Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013D0784

2013/784/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat- 18 ta’ Diċembru 2013 li jemenda l-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa I, II u III għall-kummerċ ġewwa l-Unjoni fl-annimali ovini u kaprini għall-qatla, it-tismin u r-riproduzzjoni stipulati fl-Anness E tad-Direttiva tal-Kunsill 91/68/KEE (notifikata bid-dokument C(2013) 9208) Test b’relevanza għaż-ŻEE

OJ L 346, 20.12.2013, p. 75–88 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2013/784/oj

20.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 346/75


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-18 ta’ Diċembru 2013

li jemenda l-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa I, II u III għall-kummerċ ġewwa l-Unjoni fl-annimali ovini u kaprini għall-qatla, it-tismin u r-riproduzzjoni stipulati fl-Anness E tad-Direttiva tal-Kunsill 91/68/KEE

(notifikata bid-dokument C(2013) 9208)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2013/784/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/68/KEE tat-28 ta’ Jannar 1991 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ fi ħdan il-Komunità tan-nagħaġ u l-mogħoż (1), u b’ mod partikolari l-Artikolu 14(2) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kunsill 91/68/KEE tistabbilixxi l-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw l-kummerċ tal-annimali ovini u kaprini fi ħdan l-Unjoni. Din tipprovdi, fost l-oħrajn, li waqt it-trasport lejn id-destinazzjoni tagħhom l-annimali ovini u kaprini għandu jkollhom magħhom ċertifikat tas-saħħa li jikkonforma ma’ Mudell I, II, jew III kif stabbilit fl-Anness E tagħha.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) jistabbilixxi r-regoli għall-prevenzjoni, il-kontroll u l-eradikazzjoni ta’ ċertu enċefalopatija spongiformi li tinxtered (EST) f’annimali bovini, ovini, u kaprini. L-Anness VII ta’ dak ir-Regolament jistabbilixxi l-miżuri għall-kontroll u l-qerda tat-TSEs. Barra minn hekk, il-Kapitolu A tal-Anness VIII ta’ dak ir-Regolament jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-kummerċ fi ħdan l-Unjoni ta’ annimali ħajjin, semen u embrijuni. Il-Kapitlu A tal-Anness VIII tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 ġie emendat dan l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 630/2013 (3).

(3)

Sabiex jirrifletti r-rekwiżiti marbuta mal-kummerċ ġewwa l-Unjoni fl-annimali ovini u kaprini għat-tismin u r-riproduzzjoni stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 999/2001, kif emendat bir-Regolament (UE) Nru 630/2013, il-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa II u III stipulati fl-Anness E tad-Direttiva 91/68/KEE, ġew emendati dan l-aħħar bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/445/UE (4).

(4)

Fil-proċess ta’ dik l-emenda, il-possibilità li f’ċerti kundizzjonijiet l-annimali ovini u kaprini jiġu mċaqilqa għal skopijiet ta’ riproduzzjoni lejn Stati Membri bi programm ta’ kontroll approvat għall-iscrapie klassika tħalliet barra bi żball. Għalhekk, il-punt II.9 tal-Parti II tal-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa III għall-kummerċ ġewwa l-Unjoni tal-annimali ovini u kaprini għar-riproduzzjoni, stabbilit fl-Anness E tad-Direttiva 91/68/KEE, għandu jiġi emendat.

(5)

Barra minn hekk, fil-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa II għall-kummerċ ġewwa l-Unjoni tal-annimali ovini u kaprini għat-tismin u fil-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa III għall-kummerċ ġewwa l-Unjoni f’annimali ovini u kaprini għar-riproduzzjoni, stabbilit fl-Anness E tad-Direttiva 91/68/KEE, ċerti referenzi għar-Regolament (KE) Nru 999/2001 għandhom jiġu riveduti sabiex titneħħa kwalunkwe ambigwità.

(6)

Għaldaqstant, il-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa II u III, stabbiliti fl-Anness E tad-Direttiva 91/68/KEE, għandhom ikunu emendati biex jirriflettu korrettament ir-rekwiżiti marbuta mal-kummerċ ġewwal l-Unjoni tal-annimali ovini u kaprini għat-tismin u r-riproduzzjoni stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 999/2001, kif emendat permezz tar-Regolament (UE) Nru 630/2013.

(7)

Barra minn hekk, sabiex tiġi żgurata l-konsistenza tat-terminoloġija f’kull mudell taċ-ċertifikati tas-saħħa għall-kummerċ ġewwa l-Unjoni fl-annimali ovini u kaprini, kif imniżżel fl-Anness E tad-Direttiva 91/68/KEE, dawn il-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa għandhom jiġu emendati u sostitwiti mill-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa I, II u III kif stabbiliti fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

(8)

Id-Direttiva 91/68/KEE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan.

(9)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness E tad-Direttiva 91/68/KEE huwa mibdul bit-test fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Diċembru 2013.

Għall-Kummissjoni

Tonio BORG

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 46, 19.2.1991, p. 19.

(2)  Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2001 li jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta’ ċerti enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (ĠU L 147, 31.5.2001, p. 1).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 630/2013 tat-28 ta’ Ġunju 2013 li jemenda l-Annessi għar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 999/2001 li jistabblixxi r-regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta’ ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (ĠU L 179, 29.6.2013, p. 60).

(4)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/445/UE tad-29 ta’ Awwissu 2013 li temenda l-Anness E tad-Direttiva tal-Kunsill 91/68/KEE fir-rigward tal-mudell taċ-ċertifikati tas-saħħa għall-kummerċ fi ħdan l- Unjoni għall-annimali ovini u kaprini u r-rekwiżiti tas-saħħa li jirrigwardaw il-marda tal-ħakk (scrapie) (ĠU L 233, 31.8.2013, p. 48).


ANNESS

“ANNESS E

MUDELL I

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

MUDELL II

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

MUDELL III

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Top