EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012R1049

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1049/2012 tat- 8 ta’ Novembru 2012 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-użu tax-xiropp poligliċitol f’bosta kategoriji tal-ikel Test b’relevanza għaż-ŻEE

OJ L 310, 9.11.2012, p. 41–44 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Croatian: Chapter 15 Volume 024 P. 255 - 258

In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2012/1049/oj

9.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 310/41


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1049/2012

tat-8 ta’ Novembru 2012

li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-użu tax-xiropp poligliċitol f’bosta kategoriji tal-ikel

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(3) u l-Artikolu 30(5) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 stabbilixxa lista tal-Unjoni tal-addittivi approvati għall-użu fl-ikel u l-kundizzjonijiet għall-użu tagħhom.

(2)

Dik il-lista tista’ tiġi emendata b’konformità mal-proċedura msemmija fir-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi proċedura ta’ awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi tal-ikel, l-enżimi tal-ikel u l-aromatizzanti tal-ikel (2).

(3)

Skont l-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008, il-lista ta’ addittivi tal-ikel tal-Unjoni tista’ tiġi aġġornata jew fuq inizjattiva tal-Kummissjoni jew wara li ssir applikazzjoni.

(4)

Intbagħtet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-użu tax-xiropp poligliċitol f’bosta kategoriji tal-ikel u din tpoġġiet għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri.

(5)

L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel ivvalutat is-sigurtà tax-xiropp poligliċitol meta jintuża f’addittiv tal-ikel (3). Hija tqis li d-dejta kimika u tossikoloġika disponibbli għax-xiropp poligliċitol huma insuffiċjenti biex jiġi stabbilit ammont aċċettabbli li jista’ jittieħed kuljum. Madankollu, hija kkonkludiet, fuq il-bażi tad-dejta disponibbli, li ma hemm l-ebda indikazzjoni ta’ tħassib dwar is-sigurtà għall-użi proposti u l-livelli tal-użu.

(6)

Hemm bżonn teknoloġiku għall-użu tax-xiropp poligliċitol bħala poliol alternattiv għall-polioli l-oħra li huma diġà awtorizzati. Ix-xiropp poligliċitol huwa inqas ħelu u jipprovdi iktar massa, opaċità, kapaċità ta’ rbit u stabilità fi prodotti bla zokkor jew b’livell baxx ta’ enerġija. Għalhekk huwa xieraq li l-użu tax-xiropp poligliċitol ikun awtorizzat fil-kategoriji tal-ikel li saret applikazzjoni għalihom u li jiġilu assenjat in-numru bl-E għall-addittivi tal-ikel E 964.

(7)

Skont id-dispożizzjonijiet tranżitorji tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1129/2011 tal-11 ta’ Novembru 2011 li jemenda l-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi lista tal-Unjoni ta’ addittivi tal-ikel (4), l-Anness II li jistabbilixxi l-lista tal-Unjoni tal-addittivi tal-ikel approvati għall-użu fl-ikel u l-kundizzjonijiet tal-użu japplika mill-1 ta’ Ġunju 2013. Biex jiġi permess l-użu tax-xiropp poligliċitol fil-kategoriji tal-ikel ikkonċernati qabel dik id-data, huwa meħtieġ li tiġi speċifikata data tal-applikazzjoni aktar bikrija fir-rigward ta’ dak l-addittiv tal-ikel.

(8)

Għaldaqstant, l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 għandu jiġi emendat skont dan.

(9)

Il-miżuri sabbiliti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali u la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma opponewhom,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Novembru 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16.

(2)  ĠU L 354, 31.12.2008, p. 1.

(3)  EFSA Journal 2009;7(12):1413.

(4)  ĠU L 295, 12.11.2011, p. 1.


ANNESS

L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fil-punt 2 tal-Parti B l-annotazzjoni li ġejja għal E 964 tiddaħħal wara l-annotazzjoni għal E 962:

“E 964

Xiropp poligliċitol”

(2)

Fil-Parti E l-annotazzjonijiet li ġejjin għal E 964 jidħlu f’ordni numerika fil-kategoriji tal-ikel rilevanti:

03.

Silġ li jittiekel

E 964

Xiropp poligliċitol

200 000

 

b’enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud biss

Il-perjodu tal-applikazzjoni:

Mid-29 ta’ Novembru 2012

04.2.5.1

Ġamm ekstra u ġelatina ekstra kif definiti bid-Direttiva 2001/113/KE

E 964

Xiropp poligliċitol

500 000

 

b’enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud biss

Il-perjodu tal-applikazzjoni:

Mid-29 ta’ Novembru 2012

04.2.5.2

Ġamm, ġelatini u marmellati u puree tal-qastan bil-ħlewwa kif definiti fid-Direttiva 2001/113/KE

E 964

Xiropp poligliċitol

500 000

 

b’enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud biss

Il-perjodu tal-applikazzjoni:

Mid-29 ta’ Novembru 2012

04.2.5.3

Pejsts tal-frott u tal-ħaxix oħra simili

E 964

Xiropp poligliċitol

500 000

 

b’enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud biss

Il-perjodu tal-applikazzjoni:

Mid-29 ta’ Novembru 2012

05.1

Prodotti tal-kawkaw u taċ-ċikkulata koperti bid-Direttiva 2000/36/KE

E 964

Xiropp poligliċitol

200 000

 

b’enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud biss

Il-perjodu tal-applikazzjoni:

Mid-29 ta’ Novembru 2012

05.2

Ħlewwiet oħra inkluż ħelu żgħir li jiffriska n-nifs

E 964

Xiropp poligliċitol

200 000

 

b’enerġija ġejja mill-kawkaw jew mingħajr zokkor miżjud biss

Il-perjodu tal-applikazzjoni:

Mid-29 ta’ Novembru 2012

E 964

Xiropp poligliċitol

600 000

 

ħlewwiet abbażi tal-lamtu b’enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud biss

Il-perjodu tal-applikazzjoni:

Mid-29 ta’ Novembru 2012

E 964

Xiropp poligliċitol

800 000

 

ħelu magħdi mingħajr zokkor miżjud biss

Il-perjodu tal-applikazzjoni:

Mid-29 ta’ Novembru 2012

E 964

Xiropp poligliċitol

990 000

 

ħelu iebes mingħajr zokkor miżjud biss

Il-perjodu tal-applikazzjoni:

Mid-29 ta’ Novembru 2012

05.3

Ċuwingamm

E 964

Xiropp poligliċitol

200 000

 

mingħajr zokkor miżjud biss

Il-perjodu tal-applikazzjoni:

Mid-29 ta’ Novembru 2012

06.3

Ċereali tal-kolazzjon

E 964

Xiropp poligliċitol

200 000

 

ċereali tal-kolazzjon jew prodotti abbażi ta’ ċereali biss, b’enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud

Il-perjodu tal-applikazzjoni:

Mid-29 ta’ Novembru 2012

07.2

Prodotti fini tal-forn

E 964

Xiropp poligliċitol

300 000

 

b’enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud biss

Il-perjodu tal-applikazzjoni:

Mid-29 ta’ Novembru 2012

16.

Deżerti minbarra prodotti koperti fil-kategoriji 1, 3 u 4

E 964

Xiropp poligliċitol

300 000

 

b’enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud biss

Il-perjodu tal-applikazzjoni:

Mid-29 ta’ Novembru 2012”


Top