EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013D0219

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2013/219/PESK tas- 16 ta’ Mejju 2013 li timplimenta d-Deċiżjoni 2011/486/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti individwi, gruppi, impriżi u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Afganistan

OJ L 133, 17.5.2013, p. 22–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Croatian: Chapter 18 Volume 015 P. 258 - 261

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2013/219/oj

17.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 133/22


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL 2013/219/PESK

tas-16 ta’ Mejju 2013

li timplimenta d-Deċiżjoni 2011/486/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti individwi, gruppi, impriżi u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Afganistan

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/486/PESK tal-1 ta’ Awwissu 2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti individwi, gruppi, impriżi u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Afganistan (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 5 u l-Artikolu 6(1) tagħha,

Billi:

(1)

Fl-1 ta' Awwissu 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/486/PESK.

(2)

Fis-16 ta' April u t-22 ta' April 2013, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, stabbilit taħt il-paragrafu 30 tar-Riżoluzzjoni 1988 (2011) tal-Kunsill tas-Sigurtà, aġġorna u emenda l-lista tal-individwi, gruppi, impriżi u entitajiet suġġetti għal miżuri restrittivi.

(3)

L-Anness tad-Deċiżjoni 2011/486/PESK għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness tad-Deċiżjoni 2011/486/PESK huwa b'dan emendat kif stabbilit fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Mejju 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

R. QUINN


(1)  ĠU L 199, 2.8.2011, p. 57.


ANNESS

I.   L-entrata ta' hawn taħt għandha tiżdied mal-lista li tinsab fl-Anness tad-Deċiżjoni 2011/486/PESK

A.   Individwi assoċjati mat-Taliban

1.

Adam Khan Achekzai (magħruf ukoll bħala (a) Maulavi Adam Khan, (b) Maulavi Adam)

Titlu: Maulavi. Data tat-twelid: (a) 1970 (b) 1972 (c) 1971 (d) 1973 (e) 1974 (f) 1975. Post tat-twelid: Provinċja ta' Kandahar, l-Afganistan. Indirizz:Chaman, Provinċja ta’ Baluchistan, il-Pakistan. Nazzjonalità: Pakistana. Informazzjoni oħra: (a) Produttur ta' apparat esplożiv improvviżat u faċilitatur għat-Taliban. (b) Membru tat-Taliban responsabbli għall-Provinċja ta’ Badghis, l-Afganistan, f’nofs l-2010. (c) Ex membru tat-Taliban responsabbli għall-Provinċji ta' Sar-e Pul u ta' Samangan, l-Afghanistan. (d) Bħala kmandant militari tat-Taliban fil-Provinċja ta’ Kandahar, l-Afghanistan, kien involut fl-organizzazzjoni ta' attakki suwiċida fi provinċji ġirien. (e) Assoċjat ma' Abdul Samad Achekzai.

Data tal-indikazzjoni min-NU: 16.4.2013.

Informazzjoni addizzjonali mis-sommarju narrativ tar-raġunijiet għall-elenkar fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Adam Khan Achekzai ġie elenkat fis-16 ta' April 2013 skont il-paragrafu 2 tar-riżoluzzjoni 2082 (2012) minħabba "parteċipazzjoni fl-iffinanzjar, fl-ippjanar, fl-iffaċilitar, fit-tħejjija jew fit-twettiq ta' atti jew attivitajiet li jsiru minn, flimkien ma', taħt isem, f'isem jew b'appoġġ għal" u "xi forma oħra ta' appoġġ għall-atti jew l-attivitajiet ta'" dawk l-individwi, gruppi, impriżi u entitajiet nominati u oħrajn li huma assoċjati mat-Taliban fit-theddida għall-paċi, l-istabbiltà u s-sigurtà tal-Afganistan.

Adam Khan Achekzai huwa manufattur ta' apparat esplożiv improvviżat (IED) u faċilitatur għat-Taliban. Mill-2012, Adam bena IEDs u kien ħarreġ madwar 150 persuna li tagħmel IEDs f'appoġġ tat-Taliban. Minn tard fl-2010, Adam kien mexxej militari Taliban li kien responsabbli mill-produzzjoni ta' IEDs u ġkieket esplożivi. Adam kien viċi tal-faċilitatur tat-Taliban għall-IED Abdul Samad Achekzai u, bħala viċi ta' Samad, ikkoordina attivitajiet ta' akkwist għan-netwerk.

Minbarra l-dmirijiet tiegħu ta' faċilitazzjoni ta' IEDs, Adam kellu rwoli oħrajn bħala mexxej tat-Taliban. Tard fl-2010, Adam ġie nominat Kap tat-Taliban għall-Provinċja ta’ Badghis, l-Afganistan. Adam huwa wkoll l-ex-kap tat-Taliban għall-Provinċji ta' Sar-e Pul u ta' Samangan, l-Afghanistan. Bħala kmandant militari tat-Taliban fil-Provinċja ta’ Qandahar, l-Afghanistan, Adam kien involut fl-organizzazzjoni ta' attakki suwiċida fi provinċji ġirien.

II.   L-entrati fil-lista li tinsab fl-Anness tad-Deċiżjoni 2011/486/PESK għall-persuni ta' hawn taħt għandhom jiġu sostitwiti bl-entrati li jinsabu hawn taħt.

A.   Individwi assoċjati mat-Taliban

1.

Abdul Latif Mansur (magħruf ukoll bħala (a) Abdul Latif Mansoor (b) Wali Mohammad)

Titlu: Maulavi. Raġuni għall-elenkar: Ministru tal-Agrikoltura taħt ir-reġim tat-Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor l-1968. Post tat-twelid: (a) Distrett ta' Zurmat, Provinċja ta' Paktia, l-Afganistan, (b) Distrett ta' Garda Saray, Provinċja ta' Paktia, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Membru tax-Shura tat-Taliban f'Miram Shah minn Mejju 2007, (b) Shadow governor tat-Taliban għall-Provinċja ta’ Logar, minn tard fl-2012, (c) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan, (d) Jappartjeni għat-tribù Sahak (Ghilzai).

Data tal-indikazzjoni min-NU:31.1.2001.

Informazzjoni addizzjonali mis-sommarju narrativ tar-raġunijiet għall-elenkar fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Abdul Latif Mansur kien membru tal-‘Kunsill Miram Shah’ tat-Taliban f'Mejju 2007. Huwa kien ix-shadow governor tat-Taliban tal-Provinċja ta' Nangarhar, l-Afganistan, fl-2009 u l-Kap tal-kummissjoni politika tat-Taliban min-nofs l-2009. F'Mejju 2010, Abdul Latif Mansur kien kmandant anzjan tat-Taliban fil-Lvant tal-Afganistan.

2.

Mohammad Naim Barich Khudaidad (magħruf ukoll bħala (a) Mullah Naeem Barech (b) Mullah Naeem Baraich (c) Mullah Naimullah (d) Mullah Naim Bareh (e) Mohammad Naim (f) Mullah Naim Barich (g) Mullah Naim Barech (h) Mullah Naim Barech Akhund (i) Mullah Naeem Baric (j) Naim Berich (k) Haji Gul Mohammed Naim Barich (l) Gul Mohammad (m) Haji Ghul Mohammad (n) Gul Mohammad Kamran (o) Mawlawi Gul Mohammad)

Titlu: Mullah. Raġuni għall-elenkar: Viċi Ministru taħt Avjazzjoni Ċivili tar-reġim tat-Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor l-1975. Post tat-twelid: (a) Raħal ta’ Lakhi, Żona ta’ Hazarjuft, Distrett ta’ Garmsir, Provinċja ta’ Helmand, l-Afganistan, (b) Raħal ta’ Laki, Distrett ta’ Garmsir, Provinċja ta’ Helmand, l-Afganistan, (c) Raħal ta’ Lakari, Distrett ta’ Garmsir, Provinċja ta’ Helmand, l-Afganistan, (d) Darvishan, Distrett ta’ Garmsir, Provinċja ta’ Helmand, l-Afganistan, (e) Raħal ta’ De Luy Wiyalah, Distrett ta’ Garmsir, Provinċja ta’ Helmand, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Membru tal-Kummissjoni Militari tat-Taliban minn Marzu 2010. (b) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan. (c) Jappartjeni għat-tribù Barich.

Data tal-indikazzjoni min-NU: 23.2.2001.

Informazzjoni addizzjonali mis-sommarju narrativ tar-raġunijiet għall-elenkar fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Mohammed Naim huwa membru tal-‘Kunsill Gerdi Jangal’ Taliban. Huwa l-Ex-viċi ta' Akhtar Mohammad Mansour Shah Mohammed, persuna prominenti fil-bord tat-tmexxija tat-Taliban. Mohammed Naim jikkontrolla bażi militari fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan.

3.

Din Mohammad Hanif (magħruf ukoll bħala (a) Qari Din Mohammad (b) Iadena Mohammad)

Titlu: Qari. Raġuni għall-elenkar: (a) Ministru tal-Ippjanar taħt ir-reġim tat-Taliban, (b) Ministru tal-Edukazzjoni Għolja taħt ir-reġim tat-Taliban. Data tat-twelid: (a) Bejn wieħed u ieħor fl-1955, (b)01.01.1969 (bħala Iadena Mohammad). Post tat-twelid: (a) Raħal ta’ Shakarlab, Distrett ta’ Yaftali Pain, Provinċja ta’ Badakhshan, l-Afganistan, (b) Badakhshan (bħala Iadena Mohammad) Nazzjonalità: Afgana. Numru tal-passaport: OA 454044 (bħala Iadena Mohammad). Informazzjoni oħra: (a) Membru tal-Kunsill Suprem tat-Taliban responsabbli għall-provinċji ta’ Takhar u Badakhshan; (b) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan.

Data tal-indikazzjoni min-NU: 25.1.2001.

4.

Abdul Jabbar Omari. (magħruf ukoll bħala (a) Mullah Jabar (b) Muawin Jabbar)

Titlu: Maulavi. Raġuni għall-elenkar: Gvernatur tal-Provinċja ta' Baghlan (Afganistan) taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor l-1958. Post tat-twelid: Provinċja ta' Zabul, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana. Informazzjoni oħra: Jappartjeni għat-tribù Hottak.

Data tal-indikazzjoni min-NU:23.2.2001.

Informazzjoni addizzjonali mis-sommarju narrativ tar-raġunijiet għall-elenkar fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Abdul Jabbar Omari, minn Ġunju 2008, ħadem bħala viċi għal Amir Khan Haqqani u bħala kmandant ta' grupp armat fid-distrett ta' Siuri fil-provinċja ta' Zabul. F'Ġunju 2008, bil-ħsieb li ssaħħaħ l-attività tagħhom fiż-żona, it-tmexxija Talibana ħatritu shadow governor għall-provinċja ta' Zabul.

5.

Mohammad Shafiq Ahmadi Fatih Khan (magħruf ukoll bħala Mohammad Shafiq Ahmadi)

Titlu: Mullah. Raġuni għall-elenkar: Gvernatur tal-Provinċja ta’ Samangan taħt ir-reġim tat-Taliban. Data tat-twelid: 1956-1957. Post tat-twelid: Raħal ta’ Charmistan, Distrett ta’ Tirin Kot, Provinċja ta’ Uruzgan, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Shadow governor tat-Taliban għall-Provinċja ta’ Uruzgan lejn tmiem l-2012. (b) Jappartjeni għat-tribù Hottak.

Data tal-indikazzjoni min-NU: 23.2.2001.

6.

Shahabuddin Delawar

Titlu: Maulavi. Raġuni għall-elenkar: Viċi tal-Qorti Superjuri taħt ir-reġim tat-Taliban. Data tat-twelid: (a) 1957, (b) 1953. Post tat-twelid: Il-Provinċja ta' Logar, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana. Numru tal-passaport: Numru tal-passaport Afgan OA296623. Informazzjoni oħra: (a) Viċi Kap tal-Ambaxxata tat-Taliban f'Riyadh, l-Arabja Sawdija sal-25 ta' Settembru 1998. (b) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan.

Data tal-indikazzjoni min-NU:23.2.2001.

7.

Sirajuddin Jallaloudine Haqqani (magħruf ukoll bħala (a) Siraj Haqqani, (b) Serajuddin Haqani, (c) Siraj Haqani, (d) Saraj Haqani, (e) Khalifa)

Raġuni għall-elenkar: Na’ib Amir (Viċi Kmandant). Indirizz: (a)Inħawi ta' Kela/inħawi ta' Danda, Miramshah, Tramuntana tal-Waziristan, il-Pakistan; (b)Manba’ul uloom Madrasa, Miramshah, Tramuntana tal-Waziristan, il-Pakistan, (c)Dergey Manday Madrasa, Miramshah, Tramuntana tal-Waziristan, il-Pakistan. Data tat-twelid: bejn wieħed u ieħor 1977/1978. Post tat-twelid: (a) Danda, Miramshah, Tramuntana tal-Waziristan, il-Pakistan, (b) Raħal ta' Srana, Distrett ta' Garda Saray, Provinċja ta' Paktia, l-Afganistan, (c) Distrett ta' Neka, Provinċja ta' Paktika, l-Afganistan, (d) Provinċja ta' Khost, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Kap tan-Netwerk ta' Haqqani lejn tmiem l-2012. (b) Iben Jallaloudine Haqani. (c) Jappartjeni għat-taqsima tas-Sultan Khel, it-tribù Zardan ta' Garda Saray tal-provinċja ta' Paktia, l-Afganistan. (d) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan.

Data tal-indikazzjoni min-NU:13.9.2007.

Informazzjoni addizzjonali mis-sommarju narrativ tar-raġunijiet għall-elenkar fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Sirajuddin Jallaloudine Haqqani huwa wieħed mill-mexxejja l-aktar prominenti, influwenti, karismatiċi u b'esperjenza fin-netwerk ta' Haqqani, grupp ta' ġellieda b'assoċjazzjoni mill-qrib kemm mat-Taliban kif ukoll ma' Al-Qaida, u kien wieħed mill-kmandanti prinċipali tal-operazzjonijiet tan-netwerk mill-2004.

Ħafna mis-setgħa u l-awtorità ta' Sirajuddin Haqqani ġejja minn missieru, Jalaluddin Haqqani, ex-Ministru tar-reġim tat-Taliban, li kien kmandant militari tat-Taliban u intermedjarju għal Al-Qaida u t-Taliban fuq iż-żewġ naħat tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan. Matul il-kariga tiegħu bħala Ministru tar-reġim tat-Taliban, Jalaluddin Haqqani stabbilixxa rabtiet ferm mill-qrib ma' Al-Qaida.

Sirajuddin Haqqani għandu assoċjazzjonijiet qawwija mat-Taliban, li jipprovdulu finanzjament għall-operazzjonijiet tiegħu. Huwa jirċievi wkoll finanzjament minn diversi gruppi u individwi oħra, inklużi barunijiet tad-droga. Huwa intermedjarju ċentrali għall-operazzjonijiet terroristiċi fl-Afganistan u attivitajiet ta' appoġġ fiż-Żoni Tribali Amministrati Federalment tal-Pakistan. Ir-rabtiet tiegħu mat-Taliban saru pubbliċi f'Mejju 2006 minn Mullah Dadullah, f'dak iż-żmien wieħed mill-ogħla kmandanti militari tat-Taliban, li ddikjara li ħadem ma' Sirajuddin Haqqani u ppjana operazzjonijiet miegħu. Huwa għandu wkoll rabtiet ma' Jaish-i-Mohammed.

Sirajuddin Haqqani huwa attivament involut fl-ippjanar u l-eżekuzzjoni ta' attakki mmirati konta l-Forzi Internazzjonali ta' Assistenza għas-Sigurtà (ISAF), uffiċjali u pajżana Afgani, prinċipalment fir-reġjuni tal-Lvant u tan-Nofsinhar tal-Afganistan. Huwa jirrekluta wkoll u jibgħat regolarment ġellieda fil-Provinċji ta' Khost, Paktia u Paktika fl-Afganistan.

Sirajuddin Haqqani kien involut fl-attakk suwiċida bil-bombi kontra xarabank tal-Akkademja tal-Pulizija f'Kabul fit-18 ta' Ġunju 2007 fejn inqatlu 35 uffiċjal tal-pulizija.

8.

Abdul Aziz Abbasin (magħruf ukoll bħala: Abdul Aziz Mahsud)

Data tat-twelid: 1969. Post tat-twelid: Ir-Raħal ta' Sheykhan Village, iż-Żona Pirkowti, Distrett ta' Orgun, Provinċja ta' Paktika, l-Afganistan. Informazzjoni oħra: (a) Kmandant ewlieni fin-Netwerk Haqqani taħt Sirajuddin Jallaloudine Haqqani. (b) Shadow Governor tat-Taliban għad-Distrett ta' Orgun, Provinċja ta' Paktika mill-bidu tal-2010. (c) Opera kamp ta' taħriġ għal ġellieda mhux Afgani fil-Provinċja ta' Paktika. (d) Kien involut fit-trasport ta' armi lejn l-Afganistan.

Data tal-indikazzjoni min-NU: 04.10.2011.

Informazzjoni addizzjonali mis-sommarju narrativ tar-raġunijiet għall-elenkar fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Abdul Aziz Abbasin huwa kmandant ewlieni fin-Netwerk ta' Haqqani, grupp ta' militanti affiljati mat-Taliban li jopera mil-Lvant tal-Afganistan u l-Aġenzija tat-Tramuntana tal-Waziristan fiż-Żoni Tribali Amministrati Federalment tal-Pakistan. Sa minn kmieni fl-2010, Abbasin irċieva ordnijiet minn Sirajuddin Haqqani u nħatar minnu biex iservi bħala shadow governor tat-Taliban tad-Distrett Orgun, Provinċja ta' Paktika, fl-Afganistan. Abbasin huwa kmandant ta' grupp ta' ġellieda Talibani u għen fit-tmexxija ta' kamp ta' taħriġ għall-ġellieda barranin ibbażati fProvinċja ta' Paktika. Abbasin kien involut ukoll fl-attakk b'imbuskata ta' vetturi li jfornu l-forzi tal-gvern Afgan u fit-trasport ta' armi lejn l-Afganistan.

9.

Mohammed Qasim Mir Wali Khudai Rahim (magħruf ukoll bħala (a) Muhammad Qasim, (b) Abdul Salam)

Titlu: Haji. Data tat-twelid: Bejn l-1975 u l-1976. Post tat-twelid: (a) Villaġġ ta’ Minar, Distrett ta’ Garmser, Provinċja ta’ Helmand, Afganistan, (b) Villaġġ ta’ Darweshan, Distrett ta’ Garmser, Provinċja ta’ Helmand. Nazzjonalità: Afgana. Nru ta' identifikazzjoni nazzjonali: (a) Karta tal-identità nazzjonali Afgana (tazkira) numru 57388 maħruġa fid-Distrett ta’ Lashkar Gah, Provinċja ta’ Helmand, Afganistan (b) Numru tal-karta residenzjali 665, Ayno Maina, Provinċja ta’ Kandahar, Afganistan. Indirizz: (a)Wesh, Distrett ta' Spin Boldak, Provinċja ta' Kandahar, Afganistan, (b)Safaar Bazaar, Distrett ta' Garmser, Provinċja ta' Helmand, Afganistan(c)Numru tal-kamra 33, Sular 5, Sarafi Market, Belt ta' Kandahar, Provinċja ta' Kandahar, Afganistan. Informazzjoni oħra: (a) Proprjetarju ta’ Rahat Ltd. (b) Involut fil-forniment tal-armi għat-Taliban, inkluż apparat esplożiv improvviżat (IED). (c) Arrestat fl-2012 u taħt kustodja fl-Afganistan minn Jannar 2013. (d) Assoċjat ma' Rahat Ltd.

Data tal-indikazzjoni min-NU: 21.11.2012.


Top