EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013D0331

2013/331/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 22 ta’ April 2013 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea rigward l-adozzjoni tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Kumitat tal-FSE, il-Kumitat dwar il-Kooperazzjoni Doganali u l-Kumitat Konġunt tal-Iżvilupp previst fil-Ftehim Interim li jistabbilixxi qafas għal Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika bejn l-Istati Afrikani tal-Lvant u tan-Nofsinhar fuq naħa, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq in-naħa l-oħra

OJ L 177, 28.6.2013, p. 1–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Croatian: Chapter 11 Volume 117 P. 289 - 300

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2013/331/oj

28.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 177/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-22 ta’ April 2013

dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea rigward l-adozzjoni tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Kumitat tal-FSE, il-Kumitat dwar il-Kooperazzjoni Doganali u l-Kumitat Konġunt tal-Iżvilupp previst fil-Ftehim Interim li jistabbilixxi qafas għal Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika bejn l-Istati Afrikani tal-Lvant u tan-Nofsinhar fuq naħa, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq in-naħa l-oħra

(2013/331/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u partikolarment l-Artikoli 207 u 209, flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/196/KE tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim Interim li jistabbilixxi qafas għal Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika bejn l-Istati Afrikani tal-Lvant u tan-Nofsinhar fuq naħa, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq in-naħa l-oħra (1),

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Ftehim Interim li jistabbilixxi qafas għal Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika bejn l-Istati Afrikani tal-Lvant u tan-Nofsinhar fuq naħa, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq in-naħa l-oħra (2) (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”) ġie ffirmat fid-29 ta’ Awwissu 2009 u beda jiġi provviżorjament applikat mill-14 ta’ Mejju 2012.

(2)

L-Artikolu 64 tal-Ftehim jistabbilixxi Kumitat tal-FSE, li huwa responsabbli mill-amministrazzjoni tal-Ftehim u mit-twettiq ta’ kwalunkwe kompitu msemmi fih.

(3)

L-Artikolu 64 tal-Ftehim jipprevedi li l-Kumitat tal-FSE jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu.

(4)

Il-Kumitat tal-FSE huwa megħjun fit-twettiq ta’ dmirijietu mill-Kumitat dwar il-Kooperazzjoni Doganali, li huwa stabbilit skont l-Artikolu 41 tal-Protokoll 1 tal-Ftehim, u mill-Kumitat Konġunt tal-Iżvilupp, li huwa stabbilit skont l-Artikolu 52 tal-Ftehim.

(5)

Huwa opportun li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni rigward l-adozzjoni tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Kumitat tal-Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika, il-Kumitat dwar il-Kooperazzjoni Doganali u l-Kumitat Konġunt tal-Iżvilupp,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni rigward l-adozzjoni ta’ deċiżjoni tal-Kumitat tal-FSE prevista fil-Ftehim Interim li jistabbilixxi qafas għal Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika bejn l-Istati Afrikani tal-Lvant u tan-Nofsinhar fuq naħa, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq in-naħa l-oħra, dwar ir-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, dwar ir-Regoli ta’ Proċedura talKumitat dwar il-Kooperazzjoni Doganali u dwar ir-Regoli ta’ Proċedura tal-Kumitat Konġunt tal-Iżvilupp għandhom ikunu bbażati fuq l-abbozz tad-deċiżjoni tal-Kumitat tal-FSE mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

Tibdil minuri fl-abbozz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat tal-FSE jista’ jiġi miftiehem mingħajr deċiżjoni ulterjuri tal-Kunsill.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, it-22 ta’ April 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ASHTON


(1)  ĠU L 111, 24.4.2012, p. 1.

(2)  ĠU L 111, 24.4.2012, p. 2.


ABBOZZ

DEĊIŻJONI Nru …/2013 TAL-KUMITAT TAL-FSE

ta’

stabbilit mill-Ftehim Interim li jistabbilixxi qafas għal Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika bejn l-Istati Afrikani tal-Lvant u tan-Nofsinhar fuq naħa, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq in-naħa l-oħra rigward l-adozzjoni tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Kumitat tal-FSE, il-Kumitat dwar il-Kooperazzjoni Doganali u l-Kumitat Konġunt tal-Iżvilupp

IL-KUMITAT TAL-FSE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim Interim li jistabbilixxi qafas għal Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika bejn l-Istati Afrikani tal-Lvant u tan-Nofsinhar fuq naħa, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq in-naħa l-oħra (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”), iffirmat fi Grand Baie fid-29 ta’ Awwissu 2009 u applikat provviżorjament mill-14 ta’ Mejju 2012, u b’mod partikolari l-Artikolu 64 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Ftehim jipprovdi li l-Kumitat tal-FSE jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu,

(2)

Il-Kumitat tal-FSE għandu jkun megħjun fit-twettiq ta’ dmirijietu mill-Kumitat dwar il-Kooperazzjoni Doganali, li huwa stabbilit skont l-Artikolu 41 tal-Protokoll 1 tal-Ftehim, u mill-Kumitat Konġunt tal-Iżvilupp, li huwa stabbilit skont l-Artikolu 52 tal-Ftehim,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Ir-Regoli ta’ Proċedura tal-kumitati li ġejjin huma b’dan stabbiliti kif stipulat fl-Annessi:

 

Anness I - il-Kumitat tal-FSE;

 

Anness II - il-Kumitat dwar il-Kooperazzjoni Doganali;

 

Anness III - il-Kumitat Konġunt tal-Iżvilupp.

2.   Dawk ir-Regoli ta’ Proċedura huma mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe regola speċjali prevista fil-Ftehim jew li tista’ tiġi deċiża mill-Kumitat tal-FSE.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fi ….

Magħmul fi (post), fi (data).

 

ANNESS I

REGOLI TA’ PROĊEDURA TAL-KUMITAT TAL-FSE

stabbilit mill-Ftehim Interim li jistabbilixxi qafas għal Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika bejn l-Istati Afrikani tal-Lvant u tan-Nofsinhar fuq naħa u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq in-naħa l-oħra

Artikolu 1

Kamp ta’ applikazzjoni

Dawn ir-Regoli ta’ Proċedura għandhom japplikaw għall-proċedimenti ta’ kwalunkwe laqgħa tal-Kumitat tal-FSE.

Artikolu 2

Kompożizzjoni u President

1.   Il-Kumitat tal-FSE huwa magħmul, fuq naħa minn rappreżentanti tal-Istati Firmatarji mill-Afrika tal-Lvant u tan-Nofsinhar (“Stati tal-ESA Firmatarji”) (1) u fuq in-naħa l-oħra minn rappreżentanti tal-Parti tal-UE, f’livell Ministerjali jew f’livell uffiċjali għoli.

2.   Ir-referenza għall-“Partijiet” f’dawn ir-Regoli ta’ Proċedura hija skont id-definizzjoni prevista fl-Artikolu 61 tal-Ftehim.

3.   Il-Kumitat tal-FSE fil-livell ministerjali għandu jkun kopresedut minn rappreżentant tal- Istati tal-ESA Firmatarji u minn rappreżentant tal-Unjoni Ewropea (“UE”). Il-Kumitat tal-FSE fil-livell uffiċjali għoli għandu jkun kopresedut mir-rappreżentanti tal-Istati tal-ESA Firmatarji, normalment f’livell uffiċjali għoli u minn uffiċjali għolja tal-Kummissjoni Ewropea, f’isem il-Parti tal-UE. L-Istati tal-ESA firmatarji jassumu l-Presidenza fuq bażi annwali b’rotazzjoni.

Artikolu 3

Osservaturi

1.   Rappreżentanti tas-Suq Komuni għall-Afrika tal-Lvant u tan-Nofsinhar (Common Market for Eastern and Southern Africa - COMESA) u rappreżentanti tal-Kummissjoni tal-Oċean Indjan (Indian Ocean Commission - IOC) għandhom jiġu mistiedna jipparteċipaw fil-laqgħat tal-Kumitat tal-FSE bħala osservaturi.

2.   Is-Segretarju tal-Kumitat tal-FSE għandu jinnotifika lir-rappreżentanti tal-COMESA u tal-IOC bi kwalunkwe laqgħa tal-Kumitat tal-FSE sabiex ikunu jistgħu jipparteċipaw bħala osservaturi.

3.   Il-Partijiet jistgħu jiddeċiedu kollettivament li jistiednu osservaturi addizzjonali fuq bażi ad hoc. Dawn l-osservaturi jistgħu jieħdu sehem fil-laqgħa, fuq stedina ta’ Kopresident u bl-approvazzjoni tal-Kumitat tal-FSE.

4.   Il-Kumitat tal-FSE jista’ jiddetermina li kwalunkwe parti mil-laqgħat li jinvolvu kwistjonijiet sensittivi jistgħu jkunu magħluqa għall-osservaturi.

Artikolu 4

Laqgħat

1.   Il-Kumitat tal-FSE għandu jiltaqa’ darba fis-sena jew meta ċ-ċirkostanzi jkunu jeħtieġu dan, jekk il-Partijiet jaqblu li jagħmlu hekk. Jekk iż-żewġ Partijiet jaqblu, il-laqgħat tal-Kumitat tal-FSE jistgħu jsiru permezz ta’ konferenza bil-vidjow jew ta’ telekonferenza. F’dan il-każ kull Parti ġġorr l-ispiża rispettiva tagħha assoċjata mat-twettiq ta’ laqgħa b’dawn il-mezzi, sakemm ma jkunx miftiehem mod ieħor.

2.   Kull sessjoni tal-Kumitat tal-FSE għandha ssir f’data u post li dwarhom ikun hemm qbil miż-żewġ Partijiet.

3.   Il-laqgħat tal-Kumitat tal-FSE għandhom jissejħu mis-Segretarju tal-Kumitat tal-FSE.

Artikolu 5

Delegazzjonijiet

Qabel kull laqgħa, il-Kopresidenti tal-Kumitat tal-FSE għandhom ikun infurmati dwar kif biħsiebhom ikunu komposti d-delegazzjonijiet tal-Istati tal-ESA Firmatarji u tal-Parti tal-UE.

Artikolu 6

Segretarjat

1.   L-uffiċjali tal-Istati tal-ESA Firmatarji u tal-Kummissjoni Ewropea għandhom jaġixxu fuq bażi alternata għal perjodi ta’ tnax-il xahar bħala Segretarju tal-Kumitat tal-FSE. L-Istat tal-ESA Firmatarju jista’ jkun assistit mis-Segretarjat tal-COMESA.

2.   Minkejja l-paragrafu 1, l-ewwel perijodu għandu jibda fid-data tal-ewwel laqgħa tal-Kumitat tal-FSE u jintemm fil-31 ta’ Diċembru tas-sena ta’ wara. Is-Segretarjat tal-Kumitat tal-FSE għandu l-ewwel ikun f’idejn rappreżentant tal-Kummissjoni Ewropea. L-Istati tal-ESA Firmatarji jassumu s-Segretarjat fuq bażi ta’ rotazzjoni.

Artikolu 7

Dokumenti

Meta d-deliberazzjonijiet tal-Kumitat tal-FSE jkunu bbażati fuq dokumenti bil-miktub ta’ appoġġ, dawn id-dokumenti għandhom jiġu nnumerati u ċċirkolati bħala dokumenti tal-Kumitat tal-FSE mis-Segretarju mill-anqas 14-il jum qabel il-bidu tal-laqgħa.

Artikolu 8

Korrispondenza

1.   Kull korrispondenza indirizzata lill-Kumitat tal-FSE għandha tintbagħat lis-Segretarju tal-Kumitat tal-FSE.

2.   Is-Segretarju għandu jiżgura li l-korrispondenza indirizzata lill-Kumitat tal-FSE tingħata lill-Kopresidenti tal-Kumitat u tiġi ċċirkolata, fejn xieraq, bħala dokumenti msemmija fl-Artikolu 7.

3.   Il-korrispondenza mill-Kopresidenti tal-Kumitat tal-FSE għandha tintbagħat lill-Partijiet mis-Segretarju u għandha tiġi ċċirkolata, fejn xieraq, bħala dokumenti msemmija fl-Artikolu 7.

Artikolu 9

Aġenda għal-laqgħat

1.   Għandha titfassal aġenda annotata provviżorja għal kull laqgħa mis-Segretarju tal-Kumitat tal-FSE abbażi tal-proposti li jsiru mill-Partijiet. Din għandha tintbagħat mis-Segretarju tal-Kumitat tal-FSE lill-Partijiet sa mhux iktar tard minn tliet ġimgħat qabel il-bidu tal-laqgħa.

2.   L-aġenda annotata provviżorja għandha tinkludi l-punti, li sa mhux aktar tard minn xahar qabel il-bidu tal-laqgħa, is-Segretarju jkun irċieva talba biex jiġu inklużi fl-aġenda, għalkemm dawn il-punti ma għandhomx jitniżżlu fl-aġenda provviżorja sakemm id-dokumenti rilevanti ta’ appoġġ ma jkunux waslu għand is-Segretarju sa mhux aktar tard mid-data li fiha tintbagħat l-aġenda provviżorja.

3.   L-aġenda għandha tiġi adottata mill-Kumitat tal-FSE fil-bidu ta’ kull laqgħa. Punt apparti dawk li jidhru fl-aġenda provviżorja jista’ jitqiegħed fuq l-aġenda jekk il-Partijiet jaqblu li jsir hekk.

4.   Il-Kopresidenti tal-Kumitat tal-FSE, bi ftehim mal-Partijiet, jistgħu jistiednu esperti biex jattendu l-laqgħat tiegħu biex jipprovdu informazzjoni fuq suġġetti speċifiċi.

5.   Bi ftehim mal-Partijiet, is-Segretarju jista’ jqassar il-limiti ta’ żmien speċifikati fil-paragrafu 1 sabiex jitqiesu l-ħtiġijiet ta’ każ partikolari.

Artikolu 10

Minuti

1.   L-abbozz tal-minuti ta’ kull laqgħa għandu jinkiteb mis-Segretarju, mill-iktar fis possibbli, normalment fi żmien xahar wara l-laqgħa.

2.   Il-minuti għandhom, bħala regola ġenerali, jagħtu fil-qosor kull punt fl-aġenda u fejn applikabbli jispeċifikaw:

(a)

id-dokumenti kollha sottomessi lill-Kumitat tal-FSE,

(b)

kwalunkwe dikjarazzjoni li membru tal-Kumitat tal-FSE jkun talab li tiddaħħal,

(c)

id-deċiżjonijiet meħuda, ir-rakkomandazzjonijiet magħmula, id-dikjarazzjonijiet miftiehma u l-konklużjonijiet adottati dwar punti speċifiċi.

3.   Il-minuti għandhom jinkludu wkoll lista tal-parteċipanti tal-Kumitat tal-FSE u lista ta’ kwalunkwe osservatur tal-laqgħa.

4.   L-approvazzjoni tal-minuti għandha tiġi kkonfermata bil-miktub fi żmien xahrejn mid-data tal-laqgħa mill-Istati tal-ESA Firmatarji u mill-Parti tal-UE. Ladarba approvati, il-minuti għandhom jiġu ffirmati mis-Segretarju. Kull Stat tal-ESA Firmatarju u l-Parti tal-UE għandhom jirċievu kopja oriġinali ta’ dawn id-dokumenti awtentiċi.

Artikolu 11

Deċiżjonijiet u Rakkomandazzjonijiet

1.   Il-Kumitat tal-FSE għandu jadotta deċiżjonijiet u rakkomandazzjonijiet b’kunsens.

2.   Il-Kumitat tal-FSE jista’ jiddeċiedi li jissottometti kwalunkwe kwistjoni ġenerali ta’ interess għall-AKP u l-UE li tirriżulta mill-Ftehim lill-Kunsill tal-Ministri AKP-UE kif definit fl-Artikolu 15 tal-Ftehim ta’ Sħubija bejn il-Membri tal-Grupp ta’ Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq in-naħa l-oħra (il-Ftehim ta’ Cotonou).

3.   Fil-perijodu ta’ bejn il-laqgħat, il-Kumitat tal-FSE jista’ jadotta deċiżjonijiet u rakkomandazzjonijiet bil-proċedura bil-miktub jekk iż-żewġ Partijiet jaqblu li jsir dan. Proċedura bil-miktub għandha tikkonsisti minn skambju ta’ noti bejn il-Partijiet.

4.   Id-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat tal-FSE għandhom ikollhom it-titolu “Deċiżjoni” jew “Rakkomandazzjoni” rispettivament u jkunu segwiti b’numru tas-serje, id-data tal-adozzjoni tagħhom u deskrizzjoni tas-suġġett tagħhom. Kull deċiżjoni għandha tipprevedi d-data tad-dħul fis-seħħ tagħha.

5.   Id-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet adottati mill-Kumitat tal-FSE għandhom jiġi awtentikati minn rappreżentant tal-Istati tal-ESA u minn rappreżentant tal-Kummissjoni Ewropea f’isem il-Parti tal-UE.

6.   Id-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet għandhom jintbagħtu lill-Partijiet bħala dokumenti tal-Kumitat tal-FSE.

Artikolu 12

Pubbliċità

1.   Sakemm ma jkunx deċiż mod ieħor, il-laqgħat tal-Kumitat tal-FSE ma għandhomx ikunu pubbliċi.

2.   Kull Parti tista’ tiddeċiedi dwar il-pubblikazzjoni tad-deċiżjonijiet jew ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat tal-FSE fil-pubblikazzjoni uffiċjali rispettiva tagħha.

Artikolu 13

Lingwi

1.   Il-lingwi ta’ ħidma tal-Kumitat tal-FSE għandhom ikunu l-lingwi uffiċjali komuni għall-Partijiet, l-Ingliż u l-Franċiż.

2.   Il-Kumitat tal-FSE għandu jibbaża d-deliberazzjonijiet u jadotta d-deċiżjonijiet tiegħu dwar id-dokumentazzjoni u l-proposti mħejjija safejn possibbli biż-żewġ lingwi msemmija fil-paragrafu 1. Id-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet huma pprovduti fiż-żewġ lingwi msemmija fil-paragrafu 1.

Artikolu 14

Spejjeż

1.   Kull Parti għandha tħallas l-ispejjeż li tagħmel b’riżultat tal-parteċipazzjoni fil-laqgħat tal-Kumitat tal-FSE, kemm fir-rigward tal-impjegati, l-ivvjaġġar u n-nefqa tas-sussistenza kif ukoll fir-rigward tan-nefqa tal-posta u t-telekomunikazzjonijiet.

2.   In-nefqa marbuta mal-organizzazzjoni tal-laqgħat u mar-riproduzzjoni tad-dokumenti għandha titħallas mill-Parti li tkun qiegħda tospita l-laqgħa.

3.   In-nefqa marbuta mal-forniment tas-servizzi tal-interpretazzjoni fil-laqgħat u mat-traduzzjoni tad-dokumenti għandha titħallas mill-Parti li tkun qiegħda tospita l-laqgħa. In-nefqa assoċjata mal-forniment tas-servizzi tal-interpretazzjoni u t-traduzzjoni tad-dokumenti fil-lingwi u mil-lingwi uffiċjali oħra tal-Unjoni Ewropea għandha titħallas mill-Parti tal-UE.

Artikolu 15

Emendar tar-Regoli ta’ Proċedura

Dawn ir-Regoli ta’ Proċedura jistgħu jiġu emendati f’konformità mal-paragrafu 1 tal-Artikolu 11 hawnhekk.


(1)  Il-Madagaskar, il-Mawrizju, is-Seychelles u ż-Żimbabwe.

ANNESS II

REGOLI TA’ PROĊEDURA TAL-KUMITAT DWAR IL-KOOPERAZZJONI DOGONALI

stabbilit mill-Ftehim Interim li jistabbilixxi qafas għal Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika bejn l-Istati Afrikani tal-Lvant u tan-Nofsinhar fuq naħa u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq in-naħa l-oħra

Artikolu 1

Kamp ta’ applikazzjoni

Dawn ir-Regoli ta’ Proċedura għandhom japplikaw għall-proċedimenti ta’ kwalunkwe laqgħa tal-Kumitat dwar il-Kooperazzjoni Dogonali.

Artikolu 2

Rwol tal-Kumitat dwar il-Kooperazzjoni Doganali

Il-Kumitat dwar il-Kooperazzjoni Doganali huwa stabbilit skont l-Artikolu 41 tal-Protokoll 1 għall-Ftehim. Huwa għandu jittrata wkoll il-kwistjonijiet kollha ddelegati lilu mill-Kumitat tal-FSE.

Artikolu 3

Kompożizzjoni u President

1.   Il-Kumitat dwar il-Kooperazzjoni Doganali huwa kompost, fuq naħa, minn rappreżentanti ta’ Stati Firmatarji mill-Afrika tal-Lvant u tan-Nofsinhar “Stati tal-ESA Firmatarji”) (1) u, fuq in-naħa l-oħra minn rappreżentanti tal-Parti tal-UE.

2.   Ir-referenza għall-“Partijiet” f’dawn ir-Regoli ta’ Proċedura hija skont id-definizzjoni prevista fl-Artikolu 61 tal-Ftehim.

3.   Il-Kumitat dwar il-Kooperazzjoni Doganali għandu jkun kopresedut minn rappreżentant tal-Istati tal-ESA Firmatarji u minn rappreżentant tal-Kummissjoni Ewropea, f’isem il-Parti tal-UE. L-Istati tal-ESA Firmatarji jassumu l-presidenza fuq bażi annwali b’rotazzjoni.

Artikolu 4

Osservaturi

1.   Rappreżentanti tas-Suq Komuni għall-Afrika tal-Lvant u tan-Nofsinhar (COMESA) u rappreżentanti tal-Kummissjoni tal-Oċean Indjan (IOC) għandhom jiġu mistiedna jipparteċipaw fil-laqgħat tal-Kumitat dwar il-Kooperazzjoni Doganali bħala osservaturi.

2.   Is-Segretarju tal-Kumitat dwar il-Kooperazzjoni Doganali għandu jinnotifika lir-rappreżentanti tal-COMESA u tal-IOC bi kwalunkwe laqgħa tal-Kumitat dwar il-Kooperazzjoni Doganali sabiex ikunu jistgħu jipparteċipaw bħala osservaturi.

3.   Il-Partijiet jistgħu jiddeċiedu kollettivament li jistiednu osservaturi addizzjonali fuq bażi ad hoc. Dawn l-osservaturi jistgħu jieħdu sehem fil-laqgħa, fuq stedina ta’ wieħed mill-Kopresidenti u bl-approvazzjoni tal-Kumitat dwar il-Kooperazzjoni Doganali.

4.   Il-Kumitat dwar il-Kooperazzjoni Doganali jista’ jiddetermina li kwalunkwe parti mil-laqgħat li jinvolvu kwistjonijiet sensittivi jistgħu jkunu magħluqa għall-osservaturi.

Artikolu 5

Laqgħat

1.   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor fil-Ftehim, il-Kumitat dwar il-Kooperazzjoni Doganali għandu jiltaqa’ fuq talba ta’ kwalunkwe Parti. Jekk iż-żewġ Partijiet jaqblu, il-laqgħat tal-Kumitat dwar il-Kooperazzjoni Doganali jistgħu jsiru permezz ta’ konferenza bil-vidjow jew ta’ telekonferenza. F’dan il-każ kull Parti ġġorr l-ispiża rispettiva tagħha assoċjata mat-twettiq ta’ laqgħa b’dawn il-mezzi, sakemm ma jkunx miftiehem mod ieħor.

2.   Kull sezzjoni tal-Kumitat dwar il-Kooperazzjoni Doganali għandha ssir f’data u post li dwarhom ikun hemm qbil miż-żewġ Partijiet.

3.   Il-laqgħat tal-Kumitat dwar il-Kooperazzjoni Doganali għandhom jissejħu mis-Segretarju tal-Kumitat dwar il-Kooperazzjoni Doganali.

Artikolu 6

Delegazzjonijiet

Qabel kull laqgħa, il-Kopresidenti tal-Kumitat dwar il-Kooperazzjoni Doganali għandhom ikunu infurmati dwar kif bi ħsiebhom ikunu komposti d-delegazzjonijiet tal-Istati tal-ESA Firmatarji u tal-Parti tal-UE.

Artikolu 7

Segretarjat

L-uffiċjali tal-Istati tal-ESA Firmatarji u tal-Kummissjoni Ewropea għandhom jaġixxu fuq bażi alternata għal perjodi ta’ tnax-il xahar bħala Segretarju tal-Kumitat dwar il-Kooperazzjoni Doganali. L-Istat tal-ESA Firmatarju jista’ jkun assistit mis-Segretarjat tal-COMESA. Dawk il-perjodi għandhom jikkoinċidu mal-perijodu meta s-Segretarjat tal-Kumitat tal-FSE ikun f’idejn l-Istati tal-ESA Firmatarji u l-Kummissjoni Ewropearispettivament. L-Istati tal-ESA Firmatarji jassumu s-Segretarjat fuq bażi ta’ rotazzjoni.

Artikolu 8

Dokumenti

Meta d-deliberazzjonijiet tal-Kumitat dwar il-Kooperazzjoni Doganali jkunu bbażati fuq dokumenti bil-miktub ta’ appoġġ, dawn id-dokumenti għandhom jiġu nnumerati u ċċirkolati bħala dokumenti tal-Kumitat dwar il-Kooperazzjoni Doganali mis-Segretarju mill-anqas 14-il jum qabel il-bidu tal-laqgħa.

Artikolu 9

Korrispondenza

1.   Il-korrispondenza kollha indirizzata lill-Kumitat dwar il-Kooperazzjoni Doganali għandha tintbagħat għand is-Segretarju tal-Kumitat dwar il-Kooperazzjoni Doganali.

2.   Is-Segretarju għandu jiżgura li l-korrispondenza indirizzata lill-Kumitat dwar il-Kooperazzjoni Doganali tingħata lill-Kopresidenti tal-Kumitat u tiġi ċċirkolata, fejn xieraq, bħala dokumenti msemmija fl-Artikolu 8.

3.   Il-korrispondenza mill-Kopresidenti tal-Kumitat dwar il-Kooperazzjoni Doganali għandha tintbagħat lill-Partijiet mis-Segretarju u għandha tiġi ċċirkolata, fejn xieraq, bħala dokumenti msemmija fl-Artikolu 8.

Artikolu 10

Aġenda għal-laqgħat

1.   Għandha titfassal aġenda annotata provviżorja għal kull laqgħa mis-Segretarju tal-Kumitat dwar il-Kooperazzjoni Doganali abbażi tal-proposti li jsiru mill-Partijiet. Din għandha tintbagħat mis-Segretarju tal-Kumitat dwar il-Kooperazzjoni Doganali lill-Partijiet sa mhux iktar tard minn tliet ġimgħat qabel il-bidu tal-laqgħa.

2.   L-aġenda annotata provviżorja għandha tinkludi l-punti, li sa mhux aktar tard minn xahar qabel il-bidu tal-laqgħa, is-Segretarju jkun irċieva talba biex jiġu inklużi fl-aġenda, għalkemm dawn il-punti ma għandhomx jitniżżlu fl-aġenda provviżorja sakemm id-dokumenti rilevanti ta’ appoġġ ma jkunux waslu għand is-Segretarju sa mhux aktar tard mid-data li fiha tintbagħat l-aġenda provviżorja.

3.   L-aġenda għandha tiġi adottata mill-Kumitat dwar il-Kooperazzjoni Doganali fil-bidu ta’ kull laqgħa. Punt apparti dawk li jidhru fl-aġenda provviżorja jista’ jitqiegħed fuq l-aġenda jekk il-Partijiet jaqblu li jsir hekk.

4.   Il-Kopresidenti tal-Kumitat dwar il-Kooperazzjoni Doganali, bi ftehim mal-Partijiet, jistgħu jistiednu esperti sabiex jattendu l-laqgħat tiegħu biex jipprovdu informazzjoni fuq suġġetti speċifiċi.

5.   Bi ftehim mal-Partijiet, is-Segretarju jista’ jqassar il-limiti ta’ żmien speċifikati fil-paragrafu 1 sabiex jitqiesu l-ħtiġijiet ta’ każ partikolari.

Artikolu 11

Minuti

1.   L-abbozz tal-minuti ta’ kull laqgħa għandu jinkiteb mis-Segretarju, mill-iktar fis possibbli, normalment fi żmien xahar wara l-laqgħa.

2.   Il-minuti għandhom, bħala regola ġenerali, jagħtu fil-qosor kull punt fl-aġenda u fejn applikabbli jispeċifikaw:

(a)

id-dokumenti kollha sottomessi lill-Kumitat dwar il-Kooperazzjoni Doganali,

(b)

kwalunkwe dikjarazzjoni li xi membru tal-Kumitat dwar il-Kooperazzjoni Doganali jkun talab li tiddaħħal,

(c)

id-deċiżjonijiet meħuda, ir-rakkomandazzjonijiet magħmula, id-dikjarazzjonijiet miftiehma u l-konklużjonijiet adottati dwar punti speċifiċi.

3.   Il-minuti għandhom jinkludu wkoll lista tal-parteċipanti fil-Kumitat dwar il-Kooperazzjoni Doganali u lista ta’ kwalunkwe osservatur tal-laqgħa.

4.   L-approvazzjoni tal-minuti għandha tiġi kkonfermata bil-miktub fi żmien xahrejn mid-data tal-laqgħa mill-Istati tal-ESA Firmatarji u mill-Parti tal-UE. Ladarba approvati, il-minuti għandhom jiġu ffirmati mis-Segretarju. Kull Stat tal-ESA Firmatarju u l-Parti tal-UE għandhom jirċievu kopja oriġinali ta’ dawn id-dokumenti awtentiċi.

Artikolu 12

Deċiżjonijiet u Rakkomandazzjonijiet

1.   Il-Kumitat dwar il-Kooperazzjoni Doganali għandu jadotta deċiżjonijiet u rakkomandazzjonijiet b’kunsens.

2.   Fil-perijodu ta’ bejn il-laqgħat, il-Kumitat dwar il-Kooperazzjoni Doganali jista’ jadotta deċiżjonijiet u rakkomandazzjonijiet bi proċedura bil-miktub jekk iż-żewġ Partijiet jaqblu li jsir hekk. Proċedura bil-miktub għandha tikkonsisti minn skambju ta’ noti bejn il-Partijiet.

3.   Id-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat dwar il-Kooperazzjoni Doganali għandhom ikollhom it-titolu “Deċiżjoni” jew “Rakkomandazzjoni” rispettivament u jkunu segwiti b’numru tas-serje, id-data tal-adozzjoni tagħhom u deskrizzjoni tas-suġġett tagħhom. Kull deċiżjoni għandha tipprevedi d-data tad-dħul fis-seħħ tagħha.

4.   Id-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet adottati mill-Kumitat dwar il-Kooperazzjoni Doganali għandhom jiġu awtentikati minn rappreżentant tal-Istati tal-ESA Firmatarji u minn rappreżentant tal-Kummissjoni Ewropea f’isem il-Parti tal-UE.

5.   Id-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet għandhom jintbagħtu lill-Partijiet u lill-Kumitat tal-FSE bħala dokumenti tal-Kumitat dwar il-Kooperazzjoni Doganali.

Artikolu 13

Pubbliċità

1.   Sakemm ma jkunx deċiż mod ieħor, il-laqgħat tal-Kumitat dwar il-Kooperazzjoni Doganali ma għandhomx ikunu pubbliċi.

2.   Kull Parti tista’ tiddeċiedi dwar il-pubblikazzjoni tad-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat dwar il-Kooperazzjoni Doganali fil-pubblikazzjoni uffiċjali rispettiva tagħha.

Artikolu 14

Lingwi

1.   Il-lingwi ta’ ħidma tal-Kumitat dwar il-Kooperazzjoni Doganali għandhom ikunu l-lingwi uffiċjali komuni għall-Partijiet, l-Ingliż u l-Franċiż.

2.   Il-Kumitat dwar il-Kooperazzjoni Doganali għandu jibbaża d-deliberazzjonijiet u jadotta d-deċiżjonijiet tiegħu dwar id-dokumentazzjoni u l-proposti mħejjija safejn possibbli biż-żewġ lingwi msemmija fil-paragrafu 1. Id-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet huma pprovduti fiż-żewġ lingwi msemmija fil-paragrafu 1.

Artikolu 15

Spejjeż

1.   Kull Parti għandha tħallas l-ispejjeż li ġġarrab bħala riżultat tal-parteċipazzjoni fil-laqgħat tal-Kumitat dwar il-Kooperazzjoni Doganali, kemm fir-rigward tal-persunal, l-ivvjaġġar u n-nefqa tas-sussistenza kif ukoll fir-rigward tan-nefqa tal-posta u tat-telekomunikazzjonijiet.

2.   In-nefqa marbuta mal-organizzazzjoni tal-laqgħat u mar-riproduzzjoni tad-dokumenti għandha titħallas mill-Parti li tkun qiegħda tospita l-laqgħa.

3.   In-nefqa marbuta mal-forniment tas-servizzi tal-interpretazzjoni fil-laqgħat u mat-traduzzjoni tad-dokumenti għandha titħallas mill-Parti li tkun qiegħda tospita l-laqgħa. In-nefqa assoċjata mal-forniment tas-servizzi tal-interpretazzjoni u t-traduzzjoni tad-dokumenti fil-lingwi u mil-lingwi uffiċjali oħra tal-Unjoni Ewropea għandha titħallas mill-Parti tal-UE.

Artikolu 16

Rappurtar

Il-Kumitat dwar il-Kooperazzjoni Doganali għandu jirrapporta għand il-Kumitat tal-FSE.

Artikolu 17

Emendar tar-Regoli ta’ Proċedura

Dawn ir-Regoli ta’ Proċedura jistgħu jiġu emendati mill-Kumitat tal-FSE. Il-Kumitat dwar il-Kooperazzjoni Doganali jista’ jressaq rakkomandazzjonijiet lill-Kumitat tal-FSE fejn jipproponi bidliet fir-Regoli ta’ Proċedura.


(1)  Il-Madagaskar, il-Mawrizju, is-Seychelles u ż-Żimbabwe.

ANNESS III

REGOLI TA’ PROĊEDURA TAL-KUMITAT KONĠUNT TAL-IŻVILUPP

stabbilit mill-Ftehim Interim li jistabbilixxi qafas għal Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika bejn l-Istati Afrikani tal-Lvant u tan-Nofsinhar fuq naħa u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq in-naħa l-oħra

Artikolu 1

Kamp ta’ applikazzjoni

Dawn ir-Regoli ta’ Proċedura japplikaw għall-proċedimenti ta’ kwalunkwe laqgħa tal-Kumitat Konġunt tal-Iżvilupp.

Artikolu 2

Rwol tal-Kumitat Konġunt tal-Iżvilupp

Il-Kumitat Konġunt tal-Iżvilupp huwa stabbilit bħala sottokumitat tal-Kumitat tal-FSE. F’konformità mal-Artikolu 52 tal-Ftehim, huwa għandu jiddiskuti kwistjonijiet tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp marbuta mal-implimentazzjoni ta’ dak il-Ftehim.

Artikolu 3

Kompożizzjoni u President

1.   Il-Kumitat Konġunt tal-Iżvilupp huwa kompost, minn naħa, minn rappreżentanti ta’ Stati Firmatarji mill-Afrika tal-Lvant u tan-Nofsinhar “Stati tal-ESA Firmatarji”) (1) u, fuq in-naħa l-oħra minn rappreżentanti tal-Parti tal-UE.

2.   Ir-referenza għall-“Partijiet” f’dawn ir-Regoli ta’ Proċedura hija skont id-definizzjoni prevista fl-Artikolu 61 tal-Ftehim.

3.   Il-Kumitat Konġunt tal-Iżvilupp għandu jkun kopresedut minn rappreżentant tal-Istati tal-ESA Firmatarji u minn rappreżentant tal-Kummissjoni Ewropea, f’isem il-Parti tal-UE. L-Istati tal-ESA Firmatarji jassumu l-presidenza fuq bażi annwali b’rotazzjoni.

Artikolu 4

Osservaturi

1.   Rappreżentanti tas-Suq Komuni għall-Afrika tal-Lvant u tan-Nofsinhar (COMESA) u rappreżentanti tal-Kummissjoni tal-Oċean Indjan (IOC) għandhom jiġu mistiedna jipparteċipaw fil-laqgħat tal-Kumitat Konġunt tal-Iżvilupp bħala osservaturi.

2.   Is-Segretarju tal-Kumitat Konġunt tal-Iżvilupp għandu jinnotifika lir-rappreżentanti tal-COMESA u tal-IOC bi kwalunkwe laqgħa tal-Kumitat Konġunt tal-Iżvilupp sabiex ikunu jistgħu jipparteċipaw bħala osservaturi.

3.   Il-Partijiet jistgħu jiddeċiedu kollettivament li jistiednu osservaturi addizzjonali fuq bażi ad hoc. Dawn l-osservaturi jistgħu jieħdu sehem fil-laqgħa, fuq stedina ta’ Kopresident u bl-approvazzjoni tal-Kumitat Konġunt tal-Iżvilupp.

4.   Il-Kumitat Konġunt tal-Iżvilupp jista’ jiddetermina li kwalunkwe parti mil-laqgħat li jinvolvu kwistjonijiet sensittivi jistgħu jkunu magħluqa għall-osservaturi.

Artikolu 5

Laqgħat

1.   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor fil-Ftehim, il-Kumitat Konġunt tal-Iżvilupp għandu jiltaqa’ fuq talba ta’ kwalunkwe Parti. Jekk iż-żewġ Partijiet jaqblu, il-laqgħat tal-Kumitat Konġunt tal-Iżvilupp jistgħu jsiru permezz ta’ konferenza bil-vidjow jew ta’ telekonferenza. F’dan il-każ kull Parti ġġorr l-ispiża rispettiva tagħha assoċjata mat-twettiq ta’ laqgħa b’dawn il-mezzi, sakemm ma jkunx miftiehem mod ieħor.

2.   Kull laqgħa tal-Kumitat Konġunt tal-Iżvilupp għandha ssir fid-data u l-post miftiehem miż-żewġ Partijiet.

3.   Il-laqgħat tal-Kumitat Konġunt tal-Iżvilupp għandhom jitlaqqgħu mis-Segretarju tal-Kumitat Konġunt tal-Iżvilupp.

Artikolu 6

Delegazzjonijiet

Qabel kull laqgħa, il-Kopresidenti tal-Kumitat Konġunt tal-Iżvilupp għandhom ikunu infurmati dwar kif biħsiebhom ikunu komposti d-delegazzjonijiet tal-Istati tal-ESA Firmatarji u tal-Parti tal-UE.

Artikolu 7

Segretarjat

L-uffiċjali tal-Istati tal-ESA Firmatarji u tal-Kummissjoni Ewropea għandhom jaġixxu fuq bażi alternata għal perjodi ta’ tnax-il xahar bħala Segretarju tal-Kumitat Konġunt tal-Iżvilupp. L-Istati tal-ESA Firmatarji jistgħu jkunu assistiti mis-Segretarjat tal-COMESA. Dawk il-perjodi għandhom jikkoinċidu mal-perijodu meta s-Segretarjat tal-Kumitat tal-FSE ikun f’idejn l-Istati tal-ESA Firmatarji u l-Kummissjoni Ewropea rispettivament. L-Istati tal-ESA Firmatarji jassumu s-Segretarjat fuq bażi ta’ rotazzjoni.

Artikolu 8

Dokumenti

Meta d-deliberazzjonijiet tal-Kumitat Konġunt tal-Iżvilupp ikunu bbażati fuq dokumenti bil-miktub ta’ appoġġ, dawn id-dokumenti għandhom jiġu nnumerati u ċċirkolati bħala dokumenti tal-Kumitat Konġunt tal-Iżvilupp mis-Segretarju mill-anqas 14-il jum qabel il-bidu tal-laqgħa.

Artikolu 9

Korrispondenza

1.   Il-korrispondenza kollha indirizzata lill-Kumitat Konġunt tal-Iżvilupp għandha tintbagħat lis-Segretarju tal-Kumitat Konġunt tal-Iżvilupp.

2.   Is-Segretarju għandu jiżgura li l-korrispondenza indirizzata lill-Kumitat Konġunt tal-Iżvilupp tingħata lill-Kopresidenti tal-Kumitat u tiġi ċċirkolata, fejn xieraq, bħala dokumenti msemmija fl-Artikolu 8.

3.   Il-korrispondenza mill-Kopresidenti tal-Kumitat Konġunt tal-Iżvilupp għandha tintbagħat lill-Partijiet mis-Segretarju u tiġi ċċirkolata, fejn xieraq, bħala dokumenti msemmija fl-Artikolu 8.

Artikolu 10

Aġenda għal-laqgħat

1.   Għandha titfassal aġenda provviżorja għal kull laqgħa mis-Segretarju tal-Kumitat Konġunt tal-Iżvilupp abbażi tal-proposti li jsiru mill-Partijiet. Din għandha tintbagħat mis-Segretarju tal-Kumitat Konġunt tal-Iżvilupp lill-Partijiet sa mhux iktar tard minn tliet ġimgħat qabel il-bidu tal-laqgħa.

2.   L-aġenda provviżorja għandha tinkludi l-punti, li sa mhux aktar tard minn xahar qabel il-bidu tal-laqgħa, is-Segretarju jkun irċieva talba biex jiġu inklużi fl-aġenda, għalkemm dawn il-punti ma għandhomx jitniżżlu fl-aġenda provviżorja sakemm id-dokumenti rilevanti ta’ appoġġ ma jkunux waslu għand is-Segretarju sa mhux aktar tard mid-data li fiha tintbagħat l-aġenda provviżorja.

3.   L-aġenda għandha tiġi adottata mill-Kumitat Konġunt tal-Iżvilupp fil-bidu ta’ kull laqgħa. Punt apparti dawk li jidhru fl-aġenda provviżorja jista’ jitqiegħed fuq l-aġenda jekk il-Partijiet jaqblu li jsir hekk.

4.   Il-Kopresidenti tal-Kumitat Konġunt tal-Iżvilupp, bi ftehim mal-Partijiet, jistgħu jistiednu esperti biex jattendu l-laqgħat tiegħu biex jipprovdu informazzjoni fuq suġġetti speċifiċi.

5.   Bi ftehim mal-Partijiet, is-Segretarju jista’ jqassar il-limiti ta’ żmien speċifikati fil-paragrafu 1 sabiex jitqiesu l-ħtiġijiet ta’ każ partikolari.

Artikolu 11

Minuti

1.   L-abbozz tal-minuti ta’ kull laqgħa għandu jinkiteb mis-Segretarju, mill-iktar fis possibbli, normalment fi żmien xahar wara l-laqgħa.

2.   Il-minuti għandhom, bħala regola ġenerali, jagħtu fil-qosor kull punt fl-aġenda u fejn applikabbli jispeċifikaw:

(a)

id-dokumenti kollha sottomessi lill-Kumitat Konġunt tal-Iżvilupp,

(b)

kwalunkwe dikjarazzjoni li membru tal-Kumitat Konġunt tal-Iżvilupp ikun talab li tiddaħħal,

(c)

id-deċiżjonijiet meħuda, ir-rakkomandazzjonijiet magħmula, id-dikjarazzjonijiet miftiehma u l-konklużjonijiet adottati dwar punti speċifiċi.

3.   Il-minuti għandhom jinkludu wkoll lista tal-parteċipanti tal-Kumitat Konġunt tal-Iżvilupp u lista ta’ kwalunkwe osservatur tal-laqgħa.

4.   L-approvazzjoni tal-minuti għandha tiġi kkonfermata bil-miktub fi żmien xahrejn mid-data tal-laqgħa mill-Istati tal-ESA Firmatarji u mill-Parti tal-UE. Ladarba approvati, il-minuti għandhom jiġu ffirmati mis-Segretarju. Kull Stat tal-ESA Firmatarju u l-Parti tal-UE għandhom jirċievu kopja oriġinali ta’ dawn id-dokumenti awtentiċi.

Artikolu 12

Rakkomandazzjonijiet

1.   Il-Kumitat Konġunt tal-Iżvilupp għandu jadotta rakkomandazzjonijiet b’kunsens.

2.   Fil-perijodu ta’ bejn il-laqgħat, il-Kumitat Konġunt tal-Iżvilupp jista’ jadotta rakkomandazzjonijiet bi proċedura bil-miktub jekk iż-żewġ Partijiet jaqblu li jsir dan. Proċedura bil-miktub għandha tikkonsisti minn skambju ta’ noti bejn il-Partijiet.

3.   Rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat Konġunt tal-Iżvilupp għandhom ikunu intitolati “Rakkomandazzjoni” u segwiti b’numru tas-serje, id-data tal-adozzjoni tagħhom u deskrizzjoni tas-suġġett tagħhom.

4.   Ir-rakkomandazzjonijiet adottati mill-Kumitat Konġunt tal-Iżvilupp għandhom jiġu awtentikati minn rappreżentant tal-Istati tal-ESA Firmatarji u minn rappreżentant tal-Kummissjoni Ewropea f’isem il-Parti tal-UE.

5.   Ir-rakkomandazzjonijiet għandhom jintbagħtu lill-Partijiet bħala dokumenti tal-Kumitat Konġunt tal-Iżvilupp u għandhom jiġu sottomessi lill-Kumitat tal-FSE għal konsiderazzjoni.

Artikolu 13

Pubbliċità

Sakemm ma jkunx deċiż mod ieħor, il-laqgħat tal-Kumitat Konġunt tal-Iżvilupp ma għandhomx ikunu pubbliċi.

Artikolu 14

Lingwi

1.   Il-lingwi ta’ ħidma tal-Kumitat Konġunt tal-Iżvilupp għandhom ikunu l-lingwi uffiċjali komuni għall-Partijiet, l-Ingliż u l-Franċiż.

2.   Il-Kumitat Konġunt tal-Iżvilupp għandu jibbaża d-deliberazzjonijiet u jagħmel ir-rakkomandazzjonijiet tiegħu dwar id-dokumentazzjoni u l-proposti mħejjija safejn possibbli biż-żewġ lingwi msemmija fil-paragrafu 1. Ir-rakkomandazzjonijiet huma pprovduti fiż-żewġ lingwi msemmija fil-paragrafu 1.

Artikolu 15

Spejjeż

1.   Kull Parti għandha tkopri kwalunkwe spiża li tagħmel bħala riżultat tal-parteċipazzjoni fil-laqgħat tal-Kumitat Konġunt tal-Iżvilupp, kemm fir-rigward tal-persunal, l-ivvjaġġar u l-ispejjeż ta’ sussistenza kif ukoll fir-rigward tal-ispejjeż ta’ posta u telekomunikazzjoni.

2.   In-nefqa marbuta mal-organizzazzjoni tal-laqgħat u mar-riproduzzjoni tad-dokumenti għandha titħallas mill-Parti li tkun qiegħda tospita l-laqgħa.

3.   In-nefqa marbuta mal-forniment tas-servizzi tal-interpretazzjoni fil-laqgħat u mat-traduzzjoni tad-dokumenti għandha titħallas mill-Parti li tkun qiegħda tospita l-laqgħa. In-nefqa assoċjata mal-forniment tas-servizzi tal-interpretazzjoni u t-traduzzjoni tad-dokumenti fil-lingwi u mil-lingwi uffiċjali oħra tal-Unjoni Ewropea għandha titħallas mill-Parti tal-UE.

Artikolu 16

Rappurtar

Il-Kumitat Konġunt tal-Iżvilupp għandu jirrapporta għand il-Kumitat tal-FSE.

Artikolu 17

Emendar tar-Regoli ta’ Proċedura

Dawn ir-Regoli ta’ Proċedura jistgħu jiġu emendati mill-Kumitat tal-FSE. Il-Kumitat Konġunt tal-Iżvilupp jista’ jressaq rakkomandazzjonijiet lill-Kumitat tal-FSE fejn jipproponi bidliet fir-Regoli ta’ Proċedura.


(1)  Il-Madagaskar, il-Mawrizju, is-Seychelles u ż-Żimbabwe.


Top