EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012R1050

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1050/2012 tat- 8 ta’ Novembru 2012 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 231/2012 li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet għall-addittivi tal-ikel elenkati fl-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tax-xiropp Poligliċitol Test b’relevanza għaż-ŻEE

OJ L 310, 9.11.2012, p. 45–46 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Croatian: Chapter 15 Volume 024 P. 259 - 260

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2012/1050/oj

9.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 310/45


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1050/2012

tat-8 ta’ Novembru 2012

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 231/2012 li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet għall-addittivi tal-ikel elenkati fl-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tax-xiropp Poligliċitol

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 14 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi proċedura ta’ awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi tal-ikel, l-enżimi tal-ikel u l-aromatizzanti tal-ikel (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(5) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 (3) jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet għall-addittivi tal-ikel elenkati fl-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008.

(2)

L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) esprimiet l-opinjoni tagħha dwar is-sigurtà tax-xiropp Poligliċitol billi qieset l-ispeċifikazzjonijiet proposti mill-applikant fl-24 ta’ Novembru 2009 bħala addittiv tal-ikel (4). Dak l-addittiv tal-ikel ġie sussegwentement awtorizzat fuq il-bażi ta’ użi speċifiċi u ġie allokat in-numru E 964 mir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1049/2012 tat-8 ta’ Novembru 2012 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 fir-rigward tal-użu tax-xiropp poligliċitol f’bosta kategoriji tal-ikel (5). Għalhekk, għandhom jiġu adottati speċifikazzjonijiet għal dak l-addittiv tal-ikel.

(3)

Jeħtieġ li jitqiesu l-ispeċifikazzjonijiet u t-tekniki analitiċi għal addittivi kif proposti fil-Kumitat Espert Konġunt tal-FAO/WHO dwar l-Addittivi tal-Ikel.

(4)

Għalhekk, ir-Regolament (UE) Nru 231/2012 għandu jiġi emendat skont dan.

(5)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, u la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma opponewhom,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament (UE) Nru 231/2012 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Novembru 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16.

(2)  ĠU L 354, 31.12.2008, p. 1.

(3)  ĠU L 83, 22.3.2012, p. 1.

(4)  Il-Bord tal-EFSA dwar l-Addittivi tal-Ikel u s-Sorsi tan-Nutrijenti miżjuda mal-Ikel (ANS); Opinjoni Xjentifika dwar l-użu tax-Xiropp Polyglycitol bħala addittiv tal-ikel fuq talba mill-Kummissjoni Ewropea. EFSA Journal 2009;7(12):1413.

(5)  Ara l-paġna 41 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.


ANNESS

Fl-Anness tar-Regolament (UE) Nru 231/2012, tiddaħħal l-annotazzjoni li ġejja għall-E 964 wara l-annotazzjoni għall-E 962:

E 964 XIROPP TAL-POLIGLIĊITOL

Sinonimi

Idrolisat tal-lamtu idroġenat, xiropp tal-glukożju idroġenat u poligliċitol.

Definizzjoni

Taħlita li tikkonsisti l-iktar f’maltitol u sorbitol u ammonti iżgħar ta’ oligo- u polisakkaridi idroġenati u maltrotriitol. Huwa mmanifatturat bl-idroġenazzjoni katalitika ta’ taħlita ta’ idrolisati tal-lamtu li jikkonsistu fi glukożju, maltożju u polimeri tal-glukożju ogħla, simili għall-proċess ta’ idroġenazzjoni katalitika użati għall-manifattura tax-xiropp tal-maltitol. Ix-xiropp li jirriżulta huwa desalat bl-iskambju tal-jonju u kkonċentrat sal-livell mixtieq.

EINECS

 

Isem kimiku

Sorbitol D-gluċitol

Maltitol: (α)-D-Glukopiranosil-1,4-D-gluċitol

Formula kimika

Sorbitol C6H14O6

Maltitol: C12H24O11

Piż molekolari

Sorbitol 182,2

Maltitol: 344,3

Test

Kontenut mhux inqas minn 99 % tas-sakkaridi idroġenati totali fuq il-bażi anidruża, mhux inqas minn 50 % polioli b’piż molekulari ogħla, mhux iktar minn 50 % ta’ maltitol u mhux iktar minn 20 % ta’ sorbitol fuq il-bażi anidruż.

Deskrizzjoni

Likwidu viskuż bla kulur u bla riħa

Identifikazzjoni

 

Solubbiltà

Jinħall ħafna fl-ilma, jinħall kemxejn fl-etanol

Test għall-maltitol

Jgħaddi mit-test

Test għas-sorbitol

Ma’ 5 g tal-kampjun żid 7 ml ta’ metanol, 1 ml ta’ benżaldeide u 1 ml ta’ aċidu idrokloriku. Ħawwad ġo shaker mekkaniku sakemm jitfaċċaw il-kristalli. Iffiltra l-kristalli u ħoll f’20 ml ta’ ilma jagħli li fih 1 g ta’ bikarbonat tas-sodju. Iffiltra l-kristalli, aħsel b’5 ml ta’ taħlita ilma u metanol (1 fi 2) u nixxef fl-arja. Il-kristalli tad-derivattiv tal-monobenżilidina tas-sorbitol miksub b’dan il-mod jinħall f’bejn 173 u 179 °C.

Purità

 

Kontenut ta’ ilma

Mhux iktar minn 31 % (metodu Karl Fischer)

Kloruri

Mhux iktar minn 50 mg/kg

Sulfati

Mhux iktar minn 100 mg/kg

Zokkrijiet li jirriduċu

Mhux iktar minn 0,3 %

Nikil

Mhux iktar minn 2 mg/kg

Ċomb

Mhux iktar minn 1 mg/kg”


Top