EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013D0272

2013/272/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew tat- 22 ta’ Mejju 2013 dwar in-numru ta’ membri tal-Kummissjoni Ewropea

OJ L 165, 18.6.2013, p. 98–98 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
OJ L 165, 18.6.2013, p. 63–63 (GA)
Special edition in Croatian: Chapter 01 Volume 016 P. 310 -

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2013/272/oj

18.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 165/98


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL EWROPEW

tat-22 ta’ Mejju 2013

dwar in-numru ta’ membri tal-Kummissjoni Ewropea

(2013/272/UE)

IL-KUNSILL EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabblixxi l-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari l-Artikolu 17(5) tiegħu,

Billi,

(1)

Fil-laqgħat tiegħu tal-11-12 ta’ Diċembru 2008 u t-18-19 ta’ Ġunju 2009, il-Kunsill Ewropew innota t-tħassib tal-poplu Irlandiż rigward it-Trattat ta’ Lisbona u għalhekk qabel li, dment li t-Trattat ta’ Lisbona jidħol fis-seħħ, tittieħed deċiżjoni, f’konformità mal-proċeduri legali meħtieġa, sabiex il-Kummissjoni tkompli tinkludi ċittadin wieħed minn kull Stat Membru.

(2)

Id-deċiżjoni dwar in-numru ta’ membri tal-Kummissjoni għandha tiġi adottata fi żmien debitu qabel il-ħatra tal-Kummissjoni li għandha tibda bid-dmirijiet tagħha fil-1 ta’ Novembru 2014.

(3)

L-implikazzjonijiet ta’ din id-Deċiżjoni għandhom jinżammu taħt analiżi,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kummissjoni għandha tikkonsisti minn numru ta’ membri, inkluż il-President u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, ugwali għan-numru ta’ Stati Membri.

Artikolu 2

Il-Kunsill Ewropew għandu janalizza din id-Deċiżjoni, fid-dawl tal-effett tagħha fuq il-funzjonament tal-Kummissjoni, fi żmien adegwat qabel il-ħatra tal-ewwel Kummissjoni wara d-data tal-adeżjoni tat-tletin Stat Membru jew il-ħatra tal-Kummissjoni li għandha tieħu post dik li għandha tibda d-dmirijiet tagħha fil-1 ta’ Novembru 2014, skont liema tiġi l-ewwel.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandha tapplika mill-1 ta’ Novembru 2014.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Mejju 2013.

Għall-Kunsill Ewropew

Il-President

H. VAN ROMPUY


Top