EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013D0416

2013/416/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal- 31 ta’ Lulju 2013 li temenda l-Anness II tad-Deċiżjoni 93/195/KEE fir-rigward tal-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa għad-dħul mill-ġdid fl-Unjoni Ewropea ta’ żwiemel reġistrati għat-tiġrija, kompetizzjoni u okkażjonijiet kulturali wara esportazzjoni temporanja għal perjodu ta’ mhux iktar minn 30 jum (notifikata bid-dokument C(2013) 4850) Test b’relevanza għaż-ŻEE

OJ L 206, 2.8.2013, p. 9–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/09/2018; Impliċitament imħassar minn 32018R0659

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2013/416/oj

2.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 206/9


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-31 ta’ Lulju 2013

li temenda l-Anness II tad-Deċiżjoni 93/195/KEE fir-rigward tal-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa għad-dħul mill-ġdid fl-Unjoni Ewropea ta’ żwiemel reġistrati għat-tiġrija, kompetizzjoni u okkażjonijiet kulturali wara esportazzjoni temporanja għal perjodu ta’ mhux iktar minn 30 jum

(notifikata bid-dokument C(2013) 4850)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2013/416/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2009/156/KE tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-moviment u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta’ ekwidi (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 19(b) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/195/KEE tat-2 ta’ Frar 1993 dwar is-saħħa tal-annimali u l-kundizzjonijiet tagħhom u ċ-ċertifikazzjoni veterinarja tagħhom għad-dħul mill-ġdid ta’ żwiemel reġistrati għat-tiġrija, kompetizzjoni u okkażjonijiet kulturali wara esportazzjoni temporanja (2) tistabbilixxi diversi mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa għad-dħul mill-ġdid fl-Unjoni ta’ żwiemel reġistrati esportati temporanjament lejn pajjiżi terzi biex jieħdu sehem fi tlielaq, kompetizzjonijiet u okkażjonijiet kulturali.

(2)

Il-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa għad-dħul mill-ġdid fl-Unjoni Ewropea ta’ żwiemel reġistrati għat-tiġrija, kompetizzjoni u okkażjonijiet kulturali wara esportazzjoni temporanja għal perjodu ta’ mhux iktar minn 30 jum, huwa stipulat fl-Anness II ta' dik id-Deċiżjoni.

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/240/KE (3) li tistabbilixxi ċ-ċertifikati veterinarji l-ġodda għall-importazzjoni ta’ annimali ħajjin, tas-semen, tal-embrijuni, tal-ova u tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali fil-Komunità skont, inter alia, id-Deċiżjoni 93/195/KEE tistabbilixxi mudell standardizzat taċ-ċertifikat tas-saħħa.

(4)

Hu meħtieġ li l-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa fl-Anness II tad-Deċiżjoni 93/195/KEE jiġi adattat għall-mudell previst fid-Deċiżjoni 2007/240/KE.

(5)

Barra minn hekk, l-Anness II tad-Deċiżjoni 93/195/KEE, kif emendat mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/266/UE tat-30 ta’ April 2010 li temenda d-Deċiżjonijiet 92/260/KEE, 93/195/KEE, 93/197/KEE u 2004/211/KE dwar l-importazzjoni ta’ żwiemel irreġistrati minn ċerti partijiet taċ-Ċina u l-adattament ta’ ċerti denominazzjonijiet ta’ pajjiżi terzi (4), jeħtieġ ċerti korrezzjonijiet għal finijiet ta’ ċarezza legali.

(6)

Id-Deċiżjoni 93/195/KEE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan.

(7)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness II tad-Deċiżjoni 93/195/KEE jinbidel bit-test fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Għal perjodu tranżitorju sal-1 ta’ Ottubru 2013, l-Istati Membri għandhom ikomplu jawtorizzaw id-dħul mill-ġdid fl-Unjoni ta’ żwiemel reġistrati għat-tiġrija, kompetizzjoni u okkażjonijiet kulturali wara l-esportazzjoni temporanja lejn pajjiżi terzi għal perjodu ta’ mhux iktar minn 30 jum akkumpanjati minn mudell ta' ċertifikat veterinarju maħruġ mhux aktar tard mill-21 ta’ Settembru 2013 b’konformità mal-mudell stabbilit fl-Anness II tad-Deċiżjoni 93/195/KEE fil-verżjoni tiegħu qabel l-emendi introdotti minn din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Lulju 2013.

Għall-Kummissjoni

Tonio BORG

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 192, 23.7.2010, p. 1.

(2)  ĠU L 86, 6.4.1993, p. 1.

(3)  ĠU L 104, 21.4.2007, p. 37.

(4)  ĠU L 117, 11.5.2010, p. 85.


ANNESS

“ANNESS II

ĊERTIFIKAT TAS-SAĦĦA

għad-dħul mill-ġdid fl-Unjoni Ewropea ta’ żwiemel reġistrati għat-tiġrija, kompetizzjoni u okkażjonijiet kulturali wara esportazzjoni temporanja għal perjodu ta’ mhux iktar minn 30 jum.

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Top