EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013D0005(01)

2013/168/UE: Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal- 20 ta’ Marzu 2013 li tħassar id-Deċiżjonijiet BĊE/2011/4 dwar miżuri temporanji marbutin mal-eliġibbiltà ta’ strumenti ta’ dejn negozjabbli maħruġin jew iggarantiti mill-Gvern Irlandiż, BĊE/2011/10 dwar miżuri temporanji marbutin mal-eliġibbiltà ta’ strumenti ta’ dejn negozjabbli maħruġin jew iggarantiti mill-Gvern Portugiż, BĊE/2012/32 dwar miżuri temporanji marbutin mal-eliġibbiltà ta’ strumenti ta’ dejn negozjabbli maħruġin jew iggarantiti bis-sħiħ mir-Repubblika Ellenika u BĊE/2012/34 dwar bidliet temporanji fir-regoli li jirrigwardaw l-eliġibbiltà ta’ kollateral denominat f’munita barranija (BĊE/2013/5)

OJ L 95, 5.4.2013, p. 21–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2013/168(1)/oj

5.4.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 95/21


DEĊIŻJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-20 ta’ Marzu 2013

li tħassar id-Deċiżjonijiet BĊE/2011/4 dwar miżuri temporanji marbutin mal-eliġibbiltà ta’ strumenti ta’ dejn negozjabbli maħruġin jew iggarantiti mill-Gvern Irlandiż, BĊE/2011/10 dwar miżuri temporanji marbutin mal-eliġibbiltà ta’ strumenti ta’ dejn negozjabbli maħruġin jew iggarantiti mill-Gvern Portugiż, BĊE/2012/32 dwar miżuri temporanji marbutin mal-eliġibbiltà ta’ strumenti ta’ dejn negozjabbli maħruġin jew iggarantiti bis-sħiħ mir-Repubblika Ellenika u BĊE/2012/34 dwar bidliet temporanji fir-regoli li jirrigwardaw l-eliġibbiltà ta’ kollateral denominat f’munita barranija

(BĊE/2013/5)

(2013/168/UE)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 127(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikoli 3.1, l-Artikolu 12.1, l-Artikolu 18 u t-tieni inċiż tal-Artikolu 34.1,

Wara li kkunsidra l-Linja Gwida BĊE/2011/14 tal-20 ta’ Settembru 2011 dwar l-istrumenti u l-proċeduri tal-politika monetarja tal-Eurosistema (1), u b’mod partikolari t-Taqsima 1.6 u t-Taqsimiet 6.3.1 u 6.3.2 ta’ Anness I tagħha,

Billi:

(1)

Il-kontenut ta’ Deċiżjoni BĊE/2012/34 tad-19 ta’ Diċembru 2012 dwar bidliet temporanji fir-regoli li jirrigwardaw l-eliġibbiltà ta’ kollateral denominat f’munita barranija (2) għandu jkun inkluż fil-Linja Gwida BĊE/2012/18 tat-2 ta’ Awwissu 2012 dwar miżuri temporanji addizzjonali fir-rigward ta’ operazzjonijiet ta’ rifinanzjament tal-Eurosistema u l-eliġibbiltà tal-kollateral u li temenda l-Linja Gwida BĊE/2007/9 (3), l-att legal ewlieni li jirregola l-miżuri temporanji fir-rigward ta’ operazzjonijiet ta’ rifinanzjament tal-Eurosistema u l-eliġibbiltà tal-kollateral.

(2)

Fl-interess taċ-ċarezza u l-konsistenza u bil-ħsieb li jiġi simplifikat il-qafas tal-kollateral tal-Eurosistema, il-kontenut tad-Deċiżjonijiet BĊE/2011/4 tal-31 ta' Marzu 2011 dwar miżuri temporanji marbutin mal-eliġibbiltà ta’ strumenti ta’ dejn negozjabbli maħruġin jew iggarantiti mill-Gvern Irlandiż (4), BĊE/2011/10 tas-7 ta' Lulju 2011 dwar miżuri temporanji marbutin mal-eliġibbiltà ta’ strumenti ta’ dejn negozjabbli maħruġin jew iggarantiti mill-Gvern Portugiż (5), BĊE/2012/32 tad-19 ta' Diċembru 2012 dwar miżuri temporanji marbutin mal-eliġibbiltà ta’ strumenti ta’ dejn negozjabbli maħruġin jew iggarantiti bis-sħiħ mir-Repubblika Ellenika (6) għandu jkun ukoll inkluż f’linja gwida li tkopri l-miżuri temporanji dwar l-eliġibbiltà ta’ kollateral għal operazzjonijiet ta’ rifinanzjament tal-Eurosistema.

(3)

Dawn il-passi, li huma implimentati permezz ta’ riformulazzjoni tal-Linja Gwida BĊE/2012/18, għandhom barra minn dan jippermettu lill-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro biex jimplimentaw il-miżuri addizzjonali ta’ appoġġ għat-tisħiħ tal-kreditu fil-qafas kuntrattwali u regolatorju applikabbli lill-kontropartijiet tagħhom.

(4)

Id-Deċiżjonijiet BĊE/2011/4, BĊE/2011/10, BĊE/2012/32 u BĊE/2012/34 għandhom għalhekk jiġu mħassra,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Tħassir tad-Deċiżjonijiet BĊE/2011/4, BĊE/2011/10, BĊE/2012/32 u BĊE/2012/34

1.   Id-Deċiżjonijiet BĊE/2011/4, BĊE/2011/10, BĊE/2012/32 u BĊE/2012/34 huma mħassra b’effett mit-3 ta’ Mejju 2013.

2.   Referenzi għad-Deċiżjonijiet imħassra għandhom jinftehmu bħala referenzi għal Linja Gwida BĊE/2013/4.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċizjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-22 ta’ Marzu 2013.

Magħmul fi Frankfurt am Main, l-20 ta’ Marzu 2013.

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


(1)  ĠU L 331, 14.12.2011, p. 1.

(2)  ĠU L 14, 18.1.2013, p. 22.

(3)  ĠU L 218, 15.8.2012, p. 20.

(4)  ĠU L 94, 8.4.2011, p. 33.

(5)  ĠU L 182, 12.7.2011, p. 31.

(6)  ĠU L 359, 29.12.2012, p. 74.


Top