Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012R0042

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 42/2012 tat- 18 ta’ Jannar 2012 dwar il-ħruġ ta' liċenzji tal-importazzjoni u l-allokazzjoni ta' drittijiet tal-importazzjoni għall-applikazzjonijiet imressqa matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Jannar 2012 fil-kuntest tal-kwoti tariffarji miftuħa mir-Regolament (KE) Nru 616/2007 għal-laħam tat-tjur

OJ L 16, 19.1.2012, p. 42–43 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2012/42/oj

19.1.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 16/42


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 42/2012

tat-18 ta’ Jannar 2012

dwar il-ħruġ ta' liċenzji tal-importazzjoni u l-allokazzjoni ta' drittijiet tal-importazzjoni għall-applikazzjonijiet imressqa matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Jannar 2012 fil-kuntest tal-kwoti tariffarji miftuħa mir-Regolament (KE) Nru 616/2007 għal-laħam tat-tjur

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti agrikoli regolati minn sistema ta' liċenzji tal-importazzjoni (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 616/2007 (3) fetaħ kwoti tariffarji għall-importazzjoni ta' prodotti tas-settur tal-laħam tat-tjur li joriġinaw mill-Brażil, mit-Tajlandja u minn pajjiżi terzi oħrajn.

(2)

L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni mressqa, għall-gruppi 1, 2, 4, 6, 7 u 8, matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Jannar 2012 għas-subperjodu mill-1 ta' April sat-30 ta' Ġunju 2012 għal ċerti kwoti jaqbżu l-kwantitajiet disponibbli. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġi ddeterminat sa kemm jistgħu jinħarġu l-liċenzji tal-importazzjoni, billi jiġi stabbilit il-koeffiċjent tal-allokazzjoni li għandu jkun applikat għall-kwantitajiet mitluba.

(3)

L-applikazzjonijiet għal drittijiet tal-importazzjoni mressqa matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Jannar 2012 għas-subperjodu mill-1 ta' April sat-30 ta' Ġunju 2012, għall-grupp 5, huma ogħla mill-kwantitajiet disponibbli. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġi ddeterminat il-limitu tad-drittijiet tal-importazzjoni li jistgħu jiġu allokati, billi jiġi stabbilit il-koeffiċjent tal-allokazzjoni li għandu jkun applikat għall-kwantitajiet mitluba,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Għall-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni mressqa skont ir-Regolament (KE) Nru 616/2007 għas-subperjodu mill-1 ta' April sat-30 ta' Ġunju 2012 għall-gruppi 1, 2, 4, 6, 7 u, 8 japplika l-koeffiċjent tal-allokazzjoni stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament.

2.   Għall-applikazzjonijiet għal drittijiet tal-importazzjoni mressqa skont ir-Regolament (KE) Nru 616/2007, għas-subperjodu mill-1 ta' April sat-30 ta' Ġunju 2012, għall-grupp 5, japplika l-koeffiċjent tal-allokazzjoni stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-19 ta’ Jannar 2012.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Jannar 2012.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.

(3)  ĠU L 142, 5.6.2007, p. 3.


ANNESS

In-nru tal-grupp

In-nru tas-serje

Il-koeffiċjent tal-allokazzjoni għall-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni mressqa għas-subperjodu mill-1.4.2012 sat-30.6.2012

(f'%)

1

09.4211

0,555946

6

09.4216

0,817945


In-nru tal-grupp

In-nru tas-serje

Il-koeffiċjent tal-allokazzjoni għall-applikazzjonijiet għal drittijiet tal-importazzjoni mressqa għas-subperjodu mill-1.4.2012 sat-30.6.2012

(f'%)

5

09.4215

1,220003


Top