This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32012R0248
Commission Implementing Regulation (EU) No 248/2012 of 20 March 2012 withdrawing the suspension of submission of applications for import licences for sugar products under certain tariff quotas
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 248/2012 tal- 20 ta’ Marzu 2012 li jirtira s-sospensjoni tat-tressiq ta’ applikazzjonijiet ta’ ċerti liċenzji tal-importazzjoni għall-prodotti taz-zokkor taħt ċerti kwoti ta’ tariffi
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 248/2012 tal- 20 ta’ Marzu 2012 li jirtira s-sospensjoni tat-tressiq ta’ applikazzjonijiet ta’ ċerti liċenzji tal-importazzjoni għall-prodotti taz-zokkor taħt ċerti kwoti ta’ tariffi
ĠU L 81, 21.3.2012, p. 42–42
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
21.3.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 81/42 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 248/2012
tal-20 ta’ Marzu 2012
li jirtira s-sospensjoni tat-tressiq ta’ applikazzjonijiet ta’ ċerti liċenzji tal-importazzjoni għall-prodotti taz-zokkor taħt ċerti kwoti ta’ tariffi
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (‘ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS’) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 891/2009 tal-25 ta’ Settembru 2009 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ ċerti kwoti ta’ tariffi Komunitarji fis-settur taz-zokkor (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
It-tressiq ta’ applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni li jikkonċernaw in-numru/i tal-ordni 09.4318 ġew sospiżi mid-19 ta’ Jannar 2012 bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Jannar 2012 (UE) Nru 41/2012 li jissospendi t-tressiq ta' applikazzjonijiet għal liċenzji ta' importazzjoni għall-prodotti fis-settur taz-zokkor li jaqgħu taħt ċerti kwoti tariffarji (3), skont ir-Regolament (KE) Nru 891/2009. |
(2) |
Wara n-notifiki dwar liċenzji mhux użati u/jew użati parzjalment, saru disponibbli mill-ġdid kwantitajiet għal dak in-numru tal-ordni. Is-sospensjoni tal-applikazzjonijiet għandha għalhekk tiġi rtirata, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Is-sospensjoni stipulata bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 41/2012 tat-tressiq ta’ appplikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni għan-numru/i tal-ordni 09.4318 mid-19 ta’ Jannar 2012 qed tiġi irtirata.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Marzu 2012.
Għall-Kummissjoni, F’isem il-President,
José Manuel SILVA RODRÍGUEZ
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 254, 26.9.2009, p. 82.
(3) ĠU L 16, 19.1.2012, p. 40.