Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013D0782

2013/782/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat- 18 ta’ Diċembru 2013 li temenda d-Deċiżjoni 2002/757/KE dwar ir-rekwiżit taċ-ċertifikat fitosanitarju fir-rigward tal-organiżmu ta’ ħsara Phytophthora ramorum Werres, De Cock & Man in ’t Veld sp. nov. għall-injam isserrat mingħajr qoxra ta’ Acer macrophyllum Pursh u Quercus spp. L. li joriġina fl-Istati Uniti tal-Amerika (notifikata bid-dokument C(2013) 9181)

OJ L 346, 20.12.2013, p. 69–72 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2013/782/oj

20.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 346/69


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-18 ta’ Diċembru 2013

li temenda d-Deċiżjoni 2002/757/KE dwar ir-rekwiżit taċ-ċertifikat fitosanitarju fir-rigward tal-organiżmu ta’ ħsara Phytophthora ramorum Werres, De Cock & Man in ’t Veld sp. nov. għall-injam isserrat mingħajr qoxra ta’ Acer macrophyllum Pursh u Quercus spp. L. li joriġina fl-Istati Uniti tal-Amerika

(notifikata bid-dokument C(2013) 9181)

(2013/782/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta’ Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta’ organiżmi ta’ ħsara għall-pjanti jew għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità (1), u b’mod partikolari r-raba’ sentenza tal-Artikolu 16(3) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/757/KE (2) titlob lill-Istati Membri jadottaw miżuri biex iħarsu lilhom infushom mill-introduzzjoni u l-firxa fl-Unjoni ta’ Phytopthora ramorum Werres, De Cock & Man in ’t Veld sp. nov., organiżmu ta’ ħsara li mhuwiex elenkat fl-Anness I jew l-Anness II tad-Direttiva 2000/29/KE.

(2)

L-injam isserrat mingħajr qoxra ta’ Acer macrophyllum Pursh and Quercus spp. L. li joriġina fl-Istati Uniti tal-Amerika ma jistax jiġi introdott fl-Unjoni sakemm ma jkunx akkumpanjat minn ċertifikat fitosanitarju kif imsemi fl-Artikolu 13(1)(ii) tad-Direttiva 2000/29/KE u fil-punt 2 tal-Anness tad-Deċiżjoni 2002/757/KE.

(3)

Abbażi ta’ informazzjoni mogħtija mill-Istati Uniti tal-Amerika, il-Kummissjoni nnutat li programm uffiċjali, il-Kiln Drying Sawn Hardwood Lumber Certification Program, ġie approvat mill-Animal and Plant Health Inspection Service, US Department of Agriculture u se jkun qed jiġi operat mill-US National Hardwood Lumber Association (NHLA).

(4)

Il-Kiln Drying Sawn Hardwood Lumber Certification Program jiżgura li l-faċilitajiet approvati tal-injam iebes fl-Istati Uniti joperaw skont il-Kiln Drying Sawn Hardwood Standard. Dak l-Istandard jiżgura li l-partijiet kollha tal-injam iebes isserrat esportati skont dak il-Programm jitnixxfu bil-forn sakemm jibqa’ anqas minn 20 % tal-umdità skont il-piż u skont l-iskedi tat-tnixxif fil-forn, u li jkunu mingħajr qoxra.

(5)

Dak l-istandard jiżgura wkoll li ma’ kull lott ta’ injam iebes imnixxef bil-forn tinhemeż tikketta tal-identità tal-azzar bit-timbru “NHLA – KD” flimkien ma’ numru uniku assenjat lil kull lott. In-numri jiġu elenkati fuq iċ-Ċertifikat Kiln Drying Hardwood Lumber korrispondenti (“Certificate of Kiln Drying”).

(6)

Għalhekk, għandha tiġi pprovduta deroga sabiex l-injam isserrat mingħajr qoxra ta’ Acer macrophyllum Pursh u Quercus spp. L. li joriġina fl-Istati Uniti tal-Amerika jiġi introdott fl-Unjoni meta jkun akkumpanjat b’Ċertifikat ta’ tnixxif bil-forn bħala alternattiva għal ċertifikat fitosanitarju, dejjem jekk ċerti kundizzjonijiet jiġu ssodisfati.

(7)

Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-Istati Uniti tal-Amerika tagħmel disponibbli kull informazzjoni teknika meħtieġa biex jiġi vvalutat il-funzjonament tal-programm. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jivvalutaw kontinwament l-użu tat-tikketti tal-identità NHLA u ċ-Ċertifikat assoċjat tat-tnixxif bil-forn.

(8)

Id-deroga stipulata fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tad-Deċiżjoni 2002/757/KE kif emendata b’din id-Deċiżjoni għandha tibqa’ tapplika sat-30 ta’ Novembru 2016 sabiex tiġi allinjata mar-rekwiżiti tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/780/UE (3).

Għalhekk, id-Deċiżjoni 2002/757/KE għandha tiġi emendata skont dan.

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2002/757/KE għandha tiġi emendata kif ġej:

1.

Fl-Artikolu 3, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Pjanti u injam suxxettibbli jistgħu jiddaħħlu biss fit-territorju tal-Unjoni jekk jikkonformaw mal-miżuri fitosanitarji ta’ emerġenza stipulati fil-punti 1a u 2 tal-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni, jekk il-formalitajiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 2000/29/KE jitlestew u jekk, bħala riżultat ta’ dawk il-formalitajiet fir-rigward tal-preżenza ta’ iżolati mhux Ewropej tal-organiżmu ta’ ħsara, pjanti u injam suxxettibbli jinsabu ħielsa mill-organiżmu ta’ ħsara.

B’deroga mill-ewwel subparagrafu, sat-30 ta’ Novembru 2016, l-injam isserrat mingħajr qoxra ta’ Acer macrophyllum Pursh and Quercus spp. L., li joriġina fl-Istati Uniti tal-Amerika, jista’ jiġi introdott fl-Unjoni mingħajr ma jikkonforma mal-punt 2 tal-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni, dejjem jekk jikkonforma mal-kundizzjonijiet stipulati fl-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni.”

2.

Fl-Artikolu 3(2) u (3) u fl-Artikolu 5(1), il-kliem “tal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni” jinbidlu bi “tal-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni” u għandu jsir kull aġġustament grammatikali meħtieġ b’konsegwenza ta’ dan.

3.

Għandu jiddaħħal l-Artikolu 6a li ġej:

“Artikolu 6a

1.   L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra, u bil-miktub, meta jkunu għamlu użu mid-deroga stipulata fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(1).

Qabel il-15 ta’ Lulju kull sena, l-Istati Membri li jkunu għamlu użu mid-deroga għandhom jipprovdu informazzjoni lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra dwar l-għadd ta’ kunsinni impurtati fis-sena preċedenti skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(1) ta’ din id-Deċiżjoni u rapport dettaljat tal-każijiet kollha ta’ interċezzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.

2.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra mhux aktar tard minn jumejn tax-xogħol wara d-data ta’ interċettazzjoni ta’ kull kunsinna introdotta fit-territorju tagħhom skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(1) li ma jikkonformax mal-kundizzjonijiet stipulati fl-Anness II.

3.   Il-Kummissjoni għandha titlob l-Istati Uniti tal-Amerika biex tipprovdilha l-informazzjoni teknika meħtieġa biex tippermetti lill-Kummissjoni tevalwa l-funzjonament tal-Kiln Drying Sawn Hardwood Lumber Certification Program.”

4.

L-Anness jingħata t-titolu l-ġdid ta’ Anness I.

5.

Jiżdied Anness II, li t-test tiegħu huwa stabbilit fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Diċembru 2013.

Għall-Kummissjoni

Tonio BORG

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/757/KE tad-19 ta’ Settembru 2002 dwar miżuri fitosanitarji proviżorji ta’ emerġenza biex jipprevjenu l-introduzzjoni u l-firxa fil-Komunità ta’ Phytophthora ramorum Werres, De Cock & Man in ’t Veld sp. nov. (ĠU L 252, 20.9.2002, p. 37).

(3)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/780/UE tat-18 ta’ Diċembru 2013 tipprovdi għal deroga mill-Artikolu 13(1)(ii) tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE dwar l-injam isserrat mingħajr qoxra ta’ Quercus L., Platanus L. u Acer saccharum Marsh. li joriġina fl-Istati Uniti tal-Amerika (Ara l-paġna 61 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).


ANNESS

“ANNESS II

PARTI I

Il-kundizzjonijiet imsemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(1)

Il-kundizzjonijiet imsemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(1) skont liema l-injam isserrat mingħajr qoxra ta’ Acer macrophyllum Pursh u Quercus spp. L. li joriġina fl-Istati Uniti tal-Amerika jista’ jiġi introdott fl-Unjoni mingħajr ma jikkonforma mal-punt 2 tal-Anness I, huma dawn li ġejjin:

(1)

l-injam għandu jkun manifatturat f’segeriji jew trattat f’postijiet approvati u vverifikati mill-US National Hardwood Lumber Association (NHLA) biex jipparteċipa fid-Drying Sawn Hardwood Lumber Certification Program (‘il-programm);

(2)

l-injam għandu jitnixxef bil-forn sakemm jifdallu biss anqas minn 20 % tal-kontenut tal-umdità, espress bħala perċentwal ta’ materja niexfa, li tintlaħaq fi skeda adattata ta’ ħin/temperatura;

(3)

ladarba l-kundizzjoni stabbilita fil-punt (2) tiġi ssodisfata, għandha titwaħħal tikketta tal-identità tal-azzar standard ma’ kull lott mill-uffiċjal nominat tas-segerija msemmija fil-punt (1), jew taħt is-superviżjoni tiegħu. Kull tikketta tal-identità għandha tiġi ttimbrata b’ ‘NHLA – KD’ flimkien ma’ numru uniku assenjat lil kull lott;

(4)

sabiex ikun żgurat li l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti (2) u (3) jiġu ssodisfati, l-injam għandu jkun suġġett għal sistema ta’ verifika li tkun ġiet stabbilita skont il-programm u li tinkludi spezzjoni tal-merkanzija qabel titgħabba u l-monitoraġġ f’segeriji approvati mwettaq minn awdituri indipendenti ta’ parti terza ikkwalifikati u awtorizzati għal dak il-għan. L-Animal and Plant Health Inspection Service, US Department of Agriculture għandu jwettaq ta’ sikwit spezzjonijiet qabel titgħabba l-merkanzija u verifiki ta’ kull sitt xhur ta’ rekords tal-NHLA u proċeduri relatati mal-programm, tal-awdituri indipendenti ta’ parti terza, u tas-segeriji u postijiet oħra xierqa li jipparteċipaw fil-programm;

(5)

l-injam għandu jkun akkumpanjat minn ‘Certificate of Kiln Drying’ standard li jikkonforma mal-mudell stabbilit fil-Parti II ta’ dan l-Anness, u li jinħareġ minn persuna jew persuni awtorizzati li jipparteċipaw fil-programm u li huwa vvalidat minn spettur tal-NHLA. Is-Certificate of Kiln Drying għandu jitlesta u għandu jinkludi l-informazzjoni dwar l-ammont ta’ injam isserrat u mingħajr qoxra f’piedi u metri kubi. Iċ-ċertifikat għandu jispeċifika wkoll in-numru totali ta’ lottijiet u kull numru tat-tikketta tal-identità assenjat lil dawk il-lottijiet.

PART II

Model of Certificate of Kiln Drying

Agreement No. 07-8100-1173-MU

Cert #. xxxxx-xxxxx

CERTIFICATE OF KILN DRYING

Sawn Hardwood Lumber

Lumber Kiln Dried by

Consignee

Name of Company:

Name:

Address:

Address:

City/State/Zip:

City/State/Zip:

Phone:

Country:

Order #:

Port:

Invoice #:

Container #:

Customer PO#:

 

Certificate Standard: This certifies that the lumber described below is of the allowed genera Quercus sp. and/or Platanus sp. and/or the species Acer saccharum and/or Acer macrophyllum; and has met the treatment requirements of the Dry Kiln Operators Manual and is bark free.

Description of Consignment:

Botanical Name of wood:

List species, thickness, grade of various items contained in shipment:

Bundle Numbers

Clip ID Numbers

Board Footage

Cubic Meters

 

 

 

 

Totals:

# Bundles

BdFt

Cubic Meters:

(This document is issued under a program officially approved by the Animal, Plant, Health, and Inspection Service of the U.S. Department of Agriculture. The products covered by this document are subject to pre-shipment inspection by that Agency. No liability shall be attached to the U.S. Department of Agriculture or any representatives of the Department with respect to this certificate.)

AUTHORIZED PERSON RESPONSIBLE FOR CERTIFICATION

NAME (PRINT) _

TITLE _

I certify that the products described above satisfy the Kiln Drying requirements listed under Certificate Standard and are bark free.

SIGNATURE _

DATE _

NATIONAL HARDWOOD LUMBER ASSOCIATION VALIDATION

NAME (PRINT)

AUTHORIZED SIGNATURE

TITLE

DATE

National Hardwood Lumber Association PO Box 34518 | Memphis, TN 38184-0518 | Ph. 901-377-1818|Fax 901-347-0034 | www.nhla.com

PLEASE SIGN THIS FORM IN BLUE INK


Top