EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013D0141

2013/141/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 18 ta’ Marzu 2013 li taħtar membru Spanjol u tliet membri supplenti Spanjoli fil-Kumitat tar-Reġjuni

OJ L 77, 20.3.2013, p. 24–24 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

No longer in force, Date of end of validity: 25/01/2015

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2013/141(1)/oj

20.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 77/24


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-18 ta’ Marzu 2013

li taħtar membru Spanjol u tliet membri supplenti Spanjoli fil-Kumitat tar-Reġjuni

(2013/141/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposti tal-Gvern Spanjol,

Billi:

(1)

Fit-22 ta’ Diċembru 2009 u fit-18 ta’ Jannar 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet 2009/1014/UE (1) u 2010/29/UE (2) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2010 sal-25 ta’ Jannar 2015.

(2)

Konsegwentement għat-tmiem tal-mandat tas-Sur Francisco Javier LÓPEZ ÁLVAREZ sar vakanti siġġu ta’ membru fil-Kumitat tar-Reġjuni. Konsegwentement għat-tmiem tal-mandati tas-Sur Guillermo ECHENIQUE GONZÁLEZ, is-Sur Senén FLORENSA I PALAU u s-Sinjura Elvira SAINT-GERONS HERRERA saru vakanti s-siġġijiet ta’ tliet membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Huma b’dan maħturin fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-25 ta’ Jannar 2015:

(a)

bħala membru:

Is-Sur Iñigo URKULLU RENTERIA, Presidente del Gobierno Vasco

u

(b)

bħala membri supplenti:

Is-Sinjura María Ángeles ELORZA ZUBIRÍA, Secretaria General de Acción Exterior del Gobierno Vasco

Is-Sur Roger ALBINYANA I SAIGÍ, Secretario de Asuntos Exteriores, Generalitat de Cataluña

Is-Sinjura María Sol CALZADO GARCÍA, Secretaria General de Acción Exterior de la Junta de Andalucía.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Marzu 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

S. COVENEY


(1)  ĠU L 348, 29.12.2009, p. 22.

(2)  ĠU L 12, 19.1.2010, p. 11.


Top