EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013D0016(01)

2013/358/UE: Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal- 21 ta’ Ġunju 2013 li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2010/29 dwar il-ħruġ ta' karti tal-flus tal-euro (BĊE/2013/16)

OJ L 187, 6.7.2013, p. 13–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Croatian: Chapter 01 Volume 014 P. 297 - 298

In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2013/358/oj

6.7.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 187/13


DEĊIŻJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-21 ta’ Ġunju 2013

li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2010/29 dwar il-ħruġ ta' karti tal-flus tal-euro

(BĊE/2013/16)

(2013/358/UE)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 128(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artiklu 16 tiegħu,

Billi:

(1)

Minħabba d-dħul tal-Kroazja fl-Unjoni Ewropea u li l-bank ċentrali nazzjonali tagħha (BĊN), Hrvatska narodna banka, jingħaqad fis-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali fl-1 ta’ Lulju 2013, id-Deċiżjoni BĊE/2013/17 tal-21 ta’ Ġunju 2013 dwar l-ishma ta' persentaġġ tal-banek ċentrali nazzjonali fl-iskema għas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew (1) tipprovdi għall-espansjoni tal-iskema għas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew (minn hawn ‘il quddiem “skema tal-kapital”) u tistabbilixxi, b’effett mill-1 ta’ Lulju 2013, l-ippeżar ġdid assenjat lil kull BĊN fl-iskema tal-kapital estiża (minn hawn ‘il quddiem l-“ippeżar fl-iskema tal-kapital”).

(2)

L-Artikolu 1(d) tad-Deċiżjoni BĊE/2010/29 tat-13 ta' Diċembru 2010 dwar il-ħruġ ta' karti tal-flus tal-euro (2) jiddefinixxi l-‘iskema ta distribuzzjoni ta' karti tal-flus’ u jirreferi għal Anness I ta' dik id-Deċiżjoni, li jispeċifika l-iskema għad-distribuzzjoni tal-karti tal-flus applikabbli mill-1 ta' Jannar 2011. Billi ser japplika ppeżar ġdid fl-iskema tal-kapital mill-1 ta’ Lulju 2013, id-Deċiżjoni BĊE/2010/29 trid tiġi emendata sabiex tiġi stipulata l-iskema ta distribuzzjoni ta' karti tal-flus applikabbli mill-1 ta’ Lulju 2013,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Emenda

1.   L-aħħar sentenza tal-Artikolu 1(d) tad-Deċiżjoni BĊE/2010/29 hija mibdula b’ li ġej: “L-Anness ta’ din id-Deċizjoni jispeċifika l-iskema tad-distribuzzjoni tal-karti tal-flus applikabbli mill-1 ta’ Lulju 2013.”.

2.   L-Anness tad-Deċiżjoni BĊE/2010/29 huwa mibdul bit-test stipulat fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċizjoni tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 2013.

Magħmul fi Frankfurt am Main, il-21 ta’ Ġunju 2013.

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


(1)  Ara paġna 15 ta’ dan il-Ġurenal Uffiċjali.

(2)  ĠU L 35, 9.2.2011, p. 26.


ANNESS

SKEMA TAD-DISTRIBUZZJONI TAL-KARTI TAL-FLUS MILL-1 TA’ LULJU 2013

Bank Ċentrali Ewropew

8,0000  %

Nationale Bank van België/Banque Nationale de Belgique

3,1975  %

Deutsche Bundesbank

24,8130  %

Eesti Pank

0,2355  %

Central Bank of Ireland

1,4695  %

Bank of Greece

2,5770  %

Banco de España

10,916  %

Banque de France

18,6945  %

Banca d’Italia

16,4760  %

Central Bank of Cyprus

0,1765  %

Banque centrale du Luxembourg

0,2300  %

Bank Ċentrali ta’ Malta

0,0840  %

De Nederlandsche Bank

5,2460  %

Oesterreichische Nationalbank

2,5620  %

Banco de Portugal

2,3325  %

Banka Slovenije

0,4325  %

Národná banka Slovenska

0,9100  %

Suomen Pankki

1,6475  %

TOTAL

100,0000  %


Top