Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013D0368

Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/368/PESK tad- 9 ta’ Lulju 2013 li temenda d-Deċiżjoni 2012/392/PESK dwar il-Missjoni tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fin-Niġer (EUCAP Sahel Niger)

OJ L 189, 10.7.2013, p. 13–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

No longer in force, Date of end of validity: 31/10/2013

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2013/368/oj

10.7.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 189/13


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2013/368/PESK

tad-9 ta’ Lulju 2013

li temenda d-Deċiżjoni 2012/392/PESK dwar il-Missjoni tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fin-Niġer (EUCAP Sahel Niger)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 28, l-Artikolu 42(4) u l-Artikolu 43(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fis-16 ta' Lulju 2012, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2012/392/PESK (1) li tiskadi fil-15 ta' Lulju 2014.

(2)

L-ammont attwali ta’ referenza finanzjarja jkopri l-perijodu sal-15 ta' Lulju 2013.

(3)

Id-Deċiżjoni 2012/392/PESK għandha għalhekk tiġi emendata biex tinkludi ammont ta' referenza finanzjarja intenzjonat biex ikopri l-perijodu sal-15 ta' Ottubru 2013.

(4)

Il-missjoni ser titmexxa fil-kuntest ta' sitwazzjoni li tista' tiddeterjora u li tista' xxekkel il-kisba tal-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif imniżżel fl-Artikolu 21 tat-Trattat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 13 tad-Deċiżjoni 2012/392/PESK, il-paragrafu 1 hu sostitwit b'dan li ġej:

‧L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub sabiex ikopri n-nefqa relatata ma’ EUCAP Sahel Niger għall-ewwel 15-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni għandu jkun EUR 8 700 000. L-ammont ta' referenza finanzjarja għall-perijodu sussegwenti għandu jiġi deċiż mill-Kunsill‧.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Lulju 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

R. ŠADŽIUS


(1)  ĠU L 187, 17.7.2012, p. 48.


Top