volontarju.

4.   Barra minn hekk, l-appoġġ finanzjarju tal-Unjoni għar-riżorsi tat-trasport jista' jkopri massimu ta' 100 % tal-ispiża totali eliġibbli deskritta taħt il-punti (i), (ii) u (iii) jekk dan ikun meħtieġ biex il-konsorzju tal-għajnuna tal-Istati Membri jiffunzjona b'mod effikaċi u jekk l-ispejjeż jirrigwardaw waħda minn dawn li ġejjin:

(i)

il-kiri għal żmien qasir tal-kapaċità ta' magazzinaġġ biex tinħażen temporanjament l-għajnuna mill-Istati Membri bil-ħsieb li jiġi ffaċilitat it-trasport koordinat tagħha;

(ii)

l-imballaġġ mill-ġdid tal-għajnuna tal-Istati Membri biex isir użu massimu mill-kapaċitajiet ta' trasport disponibbli jew biex jiġu sodisfatti rekwiżiti operazzjonali speċifiċi; jew

(iii)

it-trasport lokali tal-għajnuna f'konsorzju bil-ħsieb li jiġi żgurat l-għoti koordinat fid-destinazzjoni finali fil-pajjiż li jitlob l-għajnuna.

L-appoġġ finanzjarju tal-Unjoni taħt dan il-paragrafu ma għandux jaqbeż EUR 75 000 fi prezzijiet attwali għal kull attivazzjoni tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni. F'każijiet eċċezzjonali, dak il-limitu massimu jista' permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, jinqabeż. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 33(2).

5.   F'każ ta' konsorzju tal-operazzjonijiet tat-trasport li jinvolvi diversi Stati Membri, Stat Membru jista' jieħu r-riedni biex jitlob appoġġ finanzjarju tal-Unjoni għall-operazzjoni kollha.

6.   Meta Stat Membru jitlob lill-Kummissjoni biex tikkuntratta servizzi ta' trasport, il-Kummissjoni għandha titlob rimborż parzjali tal-ispejjeż skont ir-rati ta' ffinanzjar stabbiliti fil-paragrafi 2, 3 u 4.

7.   L-ispejjeż li ġejjin għandhom ikunu eliġibbli għall-appoġġ finanzjarju tal-Unjoni għal riżorsi tat-trasport taħt dan l-Artikolu: l-ispejjeż kollha relatati mal-moviment ta' riżorsi tat-trasport, inklużi l-ispejjeż ta' kull servizz, tariffa, spiża loġistika u ta' maniġġar, fjuwil u spejjeż possibbli għal akkomodazzjoni kif ukoll spejjeż indiretti oħra bħal taxxi, dazji ġenerali u spejjeż għat-tranżitu.

Artikolu 24

Benefiċjarji

Għotjiet mogħtija skont din id-Deċiżjoni jistgħu jingħataw lil persuni ġuridiċi, kemm jekk regolati mid-dritt privat kif ukoll jekk regolati mid-dritt pubbliku.

Artikolu 25

Tipi ta' intervent finanzjarju u proċeduri ta' implimentazzjoni

1.   Il-Kummissjoni għandha timplimenta l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni skont ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012.

2.   Għajnuna finanzjarja taħt din id-Deċiżjoni tista' tieħu kwalunkwe waħda mill-forom previsti fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, b'mod partikolari għotjiet, rimborż ta' spejjeż, akkwist pubbliku jew kontribuzzjonijiet għal fondi fiduċjarji.

3.   Biex timplimenta din id-Deċiżjoni, il-Kummissjoni għandha tadotta programmi ta' ħidma annwali, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, ħlief għal azzjonijiet li jaqgħu taħt ir-reazzjoni f'każ ta' diżastru tal-Kapitolu IV, li ma jkunux possibbli li jsir provvediment għalihom minn qabel. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 33(2). Il-programmi ta' ħidma annwali għandhom jistabbilixxu l-objettivi segwiti, ir-riżultati mistennija, il-metodu ta' implimentazzjoni u l-ammont totali tagħhom. Dawn għandhom jinkludu wkoll deskrizzjoni tal-azzjonijiet li għandhom jiġu ffinanzjati, indikazzjoni tal-ammont allokat għal kull azzjoni u skeda indikattiva ta' żmien ta' implimentazzjoni. Fir-rigward tal-assistenza finanzjarja msemmija fl-Artikolu 28(2), il-programmi ta' ħidma annwali għandhom jiddeskrivu l-azzjonijiet previsti għall-pajjiżi msemmija fihom.

Artikolu 26

Komplementarjetà u konsistenza tal-azzjoni tal-Unjoni

1.   L-azzjonijiet li jirċievu assistenza finanzjarja taħt din id-Deċiżjoni ma għandhomx jirċievu assistenza minn strumenti finanzjarji oħra tal-Unjoni.

Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-applikanti għall-assistenza finanzjarja taħt din id-Deċiżjoni u l-benefiċjarji ta' tali assistenza jipprovduha b'informazzjoni dwar l-assistenza finanzjarja li jirċievu minn sorsi oħra, inkluż il-baġit ġenerali tal-Unjoni, u dwar applikazzjonijiet pendenti għal tali assistenza.

2.   Għandhom jitfittxu sinerġiji u komplementarjetà ma' strumenti oħra tal-Unjoni. Fil-każ ta' reazzjoni għal kriżijiet umanitarji f'pajjiżi terzi l-Kummissjoni għandha tiżgura l-komplementarjetà u l-koerenza ta' azzjonijiet iffinanzjati skont din id-Deċiżjoni u azzjonijiet iffinanzjati skont ir-Regolament (KE) Nru 1257/96.

3.   Meta l-għajnuna taħt il-Mekkaniżmu tal-Unjoni tikkontribwixxi għal reazzjoni umanitarja tal-Unjoni, partikolarment f'emerġenzi kumplessi, l-azzjonijiet li jirċievu assistenza finanzjarja skont din id-Deċiżjoni għandhom ikunu bbażati fuq il-ħtiġijiet identifikati u għandhom ikunu konsistenti mal-prinċipji umanitarji kif ukoll mal-prinċipji dwar l-użu tal-protezzjoni ċivili u tar-riżorsi militari kif stabbiliti fil-Kunsens Ewropew dwar l-Għajnuna Umanitarja.

Artikolu 27

Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni

1.   Il-Kummissjoni għandha tieħu miżuri xierqa li jiżguraw li, meta jiġu implimentati azzjonijiet iffinanzjati skont din id-Deċiżjoni, l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jkunu protetti bl-applikazzjoni ta’ miżuri preventivi kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kull attività oħra illegali, b’kontrolli effikaċi u, jekk jinkixfu irregolaritajiet, bl-irkupru tal-ammonti mħallsin ħażin u, fejn xieraq, b'sanzjonijiet amministrattivi u finanzjarji effettivi, proporzjonati u dissważivi.

2.   Il-Kummissjoni jew ir-rappreżentanti tagħha u l-Qorti tal-Awdituri għandu jkollhom is-setgħa ta’ verifika, abbażi ta' dokumenti u fuq il-post, fuq il-benefiċjarji tal-għajnuna finanzjarja, il-kuntratturi u s-sottokuntratturi kollha li jkunu rċevew fondi tal-Unjoni skont din id-Deċiżjoni.

3.   L-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) jista' jwettaq investigazzjonijiet, li jinkludu kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post, f'konformità mad-dispożizzjonijiet u l-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14) u fir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 (15) bil-għan li jiġi stabbilit jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni b'rabta ma' ftehim ta' għotja jew deċiżjoni ta' għotja jew kuntratt iffinanzjat skont din id-Deċiżjoni

4.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 1, 2 u 3, il-ftehimiet ta' kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi u ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali, kuntratti, ftehimiet ta’ għotja u deċiżjonijiet ta' għotja, li jirriżultaw mill-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni għandhom b'mod espliċitu jkun fihom dispożizzjonijiet li jagħtu s-setgħa lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Awdituri u lill-OLAF biex iwettqu tali verifiki u investigazzjonijiet, skont il-kompetenzi rispettivi tagħhom.

KAPITOLU VI

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 28

Pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali

1.   Il-Mekkaniżmu tal-Unjoni għandu jkun miftuħ għall-parteċipazzjoni ta’:

(a)

pajjiżi tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (EFTA) li huma membri taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE), skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-Ftehim taż-ŻEE, u pajjiżi Ewropej oħra fejn ipprovdut hekk minn ftehimiet u proċeduri;

(b)

pajjiżi aderenti, pajjiżi kandidati u kandidati potenzjali skont il-prinċipji ġenerali u t-termini u l-kondizzjonijiet ġenerali għall-parteċipazzjoni ta' dawk il-pajjiżi fil-programmi tal-Unjoni stabbiliti fi Ftehimiet Qafas u Deċiżjonijiet ta' Kunsilli ta' Assoċjazzjoni, jew arranġamenti simili;

2.   L-assistenza finanzjarja msemmija fl-Artikolu 20 u l-punti (a), (b), (e) u (h) tal-Artikolu 21(1) tista' tingħata wkoll lill-pajjiżi kandidati u l-kandidati potenzjali li ma jipparteċipawx fil-Mekkaniżmu tal-Unjoni, kif ukoll lil pajjiżi li huma parti mill-PEV, sal-punt li dik l-assistenza finanzjarja tikkomplementa l-finanzjament disponibbli taħt att leġislattiv tal-Unjoni futur dwar l-istabbiliment tal-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA II) u att leġislattiv tal-Unjoni futur dwar l-istabbiliment ta' Strument Ewropew ta' Viċinat.

3.   Organizzazzjonijiet internazzjonali jew reġjonali jistgħu jikkooperaw f'attivitajiet taħt il-Mekkaniżmu tal-Unjoni fejn ftehimiet bilaterali jew multilaterali rilevanti bejn dawk l-organizzazzjonijiet u l-Unjoni jippermettu dan.

Artikolu 29

Awtoritajiet kompetenti

Għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni, l-Istati Membri għandhom jaħtru l-awtoritajiet kompetenti u jgħarrfu lill-Kummissjoni b'dan.

Artikolu 30

Eżerċizzju tad-delega

1.   Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa tadotta atti ddelegati soġġett għall-kondizzjonijiet stipulati f'dan l-Artikolu.

2.   Is-setgħa tal-adozzjoni tal-atti ddelegati msemmija fl-Artikolu 19(5) u (6) għandha tingħata lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2020.

3.   Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikolu 19(5) u (6) tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega ta' setgħa msemmija f'dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Din ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att iddelegat li huwa diġà fis-seħħ.

4.   Malli tadotta att iddelegat, il-Kummissjoni għandha tagħti notifika dwaru simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.   Att iddelegat adottat skont l-Artikolu 19(5) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ma jkunux oġġezzjonaw għalih fi żmien xahrejn minn meta tkun ingħatatilhom notifika dwar dak l-att jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill it-tnejn ikunu infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex ser joġġezzjonaw għalih. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 31

Proċedura ta’ urġenza

1.   Atti ddelegati adottati skont dan l-Artikolu għandhom jidħlu fis-seħħ mingħajr dewmien u għandhom japplikaw sakemm ma tiġi espressa l-ebda oġġezzjoni skont il-paragrafu 2. In-notifika dwar att iddelegat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għandha tiddikjara r-raġunijiet għall-użu tal-proċedura ta’ urġenza.

2.   Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jista' joġġezzjona għal att iddelegat skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 30(5). F’dak il-każ, il-Kummissjoni għandha tħassar l-att mingħajr dewmien wara n-notifika dwar id-deċiżjoni ta’ oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.

Artikolu 32

Atti ta' implimentazzjoni

1.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni dwar il-materji li ġejjin:

(a)

l-interazzjoni tal-ERCC mal-punti ta' kuntatt tal-Istati Membri, kif previst fil-punt (b) tal-Artikolu 8, l-Artikolu 15(3) u l-punt (a) tal-Artikolu 16(3); u l-proċeduri operazzjonali għar-reazzjoni għad-diżastri ġewwa l-Unjoni, kif previst fl-Artikolu 15, kif ukoll barra l-Unjoni, kif previst fl-Artikolu 16, inkluża l-identifikazzjoni ta' organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti;

(b)

il-komponenti taċ-CECIS kif ukoll l-organizzazzjoni tal-kondiviżjoni tal-informazzjoni permezz taċ-CECIS, kif previst fil-punt (b) tal-Artikolu 8;

(c)

il-proċess għall-istazzjonar ta' timijiet ta' esperti, kif previst fl-Artikolu 17;

(d)

l-identifikazzjoni ta' moduli, kapaċitajiet oħrajn ta' reazzjoni u esperti kif previst fl- Artikolu 9(1);

(e)

ir-rekwiżiti operazzjonali għall-funzjonament u l-interoperabbiltà ta' moduli, kif previst fl- Artikolu 9(2), inklużi l-kompiti, il-kapaċitajiet, il-komponenti ewlenin, l-awtosuffiċjenza u l-istazzjonar tagħhom;

(f)

il-miri tal-kapaċità, ir-rekwiżiti ta' kwalità u interoperabbiltà u l-proċedura ta' ċertifikazzjoni u reġistrazzjoni għall-funzjonament tal-EERC, kif previst fl-Artikolu 11, kif ukoll l-arranġamenti finanzjarji, kif previst fl-Artikolu 21(2);

(g)

l-identifikazzjoni u l-indirizzar tal-lakuni fl-EERC, kif previst fl-Artikolu 12;

(h)

l-organizzazzjoni tal-programm ta' taħriġ, qafas ta' eżerċizzji u programm għat-tagħlimiet meħuda, kif previst fl-Artikolu 13; u

(i)

l-organizzazzjoni tal-appoġġ għat-trasport tal-għajnuna, kif previst fl-Artikoli 18 u 23.

2.   Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 33(2).

Artikolu 33

Proċedura tal-Kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn kumitat. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. Meta l-kumitat ma jagħtix opinjoni, il-Kummissjoni ma għandhiex tadotta l-abbozz tal-att ta' implimentazzjoni u għandu japplika t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Artikolu 34

Evalwazzjoni

1.   Azzjonijiet li jirċievu assistenza finanzjarja għandhom ikunu monitorjati b'mod regolari sabiex tiġi segwita l-implimentazzjoni tagħhom.

2.   Il-Kummissjoni għandha tevalwa l-applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni u tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill:

(a)

rapport interim ta’ evalwazzjoni dwar ir-riżultati miksuba u dwar l-aspetti kwalitattivi u kwantitattivi tal-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2017;

(b)

komunikazzjoni dwar l-implimentazzjoni kontinwata ta' din id-Deċiżjoni sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2018; u

(c)

rapport ta' evalwazzjoni ex post sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2021.

Ir-rapport interim ta’ evalwazzjoni u l-komunikazzjoni kif imsemmija fil-punti (a) u (b) rispettivament għandhom ikunu akkumpanjati, jekk ikun il-każ, minn proposti għal emendi għal din id-Deċiżjoni.

KAPITOLU VII

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 35

Dispożizzjonijiet transizzjonali

1.   Azzjonijiet li jibdew qabel l-1 ta' Jannar 2014 abbażi tad-Deċiżjoni 2007/162/KE, Euratom għandhom ikomplu jiġu amministrati, fejn ikun rilevanti, f'konformità ma' dik id-Deċiżjoni.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw, fil-livell nazzjonali, transizzjoni mingħajr xkiel bejn l-azzjonijiet imwettqa fil-kuntest tal-Istrument Finanzjarj u dawk li għandhom jiġu implimentati skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti f'din id-Deċiżjoni.

Artikolu 36

Revoka

Id-Deċiżjoni 2007/162/KE, Euratom u d-Deċiżjoni 2007/779/KE, Euratom huma revokati. Referenzi għad-Deċiżjonijiet imħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Deċiżjoniu għandhom jinqraw skont it-tabella ta' korrelazzjoni fl-Anness II għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 37

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2014.

Artikolu 38

Destinatarji

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri f'konformità mat-Trattati.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Diċembru 2013.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

M. SCHULZ

Għall-Kunsill

Il-President

L. LINKEVIČIUS


(1)  ĠU C 277, 13.9.2012, p. 164.

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/792/KE, Euratom tat-23 ta' Ottubru 2001 li tistabbilixxi mekkaniżmu Komunitarju li jiffaċilita l-kooperazzjoni msaħħa fl-interventi ta' assistenza fil-protezzjoni ċivili (ĠU L 297, 15.11.2001, p. 7).

(3)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/162/KE, Euratom tal-5 ta' Marzu 2007 li jistabbilixxi Strument Finanzjarju għall-Protezzjoni Ċivili (ĠU L 71, 10.3.2007, p. 9).

(4)  Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/847/KE tad-9 ta' Diċembru 1999 li tistabbilixxi programm ta' azzjoni Komunitarju fil-qasam tal-protezzjoni ċivili (ĠU L 327, 21.12.1999, p. 53).

(5)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/96 tal-20 ta’ Ġunju 1996 rigward l-għajnuna umanitarja (ĠU L 163, 2.7.1996, p. 1).

(6)  Dikjarazzjoni Konġunta mill-Kunsill u r-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri mlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill, il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea (ĠU C 25, 30.1.2008, p. 1).

(7)  ĠU C 317, 12.12.2008, p. 6.

(8)  Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011 p. 13).

(9)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/124/KE, Euratom tat-12 ta’ Frar 2007 li tistabbilixxi għall-perijodu 2007-2013, bħala parti mill-Programm Ġenerali dwar is-Sigurtà u s-Salvagwardja tal-Libertajiet, il-Programm speċifiku "Prevenzjoni, Stat ta' Tħejjija u Maniġġar tal-Konsegwenzi tat-Terroriżmu u riskji oħra relatati mas-Sigurtà" (ĠU L 58, 24.2.2007, p. 1).

(10)  Regolament (KE) Nru 1406/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ġunju 2002 li jistabbilixxi l-Aġenzija Marittima Ewropea għas-Sigurtà (ĠU L 208, 5.8.2002, p. 1).

(11)  Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).

(12)  ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.

(13)  Deċiżjoni Nru 1082/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2013 dwar theddid transkonfinali serju għas-saħħa u li tħassar id-Deċiżjoni Nru 2119/98/KE (ĠU L 293, 5.11.2013, p. 1).

(14)  Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1).

(15)  Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolarijiet oħra (ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2).


ANNESS I

Perċentwali għall-allokazzjoni tal-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni msemmi fl-Artikolu 19(1)

Prevenzjoni

:

20 % +/- 8 punti perċentwali

Stat ta' Tħejjija

:

50 % +/- 8 punti perċentwali

Reazzjoni

:

30 % +/- 8 punti perċentwali

Prinċipji

Meta timplimenta din id-Deċiżjoni, il-Kummissjoni għandha tagħti prijorità lill-azzjonijiet li għalihom din id-Deċiżjoni tistabbilixxi skadenza fil-perijodu li jwassal għall-iskadenza ta' dik l-iskadenza, bl-objettiv li tiġi sodisfatta l-iskadenza inkwistjoni.


ANNESS II

Tabella ta' korrelazzjoni

Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/162 KE, Euratom

Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/779 KE, Euratom

Din id-Deċiżjoni

Artikolu 1(1)

 

Artikolu 1(2)

 

Artikolu 1(4)

Artikolu 1(3)

 

Artikolu 1(4)

 

Artikolu 2(2)

 

Artikolu 1(1)

 

Artikolu 1(2), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 1(2)

 

Artikolu 1(2), it-tieni subparagrafu

Artikolu 1(5)

Artikolu 2(1)

 

Artikolu 2(1), punt (a)

Artikolu 2(2)

 

Artikolu 2(1), punt (b)

Artikolu 2(3)

 

Artikolu 1(6)

 

Artikolu 2(1)

 

Artikolu 2(2)

Artikolu 13(1), punt (a)

 

Artikolu 2(3)

Artikolu 20(c)

 

Artikolu 2(4)

Artikolu 8(d)

 

Artikolu 2(5)

Artikolu 8(a)

 

Artikolu 2(6)

Artikolu 8(b)

 

Artikolu 2(7)

Artikolu 8(c)

 

Artikolu 2(8)

Artikolu 18(1)

 

Artikolu 2(9)

Artikolu 18(2)

 

Artikolu 2(10)

Artikolu 16(7)

 

Artikolu 2(11)

Artikolu 3

Artikolu 3

Artikolu 4

Artikolu 4(1)

 

Artikoli 20 u 21

Artikolu 4(2), punt (a)

 

Artikolu 22(a)

Artikolu 4(2), punt (b)

 

Artikolu 22(b) u Artikolu 23(1), punti (a), (b) u (c)

Artikolu 4(2), punt (c)

 

Artikolu 23(1), punt (d)

Artikolu 4(3)

 

Artikolu 23(2) u (4)

Artikolu 4(4)

 

Artikolu 32(1)(i)

 

Artikolu 4(1)

Artikolu 9(1)

 

Artikolu 4(2)

Artikolu 9(3)

 

Artikolu 4(3)

Artikolu 9(1) u (2)

 

Artikolu 4(4)

Artikolu 9(4)

 

Artikolu 4(5)

Artikolu 9(5)

 

Artikolu 4(6)

Artikolu 9(6)

 

Artikolu 4(7)

Artikolu 9(9)

 

Artikolu 4(8)

Artikolu 9(7)

Artikolu 5

 

Artikolu 24

 

Artikolu 5(1)

Artikolu 8(a)

 

Artikolu 5(2)

Artikolu 8(b)

 

Artikolu 5(3)

Artikolu 8(c)

 

Artikolu 5(4)

Artikolu 8(d)

 

Artikolu 5(5)

Artikolu 13(1), punt (a)

 

Artikolu 5(6)

 

Artikolu 5(7)

Artikolu 13(1), punt (d)

 

Artikolu 5(8)

Artikolu 13(1), punt (f)

 

Artikolu 5(9)

Artikolu 18

 

Artikolu 5(10)

Artikolu 8(e)

 

Artikolu 5(11)

Artikolu 8(g)

Artikolu 6(1)

 

Artikolu 25(1)

Artikolu 6(2)

 

Artikolu 25(2)

Artikolu 6(3)

 

Artikolu 25(3), it-tielet u r-raba' sentenzi

Artikolu 6(4)

 

Artikolu 25(3), it-tielet u r-raba' sentenzi

Artikolu 6(5)

 

Artikolu 25(3), l-ewwel u t-tieni sentenzi

Artikolu 6(6)

 

 

Artikolu 6

Artikolu 14

Artikolu 7

 

Artikolu 28(1)

 

Artikolu 7(1)

Artikolu 15(1)

 

Artikolu 7(2)

Artikolu 15(3)

 

Artikolu 7(2), punt (a)

Artikolu 15(3), punt (a)

 

Artikolu 7(2), punt (c)

Artikolu 15(3), punt (b)

 

Artikolu 7(2), punt (b)

Artikolu 15(3), punti (c) u (d)

 

Artikolu 7(3), l-ewwel u t-tielet sentenzi

Artikolu 15(4) u Artikolu 16(6)

 

Artikolu 7(4)

Artikolu 15(5)

 

Artikolu 7(5)

 

Artikolu 7(6)

Artikolu 17(3), l-ewwel sentenza

Artikolu 8

 

Artikolu 26

 

Artikolu 8(1), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 16(1)

 

Artikolu 8(1), it-tieni subparagrafu

Artikolu 16(2), l-ewwel sentenza

 

Artikolu 8(1), it-tielet subparagrafu

 

Artikolu 8(1), ir-raba' subparagrafu

 

Artikolu 8(2)

Artikolu 16(4)

 

Artikolu 8(3)

 

Artikolu 8(4), punt (a)

Artikolu 16(3), punt (a)

 

Artikolu 8(4), punt (b)

Artikolu 16(3), punt (c)

 

Artikolu 8(4), punt (c)

Artikolu 16(3), punt (d)

 

Artikolu 8(4), punt (d)

Artikolu 16(3), punt (e)

 

Artikolu 8(5)

Artikolu 16(8)

 

Artikolu 8(6), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 17(1) u Artikolu (2), punt (b)

 

Artikolu 8(6), it-tieni subparagrafu

Artikolu 17(3), it-tieni sentenza

 

Artikolu (7), l-ewwel subparagrafu

 

Artikolu 8(7), it-tieni subparagrafu

Artikolu 16(2), it-tieni sentenza

 

Artikolu 8(7), it-tielet subparagrafu

Artikolu 16(9)

 

Artikolu 8(7), ir-raba' subparagrafu

Artikolu 16(11)

 

Artikolu 8 (7), il-ħames subparagrafu

 

Artikolu 8 (8)

Artikolu 16(10)

 

Artikolu 8(9), punt (a)

Artikolu 16(12)

 

Artikolu 8(9), punt (b)

Artikolu 16(13)

Artikolu 9

 

Artikolu 16(2)

 

Artikolu 9

Artikolu 18

Artikolu 10

 

Artikolu 19(3)

 

Artikolu 10

Artikolu 28

Artikolu 11

 

 

Artikolu 11

Artikolu 29

Artikolu 12(1)

 

Artikolu 27(1)

Artikolu 12(2)

 

Artikolu 12(3)

 

Artikolu 12(4)

 

Artikolu 12(5)

 

 

Artikolu 12(1)

Artikolu 32(1), punt (e)

 

Artikolu 12(2)

Artikolu 32(1), punt (a)

 

Artikolu 12(3)

Artikolu 32(1), punt (b)

 

Artikolu 12(4)

Artikolu 32(1), punt (c)

 

Artikolu 12(5)

Artikolu 32(1), punt (h)

 

Artikolu 12(6)

Artikolu 32(1), punt (d)

 

Artikolu 12(7)

 

Artikolu 12 (8)

 

Artikolu 12 (9)

Artikolu 32 (1) (a), first sentence

Artikolu 13

Artikolu 13

Artikolu 33

Artikolu 14

 

Artikolu 19

Artikolu 15

Artikolu 14

Artikolu 34

 

Artikolu 15

Artikolu 36

Artikolu 16

 

Artikolu 37, it-tieni sentenza

Artikolu 17

Artikolu 16

Artikolu 38


Top