EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012O0027

2013/47/UE: Linja gwida tal-Bank Ċentrali Ewropew tal- 5 ta’ Diċembru 2012 dwar is-sistema Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer (TARGET2) (BĊE/2012/27)

OJ L 30, 30.1.2013, p. 1–93 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Croatian: Chapter 10 Volume 007 P. 174 - 266

In force: This act has been changed. Current consolidated version: 17/11/2019

ELI: http://data.europa.eu/eli/guideline/2013/47/oj

30.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 30/1


LINJA GWIDA TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-5 ta’ Diċembru 2012

dwar is-sistema Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer (TARGET2)

(riformulazzjoni)

(BĊE/2012/27)

(2013/47/UE)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u partikolarment l-ewwel u r-raba’ inċiżi tal-Artikolu 127(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 3.1 u l-Artikoli 17, 18 u 22 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Linja Gwida BĊE/2007/2 tas-26 ta’ April 2007 dwar sistema Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer (TARGET2) (1) ġiet emendata f’bosta okkażjonijiet. Peress illi huma meħtieġa aktar emendi għal din il-Linja Gwida sabiex jiġi inkorporat materjal li qabel kien intern għall-Eurosistema u jiżdiedu d-definizzjonijiet meħtieġa, kif ukoll dispożizzjonijietfir-rigward tal-inapplikabbiltà ta’ sanzjonijiet lill-banek li mhumiex fl-Unjoni, il-qsim ta’ informazzjoni fir-rigward tas-sospensjoni jew it-terminazzjoni tal-aċċess għall-politika monetarja u l-konsegwenzi ta’ din is-sospensjoni jew terminazzjoni, hija għandha tiġi riformulata fl-interessi taċ-ċarezza u t-trasparenza.

(2)

It-TARGET2 għandha sistema diċentralizzata li tgħaqqad flimkien is-sistemi ta’ saldu gross f’ħin reali nazzjonali u l-Mekkaniżmu ta’ Ħlas tal-BĊE.

(3)

It-TARGET2 hija kkaratterizzata minn pjattaforma teknika unika msejħa l-Pjattaforma Komuni Unika (SSP – Single Shared Platform). It-TARGET2 hija strutturata legalment bħala multipliċità ta’ sistemi ta’ ħlas, fejn is-sistemi komponenti tat-TARGET2 huma armonizzati sa fejn hu l-aktar possibbli, b’ċerti eċċezzjonijiet f’każ ta’ restrizzjonijiet ta’ liġi nazzjonali.

(4)

Hemm tliet livelli separati ta’ governanza għat-TARGET2. Livell 1 (il-Kunsill Governattiv) għandu l-kompetenza finali fir-rigward tat-TARGET2 u jissalvagwardja l-funzjoni pubblika tiegħu. Livell 2 (il-banek ċentrali tal-Eurosistema) għandhom kompetenza sussidjarja għat-TARGET2, filwaqt li Livell 3 (BĊNi li jipprovdu SSP) jibni u jħaddem l-SSP għall-benefiċċju tal-Eurosistema.

(5)

Filwaqt li jaġixxi f’isem l-Eurosistema, il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) jidħol fi Ftehim Qafas, kif ukoll fi Ftehim ta’ Kunfidenzjalità u Non-Żvelar, mal-fornitur tas-servizz ta’ netwerk indikat mill-Kunsill Governattiv, li jistipula l-elementi ewlenin li jirrigwardaw l-għoti ta’ netwerk lill-parteċipanti, inkluż l-ipprezzar.

(6)

TARGET2 hija essenzjali għat-twettiq ta’ ċerti kompiti bażiċi tal-Eurosistema, jiġifieri ll-implimentazzjoni tal-politika monetarja tal-Eurosistema u l-promozzjoni tat-tħaddim bla xkien ta’ sistemi ta’ ħlas,

ADOTTA DIN IL-LINJA GWIDA:

TAQSIMA I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Suġġett u ambitu

1.   TARGET2 tipprovdi RTGS għal ħlasijiet f’euro, bis-saldu bi flus tal-bank ċentrali. Hija stabbilita u tiffunzjona fuq il-bażi tal-SSP, li permezz tagħha l-ordnijiet ta’ ħlas kollha jiġu ppreżentati u pproċessati u li permezz tagħha l-ħlasijiet jiġu fl-aħħar mill-aħħar riċevuti bl-istess mod tekniku.

2.   TARGET2 hija strutturata legalment bħala moltepliċità ta’ sistemi RTGS.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din il-Linja Gwida:

(1)

“Pjattaforma Komuni Unika (SSP)” tfisser l-infrastruttura tal-pjattaforma teknika unika pprovduta mil-BĊNi li jipprovdu l-SSP;

(2)

“sistema komponenti tat-TARGET2” tfisser kwalunkwe mis-sistemi RTGS tal-BĊi tal-Eurosistema li tifforma parti mit-TARGET2;

(3)

“bank ċentrali (BĊ)” tfisser BĊ tal-Eurosistema u/jew BĊN konness;

(4)

“BĊNi li jipprovdu SSP” tfisser id-Deutsche Bundesbank, il-Banque de France u l-Banca d’Italia fil-kapaċità tagħhom bħala l-BĊi li jibnu u jħaddmu l-SSP għall-benefiċċju tal-Eurosistema,

(5)

“fornitur tas-servizz ta’ network” tfisser il-fornitur ta’ konnessjonijiet man-netwerk kompjuterizzati għall-finijiet ta’ preżentazzjoni tal-messaġġi ta’ ħlas fit-TARGET2,

(6)

“parteċipant” (jew “parteċipant dirett”) tfisser entità li żżomm tal-anqas kont PM wieħed ma’ BĊ tal-Eurosistema,

(7)

“BĊ tal-Eurosistema” tfisser il-BĊE jew BĊN taż-żona tal-euro,

(8)

“Modulu tal-ħlasijiet (PM – Payments Module)” tfisser modulu ta’ SSP li fih isir saldu ta’ ħlasijiet tal-parteċipanti fit-TARGET2 fuq kontijiet PM,

(9)

“kont PM” tfisser kont miżmum minn parteċipant fit-TARGET2 fil-PM ma’ BĊ tal-Eurosistema li huwa neċessarju sabiex dan il-parteċipant fit-TARGET2:

(a)

jissottometti ordnijiet ta’ ħlas jew jirċievi ħlasijiet permezz tat-TARGET2; u

(b)

jagħmel saldu ta’ dawn il-ħlasijiet lil dan il-BĊ tal-Eurosistema

(10)

“BĊN taż-żona tal-euro” tfisser il-bank ċentrali nazzjonali (BĊN) ta’ Stat Membru li l-munita tiegħu hija l-euro,

(11)

“Kodiċi għall-Identifikazzjoni ta’ Negozju (BIC)” tfisser kodiċi kif definit mill-Istandard ISO Nru 9362;

(12)

“detentur ta’ BIC indirizzabbli” tfisser entità illi:

(a)

għandha BIC;

(b)

mhijiex rikonoxxuta bħala parteċipant indirett;

(c)

Hija korrispondent jew klijent ta’ parteċipant dirett jew fergħa ta’ parteċipant dirett jew indirett, u tista’ tippreżenta ordnijiet ta’ ħlas lil u tirċievi ħlasijiet mingħand sistema komponenti tat-TARGET2 permezz tal-parteċipant dirett,

(13)

“parteċipant indirett” tfisser istituzzjoni ta’ kreditu stabbilita fiż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE), li tkun daħlet fi ftehim ma’ parteċipant dirett biex tissottometti ordnijiet ta’ ħlas u tirċievi ħlasijiet permezz tal-kont PM ta’ dan il-parteċipant dirett, u li tkun ġiet rikonoxxuta minn sistema komponenti tat-TARGET2 bħala parteċipant indirett,

(14)

“fergħa” tfisser fergħa skont it-tifsira tal-Artikolu 4(3) tad-Direttiva 2006/84/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 dwar l-istabbiliment u l-eżerċizzju tal-attività ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (2), kif implimentata fil-liġi nazzjonali,

(15)

“jum ta’ negozju” tfisser kwalunkwe jum li fih it-TARGET2 huwa miftuħ għas-saldu ta’ ordnijiet ta’ ħlas kif stipulat f’Appendiċi V tal-Anness II,

(16)

“awtoritajiet għaċ-ċertifikazzjoni” tfisser BĊN wieħed jew aktar identifikati bħala tali mill-Kunsill Governattiv biex jaġixxu f’isem l-Eurosistema għall-ħruġ, il-ġestjoni, ir-revoka u tiġdid ta’ ċertifikati elettroniċi,

(17)

“ċertifikati elettroniċi” jew “ċertifikati” tfisser fajl elettroniku, maħruġ mill-awtoritajiet għaċ-ċertifikazzjoni, li jorbot public key b’identità u li jintuża għal li ġej: biex jivverifika li public key tappartjeni lil individwu; biex jiġi awtentikat id-detentur; biex jikkontrolla l-firma mingħand dan l-individwu; jew biex jaqleb f’kowd messaġġ indirizzat lil dan l-individwu. Iċ-ċertifikati jinżammu fuq strument fiżiku bħal kard biċ-ċipp fiha jew USB stick, u r-referenzi għaċ-ċertifikati jinkludu strumenti fiżiċi bħal dawn. Iċ-ċertifikati huma strumentali fil-proċess ta’ awtentikazzjoni tal-parteċipanti li qed jaċċedu għal TARGET2 permezz tal-Internet u qed jissottomettu messaġġi ta’ ħlas jew messaġġi ta’ kontroll,

(18)

“detentur ta’ ċertifikat” tfisser persuna individwali, imsemmija, identifikata u indikata minn parteċipant tat-TARGET2 bħala awtorizzata biex ikollha aċċess ibbażat fuq l-Internet għall-kont TARGET2 tal-parteċipant. L-applikazzjoni tagħhom għal ċertifikati tkun ġiet ivverifikata mill-BĊN tal-pajjiż tal-parteċipant u trażmessa lill-awtoritajiet għaċ-ċertifikazzjoni, li min-naħa tagħhom ikunu kkonsenjaw ċertifikati li jorbtu l-public key mal-kredenzjali li jidentifikaw lill-parteċipant,

(19)

“BĊN konness” tfisser BĊN, li mhuwiex BĊN taż-żona tal-euro, li huwa konness mat-TARGET2 skont ftehim speċifiku,

(20)

“Grupp AL” tfisser grupp kompost minn membri tal-grupp tal-likwidità aggregata (AL) li jużaw il-metodu AL,

(21)

“membru tal-grupp AL” tfisser parteċipant tat-TARGET2 li jissodisfa l-kriterji biex jintuża l-metodu AL u li jkun daħal fi ftehim AL,

(22)

“Ftehim AL” tfisser il-ftehim dwar il-likwidità aggregata multilaterali li jkunu sar bejn il-membri tal-grupp AL u l-BCNi tal-AL rispettivi taghhom, ghall-finijiet tal-metodu AL,

(23)

“BCN AL” tfisser BCN taż-żona tal-euro li huwa parti fi ftehim AL u jaġixxi bhala l-kontroparti ghall-membri tal-grupp AL li jippartecipaw fis-sistema komponenti tieghu tat-TARGET2,

(24)

“Metodu AL” tfisser l-agregazzjoni ta’ likwidità disponibbli fuq kontijiet PM,

(25)

“likwidità disponibbli” tfisser bilanċ tal-kreditu fuq il-kont PM ta’ parteċipant tat-TARGET2 u, jekk applikabbli, kull linja ta’ kreditu intraday mogħtija mill-BĊ relevanti tal-Eurosistema fir-rigward ta’ dak il-kont,

(26)

“kreditu intraday” tfisser kreditu estiż għal perjodu ta’ anqas minn jum ta’ negozju,

(27)

“Maniġer tal-grupp AL” tfisser membru tal-grupp AL mahtur mill-membri l-ohrajn tal-grupp AL biex jiggestixxi l-likwidità disponibbli fi hdan il-grupp AL matul il-jum ta’ negozju,

(28)

“rata ta’ self marġinali” tfisser ir-rata ta’ imghax applikabbli ghall-facilità ta’ self marginali,

(29)

“faċilità ta’ self marġinali” tfisser faċilità permanenti tal-Eurosistema li tista’ tintuża minn kontropartijiet biex jirċievu kreditu mil-lum għal għada mingħand BĊN bir-rata ta’ self marġinali speċifikata minn qabel,

(30)

“bank tas-saldu” tfisser parteċipant li l-kont PM jew sub-kont tiegħu jintuża għas-saldu ta’ struzzjonijiet ta’ ħlas ippreżentati minn sistema anċillari permezz tal-ASI,

(31)

“sistema anċillari” tfisser sistema ġestita minn entità stabbilita fiż-ŻEE li hija soġġetta għal superviżjoni u/jew sorveljanza minn awtorità kompetenti u tikkonforma mar-rekwiżiti ta’ sorveljanza għal-lokazzjoni ta’ infrastrutturi li joffru servizzi f’euro, kif emendati minn żmien għal żmien u ppubblikati fuq il-websajt tal-BĊE (3), li fiha jiġu skambjati u/jew ikklerjati ħlasijiet u/jew strumenti finanzjarji filwaqt illi l-obbligi monetarji li jirriżultaw isir saldu tagħhom fit-TARGET2 b’konformità ma’ din il-Linja Gwida u ma’ ftehim bilaterali bejn is-sistema anċillari u l-BĊ relevanti tal-Eurosistema,

(32)

“Interfaċċa tas-Sistema Anċillari (ASI – Ancillary System Interface)” tfisser l-istrument tekniku li jħalli lil sistema anċillari tuża firxa ta’ servizzi speċjali, predefiniti għas-sottomissjoni u saldu ta’ struzzjonijiet ta’ ħlas ta’ sistema anċillari; hija tista’ tintuża wkoll minn BĊN taż-żona tal-euro għas-saldu ta’ operażżjonijiet fi flus kontanti li jirriżultaw minn depożiti u ġbid ta’ flus kontanti,

(33)

“pagatur” tfisser partecipant tat-TARGET2 li l-kont PM tieghu ser jigi ddebitat minhabba s-saldu ta’ ordni ta’ ħlas,

(34)

“min jithallas” tfisser partecipant tat-TARGET2 li l-kont PM tieghu ser jigi kkreditat minhabba s-saldu ta’ ordni ta’ ħlas,

(35)

“Kundizzjonijiet Armonizzati” tfisser il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Annessi II u V,

(36)

“servizzi ewlenin tat-TARGET2” tfisser l-ipproċessar ta’ ordnijiet ta’ ħlas fis-sistemi komponenti tat-TARGET2, is-saldu ta’ tranżazzjonijiet relatati ma’ sistema anċillari, u karatteristiċi għall-ippuljar tal-likwidità;

(37)

“Kont Domestiku” tfisser kont miftuħ barra l-PM minn BCN taż-żona tal-euro ghal entità li hija eligibbli biex issir partecipant indirett,

(38)

“perjodu ta’ tranżizzjoni” tfisser, fir-rigward ta’ kull BĊ tal-Eurosistema, il-perjodu ta’ erba’ snin li jibda mill-mument li l-BĊ tal-Eurosistema jemigra għall-SSP, sakemm ma jiġix deċiż mod-ieħor mill-Kunsill Governattiv fir-rigward ta’ karatteristiċi speċifiċi jew servizzi fuq bażi ta’ każ każ,

(39)

“BCN li qed jimmaniġġja” tfisser il-BCN AL tas-sistema komponenti tat-TARGET2 li fiha jippartecipa l-maniġer tal-grupp AL,

(40)

“każ ta’ infurzar” tfisser, fir-rigward ta’ membru tal-grupp AL, kwalunkwe minn dawn li ġejjin:

(a)

kwalunkwe każ ta’ inadempjenza, imsemmi fl-Artikolu 34(1) tal-Anness II,

(b)

kwalunkwe każ ieħor ta’ inadempjenza jew avveniment imsemmi fl-Artikolu 34(2) ta’ Anness II li fir-rigward tiegħu l-BĊ iddeċieda, wara li qies is-serjetà tal-każ ta’ inadempjenza jew avveniment, illi rahan għandu jkun infurzat skont l-Artikolu 25b, il-kollateral għandu jkun infurzat skont l-Artikolu 25ċ ta’ dak l-Anness jew tpaċija ta’ talbiet għandha tiskatta skont l-Artikolu 26 ta’ dak l-Anness,

(c)

kwalunkwe deċiżjoni li tissospendi jew ittemm l-aċċess għall-kreditu intraday,

(41)

“Interfaċċa tal-Parteċipant” (PI – Participant Interface) tfisser l-istrument tekniku li tħalli lil parteċipanti diretti jissottomettu u jagħmlu saldu ta’ ordnijiet ta’ ħlas permezz tas-servizzi offruti fil-PM,

(42)

“aċċess ibbażat fuq l-internet” tfisser li l-parteċipant għażel kont PM li jista’ jkun hemm aċċess għalih permezz tal-Internet biss u l-parteċipant jissottometti messaġġi ta’ ħlas jew messaġġi ta’ verifika lil TARGET2 peremzz tal-Internet,

(43)

“proċeduri ta’ insolvenza” tfisser proċeduri ta’ insolvenza skont it-tifsira tal-Artikolu 2(j) tad-Direttiva 98/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Mejju 1998 dwar finalità ta’ settlement fis-sistemi ta’ settlement ta’ pagamenti u titoli (4),

(44)

“Modulu tal-Informazzjoni u l-Kontroll (ICM - Information and Control Module)” tfisser il-modulu SSP li jħalli lil parteċipanti jiksbu informazzjoni online u tagħtihom il-possibbiltà li jissottomettu ordnijiet ta’ trasferiment ta’ likwidità, jiġġestixxu l-likwidità u jniedu ordnijiet ta’ ħlas backup f’sotwazzjonijiet ta’ kontinġenza,

(45)

“Koordinatur tat-TARGET2” tfisser persuna maħtura mill-BĊE biex tiżgura l-ġestjoni ta’ kuljum tal-operat tat-TARGET2, biex tiġġestixxi u tikkoordina l-attività f’każ li sseħħ sitwazzjoni anormali u biex tikkoordina d-disseminazzjoni ta’ informazzjoni lil parteċipanti,

(46)

“Maniġer tas-saldu tat-TARGET2” tfisser persuna maħtura minn BC tal-Eurosistema biex timmonitorja l-operat tas-sistema komponenti tagħha tat-TARGET2,

(47)

“Maniġer tal-kriżi għat-TARGET2” tfisser persuna maħtura minn BĊ tal-Eurosistema biex tiġġestixxi, f’isem dak il-BĊ tal-Eurosistema, nuqqasijiet tal-SSP u/jew avvenimenti esterni anormali,

(48)

“nuqqas ta’ funzjonament tekniku tat-TARGET2” tfisser kwalunkwe diffikultà, difett jew nuqqas fl-infrastruttura teknika u/jew is-sistemi tal-kompjuter tal-SSP jew tal-konnessjonijiet man-netwerk fir-rigward tal-SPP, jew kull avveniment ieħor li jagħmilha impossibbli li jiġi eżegwit u kkompletat l-ipproċessar tal-ħlasijiet fl-istess jum fis-sistema komponenti relevanti tat-TARGET2,

(49)

“ordni ta’ ħlas mhux saldat” tfisser ordni ta’ ħlas li mhuwiex saldat fl-istess jum ta’ negozju li fih ikun gie accettat,

(50)

“saldu kross-sistema” tfisser is-saldu fi żmien reali ta’ struzzjonijiet ta’ debitu li taħthom jiġu eżegwiti ħlasijiet minn bank tas-saldu ta’ sistema anċillari waħda li juża l-proċedura tas-saldu 6 lil bank tas-saldu ieħor ta’ sistema anċillari oħra li juża l-proċedura tas-saldu 6 kif stipulat f’Anness IV,

(51)

“saldu ta’ flus kontanti” tfisser saldu ta’ karti tal-flus u muniti.

Artikolu 3

Sistemi komponenti tat-TARGET2

1.   Kull BĊ tal-Eurosistema tħaddem is-sistema komponenti tat-TARGET 2 tagħha stess.

2.   Kull sistema komponenti tat-TARGET2 hija sistema indikata bħala tali taħt il-liġi nazzjonali relevanti li timplimenta d-Direttiva 98/26/KE.

3.   L-ismijiet tas-sistemi komponenti tat-TARGET2 għandhom jinkludu biss “TARGET2” u l-isem jew it-taqsira tal-BĊ relevanti tal-Eurosistema jew tal-Istat Membru ta’ dak il-BĊ tal-Eurosistema. Is-sistema komponenti tat-TARGET2 tal-BĊE jisimha TARGET2-ECB.

Artikolu 4

Konnessjoni ta’ BĊNi ta’ Stati Membri li l-munita taghhom mhijiex l-euro

Il-BĊNi ta’ Stati Membri li l-munita tagħhom mhijiex l-euro jistgħu jikkonnettu mat-TARGET2 jekk ikunu kkonkludew ftehim mal-BĊi tal-Eurosistema biss. Dan il-ftehim għandu jispeċifika illi l-BĊNi konnessi ser jikkonformaw ma’ din il-Linja Gwida, suġġetti għal speċifikazzjonijiet u modifiki xierqa maqbulin bejn iż-żewġ naħat.

Artikolu 5

Tranżazzjonijiet intra-SEBĊ

Tranżazzjonijiet intra-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali (SEBĊ) għandhom ikunu pproċessati permezz tat-TARGET2, bl-eċċezzjoni ta’ ħlasijiet li l-BĊi bilateralment jew multilateralment jiftehmu li jipproċessaw permezz ta’ kontijiet korrispondenti, fejn xieraq.

Artikolu 6

Passiv intra-Eurosistema

1.   Kull saldu ta’ ħlasijiet bejn parteċipanti f’sistemi komponenti differenti tat-TARGET2 għandu awtomatikament joħloq obbligu intra-Eurosistema tal-BĊ tal-Eurosistema tal-pagatur fir-rigward tal-BĊ tal-Eurosistema ta’ min jitħallas.

2.   Kull obbligu intra-Eurosistema li jirriżulta taħt il-paragrafu 1 għandu jkun awtomatikament aggregat u jifforma parti minn obbligu wieħed fir-rigward ta’ kull BĊ tal-Eurosistema. Kull darba li jsir saldu ta’ ħlas bejn parteċipanti f’sistemi komponenti differenti tat-TARGET2, l-obbligu waħdieni tal-BĊ tal-Eurosistema relevanti għandu jiġi aġġustat kif meħtieġ. Fi tmiem il-jum tan-negozju, kull obbligu waħdieni bħal dan għandu jkun suġġett għal proċedura ta’ netting multilaterali li twassal għall-obbligu jew talba ta’ kull BĊN taż-żona tal-euro fil-konfront tal-BĊE, kif stipulat fi ftehim bejn il-BĊi tal-Eurosistema.

3.   Kull BĊN taż-żona tal-euro għandu jżomm kont biex jirreġistra l-obbligu jew it-talba tiegħu fil-konfront tal-BĊE, li jirriżultaw mis-saldu ta’ ħlasijiet bejn sistemi komponenti tat-TARGET2.

4.   Il-BĊE għandu jiftaħ il-kotba tiegħu kont għal kull BĊN taż-żona tal-euro sabiex fi tmiem il-jum jirrifletti l-obbligu jew it-talba ta’ dan il-BĊN taż-żona tal-euro fil-konfront tal-BĊE.

TAQSIMA II

GOVERNANZA

Artikolu 7

Livelli ta’ governanza

1.   Mingħajr preġudizzju għal Artikolu 8 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (minn hawn ’il quddiem l-“Istatut tas-SEBĊ”), il-ġestjoni tat-TARGET2 hija bbażata fuq skema ta’ governanza fuq tliet livelli. Il-kompiti assenjati lill-Kunsill Governattiv (Livell 1), il-BĊi tal-Eurosistema (Livell 2) u l-BĊNi li jipprovdu SSP (Livell 3) huma stipulati f’Anness I.

2.   Il-Kunsill Governattiv huwa responsabbli għad-direzzjoni, il-ġestjoni u l-kontroll tat-TARGET2. Il-kompiti assenjati lil Livell 1 jaqgħu taħt il-kompetenza esklussiva tal-Kunsill Governattiv. Il-Kumitat tas-Sistemi ta’ Ħlas u Saldu tas-SEBĊ (PSSC) jassisti lill-Kunsill Governattiv bħala korp konsultattiv fil-kwistjonijiet kollha fir-rigward tat-TARGET2.

3.   B’konformità mat-tielet paragrafu tal-Artikolu 12.1 tal-Istatut tas-SEBĊ, il-BĊi tal-Eurosistema huma responsabbli għall-kompiti assenjati lil Livell 2, fi ħdan il-qafas ġenerali ddefinit mill-Kunsill Governattiv. Minbarra l-irwol konsultattiv tiegħu, il-PSSC imexxi l-esekuzzjoni tal-kompiti assenjatri lil Livell 2. Il-BĊNi konnessi jipparteċipaw mingħajr dritt ta’ vot fuq kwistjonijiet relatati ma’ Livell 2. BĊNi ta’ Stati Membri li la huma BĊi tal-Eurosistema u lanqas BĊNi għandhom stat ta’ osservatur biss fil-Livell 2.

4.   Il-BĊi tal-Eurosistema jorganizzaw lilhom infushom billi jikkonkludu ftehim xierqa. Fil-kuntest ta’ dan il-ftehim, it-teħid ta’ deċiżjonijiet huwa bbażat fuq maġġoranza sempliċi, u kull BĊ tal-Eurosistema għandu vot wieħed.

5.   B’konformità mat-tielet paragrafu tal-Artikolu 12.1 tal-Istatut tas-SEBĊ, il-BĊNi li jipprovdu SSP huma responsabbli għall-kompiti assenjati lil Livell 3, fi ħdan il-qafas ġenerali ddefinit mill-Kunsill Governattiv.

6.   Il-BĊNi li jipprovdu SSP jikkonkludu ftehim mal-BĊi tal-Eurosistema li jirregola s-servizzi li għandhom jingħataw minn dawk tal-ewwel lil dawk tal-aħħar. Dan il-ftehim għandu jinkludi wkoll, fejn xieraq, il-BĊNi konnessi.

TAQSIMA III

TĦADDIM TAT-TARGET2

Artikolu 8

Kundizzjonijiet Armonizzati għall-parteċipazzjoni fit-TARGET2

1.   Kull BĊN taż-żona tal-euro jadotta arranġamenti li jimplimentaw il-Kundizzjonijiet Armonizzati. Dawn l-arranġamenti għandhom jirregolaw b’mod esklussiv ir-relazzjoni bejn il-BĊN relevanti taż-żona tal-euro u l-parteċipanti tiegħu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ ħlasijiet fil-PM. Jista’ jkun hemm aċċess għal kont PM jew permezz ta’ access ibbazat fuq l-Internet jew permezz tal-fornitur tas-servizz ta’ netwerk. Dawn iz-zewg metodi ta’ access ghal kont PM jeskludu lil xulxin, ghalkemm partecipant jista’ jaghzel li jkollu kont PM wiehed jew aktar, li kull wiehed minnhom ikun accessibbli jew permezz tal-Internet jew permezz tal-fornitur tas-servizz ta’ netwerk.

2.   Il-BĊE għandu jadotta l-patti u l-kundizzjonijiet tat-TARGET2-ECB billi jimplimenta l-Anness II ħlief li TARGET2-ECB għandu jipprovdi biss servizzi lil organizzazzjonijiet għall-ikklerjar u l-ħlas, inklużi entitajiet stabbiliti barra ż-ŻEE, bil-patt illi jkunu soġġetti għas-sorveljanza minn awtorità kompetenti u li l-aċċess tagħhom għal TARGET2-ECB ikun ġie approvat mill-Kunsill Governattiv.

3.   L-arranġamenti adottati mill-BĊi tal-Eurosistema li jimplimentaw il-Kundizzjonijiet Armonizzati jiġu ppubblikati.

4.   Il-BĊi tal-Eurosistema jistgħu jitolbu derogi mill-Kundizzjonijiet Armonizzati abbażi ta’ restrizzjonijiet fil-liġi nazzjonali. Il-Kunsill Governattiv iqis talbiet bħal dawn fuq bażi ta’ każ każ u jagħti derogi fejn xieraq.

5.   Suġġett għall-ftehim monetarju relevanti, il-BĊE jista’ jiddetermina kundizzjonijiet xierqa għall-parteċipazzjoni fit-TARGET2 ta’ entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 4(2)(e) ta’ Anness II.

6.   Il-BĊi tal-Eurosistema ma jħallux entità tkun parteċipant indirett jew reġistrata bħala detentur ta’ BIC indirizzabbli fis-sistema komponenti tat-TARGET2 tagħhom jekk din l-entità taġixxi permezz ta’ parteċipant dirett li huwa BĊN ta’ Stat Membru iżda la huwa BĊ tal-Eurosistema u lanqas BĊN konness.

Artikolu 9

Ipprezzar

1.   Il-BĊi tal-Eurosistema għandhom jiżguraw illi:

(a)

id-drittijiet għas-servizzi ewlenin tat-TARGET2 ipprovduti lill-parteċipanti indiretti tagħhom u lid-detenturi ta’ BIC indirizzabbli tagħhom li huma eliġibbli biex jipparteċipaw fit-TARGET2 bħala parteċipanti indiretti huma ogħla mid-drittijiet għal parteċipanti diretti speċifikati fil-paragrafu 1(a) ta’ Appendiċi VI ta’ Anness II;

(b)

id-drittijiet għal ħlasijiet bejn istituzzjonijiet ta’ kreditu stabbiliti fiż-ŻEE li jsir saldu tagħhom fuq Kontijiet Domestiċi huma ogħla mid-drittijiet għal parteċipanti diretti speċifikati fil-paragrafu 1(a) ta’ Appendiċi VI ta’ Anness II;

(c)

ħlasijiet relatati ma’ operazzjonijiet ta’ suq miftuħ li jsir saldu tagħhom fuq Kont Domestiku għandhom jiġu imposti skont Appendiċi VI ta’ Anness II;

(d)

l-ipprezzar għall-operazzjonijiet u t-tranżazzjonijiet kollha li ġejjin huwa barra mill-ambitu tal-iskeda tad-drittijiet stabbilta f’Appendiċi VI ta’ Anness II;

(i)

trasferimenti ta’ likwidità mibdijin minn u pproċessati fi ħdan Kontijiet Domestiċi;

(ii)

operazzjonijiet relatati mal-ġestjoni tar-riżerva minima u l-faċilitajiet permanenti;

(iii)

tranżazzjonijiet bi flus kontanti li jsir saldu tagħhom fuq Kontijiet Domestiċi.

2.   Għal tranżazzjonijiet anċillari relatati mas-sistema li jsir saldu tagħhom fuq Kontijiet Domestiċi matul il-perijodu ta’ tranżizzjoni għandu jkun impost dan li ġej: Dritt Fiss I, Dritt Fiss II u dritt ta’ tranżazzjoni li huwa ogħla mid-dritt ta’ tranżazzjoni tas-sistema anċillari speċifikat fil-paragrafu 18(1) tal-Anness IV. Il-BĊi tal-Eurosistema jistgħu japplikaw skemi ta’ pprezzar oħrajn għal tranżazzjonijiet relatati mas-sistema anċillari li jsir saldu tagħhom fuq Kontijiet Domestiċi matul il-perijodu ta’ tranżizzjoni, sakemm id-dħul huwa l-istess bħal jew ogħla mid-dħul li jkun riċevut kieku l-BĊ tal-Eurosistema kellu japplika l-iskema msemmija fl-ewwel sentenza ta’ dan il-paragrafu.

Artikolu 10

Arranġamenti għall-ippuljar ta’ likwidità

1.   Il-BĊNi tal-AL għandhom jiskambjaw l-informazzjoni kollha li hija neċessarja għat-twettiq tal-kompiti u l-obbligi tagħhom taħt ftehim AL. Il-BĊNi tal-AL għandhom jinnotifikaw immedjatament lill-BĊN li qed jiġġestixxi b’kull każ ta’ infurzar li jsiru jafu bih fir-rigward tal-grupp AL jew ta’ xi membru tal-grupp AL, inkluż l-uffiċċju prinċipali u l-fergħat tiegħu.

2.   Meta l-BĊN li qed jiġġestixxi jkun innotifikat illi jkun seħħ każ ta’ infurzar huwa għandu, wara li jkun ikkunsidra l-ftehim AL, jagħti struzzjonijiet lill-BĊNi relevanti tal-AL fir-rigward tal-azzjoni ta’ infurzar li trid tittieħed fil-konfront tal-grupp AL jew tal-membru relevanti tal-grupp AL. Il-BĊNi tal-AL għandhom ikunu responsabbli għall-infurzar tad-drittijiet tagħhom taħt il-ftehim AL u l-arranġamenti li jimplimentaw l-Anness II. Il-BĊN li qed jiġġestixxi għandu jkun responsabbli għall-kalkolu u l-għoti ta’ struzzjonijiet fir-rigward tat-tqassim ta’ talbiet.

3.   Jekk, meta jseħħ każ ta’ infurzar, kreditu intraday li jkun ingħata lil xi membru tal-grupp AL ma jkunx ġie rimborżat kollu, BĊN tal-AL għandu, malli jirċievi struzzjonijiet mingħand il-BĊN li qed jiġġestixxi, jinforza d-drittijiet li jista’ jkollu fir-rigward tal-membri tal-grupp AL rispettiv, inkluz drittijiet li jirriżultaw mir-rahan relevanti, tpaċija, close-out netting jew kull dispożizzjoni oħra relevanti fl-arranġamenti li jimplimentaw l-Anness II, sabiex jikseb rilaxx sħiħ u f’waqtu tat-talbiet li dan il-BĊN tal-AL jista’ jkollu kontra il-membri tal-grupp AL rispettiv taħt il-ftehim AL. Dawn it-talbiet għandhom ikunu infurzati qabel ma jiġu nfurzati talbiet oħrajn tal-BĊN tal-AL relevanti fir-rigward tal-membri rispettivi tal-grupp AL tiegħu.

4.   Ħlasijiet riċevuti fir-rilaxx ta’ talba taħt il-ftehim AL wara azzjoni ta’ infurzar għandha tiġi mgħoddija lill-BĊNi tal-AL li jkunu estendew il-kreditu intraday lill-membri tal-grupp AL rispettiv. Dawn il-ħlasijiet għandhom ikunu allokati lill-BCNi tal-AL fi proporzjon mal-ammont ta’ kreditu intraday li ma jkunx rimborżat mill-membri tal-grupp AL lill-BĊNi tal-AL rispettiv tagħhom.

5.   Kull BĊN AL li jixtieq jitlob li jkun ġarrab telf li għandu jintrefa’ mill-BĊNi tal-AL kollha għandu jibgħat sottomissjoni lill-BĊN li qed jiġġestixxi li tistabbilixxi l-bażi tat-talba. Il-BĊN li qed jiġġestixxi għandu jgħaddi din it-talba lill-BĊNi tal-AL relevanti u għandu jikkalkula l-kumpens dovut mingħand kull wieħed minn dawn il-BĊN tal-AL f’ishma ugwali.

Artikolu 11

Kontijiet ta’ Fond ta’ Garanzija u Remunerazzjoni

1.   Sal-punt li kontraparti ċentrali (CCP – central counterparty) tkun meħtieġa permezz ta’ regolament, inkluż fuq bażi ta’ sorveljanza, li żżomm Kont ta’ Font ta’ Garanzija, fondi kkreditati lil dan il-kont ta’ CCP għandhom ikunu remunerati bir-rata tal-operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament imnaqqsa bi 15-il-punt bażi.

2.   Fondi li jiġu kkreditati mod ieħor lil Kont ta’ Fond ta’ Garanzija ta’ CCP għandhom ikunu remunerati bir-rata ta’ depożitu.

Artikolu 12

Kreditu intraday

1.   Il-BĊNi taż-żona tal-euro jistgħu jagħtu kreditu intraday, sakemm dan isir b’konformità mal-arranġamenti li jimplimentaw ir-regoli dwar il-provvista ta’ kreditu intraday stipulati f’Anness III. Ebda kreditu intraday ma jingħata lil parteċipant li l-eliġibbiltà tiegħu bħala kontroparti għal operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema tkun ġiet sospiża jew itterminata.

2.   Il-kriterji tal-eligibbiltà ghal kreditu intraday tal-kontropartijiet tal-BĊE huma definiti fid-Decizjoni BĊE/2007/7 tal-24 ta’ Lulju 2007 dwar il-kundizzjonijiet ta’ TARGET2-BĊE (5). Kreditu intraday moghti mill-BĊE ghandu jibqa’ limitat ghall-jum in kwistjoni minghajr ebda possibbiltà ta’ estensjoni ghal kreditu overnight.

Artikolu 13

Sistemi anċillari

1.   Il-BĊi tal-Eurosistema ghandhom jipprovdu servizzi ta’ trasferiment ta’ fondi fi flus tal-bank centrali lil sistemi ancillari fil-PM accessibbli permezz tal-fornitur tas-servizz ta’ netwerk jew, matul il-perijodu tranżitorju u jekk applikabbli, f’Kontijiet Domestiċi. Dawn is-servizzi ghandhom ikunu rregolati minn ftehim bilaterali bejn il-BĊi tal-Eurosistema u s-sistemi ancillari rispettivi.

2.   Arranġamenti bilaterali ma’ sistemi anċillari li jużaw l-ASI għandhom ikunu konformi mal-Anness IV. Barra minn dan, il-BĊi tal-Eurosistema jiżguraw illi f’dan il-ftehim bilaterali id-dispożizzjonijiet li ġejjin tal-Anness II japplikaw mutatis mutandis:

Artikolu 8(1) (rekwiżiti tekniċi u legali),

Artikolu 8(2) sa (5) (proċedura tal-applikazzjoni), ħlief illi minflok ma tkun mitluba tissodisfa l-kriterji tal-aċċess fl-Artikolu 4, is-sistema anċillari hija mitluba tissodisfa l-kriterji tal-aċċess fid-definizzjoni ta’ “sistema anċillari” stipulata fl-Artikolu 1 ta’ Anness II.

l-iskeda tal-ħidma f’Appendiċi V,

Artikolu 11 (rekwiżiti għall-koperazzjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni), ħlief għal paragrafu 8,

Artikoli 27 u 28 (kontinwità tas-servizz u proċeduri ta’ kontinġenza u rekwiżiti ta’ sigurtà),

Artikolu 31 (reġim ta’ responsabbiltà),

Artikolu 32 (regoli dwar evidenza),

Artikoli 33 u 34 (terminu, terminazzjoni u sospensjoni tal-parteċipazzjoni), ħlief għal Artikolu 34(1)(b),

Artikolu 35, fejn relevanti (għeluq ta’ kontijiet PM),

Artikolu 38 (regoli dwar kunfidenzjalità),

Artikolu 39 (rekwiżiti tal-Unjoni għall-protezzjoni tad-dejta, il-prevenzjoni kontra l-ħasil tal-flus u kwistjonijiet relatati),

Artikolu 40 (rekwiżiti għal avviżi),

Artikolu 41 (relazzjoni kuntrattwali mal-fornitur tas-servizz tan-netwerk),

Artikolu 44 (regoli għal-liġi applikabbli, il-ġurisdizzjoni u l-post tar-rendiment).

3.   Arranġamenti bilaterali ma’ sistemi anċillari li jużaw il-PI huma konformi ma:

(a)

Anness II, bl-eċċezzjoni ta’ Titolu V u l-Appendiċijiet VI u VII; u

(b)

Artikolu 18 ta’ Anness IV.

4.   Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 3, arranġamenti bilaterali ma’ sistemi anċillari li jużaw il-PI, iżda li jagħmlu saldu ta’ ħlas biss għall-benefiċċji tal-klijenti tagħhom, huma konformi ma’:

(a)

Anness II, bl-eċċezzjoni ta’ Titolu V, Artikolu 36 u l-Appendiċijiet VI u VII; u

(b)

Artikolu 18 ta’ Anness IV.

Artikolu 14

Iffinanzjar u metodologija tal-kost

1.   Il-Kunsill Governattiv jiddetermina r-regoli applikabbli għall-iffinanzjar tal-SSP. Kull bilanċ pożittiv jew defiċit li jirriżulta mill-funzjonament tal-SSP jitqassam fost il-BĊNi taż-żona tal-euro b’konformità mal-iskema għas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-BĊE, skont l-Artikolu 29 tal-Istatut tas-SEBĊ.

2.   Il-Kunsill Governattiv jiddetermina metodoloġija tal-kost u struttura tal-ipprezzar komuni għas-servizzi ewlenin tat-TARGET2.

Artikolu 15

Dispozizzjonijiet dwar is-sigurtà

1.   Il-Kunsill Governattiv għandu jispeċifika l-politika tas-sigurtà u r-rekwiżiti tas-sigurtà u l-kontrolli għall-SSP u, matul il-perijodu ta’ tranżizzjoni, għall-infrastruttura teknika tal-Kont Domestiku. Il-Kunsill Governattiv għandu jispeċifika wkoll il-prinċipji applikabbli għas-sigurtà ta’ ċertifikati użati għall-aċċess ibbażat fuq l-Internet.

2.   Il-BĊi tal-Eurosistema jikkonformaw ma’, u jiżguraw illi l-SSP jikkonforma mal-miżuri msemmija fil-paragrafu 1.

Artikolu 16

Regoli tal-verifika

Evalwazzjonijiet ta’ verifika għandhom jitwettqu b’konformità mal-prinċipji u l-arranġamenti stipulati fil-Politika tal-Verifika tas-SEBĊ tal-Kunsill Governattiv.

Artikolu 17

Obbligi f’każ ta’ sospensjoni jew terminazzjoni

1.   BĊi tal-Eurosistema għandhom itemmu minnufih u mingħajr pre-avviż jew jissospendu l-parteċipazzjoni ta’ parteċipant fis-sistema komponenti tat-TARGET2 relevanti jekk:

(a)

jinfetħu proċeduri ta’ insolvenza fir-rigward ta’ parteċipant; jew

(b)

parteċipant ma jibqax jissodisfa l-kriterji ta’ aċċess għall-parteċipazzjoni fis-sistema komponenti tat-TARGET2 relevanti.

2.   Jekk BĊ tal-Eurosistema jissospendi jew jittermina l-parteċipazzjoni ta’ parteċipant fit-TARGET2 skont il-paragrafu 1 jew għal raġunijiet ta’ prudenza skont l-Artikolu 19, huwa għandu jinnotifika immedjatament lill-BĊi l-oħrajn kollha tal-Eurosistema, u jagħti dawn kollha li ġejjin:

(a)

l-isem tal-parteċipant, il-kodiċi tal-Istituzzjoni Finanzjarja Monetarja u l-BIC;

(b)

l-informazzjoni li fuqha l-BĊN taż-żona tal-euro jkun ibbaża d-deċiżjoni tiegħu, inkluż kull informazzjoni jew opinjoni miksuba mill-awtorità superviżorja relevanti;

(c)

il-miżura li ttieħdet u skeda ta’ żmien proposta għall-applikazzjoni tagħha.

Kull BĊ tal-Eurosistema għandu, jekk mitlub jagħmel dan minn BĊ ieħor tal-Eurosistema, jiskambja l-informazzjoni fir-rigward ta’ dak il-parteċipant, inkluż informazzjoni relatata ma’ ħlasijiet indirizzati lilu.

3.   BĊ tal-Eurosistema li jkun temm jew issospenda l-parteċipazzjoni ta’ parteċipant fis-sistema komponenti tiegħu tat-TARGET2 skont il-paragrafu 1 għandu jassumi r-responsabbiltà fir-rigward tal-BĊi l-ohra tal-Eurosistema jekk huwa jew:

(a)

jawtorizza sussegwentement is-saldu ta’ ordnijiet ta’ ħlas indirizzati lil parteċipanti li jkun issospenda jew temm il-parteċipazzjoni tagħhom; jew

(b)

ma jikkonformax mal-obbligi fil-paragrafi 1 u 2.

4.   L-obbligi tal-BĊi tal-Eurosistema stipulati fil-paragrafi 1 sa 3 għandhom japplikaw ukoll f’każ ta’ sospensjoni jew terminazzjoni tal-użu tal-ASI minn sistemi anċillari.

Artikolu 18

Proċeduri għaċ-ċaħda ta’ applikazzjoni għall-parteċipazzjoni fit-TARGET2 għal raġunijiet ta’ prudenza

Fejn, skont l-Artikolu 8(4)(ċ) tal-Anness II, BĊ tal-Eurosistema jiċħad applikazzjoni għas-sħubija fit-TARGET2 għal raġunijiet ta’ prudenza, dak il-BĊ tal-Eurosistema għandu jinforma minnufih lill-BĊE b’din iċ-ċaħda.

Artikolu 19

Proċeduri għas-sospensjoni, limitazzjoni jew terminazzjoni ta’ parteċipazzjoni fit-TARGET2 u tal-aċċess għal kreditu intraday għal raġunijiet ta’ prudenza

1.   Fejn, għal raġunijiet ta’ prudenza, BĊN taż-żona tal-euro jissospendi, jillimita jew itemm l-aċċess ta’ parteċipant għal kreditu intraday skont il-paragrafu 12(d) ta’ Anness II jew BĊ tal-Eurosistema jissospendi jew itemm il-parteċipazzjoni ta’ parteċipant fit-TARGET2 skont l-Artikolu 34(2)(e) ta’ Anness II, id-deċiżjoni għandha, sa fejn hu possibbli, tidħol fis-seħħ fl-istess ħin fis-sistemi komponenti kollha tat-TARGET2.

2.   Il-BĊN taż-żona tal-euro għandu jagħti l-informazzjoni fl-Artikolu 17(2) mingħajr dewmien lill-awtoritajiet superviżorji relevanti fl-Istat Membru tal-BĊN taż-żona tal-euro, bit-talba illi l-awtoritajiet superviżorji jaqsmu l-informazzjoni mal-awtoritajiet superviżorji ta’ Stati Membri oħra li fihom il-parteċipant għandu sussidjarja jew fergħa. Wara li jkunu qiesu d-deċiżjoni skont il-paragrafu 1, BĊNi oħrajn taż-żona tal-euro għandhom jieħdu azzjoni xierqa u jagħtu informazzjoni dwar dan lill-BĊE mingħajr dewmien.

3.   Il-Bord Eżekuttiv tal-BĊE jista’ jipproponi lill-Kunsill Governattiv li jieħu kwalunkwe deċizjonijiet sabiex jiżgura l-implimentazzjoni uniformi tal-miżuri meħudin skont il-paragrafi 1 u 2.

4.   Il-BĊNi tal-Istati Membri taż-żona tal-euro li fihom trid tkun implimentata d-deċiżjoni għandhom jinfurmaw lill-parteċipant dwar id-deċiżjoni, u għandhom jieħdu l-miżuri ta’ implementazzjoni kollha neċessarji.

Artikolu 20

Proċeduri għal kooperazzjoni mill-BĊi tal-Eurosistema b’konnessjoni ma’ miżuri amministrattivi jew restrittivi

B’konnessjoni mal-implimentazzjoni tal-Artikolu 39(3) ta’ Anness II:

(a)

kull BĊ tal-Eurosistema għandu jaqsam minnufih mal-BĊi kollha li jistgħu jkunu effettwati l-informazzjoni kollha li jirċievi b’konnessjoni ma’proposta ta’ ordni għal trasferiment ta’ kreditu;

(b)

kull BĊ tal-Eurosistema li jirċievi mingħand parteċipant evidenza li tkun saret notifika lil, jew li jkun wasal il kunsens mingħand, kwalsiasi awtorità kompetenti għandu jittrażmetti dik l-evidenza minnufih lil kwalsiasi BĊ ieħor li qed jaġixxi bħala l-fornitur tas-servizz ta’ ħlas tal-pagant jew ta’ min jitħallas kif xieraq;

(c)

il-BĊ tal-Eurosistema li jagħmilha ta’ fornitur tas-servizz ta’ ħlas tal-pagant għandu mbagħad jinforma minnufih lill-pagant illi huwa jista’ jdaħħal ordni għal trasferiment ta’ kreditu fit-TARGET2.

Artikolu 21

Kontinwità tas-servizz

1.   Jekk l-avvenimenti msemmijin fl-Artikolu 27 ta’ Anness II jeffettwaw l-operat tal-moduli SSP minbarra l-PM u l-ICM, il-BĊ tal-Eurosistema kkonċernat għandu jimmonitorja u jiġġestixxi dawn l-avvenimenti sabiex tiġi evitata kwalunkwe konsegwenza fuq il-funzjonament mingħajr xkiel tal-SSP.

2.   Jekk iseħħ avveniment li jeffettwa l-operat normali tal-PM u/jew tal-ICM, il-BĊ tal-Eurosistema kkonċernat għandu jinnotifika minnufih lill-koordinatur tat-TARGET2, li flimkien mal-maniġer tas-saldu tal-BĊ tal-Eurosistema kkonċerant għandu jiddeċiedi dwar il-passi ulterjuri li għandhom jittieħdu. Il-maniġers tas-saldu tat-TARGET2 għandhom jiftehmu dwar l-informazzjoni li għandha tkun ikkomunikata lill-parteċipanti tat-TARGET2.

3.   Il-BĊi tal-Eurosistema għandhom jirrapportaw in-nuqqas tal-parteċipant lill-koordinatur tat-TARGET2 jekk dan in-nuqqas jista’ jeffettwa s-saldu fi ħdan sistemi anċillari jew joħloq riskju sistemiku. L-għeluq tal-SSP normalment m’għandux ikun imdewwem minħabba nuqqas ta’ parteċipant.

4.   Nuqqas li jeffettwa sistema anċillari għandu jiġi rrappurtat mill-BĊi tal-Eurosistema lill-koordinatur tat-TARGET2 għal finijiet ta’ informazzjoni. Il-koordinatur tat-TARGET2 għandu jibda telekonferenza tal-maniġers tas-saldu tat-TARGET2 f’każ illi hemm impatt sistemiku inevitabbli, b’mod partikolari meta dan ikun ta’ natura transkonfinali.

5.   F’ċirkostanzi eċċezzjonali, l-għeluq tal-SSP jista jiġi mdewwem jekk ikun hemm nuqqas li jeffettwa sistema anċillari. Talba biex jiġi mdewwem l-għeluq tal-SSP għandha tiġi kkomunikata mill-BĊi tal-Eurosistema lill-maniġers għall-kriżi tat-TARGET2.

Artikolu 22

Trattament ta’ talbiet taħt l-iskema ta’ kumpens tat-TARGET2

1.   Sakemm ma jkunx deċiż mod ieħor mill-Kunsill Governattiv, il-proċedura ta’ kumpens stipulata f’Appendiċi II ta’ Anness II għandha tiġi ġestita skont dan l-Artikolu.

2.   Il-BĊ tal-parteċipant li jippreżenta t-talba għall-kumpens għandu jevalwa t-talba għall-kumpens fuq bażi preliminari u jikkomunika mal-parteċipant fir-rigward ta’ dik l-evalwazzjoni. Fejn meħtieġ għall-evalwazzjoni ta’ talbiet, dan il-BĊ għandu jkun assistit minn BĊi oħra kkonċernati. Il-BĊ relevanti għandu jinforma lill-BĊE u lill-BĊi l-oħra kollha kkonċernati malli jsir jaf b’talbiet pendenti.

3.   Fi żmien disa’ ġimgħat wara l-ħsara teknika tat-TARGET2, il-BĊ tal-parteċipant li qed jippreżenta t-talba għandu:

(a)

iħejji rapport ta’ evalwazzjoni preliminari li jkun fih l-evalwazzjoni tat-talbiet riċevuti; u

(b)

jippreżenta r-rapport ta’ evalwazzjoni preliminari lill-BĊE u lill-BĊi l-oħra kollha kkonċernati.

4.   Fi żmien ħames ġimgħat wara li jkun irċieva r-rapport ta’ evalwazzjoni preliminari, il-Kunsill Governattiv għandu jagħmel l-evalwazzjoni finali tat-talbiet kollha riċevuti, u għandu jiddeċiedi dwar l-offerti ta’ kumpens li għandhom isiru lill-parteċipanti kkonċernati. Fi żmien ħamest ijiem ta’ negozju wara li tkun tlestiet l-evalwazzjoni finali, il-BĊE għandu jikkomunika l-eżitu tal-evalwazzjoni finali lill-BĊi kkonċernati. Dawk il-BĊi għandhom jinfurmaw lill-parteċipanti tagħhom mingħajr dewmien bl-eżitu tal-evalwazzjoni finali u, fejn applikabbli, bid-dettalji tal-offerta ta’ kumpens, flimkien mal-formola li tikkostitwixxi l-ittra ta’ aċċettazzjoni.

5.   Fi żmien ġimgħatejn mill-iskadenza tal-perjodu msemmi fl-aħħar sentenza tal-Artikolu 4(d) ta’ Appendiċi II ta’ Anness II, il-BĊ għandu jinforma lill-BĊE u lill-BĊi l-oħra kollha kkonċernati dwar liema offerti ta’ kumpens ġew aċċettati u liema offerti ta’ kumpens ġew miċħuda.

6.   Il-BĊi għandhom jinformaw lill-BĊE dwar kull talba ppreżentata mill-parteċipanti tagħhom lil dawk il-BĊi barra l-ambitu tal-iskema ta’ kumpens tat-TARGET2, iżda fir-rigward ta’ ħsara teknika tat-TARGET2.

Artikolu 23

Trattament ta’ telf ikkawżat minn ħsara teknika tat-TARGET2

1.   F’każ ta’ ħsara teknika tat-TARGET2:

(a)

Fuq in-naħa tal-pagatur, BĊ li miegħu pagatur ikun poġġa depożitu jibbenefika minn ċertu qligħ finanzjarju li jammonta għad-differenza bejn ir-rata tal-operazzjonijiet ta’ rifinanzjament ewlenin tal-Eurosistema u r-rata ta’ depożitu applikata liż-żieda marġinali fl-użu tal-faċilità ta’ depożitu tal-Eurosistema għall-perjodu tal-ħsara teknika tat-TARGET2 u sal-ammont tal-ordnijiet ta’ ħlas li ma jkunx sar saldu tagħhom. Fejn il-pagatur jitħalla b’fondi żejda li mhumiex remunerati, il-qligħ finanzjarju jammonta għar-rata tal-operazzjonijiet ta’ rifinanzjament ewlenin tal-Eurosistema, applikata lill-ammont ta’ fondi żejda li ma jirrendux imgħax għall-perjodu ta’ ħsara teknika tat-TARGET2 u sal-ammont ta’ ordnijiet ta’ ħlas li ma jkunx sar saldu tagħhom.

(b)

Fuq in-naħa min jitħallas, il-BĊ li mingħandu min jitħallas ikun issellef billi uża l-faċilità ta’ self marġinali jibbenefika minn ċertu qligħ finanzjarju li jammonta għad-differenza bejn ir-rata ta’ self marġinali u r-rata tal-operazzjonijiet ta’ rifinanzjament ewlenin tal-Eurosistema, applikata liż-żieda marġinali fl-użu tal-faċilità ta’ self marġinali għall-perijodu tal-ħsara teknika tat-TARGET2 u sal-ammont tal-ordnijiet ta’ ħlas li ma jkunx sar saldu tagħhom.

2.   Il-qligħ finanzjarju tal-BĊE jammonta għal:

(a)

il-qligħ fir-rigward tal-BĊNi konnessi li jirriżulta mir-remunerazzjoni differenti tal-bilanċi ta’ tmiem il-jum ta’ dawn il-BĊNi konnessi fir-rigward tal-BĊE; u

(b)

l-ammont ta’ imgħax ta’ penalità li jirċievi l-BĊE mingħand BĊNi konnessi kull meta wieħed minn dawk il-BĊNi konnessi jimponi penalità fuq parteċipant talli jonqos milli jirrimborża kreditu intraday fil-ħin, kif stipulat fil-ftehim bejn il-BĊi tal-Eurosistema u l-BĊNi konnessi.

3.   Il-qligħ finanzjarju msemmi fil-paragrafi 1 u 2 għandu jkun ippuljat mill-BĊi u l-ammont ippuljat li jirriżulta għandu jintuża biex jirrimborża lil dawk il-BĊi li jġarrbu l-kost tal-kumpens lill-parteċipanti tagħhom. Kull qligħ finanzjarju jew kost imġarrab mill-BĊi li jifdal fl-kumpens lill-parteċipanti tagħhom għandu jitqassam fost il-BĊi tal-Eurosistema skont l-iskema tas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-BĊE.

Artikolu 24

Drittijiet tat-titoli fir-rigward ta’ fondi f’subkontijiet u garanzija intra-Eurosistema

1.   Għall-finijiet tas-saldu ta’ struzzjonijiet għall-ħlas marbutin ma’ sistema anċillari, kull BĊ tal-Eurosistema li jkun fetaħ subkontijiet għall-parteċipanti tiegħu għandu jiżgura illi l-bilanċi fuq dawn is-subkontijiet (inkluż żidiet jew tnaqqis tal-bilanċ iffriżat li jirriżulta mill-ikkreditar jew id-debitar ta’ ħlasijiet ta’ saldu transkonfinali lil jew mis-subkont jew mill-ikkreditar ta’ trasferimenti ta’ likwidità lis-subkont) li huma ffriżati matul iċ-ċiklu ta’ pproċessar tas-sistema anċillari jistgħu jintużaw għas-saldu ta’ struzzjonijiet ta’ ħlas relatati mas-sistema anċillari. Dan minkejja kull proċedura ta’ insolvenza fir-rigward tal-parteċipant relevanti u minkejja kull miżura individwali ta’ infurzar relatata mas-subkont ta’ dan il-parteċipant.

2.   Kull darba illi tiġi ttrasferita likwidità għal ġos-subkont tal-parteċipant u fejn il-BĊ tal-Eurosistema mhuwiex il-BĊ tas-sistema anċillari, dan il-BĊ tal-Eurosistema għandu, malli jkun hemm komunikazzjoni mis-sistema anċillari (permezz ta’ messaġġ tal-‘bidu taċ-ċiklu’), jikkonferma l-iffriżar tal-bilanċi fuq is-subkont lis-sistema anċillari relevanti u, b’dan, jiggarantixxi lill-BĊ tas-sistema anċillari l-ħlas sal-ammont ta’ dan il-bilanċ partikolari. Il-konferma tal-iffriżar lis-sistema anċillari tinvolvi wkoll dikjarazzjoni legalment vinkolanti mill-BĊ tas-sistema anċillari illi huwa jiggarantixxi lis-sistema anċillari ħlas sal-ammont tal-bilanċ iffriżat. Bil-konferma taż-żieda jew it-tnaqqis tal-bilanċ iffriżat meta ħlasijiet ta’ saldu kross-sistema jiġu kkreditati jew iddebitati lil jew mis-subkont jew meta trasferimenti ta’ likwidità jiġu kkreditati lis-subkont, kemm il-BĊ tal-Eurosistema li mhuwiex il-BĊ tas-sistema anċillari kif ukoll il-BĊ tas-sistema anċillari jiddikjaraw żieda jew tnaqqis tal-garanzija fl-ammont tal-ħlas. Iż-żewġ garanziji għandhom ikunu irrevokabbli, mingħajr kundizzjoni u pagabbli mal-ewwel talba. Iż-żewġ garanziji u l-iffriżar tal-bilanċi għandhom jiskadu malli jkun hemm komunikazzjoni mis-sistema anċillari illi s-saldu jkun ġie kkompletat (permezz ta’ messaġġ ta’ “tmiem iċ-ċiklu”).

TAQSIMA IV

DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻITORJI U FINALI

Artikolu 25

Riżoluzzjoni ta’ tilwim u liġi applikabbli

1.   F’każ ta’ tilwim bejn il-BĊi tal-Eurosistema fir-rigward ta’ din il-Linja Gwida, il-partijiet milquta jfittxu li jsolvu t-tilwima skont il-Memorandum ta’ Ftehim dwar Procedura ghar-Rizoluzzjoni ta’ Tilwim Intra-SEBC.

2.   B’deroga minn paragrafu 1, jekk tilwima fir-rigward tad-diviżjoni ta’ kompiti bejn Livell 2 u Livell 3 ma tistax tiġi riżolta permezz ta’ ftehim bejn il-partijiet milquta, il-Kunsill Governattiv jirriżolvi t-tilwima.

3.   F’każ ta’ tilwima tat-tip imsemmija fil-paragrafu 1, id-drittijiet u l-obbligi rispettivi tal-partijiet għandhom jiġu determinati primarjament permezz tar-regoli u l-proċeduri stipulati f’din il-Linja Gwida. F’tilwim li jikkonċerna ħlasijiet bejn sistemi komponenti tat-TARGET2, il-liġi tal-Istat Membru fejn tinsab is-sede tal-BĊ tal-Eurosistema tal-pagatur għandha tapplika b’mod supplimentari, sakemm ma tkunx f’kunflitt ma’ din il-Linja Gwida.

Artikolu 26

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

1.   Din il-Linja Gwida tidħol fis-seħħ fis-7 ta’ Diċembru 2012. Hija tapplika mill-1 ta’ Jannar 2013, mingħajr ħsara għad-dispożizzjonijiet tranżitorji stipulati fl-Artikolu 27.

2.   Il-Linja Gwida BĊE/2007/2 hija mħassra b’effett mill-1 ta’ Jannar 2013.

3.   Referenzi għal-Linja Gwida mħassra għandhom jinftehmu bħala referenzi għal din il-Linja Gwida.1 u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni li tinsab f’Anness VII.

Artikolu 27

Dispożizzjonijiet mixxellanji u tranżitorji

1.   Kontijiet miftuħin barra l-PM minn BĊN taż-żona tal-euro għal istituzzjonijiet ta’ kreditu u sistemi anċillari għandhom ikunu rregolati mir-regoli ta’ dak il-BĊN taż-żona tal-euro, bla ħsara għad-dispożizzjonijiet ta’ din il-Linja Gwida li jirrigwardaw il-Kontijiet Domestiċi u għad-deċiżjonijiet tal-Kunsill Governattiv. Kontijiet li jinfetħu barra l-PM minn BĊN taż-żona tal-euro għal entitajiet li mhumiex istituzzjonijiet ta’ kreditu u sistemi anċillari għandhom ikunu rregolati mir-regoli ta’ dak il-BĊN taż-żona tal-euro.

2.   Matul il-perijodu tranżitorju tiegħu, kull BĊ tal-Eurosistema jista’ jkomplu jagħmel saldu ta’ ħlasijiet u tranżazzjonijiet oħra fil-Kontijiet Domestiċi tiegħu, inklużi dawn li ġejjin:

(a)

ħlasijiet bejn istituzzjonijiet ta’ kreditu;

(b)

ħlasijiet bejn istituzzjonijiet ta’ kreditu u sistemi anċillari; u

(c)

ħlasijiet fir-rigward ta’ operazzjonijiet ta’ suq miftuħ fl-Eurosistema.

3.   Meta jiskadi l-perijodu tranżitorju, dan li ġej għandu jieqaf:

(a)

reġistrazzjoni bħala detentur ta’ BIC indirizzabbli minn BĊ tal-Eurosistema, f’każ ta’ entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 4(1)(a) u (b) tal-Anness II;

(b)

parteċipazzjoni indiretta ma’ BĊ tal-Eurosistema; u

(c)

saldu f’Kontijiet Domestiċi tal-ħlasijiet kollha msemmijin fil-paragrafu 2(a) sa (c).

Artikolu 28

Indirizzati, miżuri ta’ implimentazzjoni u rapporti annwali

1.   Din il-Linja Gwida tapplika għall-BĊi kollha tal-Eurosistema.

2.   Sal-20 ta’ Diċembru 2012 il-BĊNi taż-żona tal-euro għandhom jibagħtu lill-BĊE il-miżuri li permezz tagħhom għandhom l-intenzjoni li jikkonformaw mal-Artikolui 39 ta’ Anness II, Appendiċi VI ta’ Anness II, paragrafi 9(a) u 12(a)(v) u 13 ta’ Anness III, paragrafu 18(1)(c)(ii) ta’ Anness IV, u Appendiċi IIA ta’ Anness V ta’ din il-Linja Gwida.

3.   Il-BĊE iħejji rapporti annwali għar-rieżami nill-Kunsill Governattiv dwar il-funzjonament ġenerali tat-TARGET2.

Magħmul fi Frankfurt am Main, il-5 ta’ Diċembru 2012.

Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


(1)  ĠU L 237, 30.6.2007, p. 1.

(2)  GU L 177, 30.6.2006, p. 1.

(3)  Il-politika kurrenti tal-Eurosistema għall-pożizzjoni ta’ infrastrutturi hija stabbilita fid-dikjarazzjonijiet li ġejjin, li huma kollha disponibbli fis-sit elettroniku tal-BĊE fuq www.ecb.europa.eu: (a) il-“Policy statement on euro payment and settlement systems located outside the euro area” tat-3 ta’ Novembru 1998; (b) “The Eurosystem’s policy line with regard to consolidation in central counterparty clearing” tas-27 ta’ Settembru 2001; (c) “The Eurosystem policy principles on the location and operation of infrastructures settling in euro-denominated payment transactions” tad-19 ta’ Lulju 2007; u (d) “The Eurosystem policy principles on the location and operation of infrastructures settling euro-denominated payment transactions: specification of ‘legally and operationally located in the euro area’” tal-20 ta’ Novembru 2008; (e) “The Eurosystem oversight policy framework” ta’ Lulju 2011.

(4)  ĠU L 166, 11.6.1998, p. 45.

(5)  ĠU L 237, 8.9.2007, p. 71.


ANNESS I

ARRANĠAMENTI GĦALL-GOVERNANZA TAT-TARGET2

Livell 1 — Kunsill Governattiv

Livell 2 — BĊi tal-Eurosistema

Livell 3 — BĊNi li jipprovdu SSP

0.   Dispożizzjonijiet ġenerali

Livell 1 għandu l-kompetenza finali fir-rigward kwistjonijiet domestiċi u transkonfinali tat-TARGET2, u huwa responsabbli biex jissalvagwarda l-funzjoni pubblika tat-TARGET2

Il-Livell 2 għandu kompetenza sussidjarja fir-rigward ta’ kwistjonijiet imħollija għad-diskrezzjoni tiegħu mil-Livell 1

Il-Livell 3 jieħu deċiżjonijiet dwar it-tħaddim ta’ kuljum tal-Pjattaforma Mqassma Waħda (SSP - Single Shared Platform) fuq il-bażi tal-livelli ta’ servizz iddefiniti fil-ftehim imsemmi fl-Artikolu 5(6) ta’ din il-Linja Gwida.

1.   il-politika tal-kost u tal-ipprezzar

Jiddeċiedi dwar metodoloġija komuni tal-kost

Jiddeċiedi dwar struttura waħda għall-ipprezzar

Jiddeċiedu dwar prezzijiet ta’ servizzi u/jew moduli addizzjonali u/jew moduli

(Mhux applikabbli)

2.   Livell ta’ servizz

Jiddeċiedi dwar servizzi ewlenin

Jiddeċiedu dwar servizzi u/jew moduli addizzjonali

Jagħti input skont il-bżonnijiet tal-Livell 1/Livell 2

3.   Il-ġestjoni tar-riskju

Jiddeċiedi dwar il-qafas ġenerali għall-ġestjoni tar-riskju u l-aċċettazzjoni tar-riskji li jifdal

Iwettqu l-ġestjoni attwali tar-riskju

Iwettqu analiżi tar-riskju u aġġornamenti

Jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa għall-analiżi tar-riskju skont it-talbiet tal-Livell 1/Livell 2

4.   Governanza u finanzjament

Jiddefinixxi regoli għall-proprjetà, it-teħid ta’ deċiżjonijiet u l-finanzjament tal-SSP

Jistabbilixxi u jiżgura l-implimentazzjoni adegwata tal-qafas legali tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali għat-TARGET2

It-tħejjija tar-regoli dwar il-governanza u l-finanzjament deċiżi fil-Livell 1

It-tħejjija tal-baġit, l-approvazzjoni tiegħu u l-implimentazzjoni

Il-proprjetà u/jew il-kontroll tal-applikazzjoni

Il-ġbir ta’ fondi u r-remunerazzjoni ta’ servizzi

Jagħtu figuri tal-kost lil-Livell 2 għall-għoti tas-servizz

5.   Żvilupp

Jiġi kkonsultat mil-Livell 2 dwar fejn jinsab l-SSP

Japprova l-pjan ġenerali tal-proġett

Jiddeċiedu dwar id-disinn inizjali u l-iżvilupp tal-SSP

Jiddeċiedu dwar jew l-istabbilment mill-ġdid jew l-istabbilment fuq il-bażi ta’ pjattaforma eżistenti

Jiddeċiedu dwar l-għażla tal-operatur tal-SSP

Jistabbilixxu, bi qbil mal-Livell 3, il-livelli ta’ servizz tal-SSP

Jiddeċiedu dwar fejn jinsab l-SSP wara konsultazzjoni mal-Livell 1

Japprovaw il-metodoloġija tal-proċess tal-ispeċifikazzjoni u dak li jrid jiġi kkonsenjat tal-Livell 3 meqjusin xierqa sabiex jiġi speċifikat u, aktar tard, ittestjat u aċċettat il-prodott (b'mod partikolari l-ispeċifikazzjonijiet ġenerali u dettaljati tal-utent)

Jistabbilixxu pjan ta’ proġett bil-fażijiet determinanti

Jivvalutaw u jaċċettaw dak li jrid jiġi kkonsenjat

Jistabbilixxu xenarji bi prova

Koordinazzjoni bi prova tal-banek ċentrali u tal-utenti, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Livell 3

Jipproponu d-disinn inizjali tal-SSP

Jipproponu jekk ikunx hemm l-istabbilment mill-ġdid jew l-istabbilment fuq il-bażi ta’ pjattaforma eżistenti

Jipproponu l-post fejn jinsab l-SSP

Jabbozzaw l-ispeċifikazzjonijiet unzjonali dettaljati (speċifikazzjonijiet funzjonali interni dettaljati u speċifikazzjonijiet funzjonali dettaljati tal-utent)

Jabbozzaw l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi ddettaljati

Jagħtu input (inizjali u dejjiemi) għal ippjanar tal-fażijiet ta’ proġetti u għall-kontroll

Jagħtu appoġġ tekniku u operattiv għal provi (iwettqu provi fuq il-SSP, jagħtu input għal xenarji bi prova relatati mal-SSP, jagħtu appoġġ lill-BĊi tal-Eurosistema fl-attivitajiet bi prova tagħhom tal-SSP)

6.   Implimentazzjoni u migrazzjoni

Jiddeċiedi dwar l-istrateġija ta’ migrazzjoni

Iħejju u jikkoordinaw il-migrazzjoni għall-SSP, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Livell 3

Jagħtu input dwar kwistjonijiet ta’ migrazzjoni skont talbiet tal-Livell 2

Iwettqu xogħol ta’ migrazzjoni relatat mal-SSP; appoġġ addizzjonali lill-BĊNi li qed jingħaqdu

7.   Tħaddim

Il-ġestjoni ta’ sitwazzjonijiet ta’ kriżi severa

L-awtorizzazzjoni tat-twaqqif u t-thaddim tas-Simulatur TARGET2

Il-ħatra ta’ awtoritajiet għaċ-ċertifikazzjoni għall-aċċess ibbażat fuq l-Internet

L-ispeċifikazzjoni tal-politika tas-sigurtà, ir-rekwiżiti u l-kontrolli għall-SSP

L-ispeċifikazzjoni tal-prinċipji applikabbli għas-sigurtà taċ-ċertifikati maħruġin għall-aċċess ibbażat fuq l-internet

Il-ġestjoni fir-rigward tar-responsabbiltajiet ta’ sid is-sistema

Iż-żamma ta’ kuntatti ma’ utenti tas-sistema f'livell Ewropew (mingħajr ħsara għar-responsabbilta' unika ta’ BĊi tal-Eurosistema għar-relazzjoni mal-klijenti tagħhom fin-negozju) u l-monitoraġġ ta’ kuljum tal-attività tal-utent minn perspettiva ta’ negozju (funzjoni ta’ BĊ tal-Eurosistema)

Il-monitoraġġ ta’ zviluppi fin-negozju

L-ibbagitjar, il-finanzjament, il-fatturar (funzjoni ta’ BĊ tal-Eurosistema) u dmirijiet amministrattivi oħrajn

Il-gestjoni tas-sistema abbazi tal-ftehim imsemmi fl-Artikolu 5(6) ta’ din il-Linja Gwida


ANNESS II

KUNDIZZJONIJIET ARMONIZZATI GĦALL-PARTEĊIPAZZJONI FIT-TARGET2

TITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dawn il-Kundizzjonijiet Armonizzati (minn hawn ’il quddiem il-“Kundizzjonijiet”), japplikaw id-definizzjonijiet segwenti:

“aċċess għal iktar minn indirizzat wieħed” tfisser faċilità li biha friegħi jew istituzzjonijiet ta’ kreditu stabbiliti fiż-ŻEE jista’ jkollhom aċċess għas-sistema ta’ komponent TARGET2 rilevanti billi jissottomettu ordnijiet ta’ ħlas u/jew jirċievu ħlasijiet diretti lejn u mis-sistema ta’ komponent tat-TARGET2; din il-faċilità tawtorizza dawn l-entitajiet biex jissottomettu l-ordnijiet ta’ ħlas tagħhom permezz tal-kont PM tal-parteċipant dirett mingħajr l-involviment ta’ dak il-parteċipant,

“awtorizzazzjoni ta’ debitu dirett” tfisser struzzjoni ġenerali minn pagatur lill-BĊ tiegħu u li jobbliga dak il-BĊ li jiddebita l-kont tal-pagatur fuq struzzjoni ta’ debitu dirett minn min jirċievi l-ħlas,

“banek ċentrali (BĊi)” tfisser il-BĊi tal-Eurosistema u l-BĊNi konnessi,

“BĊ tal-Eurosistema” tfisser il-BĊE jew BĊN taż-żona tal-euro,

“BĊN AL” tfisser BĊN parteċipanti li huwa parti għal ftehim AL u jaġixxi bħala l-kontroparti għall-membri tal-grupp AL li jipparteċipaw fis-sistema komponenti tiegħu tat-TARGET2;

“BĊN konness” tfisser bank ċentrali nazzjonali (BĊN), minbarra BĊ tal-Eurosistema, li huwa konness mat-TARGET2 skont ftehim speċifiku.

“BĊNi li jipprovdu SSP” tfisser id-Deutsche Bundesbank, il-Banque de France u l-Banca d’Italia fil-kapacità tagħhom bħala l-BĊi li jibnu u jħaddmu l-SSP għall-benefiċċju tal-Eurosistema,

“BĊN li qed jimmaniġġja” tfisser il-BĊN AL tas-sistema komponenti tat-TARGET2 li fiha jipparteċipa l-maniġer tal-grupp AL;

“BĊN taż-żona tal-euro” tfisser il-bank ċentrali nazzjonali (BĊN) ta’ Stat Membru li l-munita tiegħu hija l-euro,

“CUG TARGET2” tfisser subset tal-klijenti tal-fornitur tas-servizz tan-netwerk miġburin għal dan l-iskop għall-użu tagħhom tas-servizzi u prodotti rilevanti tal-fornitur tas-servizz tan-netwerk meta jkollu aċċess għall-PM,

“detentur ta’ BIC indirizzabbli” tfisser entità li (a) għandha Kodiċi ta’ Identifikazzjoni ta’ Negozju (BIC); (b) ma hijiex irrikonoxxuta bħala parteċipant indirett; u (c) hija korrispondent jew klijent ta’ parteċipant dirett jew fergħa ta’ parteċipant dirett jew indirett, u hija kapaċi tibgħat ordnijiet ta’ ħlas lil u tirċievi ħlasijiet mingħand sistema ta’ komponenti ta’ TARGET2 permezz tal-parteċipant dirett,

“ditta ta’ investiment” tfisser ditta ta’ investiment fit-tifsira ta’ [daħħal id-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jimplimentaw l-Artikolu 4(1)(1) tad-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/611/KEE u 93/6/KEE u d-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li thassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE (1), bl-esklużjoni tal-istituzzjonijiet speċifikati fil-[daħħal id-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jimplimentaw l-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2004/39/KE], iżda d-ditta ta’ investiment inkwistjoni għandha:

(a)

tkun awtorizzata u ssorveljata minn awtorità kompetenti rikonoxxuta, li tkun ġiet indikata bħala tali taħt id-Direttiva 2004/39/KE; u

(b)

tkun intitolata li twettaq attivitajiet msemmija taħt [daħħal id-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jimplimentaw il-partiti 2, 3 6 u 7 tatTaqsima A tal-Anness I tad-Direttiva 2004/39/KE],

entry disposition” tfisser fażi tal-ipproċessar ta’ ħlas li matulu [daħħal BĊ/pajjiż ta’ referenza] jipprova jissalda ordni ta’ ħlas li jkun ġie aċċettat bis-saħħa tal-Artikolu 14, permezz ta’ proċeduri speċifiċi, kif deskritt fl-Artikolu 20,

“faċilità ta’ self marġinali” tfisser faċilità permanenti tal-Eurosistema li tista’ tintuża minn kontropartijiet biex jirċievu kreditu mil-lum għal għada mingħand BĊ tal-Eurosistema bir-rata ta’ self marġinali speċifikata minn qabel;

“fergħa” tfisser fergħa skont it-tifsira ta’ [daħħal id-dispożizzijonijiet nazzjonali li jimplimentaw l-Artikolu 4(3) tad-Direttiva 2006/84/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 dwar l-istabbiliment u l-eżerċizzju tal-attività ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (2)],

“formula għall-ġbir tad-dejta statika” tfisser formula żviluppata minn [daħħal isem il-BĊ] għall-finijiet tar-reġistrazzjoni tal-applikanti għal servizzi tat-TARGET2-[daħħal BĊ/referenza tal-pajjiż] u jiġi rreġistrat kwalunkwe tibdil għall-provvista ta’ dawn is-servizzi,

“fornitur ta’ servizz ta’ netwerk” tfisser l-impriża maħtura mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE biex jipprovdi konnessjonijiet tan-netwerk kompjuterizzati għall-finijiet ta’ sottomissjoni ta’ messaġġi ta’ ħlas fit-TARGET2,

“Ftehim AL” tfisser il-ftehim dwar il-likwidità aggregata multilaterali li jkun sar bejn il-membri tal-grupp AL u l-BĊNi tal-AL rispettivi tagħhom, għall-finijiet tal-mod AL;

“funzjonament ħażin tekniku tat-TARGET2” tfisser kull diffikultà, difett jew nuqqas fl-infrastruttura teknika u/jew is-sistemi tal-kompjuter tal-SSP, jew kull ġrajja li tagħmel impossibbli li jiġi eżegwit u kkompletat l-ipproċessar tal-pagamenti fl-istess jum fis-sistema komponenti relevanti tat-TARGET2;

“grupp” tfisser:

(a)

kompożizzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu inklużi fil-prospetti finanzjarji kkonsolidati ta’ kumpannija parent fejn i-kumpannija parent hija obbligata li tippreżenta prospetti finanzjarji kkonsolidati skont l-International Accounting Standard 27 (IAS 27), adottat bis-saħħa tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2238/2004 (3) u li tikkonsisti jew f’(i) kumpannija parent u sussidjarja waħda jew iżjed; jew (ii) żewġ sussidjarji jew iżjed ta’ kumpannija parent; jew

(b)

kompożizzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu kif imsemmija fis-subparagrafi (a)(i) jew (ii), meta kumpannija parent ma tippreżentax prospetti finanzjarji kkonoslidati skont l-IAS 27, imam għandha tkun tista’ tissodisfa l-kriterji definiti fl-IAS 27 għall-inklużjoni fil-prospetti finanzjarji konsolidati, bla ħsara għall-verifika tal-BĊ tal-parteċipant dirett jew, fil-każ ta’ grupp AL, il-BĊN li qed jimmaniġġja;

(c)

netwerk bilaterali jew multilaterali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu li huwa (i) organizzat permezz ta’qafas statutorju li jiddetermina l-affiljazzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu ma’ netwerk bħal dan; jew (ii) ikkaratterizzat minn mekkaniżmi awto-organizzati ta’ kooperazzjoni (li jipprommwovu, jappoġġaw u jirrappreżentaw l-interessi tan-negozju tal-membri tiegħu) u/jew solidarjetà ekonomika li tmur lil hinn l-kooperazzjoni ordinarja tas-soltu bejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fejn din il-kooperazzjoni u solidarjetà huma permessi mir-regolamenti jew l-artikoli ta’ inkorporazzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu jew stabbiliti bis-saħħa ta’ ftehim separat;

u f’kull każ msemmija f’(ċ) il-Kunsill Governattiv tal-BĊE approva l-applikazzjoni għall-kunsiderazzjoni li jikkostitwixxi grupp,

“Grupp CAI” tfisser grupp kompost minn parteċipanti tat-TARGET li jużaw il-metodu CAI;

“Grupp AL” tfisser grupp kompost minn membri tal-grupp AL li jużaw il-metodu AL;

“istituzzjoni ta’ kreditu” tfisser jew: (a) istituzzjoni ta’ kreditu fit-tifsira ta’ [daħħal id-dispożiżżjonijiet tal-liġi nazzjonali li jimplimentaw l-Artikolu 4(1)(a) u, jekk rilevanti, l-Artikolu 2 tad-Direttiva 2006/48/KE] li hija suġġetta għas-superviżjoni minn awtorità kompetenti; jew (b) istituzzjoni ta’ kreditu oħra fit-tifsira tal-artikolu 123(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea li hija suġġetta għall-iskrutinju ta’ standard komparabbli mas-superviżjoni minn awtorità kompetenti,

“jum ta’ negozju” tfisser kwalunkwe jum li fih it-TARGET2 huwa miftuħ għas-saldu ta’ ordnijiet ta’ ħlas kif stabbilit fl-Appendiċi V,

“każ ta’ inadempjenza” tfisser każ imminenti jew eżistenti, li meta jiġri jista’ jhedded it-twettiq minn parteċipant tal-obbligi tiegħu skont dawn il-Kundizzjonijiet jew kwalunkwe regoli oħrajn li japplikaw għar-relazzjoni bejn dak il-parteċipant u l-[daħħal isem il-BĊ] jew kull BĊ ieħor, inkluż:

(a)

meta l-parteċipant m’għadux jissodisfa l-kriterji tal-aċċess stabbiliti fl-Artikolu 4 jew ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 8(1)(a)(i);

(b)

il-ftuħ ta’ proċeduri ta’ falliment b’rabta mal-parteċipant;

(c)

is-sottomissjoni ta’ applikazzjoni marbuta mal-proċeduri msemmijin fis-subparagrafu (b);

(d)

il-ħruġ mill-parteċipant ta’ dikjarazzjoni bil-miktub dwar l-inabbiltà tiegħu li jħallas id-djun kollha tiegħu jew xi parti minnhom jew li jissodisfa l-obbligi tiegħu li jirriżultaw b’rabta ma’ kreditu intraday;

(e)

id-dħul tal-parteċipant fi ftehim ġenerali volontarju jew ftehim mal-kredituri tiegħu;

(f)

fejn il-parteċipant huwa, jew jitqies mill-BĊ tiegħu li huwa fallut jew ma jistax iħallas id-djun tiegħu;

(g)

fejn il-bilanċ ta’ kreditu tal-parteċipant fuq il-kont PM tiegħu jew l-assi kollha tal-parteċipant jew parti sostanzjali minnhom huma suġġetti għal ordni ta’ iffriżar, sekwestru, qbid jew kull proċedura oħra intiża biex tipproteġi l-interess pubbliku jew id-drittijiet tal-kredituri tal-parteċipant;

(h)

fejn il-parteċipazzjoni tal-parteċipant f’sistema ta’ komponent tat-TARGET2 oħra u/jew f’sistema anċillari ġiet sospiża jew itterminata;

(i)

fejn rappreżentazzjoni materjali jew dikjarazzjoni pre-kontrattwali magħmula mill-parteċipant jew li huwa sottointiż li saret mill-parteċipant taħt il-liġi applikabbli hija skorretta jew mhux vera;

(j)

l-assenjazzjoni tal-attiv kollu tal-parteċipant jew parti sostanzjali minnu,

“każ ta’ infurzar” tfisser fir-rigward ta’ membru tal-grupp AL: (a) kull każ ta’ inadempjenza msemmi fl-Artikolu 34(1); (b) kull każ ieħor ta’ inadempjenza jew każ imsemmi fl-Artikolu 34(2) li fir-rigward tiegħu l-[daħħal isem il-BĊ] iddeċieda, wara li tkun tqieset is-serjetà tal-każ ta’ inadempjenza jew tal-każ, [Daħħal jekk japplika: [rahan għandu jiġi infurzat skont l-Artikolu 25b] [kollaterali għandha tiġi infurzata skont l-Artikolu 25c] u] tpaċija ta’ talbiet għandha tiġi attivata skont l-Artikolu 26; jew (c) kull deċiżjoni għas-sospensjoni jew it-terminazzjoni ta’ aċċess għall-kreditu intraday;

“Kodiċi għall-Identifikazzjoni ta’ Negozju (BIC)” tfisser kodiċi kif definit mill-Istandard ISO Nru 9362,

“Kont Domestiku” tfisser kont miftuħ barra l-PM minn BĊN parteċipanti għal entità li hija eliġibbli biex issir parteċipant indirett;

“kont PM” tfisser kont miżmum minn parteċipant fit-TARGET2 fil-PM ma’ BĊ tal-Eurosistema li huwa neċessarju sabiex dan il-parteċipant fit-TARGET2:

(a)

jissottometti ordnijiet ta’ ħlas jew jirċievi ħlasijiet permezz tat-TARGET2; u

(b)

jagħmel saldu ta’ dawn il-ħlasijiet lil dan il-BĊ tal-Eurosistema

“korp fis-settur pubbliku” tfisser entità fi ħdan is-“settur pubbliku”, din l-espressjoni tal-aħħar kif definita fl-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3603/93 tat-13 ta’ Dicembru 1993 li jispeċifika d-definizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-projbizzjonijiet imsemmijin fl-Artikoli 104 u 104(b) tat-Trattat (4),

“kreditu intraday” tfisser kreditu estiż għal perjodu ta’ anqas minn jum ta’ negozju,

“likwidità disponibbli” (jew “likwidità”) tfisser bilanċ tal-kreditu fuq il-kont PM ta’ parteċipant tat-TARGET2 u, jekk applikabbli, kull linja ta’ kreditu intraday mogħtija mill-BĊ relevanti tal-Eurosistema fir-rigward ta’ dak il-kont,

“Maniġer tal-grupp AL” tfisser membru tal-grupp AL maħtur minn membri oħrajn tal-grupp AL biex jiġġestixxi l-likwidità disponibbli fi ħdan il-grupp AL matul il-jum ta’ negozju;

“Maniġer tal-grupp CAI” tfisser membru tal-grupp CAI maħtur minn membri oħrajn tal-grupp CAI biex jimmoniterja u jiddistribwixxi l-likwidità disponibbli fi ħdan il-grupp CAI matul il-jum ta’ negozju;

“Membru tal-grupp AL” tfisser parteċipant fit-TARGET2 li jkun daħal fi ftehim AL.

“Messaġġ imxandar ICM” tfisser informazzjoni li tkun disponibbli simultanjament għal kulħadd jew għal grupp magħżul ta’ parteċipanti TARGET2 permezz tal-ICM,

“min jitħallas”, ħlief fejn użat fl-Artikolu 39 ta’ dan l-Anness, ifisser parteċipant tat-TARGET2 li l-kont PM tiegħu jiġi kkreditat minħabba s-saldu ta’ ordni ta’ ħlas,

“Mod AL” tfisser l-aggregazzjoni ta’ likwidità disponibbli fuq kontijiet PM;

“Mod CAI” tfisser il-provvista ta’ informazzjoni ta’ kont ikkonsolidat fir-rigward tal-kontijiet PM permezz tal-ICM,

“Modulu tal-Informazzjoni u l-Kontroll (ICM - Information and Control Module) tfisser il-modulu SSP li jħalli lil parteċipanti jiksbu informazzjoni online u tagħtihom il-possibbiltà li jissottomettu ordnijiet ta’ trasferiment ta’ likwidità, jiġġestixxu l-likwidità u jibdew ordnijiet ta’ ħlas backup f’sitwazzjonijiet ta’ kontinġenza,

“Modulu ta’ Kontinġenza” tfisser modulu SSP li jippermetti l-ipproċessar ta’ ħlasijiet kritiċi u kritiċi ħafna f’sitwazzjonijiet ta’ kontinġenza,

“Modulu tal-ħlasijiet (PM – Payments Module)” tfisser modulu ta’ SSP li fih isir saldu ta’ ħlasijiet tal-parteċipanti fit-TARGET2 fuq kontijiet PM,

“opinjoni dwar il-kapaċità” tfisser opinjoni speċifika għal parteċipant li fiha valutazzjoni tal-kapaċità legali tal-parteċipant li jikkonkludi jew jeżegwixxi l-obbligi tiegħu skont dawn il-Kundizzjonijiet,

“ordni ta’ ħlas” tfisser ordni ta’ trasferiment ta’ kreditu, ordni ta’ trasferiment ta’ likwidità jew struzzjoni ta’ debitu dirett,

“ordni ta’ pagament mhux issaldat” tfisser ordni ta’ pagament li mhuwiex issaldat fl-istess jum ta’ negozju bħal dak li fih ikun ġie aċċettat,

“ordni ta’ trasferiment ta’ kreditu” tfisser struzzjoni minn pagatur biex fondi jkunu disponibbli għal min jirċievi l-ħlas ta’ entrata fil-kotba f’kont PM,

“ordni ta’ trasferiment ta’ likwidità” tfisser ordni ta ħlas, li l-għan ewlieni tagħha huwa t-trasferiment tal-likwidità bejn żewġ kontijiet differenti tal-istess parteċipant jew ġewwa CAI jew grupp AI,

“pagatur”, ħlief fejn użat fl-Artikolu 39 ta’ dan l-Anness, ifisser parteċipant tat-TARGET2 li l-kont PM tiegħu jiġi kkreditat minħabba s-saldu ta’ ordni ta’ ħlas,

“parteċipant indirett” tfisser istituzzjoni ta’ kreditu stabbilita fiż-ŻEE, li tkun daħlet fi ftehim ma’ parteċipant dirett biex tissottometti ordnijiet ta’ pagament u tirċievi pagamenti permezz tal-kont PM ta’ dan il-parteċipant dirett, u li tkun ġiet rikonoxxuta minn sistema komponenti tat-TARGET2 bħala parteċipant indirett;

“parteċipant” (jew “parteċipant dirett”) tfisser entità li żżomm tal-anqas kont PM wieħed ma’ BĊ tal-Eurosistema,

“parteċipant li jagħti l-istruzzjoni” tfisser parteċipant tat-TARGET2 li jkun beda ordni ta’ ħlas,

“parteċipant tat-TARGET2” tfisser kull parteċipant f’kwalunkwe sistema ta’ komponent TARGET2,

“Pjattaforma Komuni Unika (SSP)” tfisser l-infrastruttura tal-pjattaforma teknika waħda pprovduta mill-BĊNi li jipprovdu l-SSP;

“proċeduri ta’ insolvenza” tfisser proċeduri ta’ insolvenza skont l-Artikolu 2 tad-Direttiva 98/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Mejju 1998 dwar finalità ta’ settlement fis-sistemi ta’ settlement ta’ pagamenti u titoli (5).

“rata ta’ self marginali” tfisser ir-rata ta’ imgħax applikabbli għall-facilità ta’ self marginali;

“sistema anċillari” tfisser sistema ġestita minn entità stabbilita fiż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) li hija suġġetta għal superviżjoni u/jew sorveljanza minn awtorità kompetenti u tikkonforma mar-rekwiżiti ta’ sorveljanza għal-lokazzjoni ta’ infrastrutturi li joffru servizzi f’euro, kif emendati minn żmien għal żmien u ppubblikati fuq il-websajt tal-BĊE (6), li fiha jiġu skambjati u/jew ikklerjati ħlasijiet u/jew strumenti finanzjarji filwaqt illi l-obbligi monetarji li jirriżultaw isir saldu tagħhom fit-TARGET2 b’konformità mal-Linja Gwida [(ECB/2012/XX)] fuq Trans-European Automated Real-time Gross Settlement Express Transfer System (TARGET2) (7) u ma’ ftehim bilaterali bejn is-sistema anċillari u l-BĊ relevanti tal-Eurosistema,

“sistema komponenti tat-TARGET2” tfisser kwalsiasi sistema real-time gross settlement (RTGS) ta’ wieħed mill-BĊi tal-Eurosistema li tifforma parti mit-TARGET2;

“sospensjoni” (suspension) tfisser l-iffriżar temporanju tad-drittijiet u l-obbligi ta’ xi parteċipant għal perijodu ta’ żmien li jiġi ddeterminat minn [niżżel l-isem tal-BĊ],

“Speċifikazzjonijiet Funzjonali Dettaljati għall-Utent (UDFS)” tfisser l-aktar verżjoni aġġornata tal-UDFS, li hija d-dokumentazzjoni teknika li tispjega fid-dettal kif parteċipant jinteraġixxi mat-TARGET2,

“struzzjoni ta’ debitu dirett” tfisser struzzjoni minn min jirċievi l-ħlas sottomessa lill-BĊ tiegħu li bis-saħħa tagħha l-BĊ tal-pagatur jiddebita l-kont tal-pagatur bl-ammont speċifikat fl-istruzzjoni, fuq il-bażi ta’ awtorizzazzjoni ta’ debitu dirett,

“TARGET2-[daħħal BĊ/referenza tal-pajjiż]” tfisser is-sistemi komponenti TARGET2 [daħħal isem il-BĊ],

“TARGET2” tfisser dak kollu li jirriżulta mis-sistemi komponenti kollha tat-TARGET2 tal-BĊi,

Artikolu 2

Appendiċijiet

1.   L-Appendiċijiet li ġejjin jiffurmaw parti integrali minn dawn il-Kundizzjonijiet:

 

Appendiċi I: Speċifikazzjonijiet tekniċi għall-ipproċessar ta’ ordnijiet ta’ ħlas

 

Appendiċi II: Skema ta’ kumpens TARGET2

 

Appendiċi III: Termini ta’ referenza għall-kapaċità u opinjonijiet tal-pajjiż

 

Appendiċi IV: Proċeduri ta’ kontinwità tan-negożju u ta’ kontinġenza

 

Appendiċi V: Skeda tal-operat

 

Appendiċi VI: Skeda tad-drittijiet u fatturar

 

Appendiċi VII: Ftehim ta’ likwidità aggregata

2.   Fil-każ ta’ kwalunkwe kunflitt jew inkonsistenza bejn il-kontenut ta’ kwalunkwe appendiċi u l-kontenut ta’ kull dispożizzjoni oħra f’dawn il-Kundizzjonijiet, dan tal-aħħar għandu jiddomina.

Artikolu 3

Deskrizzjoni ġenerali tat-TARGET2-[daħħal ir-referenza għall-BĊ/pajjiż] u TARGET2

1.   TARGET2 tipprovdi saldu gross f’ħin reali għal ħlasijiet f’euro, bis-saldu bi flus tal-bank ċentrali.

2.   L-ordnijiet ta’ ħlas li ġejjin huma pproċessati fit-TARGET2-[daħħal ir-referenzagħall-BĊ/pajjiż]:

(a)

ordnijiet ta’ ħlas li jirriżultaw direttament minn jew li jsiru b’konnessjoni mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema;

(b)

saldu tal-parti euro tal-operazzjonijiet tal-kambju fi flus barranin li jinvolvu lill-Eurosistema;

(c)

saldu ta’ trasferimenti ta’ euro li jirriżultaw minn tranżazzjonijiet f’sistemi ta’ netting ta’ valur kbir transkonfinali;

(d)

saldu ta’ trasferimenti ta’ euro li jirriżultaw minn tranżazzjonijiet f’sistemi ta’ ħlas bl-imnut f’euro ta’ importanza sistemika; u

(e)

kull ordni ta’ ħlasijiet oħrajn f’euro indirizzata lil parteċipanti tat-TARGET2.

3.   It-TARGET2 hija stabbilita u taħdem fuq il-bażi tal-SSP. L-Eurosistema tispeċifika l-konfigurazzjoni teknika u l-karatteristiċi tal-SSP. Is-servizzi tal-SSP huma pprovduti mill-BĊi li jipprovdu l-SSP għall-benefiċċju tal-BĊi tal-Eurosistema, bis-saħħa ta’ ftehim separat.

4.   Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] huwa l-fornitur tas-servizzi taht dawn il-Kundizzjonijiet. L-atti u l-ommissjonijiet tal-BĊi li jipprovdu l-SSP għandhom jitqiesu bħala atti jew ommissjonijiet ta’ [daħħal l-isem tal-BĊ], li tagħhom għandu jassumi r-responsabbiltà skont l-Artikolu 31 hawn isfel. Il-parteċipazzjoni skont dawn il-Kundizzjonijiet m’għandhiex toħloq relazzjoni kuntrattwali bejn il-parteċipanti u l-BĊi li jipprovdu l-SSP meta dawn tal-aħħar jaġixxu f’dik il-kapaċità. L-istruzzjonijiet, il-messaġġi jew l-informazzjoni li parteċipant jirċievi mingħand, jew jibgħat lil, l-SSP b’rabta mas-servizzi pprovduti taħt dawn il-Kundizzjonijiet huma meqjusin bħala li waslu mingħand, jew mibgħuta lil, [inserixxi l-isem tal-BĊ].

5.   It-TARGET2 hija strutturata legalment bħala multipliċità ta’ sistemi ta’ ħlas komposta mis-sistemi komponenti tat-TARGET2, li huma indikati bħala ‘sistemi’ skont liġijiet nazzjonali li jimplimentaw id-Direttiva 98/26/KE. It-TARGET2-[daħħal ir-referenza għall-BĊ/pajjiż] hija indikata bħala ‘sistema’ skont [daħħal id-dispożizzjoni legali rilevanti li timplimenta d-Direttiva 98/26/KE].

6.   Il-parteċipazzjoni fit-TARGET2 tidħol fis-seħħ permezz ta’ parteċipazzjoni f’sistema ta’ komponent tat-TARGET2. Dawn il-Kundizzjonijiet jiddeskrivu d-drittijiet u l-obbligi reċiproċi tal-parteċipanti fit-TARGET2- [daħħal ir-referenza għall-BĊ/pajjiż u l-[daħħal l-isem tal-BĊ]. Ir-regoli dwar l-ipproċessar tal-ordnijiet għall-ħlas (Titlu IV) jirreferu għall-ordnijiet għall-ħlas kollha sottomessi jew il-ħlasijiet li waslu għand parteċipant tat-TARGET2 u għandhom japplikaw suġġetti għall-Anness V.

TITOLU II

IL-PARTEĊIPAZZJONI

Artikolu 4

Il-kriterji tal-għażla

1.   It-tipi ta’ entitajiet li ġejjin huma eliġibbli għall-parteċipazzjoni diretta fit-TARGET2- [daħħal ir-referenza għall-BĊ/pajjiż]:

(a)

istituzzjonijiet ta’ kreditu stabbiliti fiż-ŻEE, inkluż meta jaġixxu permezz ta’ fergħa stabbilita fiż-ŻEE;

(b)

istituzzjonijiet ta’ kreditu stabbiliti barra ż-ŻEE, sakemm jaġixxu permezz ta’ fergħa stabbilita fiż-ŻEE; u

(c)

BCNi ta’ Stati Membri u l-BĊE,

sakemm l-entitajiet imsemmijin fis-subparagrafi (a) u (b) mhumiex soġġetti għal miżuri restrittivi adottati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jew l-Istati Membri skont l-Artikolu 65(1)(b), l-Artikolu 75 jew l-Artikolu 215 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li l-implimentazzjoni tagħhom, minħabba [referenza għall-BĊ/pajjiż] wara li ġie infurmat il-BĊE, mhijiex kompatibbli mal-funzjonament bla xkiel tat-TARGET2.

2.   Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] jista’, fid-diskrezzjoni tiegħu, idaħħal ukoll l-entitajiet li ġejjin bħala parteċipanti diretti

(a)

id-dipartimenti tat-teżor tal-gvernijiet ċentrali jew reġjonali tal-Istati Membri attivi fis-swieq tal-flus;

(b)

korpi tas-settur pubbliku ta’ Stati Membri awtorizzati li jżommu kontijiet għall-klijenti;

(c)

ditti ta’ investiment stabbiliti fiż-ŻEE;

(d)

entitajiet li jimmaniġġjaw sistemi anċillari u li jaġixxu f’dik il-kapaċità;

(e)

istituzzjonijiet ta’ kreditu jew kull entità mit-tipi elenkati taħt is-subparagrafi (a) sa (d), fiż-żewġ każijiet fejn dawn huma stabbiliti f’pajjiż li miegħu l-Unjoni daħal fi ftehim monetarju li jippermetti l-aċċess għal sistemi ta’ ħlas fl-Unjoni minn kull waħda minn dawn l-entitajiet, bla ħsara għall-kundizzjonijiet stabbiliti fil-ftehim monetarju u sakemm is-sistema legali relevanti li tapplika fil-pajjiż hija ekwivalenti għal-leġislazzjoni relevanti tal-Unjoni.

3.   L-istituzzjonijiet ta flus elettroniċi, fit-tifsira ta’ [daħħal id-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jimplimentaw l-Artikolu 1(3)(a) tad-Direttiva 2009/110/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 16 ta’ Settembru 2009 dwar il-bidu, l-eżerċizzju u s-superviżjoni prudenzjali tan-negozju tal-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi li temenda d-Direttivi 2005/60/KE u 2006/48/KE u li tħassar id-Direttiva 2000/46/KE] (8) m’humiex intitolati jipparteċipaw fit-TARGET2-[daħħal ir-referenza għall-BĊ/pajjiż].

Artikolu 5

Parteċipanti diretti

1.   Il-parteċipanti diretti tat-TARGET2-[daħħal ir-referenzagħall-BĊ/pajjiż] għandhom iħarsu r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 8(1) u (2). Għandu jkollhom tal-anqas kont PM wieħed ma’ [niżżel l-isem tal-BĊ].

2.   Il-parteċipanti diretti jistgħu jindikaw detenturi tal-BIC indirizzabbli, irrispettivament mill-post fejn huma inkorporati.

3.   Il-parteċipanti diretti jistgħu jindikaw entitajiet bħala parteċipanti indiretti, sakemm jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 6.

4.   Aċċess għal iktar minn indirizzat wieħed permezz tal-fergħat kif ġej:

(a)

Istituzzjoni ta’ kreditu fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 4(1)(a) jew (b), li tkun ġiet aċċettata bħala parteċipant dirett, tista’ tagħti aċċess lill-kont PM tagħha lil wieħed jew aktar mill-fergħat tagħha li jinsabu fiż-ŻEE, sabiex tibgħat ordnijiet ta’ ħlas u/jew tirċievi ħlasijiet direttament, bil-kundizzjoni li [niżżel l-isem tal-BĊ] jkun informa kif xieraq;

(b)

Meta fergħa ta’ istituzzjoni ta’ kreditu tkun ġiet aċċettata bħala parteċipant dirett, il-fergħat l-oħra tal-istess entità legali u/jew l-uffiċċju ewlieni tagħha, fiż-żewġ każijiet bil-kundizzjoni li jinsabu fiż-ŻEE, jistgħu jaċċessaw il-kont PM tal-fergħa, bil-kundizzjoni li tkun infurmat lil [niżżel l-isem tal-BĊ].

Artikolu 6

Parteċipanti indiretti

1.   Kull wieħed mill-istituzzjonijiet ta’ kreditu stabbiliti fiż-ŻEE jistgħu jidħlu f’kuntratt ma’ parteċipant dirett wieħed li huwa jew istituzzjoni ta’ kreditu fit-tifsira tal-Artikolu 4(1)(a) jew (b), jew BĊ, biex jibagħtu ordnijiet ta’ ħlas u/jew jirċievu ħlasijiet, u biex iħallsuhom permezz tal-kont PM ta’ dak il-parteċipant dirett. It-TARGET2-[daħħal ir-referenzagħall-BĊ/pajjiż] għandu jagħraf parteċipanti indiretti billi jirreġistra din il-parteċipazzjoni indiretta fid-direttorju tat-TARGET2, dan tal-aħħar kif deskritt fl-Artikolu 9.

2.   Meta parteċipant dirett, li huwa istituzzjoni ta’ kreditu fit-tifsira tal-Artikolu 4(1)(a) jew (b), u parteċipant indirett jappartienu għall-istess grupp, il-parteċipant dirett jista’ jawtorizza b’mod espliċitu lill-parteċipant indirett biex juża l-kont PM tal-parteċipant dirett biex jibgħat ordnijiet ta’ ħlas u/jew jirċievi ħlasijiet permezz ta’ aċċess b’aktar minn indirizzat wieħed relatat ma’ grupp.

Artikolu 7

Responsabbiltà tal-parteċipant dirett

1.   Biex jiġi evitat kull dubju, ordnijiet ta’ ħlas mibgħuta jew ħlasijiet irċevuti minn parteċipanti indiretti bis-saħħa tal-Artikolu 6, u minn fergħat skont l-Artikolu 5(4), għandhom jitqiesu li ntbagħtu jew li ġew irċevuti mill-parteċipant dirett innifsu.

2.   Il-parteċipant dirett għandu jkun marbut b’dawn l-ordnijiet ta’ ħlas, irrispettivament mill-kontenut jew kull nuqqas ta’ ħarsien tal-arranġamenti kuntrattwali jew ta’ xort’oħra, bejn dak il-parteċipant u kull waħda mill-entitajiet imsemmija fil-paragrafu 1.

Artikolu 8

Procedura tal-applikazzjoni

1.   Biex jissieħbu fit-TARGET2-[daħħal ir-referenza għall-BĊ/pajjiż], il-parteċipanti applikanti għandhom:

(a)

jissodisfaw ir-rekwiziti tekniċi li ġejjin:

(i)

jinstallaw, jamministraw, joperaw u jimmonitorjaw u jiżguraw is-sigurtà tal-infrastruttura tal-IT meħtieġa biex jikkonnettjaw mat-TARGET2- [daħħal ir-referenza għall-BĊ/pajjiż] u jdaħħlu ordnijiet ta’ ħlas fis-sistema. Meta jagħmlu hekk, il-parteċipanti applikanti jistgħu jinvolvu lil terzi partijiet, imma jibqgħu unikament responsabbli. B’mod partikolari, l-applikanti parteċipanti għandhom jidħlu fi ftehim mal-fornitur tas-servizz tan-netwerk biex jiksbu l-konnessjoni u l-permessi meħtieġa, skont l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi fl-Appendiċi I; u

(ii)

ikunu għaddew it-testijiet stipulati minn [daħħal l-isem tal-BĊ]; u

(b)

jissodisfaw ir-rekwiziti legali li gejjin:

(i)

jagħtu opinjoni ta’ kapaċità fil-forma speċifikata fl-Appendiċi III, sakemm l-informazzjoni u r-rappreżentazzjonijiet biex jingħataw f’din l-opinjoni ta’ kapaċità ikunu diġà ġew mogħtija minn [daħħal l-isem tal-BĊ] f’kuntest ieħor; u

(ii)

għall-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 4(1)(b), jagħtu opinjoni nazzjonali fil-forma speċifikata fl-Appendiċi III, sakemm l-informazzjoni u r-rappreżentazzjonijiet biex jingħataw f’din l-opinjoni ta’ kapaċita ikunu diġà ġew mogħtija minn [daħħal l-isem tal-BĊ] f’kuntest ieħor.

2.   L-applikanti għandhom japplikaw bil-miktub lil [daħħal l-isem tal-BĊ], bħala minimu jehmżu l-informazzjoni/dokumenti li ġejjin:

(a)

formoli kompluti ta’ ġbir ta’ dejta statika kif ipprovduti minn [daħħal l-isem tal-BĊ],

(b)

l-opinjoni ta’ kapaċità, jekk mitluba minn [daħħal l-isem tal-BĊ], u

(c)

l-opinjoni nazzjonali, jekk mitluba minn [daħħal l-isem tal-BĊ].

3.   Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] jista’ jitlob ukoll kull informazzjoni addizzjonali li jqis xierqa biex jiddeċiedi dwar l-applikazzjoni għall-parteċipazzjoni.

4.   Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jiċħad l-applikazzjoni għall-parteċipazzjoni jekk:

(a)

ma jiġux sodisfatti l-kriterji ta’ aċċess imsemmija fl-Artikolu 4;

(b)

ma jiġux sodisfatti waħda jew iżjed mill-kriterji ta’ parteċipazzjoni msemmija fil-paragrafu 1; u/jew

(c)

fil-valutazzjoni ta’ [daħħal isem il-BĊ], tali parteċipazzjoni tipperikola l-istabbiltà, sodizza u sigurtà kumplessivi tat-TARGET2 [daħħal BĊ/- referenza tal-pajjiż] jew ta’ kwalunkwe komponent ieħor tat-TARGET2, jew tipperikola t-twettiq tal-funzjonijiet ta’ [daħħal isem il-BĊ] kif deskritti fi [irriferi għal-liġi nazzjonali rilevanti] u l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, jew toħloq riskji għal raġunijiet ta’ prudenza.

5.   Il-[daħħal isem il-BĊ] għandu jikkomunika lill-applikant, id-deċiżjoni tiegħu dwar l-applikazzjoni għall-parteċipazzjoni fi żmien xahar minn meta l- [niżżel l-isem tal-BĊ] jirċievi l-applikazzjoni għall-parteċipazzjoni. Meta l-[daħħal l-isem tal-BĊ] jitlob aktar informazzjoni bis-saħħa tal-paragrafu 3, id-deċiżjoni għandha tiġi kkomunikata fi żmien xahar minn meta l-[niżżel l-isem tal-BĊ] jirċievi din l-informazzjoni mingħand l-applikant. Kull deċiżjoni ta’ ċaħda għandha tinkludi raġunijiet għal dik iċ-ċaħda.

Artikolu 9

Direttorju tat-TARGET2

1.   Id-direttorju tat-TARGET2 huwa d-database tal-BICs użati għar-routing ta’ ordnijiet ta’ ħlas indirizzati lil:

(a)

parteċipanti tat-TARGET2 u l-friegħi tagħhom b’aċċess b’aktar minn indirizzat wieħed;

(b)

parteċipanti indiretti tat-TARGET2, inklużi dawk b’aċċess b’aktar minn indirizzat wieħed; u

(c)

detenturi ta’ BIC indirizzabbli tat-TARGET2.

Għandu jiġi aġġornat kull ġimgħa.

2.   Sakemm il-parteċipant ma jitlobx mod ieħor, il-BIC(s) għandhom jiġu ppubblikati fid-direttorju tat-TARGET2.

3.   Il-parteċipanti jistgħu jqassmu biss id-direttorju tat-TARGET2 lill-fergħat tagħhom u lill-entitajiet b’aċċess b’aktar minn destinatarju wieħed.

4.   L-entitajiet speċifikati fil-paragrafu 1(b) u (c) għandhom biss jużaw il-BIC tagħhom fir-rigward ta’ parteċipant dirett wieħed.

5.   Il-parteċipanti jirrikonoxxu li l-[daħħal isem il-BĊ] u BĊi oħrajn jistgħu jippubblikaw l-ismijiet tal-parteċipanti u tal-BICs. Barra minn hekk, l-ismijiet u l-BICs ta’ parteċipanti indiretti reġistrati minn parteċipanti jistgħu jiġu ppub- blikati u parteċipanti għandhom jiżguraw li parteċipanti indiretti jkunu ftehmu fuq dik il-pubblikazzjoni.

TITOLU III

OBBLIGI TAL-PARTIJIET

Artikolu 10

Obbligi ta’ [daħħal l-isem tal-BĊ] u l-parteċipanti

1.   Il-[niżżel l-isem tal-BĊ] għandu joffri s-servizzi deskritti fit-Titolu IV. Bla ħsara għal kif stipulat xort’oħra f’dawn il-Kundizzjonijiet jew kif mitlub mil-liġi, il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu juża l-mezzi kollha raġonevoli skont is-setgħat tiegħu biex iwettaq l-obbligi tiegħu skont dawn il-Kundizzjonijiet, mingħajr ma jiggarantixxi riżultat.

2.   Il-parteċipanti għandhom iħallsu lil [daħħal l-isem tal-BĊ] it-tariffi stabbiliti fl-Appendiċi VI.

3.   Il-parteċipanti għandhom jiżguraw li huma konnessi mat-TARGET2- [daħħal ir-referenza għall-BĊ/pajjiż] fil-jiem tax-xogħol, skont l-iskeda tal-operat fl-Appendiċi V.

4.   Il-parteċipant jiżgura u jiggarantixxi lil [daħħal l-isem tal-BĊ] li t-twettiq tal-obbligi tiegħu skont dawn il-Kundizzjonijiet ma jiksrux xi liġi, regolament jew liġi sussidjarja li tapplika għalih jew xi ftehim li bih huwa jkun marbut.

Artikolu 11

Kooperazzjoni u informazzjoni

1.   Fit-twettiq ta-obbligi tagħhom u fl-eżerċizzju tad-drittijiet tagħhom skont dawn il-Kundizzjonijiet, il-[daħħal l-isem tal-BĊ] u l-parteċipanti għandhom jikkooperaw mill-qrib biex jiżguraw l-istabbiltà, is-solvibbiltà u s-sigurtà tat-TARGET2-[daħħal ir-referenza għall-BĊ/pajjiż]. Għandhom jipprovdu lil xulxin kull informazzjoni jew dokument rilevanti għat-twettiq tal-obbligi u d-drittijiet rispettivi tagħhom skont dawn il-Kundizzjonijiet, bla ħsara għall-obbligi tas-segretezza bankarja.

2.   Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jistabbilixxi u jżomm system support desk biex jassisti lill-parteċipanti fir-rigward ta’ diffikultajiet li jinqalgħu b’konnessjoni mal-operazzjonijiet tas-sistema.

3.   Informazzjoni aġġornata dwar l-istatus operattiv tal-SSP għandha tkun disponibbli fis-Sistema ta’ Informazzjoni tat-TARGET2 (T2IS). It-T2IS tista’ tintuża biex tinkiseb informazzjoni dwar kull każ li jaffettwa l-operat normali tat-TARGET2.

4.   Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] jista’ jew jikkomunika messaġġi lill-parteċipanti permezz ta’ messaġġ ta’ komunikazzjoni tal-ICM jew permezz ta’ kull mezz ieħor ta’ komunikazzjoni.

5.   Il-parteċipanti huma responsabbli għall-aġġornament fil-ħin tal-formoli ta’ ġbir ta’ dejta statika eżistenti u biex jibagħtu l-formoli ta’ ġbir ta’ dejta statika ġdida lil [daħal-isem tal-BĊ]. Il-parteċipanti huma responsabbli biex jivverifikaw l-eżattezza ta’ informazzjoni dwarhom li tiddaħħal fit-TARGET2-[daħħal ir-referenza għall-BĊ/pajjiż] mill-[daħħa l-isem tal-BC].

6.   Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jitqies li huwa awtorizzat jikkomunika lill-BĊi li jipprovdu l-SSP kull informazzjoni dwar il-parteċipanti li l-BĊi li jipprovdu l-SSP jista’ jkollhom bżonn fir-rwol tagħhom ta’ amministraturi tas-servizz, skont il-kuntratt fis-seħħ mal-fornitur tas-servizz tan-netwerk.

7.   Il-parteċipanti għandhom jinfurmaw lil [daħħal l-isem tal-BĊ] dwar kull tibdil fil-kapaċità legali tagħhom u dwar tibdiliet leġiżlattivi rilevanti li jaffettwaw kwistjonijiet koperti bl-opinjoni nazzjonali fir-rigward tagħhom.

8.   Il-parteċipanti għandhom jinfurmaw lil [niżżel l-isem tal-BĊ] dwar:

(a)

kull parteċipant indirett ġdid, detentur ta’ BIC indirizzabbli jew entità b’aċċess b’aktar minn indirizzat wieħed li huma jirreġistraw; u

(b)

kull tibdil għall-entitajiet elenkati fil-paragrafu (a).

9.   Il-parteċipanti għandhom jinfurmaw minnufih lil [daħħal l-isem tal-BĊ] jekk iseħħ każ ta’ inadempjenza fir-rigward tagħhom.

TITOLU IV

AMMINISTRAZZJONI TA’ KONTIJIET PM U PPROĊESSAR TA’ ORDNIJIET TA’ ĦLAS

Artikolu 12

Ftuħ u amministrazzjoni ta’ kontijiet PM

1.   Il-[daħħal isem il-BĊ] għandu jiftaħ u jopera tal-anqas kont PM wieħed għal kull parteċipant. Fuq talba ta’ parteċipant li jaġixxi bħala bank ta’ settlement, il-[daħħal isem il-BĊ] għandu jiftaħ subkont wieħed jew iżjed fit-TARGET2-[daħħal BĊ/pajjiż ta’ referenza] li jintuża biex tiġi ddedikata l-likwidità.

2.   [Daħħal jekk applikabbli: M’għandu jitħalla l-ebda bilanċ ta’ debitu fil-kontijiet PM].

3.   [Daħħal jekk applikabbli: Fil-bidu u fit-tmiem tal-jum tan-negozju, għandu jkun hemm bilanċ żero fil-kontijiet PM. Il-parteċipanti għandhom jitqiesu li jkunu taw struzzjonijiet lil [daħħal l-isem tal-BĊ] biex jittrasferixxi kull bilanċ fi tmiem il-jum tan-negozju għall-kont indikat mill-parteċipant].

4.   [Daħħal jekk applikabbli: Fil-bidu tal-jum ta’ negozju li jmiss, dan il-bilanċ għandu jiġi ttrasferit mill-ġdid għall-kont PM tal-parteċipant].

5.   Il-kontijiet PM u s-subkontijiet tagħhom għandhom ikunu bla imgħax, sakemm ma jintużawx biex iżommu r-riżervi minimi. F’dak il-każ, il-kalkulazzjoni u l-ħlas tar-remunerazzjoni tal-holdings tar-riżervi minimi għandhom ikunu rregolati bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2531/98 tat-23 ta’ Novembru 1998 dwar l-applikazzjoni tar-riżervi minimi mill-Bank Ċentrali Ewropew (9) u r-Regolament BĊE/2003/9 tat-12 ta’ Settembru 2003 dwar l-applikazzjoni tar-riżervi minimi (10).

6.   Minbarra s-saldu ta’ ordnijiet ta’ ħlas fil-Modulu tal-Ħlasijiet, kont PM jista’ jintuża biex jitħallsu ordnijiet ta’ ħlas lil u minn Home Accounts skont ir-regoli stabbiliti minn [daħħal l-isem tal-BĊ].

7.   Il-parteċipanti għandhom jużaw l-ICM biex jiksbu informazzjoni dwar il-pożizzjoni tagħhom tal-likwidità. Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jipprovdi rendikont ta’ kuljum tal-kontijiet lil kull parteċipant li jkun talab dan is-servizz.

Artikolu 13

Tipi ta’ ordnijiet ta’ ħlas

Dawn li ġejjin huma kklassifikati bħala ordnijiet ta’ ħlas għall-finijiet tat-TARGET2:

(a)

ordnijiet ta’ trasferiment ta’ kreditu;

(b)

istruzzjoni ta’ debitu dirett eżekwiti taħt awtorizzazzjoni ta’ debitu dirett; u

(c)

ordnijiet ta’ trasferiment ta’ likwidità.

Artikolu 14

Aċċettazzjoni u ċaħda ta’ ordnijiet ta’ ħlas

1.   Ordnijiet ta’ ħlas mibgħuta minn parteċipanti jitqiesu li ġew aċċettati minn [daħħal l-isem tal-BĊ] jekk:

(a)

il-messaġġ ta’ ħlas huwa konformi mar-regoli stabbiliti mill-fornitur tas-servizz tan-netwerk;

(b)

il-messaġġ ta’ħlashuwakonformi mar-regoli ta’l-ifformattjar u l-kundizzjonijiet tat-TARGET2-[niżżel ir-referenza għall-BĊ/pajjiż], u jgħaddi d-double entry check, deskritta fl-Appendiċi I; u

(c)

fil-każ li xi pagatur jew min jitħallas ikunu ġew sospiżi, ikun inkiseb il-kunsens espliċitu tal-BĊ tal-parteċipant sospiż.

2.   Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jiċħad minnufih kull ordni ta’ ħlas li ma tissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1. Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jinforma lill-parteċipant b’kull ċaħda ta’ xi ordni ta’ ħlas, kif speċifikat fl-Appendiċi I.

3.   L-SSP tiddetermina t-timbru tal-ħin (timestamp) għall-ipproċessar ta’ ordnijiet ta’ ħlas fuq il-bażi tal-ħin meta tirċievi u taċċetta l-ordni ta’ ħlas.

Artikolu 15

Regoli ta’ prijorità

1.   Il-parteċipanti li jagħtu struzzjonijiet għandhom jindikaw kull ordni ta’ ħlas bħala waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

ordni ta’ ħlas normali (klassi ta’ prijorità 2);

(b)

ordni ta’ ħlas urġenti (klassi ta’ prijorità 1); jew

(c)

ordni ta’ ħlas urġenti ħafna (klassi ta’ prijorità 0).

Jekk ordni ta’ ħlas ma tindikax il-prijorità, għandha tiġi kkunsidrata bħala ordni ta’ ħlas normali.

2.   Ordnijiet ta’ ħlas urġenti ħafna jistgħu jiġu indikati hekk minn:

(a)

BĊi; u

(b)

parteċipanti, f’każijiet ta’ ħlasijiet lil u mis-CLS International Bank u trasferimenti ta’ likwidità fir-rigward ta’ settlement ta’ sistema anċillari bl-użu tal-Interfaċċa tas-Sistema Anċillari.

L-istruzzjonijiet kollha tal-ħlas li jingħataw minn sistema anċillari permezz ta’ Interfaċċa ta’ Sistema Anċillari biex jiġu ddebitati jew ikkreditati il-kontijiet PM tal-parteċipanti għandhom jitqiesu li huma ordnijiet għal ħlas urġenti ħafna.

3.   Ordnijiet ta’ trasferiment ta’ likwidità mibdijin permezz tal-ICM huma ordnijiet ta’ ħlas urġenti.

4.   Fil-każ ta’ ordnijiet ta’ ħlas urġenti u normali, il-pagatur jista’ jibdel il-prijorità permezz tal-ICM b’effett immedjat. M’għandux ikun possibbli li tinbidel il-prijorità ta’ ordni ta’ ħlas urġenti ħafna.

Artikolu 16

Limiti ta’ likwidità

1.   Parteċipant jista’ jillimita l-użu ta’ likwidità disponibbli għal ordnijiet ta’ ħlas fir-rigward ta’ parteċipanti oħra tat-TARGET2, ħlief fir-rigward ta’ xi wieħed mill-BĊi, billi jiffissa limiti bilaterali jew multilaterali. Dawn il-limiti jistgħu jiġu ffissati biss fir-rigward ta’ ordnijiet ta’ ħlas normali.

2.   Il-limiti jistghu jigu stabbiliti biss b’rabta ma’ grupp AL kollu. Il-limiti m’għandhomx jiġu stabbiliti fir-rigward ta’ kont PM wieħed ta’ membru ta’ grupp AL.

3.   Meta parteċipant jiffissa limitu bilaterali, huwa jagħti struzzjonijiet lil [daħħal l-isem tal-BĊ] li ordni ta’ ħlas aċċettata m’għandhiex tiġi mħallsa, jekk is-somma tiegħu tal-ordnijiet ta’ ħlas normali dovuti lill-kont PM (outgoing) ta’ parteċipant ieħor tat-TARGET2, imnaqqsa bis-somma ta’ kull ħlas urġenti u normali dovuti mill-kont PM (incoming) ta’ dak il-parteċipant tat-TARGET2, teċċedi dan il-limitu bilaterali.

4.   Parteċipant jista’ jiffissa limitu multilaterali għal kull relazzjoni li mhix suġġetta għal limitu bilaterali. Limitu multilaterali jista’ jiġi ffissat biss jekk il-parteċipant ikun iffissa tal-anqas limitu bilaterali wieħed. Jekk xi parteċipant jiffissa limitu multilaterali, huwa jagħti struzzjonijiet lil [daħħal l-isem tal-BĊ] li ordni ta’ ħlas aċċettata m’għandhiex tiġi mħallsa, jekk it-total tal-ħlasijiet normali tiegħu dovuti lill-kontijiet PM tal-parteċipanti kollha tat-TARGET2 li għalihom ma jkun ġie iffissat l-ebda limitu bilaterali, imnaqqsa bit-total tal-ħlasijiet urġenti u normali dovuti minn dawk il-kontijiet PM, teċċedi dan il-limitu multilaterali.

5.   L-ammont minimu ta’ kull limitu għandu jkun ta’ EUR 1 miljun. Limitu bilaterali jew multilaterali b’ammont ta’ żero għandu jiġi ttrattat daqslikieku m’għandux limitu. Limiti bejn żero u EUR 1 miljun m’humiex possibbli.

6.   Il-limiti jistgħu jinbidlu f’ħin reali b’effett immedjat jew b’effett mill-jum tan-negozju li jmiss permezz tal-ICM. Jekk xi limitu jinġieb lura għal żero, m’għandux ikun possibbli li jerġa’ jinbidel fl-istess jum tan-negozju. L-iffissar ta’ limitu ġdid bilaterali jew multilaterali għandu jkun effettiv biss mill-jum ta’ negozju li jmiss.

Artikolu 17

Faċilitajiet ta’ riżerva ta’ likwidità

1.   Il-parteċipanti jistgħu permezz tal-ICM jirriżervaw likwidità għal ordnijiet ta’ ħlas urġenti u urġenti ħafna.

2.   Il-maniġer tal-grupp AL jista’ biss jirriżerva likwidità għall-grupp AL fl-intier kollu tiegħu. Il-likwidità m’għandhiex tkun irriżervata għal kontijiet waħdiena ġol-grupp AL.

3.   Meta jitlob biex jirriżerva ċertu ammont ta’ likwidità għal ordnijiet ta’ ħlas urġenti ħafna, parteċipant jagħti struzzjonijiet lil [daħħal l-isem tal-BĊ] biex iħallas biss ordnijiet ta’ ħlas urġenti u normali jekk ikun hemm likwidità disponibbli wara li jitnaqqas l-ammont irriżervat għal ordnijiet ta’ ħlas urġenti ħafna.

4.   Meta jitlob biex jirriżerva ċertu ammont ta’ likwidità għal ordnijiet ta’ ħlas urġenti, parteċipant jagħti struzzjonijiet lil [daħħal l-isem tal-BĊ] biex iħallas ordnijiet ta’ ħlas normali jekk ikun hemm likwidità disponibbli wara li jitnaqqas l-ammont irriżervat għal ordnijiet ta’ ħlas urġenti u urġenti ħafna.

5.   After receipt of the reservation request the [insert name of CB] shall check whether the amount of liquidity on the participant’s PM account is sufficient for the reservation. If this is not the case, only the liquidity available on the PM account shall be reserved. Il-bqija tal-likwidità mitluba għandha tiġi rriżervata jekk ikun hemm likwidità addizzjonali disponibbli.

6.   Il-livell ta’ riżerva ta’ likwidità jista’ jinbel. Il-parteċipanti jistgħu jagħmlu talba permezz tal-ICM biex jirriżervaw ammonti ġodda b’effett immedjat jew b’effett mill-jum tan-negozju li jkun imiss.

Artikolu 17a

Struzzjonijiet permanenti għar-riżerva tal-likwidità u d-dedikazzjoni tal-likwidità

1.   Il-parteċipanti jistgħu jiddefinixxu minn qabel l-ammont bażiku ta’ likwidità riżervat għall-ordnijiet ta’ ħlas urġenti ħafna jew urġenti permezz tal-ICM. Struzzjoni permanenti jew bidla fl-istruzzjoni bħal din għandha tidħol fis-seħħ mill-jum tan-negozju li jmiss.

2.   Il-parteċipanti permezz tal-ICM jistgħu jiddefinixxu minn qabel l-ammont bażiku ta’ likwidità mpoġġi għal settlement tas-sistema anċillari. Struzzjoni permanenti jew bidla fl-istruzzjoni bħal din għandha tidħol fis-seħħ mill-jum tan-negozju li jmiss. Il-parteċipanti għandhom jitqiesu li taw struzzjonijiet lill-[daħħal isem il-BĊ] biex jiddedika l-likwidità f’isimhom jekk is-sistema anċillari rilevanti titlob hekk.

Artikolu 18

Ħinijiet predeterminati għas-saldu

1.   Parteċipanti li jagħtu struzzjonijiet jistgħu jiddeterminaw minn qabel, f’jum tan-negozju, il-ħin meta għandu jsir is-saldu tal-ordnijiet ta’ ħlas billi jużaw l-“Earliest Debit Time Indicator” jew il-“Latest Debit Time Indicator”.

2.   Meta jintuża l-Earliest Debit Time Indicator, l-ordni għall-ħlas aċċettata tinħażen u tiddaħħal biss fl-entry disposition fil-ħin indikat.

3.   Meta jintuża l-“Latest Debit Time Indication”, l-ordni ta’ ħlas aċċettata għandha tiġi rritornata lura bħala mhux saldat jekk ma tkunx tista tiġi saldata sal-ħin tad-debitu indikat. 15-il minuta qabel il-ħin tad-debitu ddefinit, għandha tintbagħat notifika awtomatika permezz tal-ICM lill-parteċipant li jagħti struzzjonijiet. Il-parteċipant li jagħti struzzjonijiet jista’ juża wkoll l-‘Latest Debit Time Indicator’ bħala indikatur ta’ twissija biss. F’każijiet bħal dawn l-ordni għall-ħlas ikkonċernata m’għandhiex tintbagħat lura.

4.   Parteċipanti li jagħtu struzzjonijiet jistgħu jibdlu l-“Earliest Debit Time Indicato” u l-“Latest Debit Time Indicato” permezz tal-ICM.

5.   Aktar dettalji tekniċi jinsabu fl-Appendiċi I.

Artikolu 19

Ordnijiet ta’ ħlas mibgħuta minn qabel

1.   Ordnijiet ta’ ħlas jistgħu jintbagħtu sa ħamest ijiem tan-negozju qabel id-data speċifikata tas-saldu (ordnijiet ta’ ħlas maħżuna).

2.   Ordnijiet ta’ ħlas maħżuna għandhom ikunu aċċettati u jiddaħħlu fl-entry disposition fid-data speċifikata mill-parteċipant li jagħti struzzjonijiet fil-bidu tal-fażi operattiva ta’ bi nhar, kif imsemmi fl-Appendiċi V. Dawn għandhom jitqiegħdu qabel ordnijiet ta’ ħlas tal-istess prijorità.

3.   L-Artikoli 15(3), 22(2) u 29(1)(a) għandhom japplikaw mutatis mutandis għal ordnijiet ta’ ħlas maħżuna.

Artikolu 20

Saldu ta’ ordnijiet għall-ħlas fl-entry disposition

1.   Sakemm il-parteċipanti li jagħtu struzzjonijiet ikunu indikaw il-ħin tas-saldu fil-mod deskritt fl-Artikolu 18, għandu jsir saldu minufih tal-ordnijiet ta’ ħlas aċċettati jew sa mhux aktar tard mit-tmiem il-jum tan-negozju li fih ikunu ġew aċċettati, bil-kundizzjoni li jkun hemm fondi disponibbli biżżejjed fil-kont PM tal-pagatur, u wara li jitqiesu kull limitu u kull riżerva ta’ likwidità kif imsemmi fl-Artikoli 16 u 17.

2.   Fondi jistgħu jiġu pprovduti:

(a)

mil-likwidità disponibbli fil-kont PM; jew

(b)

mill-ħlasijiet dovuti minn parteċipanti oħra (incoming) tat-TARGET2, bla ħsara għall-proċeduri applikabbli ta’ titjib.

3.   Għal ordnijiet ta’ ħlas urġenti ħafna għandu japplika l-prinċipju FIFO (‘l- ewwel ġewwa, l-ewwel barra’). Dan ifisser li ordnijiet ta’ ħlas urġenti ħafna għandhom għandu jkun hemm saldu tagħhom f’ordni kronoloġika. Ordnijiet ta’ ħlas urġenti u normali m’għandhomx ikollhom saldu fil-każ li ordnijiet ta’ ħlas urġenti ħafna jkunu qiegħdin fi kju.

4.   Għal ordnijiet ta’ ħlas urġenti għandu japplika wkoll il-prinċipju FIFO. M’għandux ikun hemm saldu ta’ ordnijiet ta’ ħlas normali jekk ordnijiet ta’ ħlas urġenti u urġenti ħafna jitqiegħdu fil-kju.

5.   B’deroga mill-paragrafi 3 u 4, ordnijiet ta’ ħlas bi prijorità aktar baxxa (jew tal-istess prijorità imma aċċettati aktar tard) jistgħu jkollhom saldu qabel ordnijiet ta’ ħlas bi prijorità ogħla (jew tal-istess prijorità imma aċċettati aktar kmieni), jekk l-ordnijiet ta’ ħlas bi prijorità aktar baxxa joħolqu netting ma’ ħlasijiet li jkunu għad iridu jiġu rċevuti u jekk jirriżultaw f’bilanċ f’żieda ta’ likwidità għall-pagatur.

6.   Ordnijiet ta’ ħlas normali għandhom ikollhom saldu skont il-prinċipju tal-FIFO tal-by-passing. Dan ifisser li jista’ jkun hemm saldu tagħhom minnufih (indipendentament minn ħlasijiet normali oħra mqiegħda fi kju jistennew ikun hemm saldu tagħhom, aċċettati f’xi ħin qabel) u għalhekk jistgħu jiksru l-prinċipju FIFO, sakemm ikun hemm biżżejjed fondi.

7.   Iktar dettalji għas-saldu tal-ordnijiet ta’ ħlas fl-entry disposition jinsabu fl-Appendiċi I.

Artikolu 21

Saldu u ritorn ta’ ordnijiet ta’ ħlas fil-kju

1.   Fejn ma jkunx hemm saldu immedjat ta’ ordnijiet ta’ ħlas fl-entry disposition, għandhom jitpoġġew fil-kju skont il-prijorità li jkun tahom il-parteċipant relevanti, kif imsemmi fl-Artikolu 15.

2.   Biex jittejjeb is-settlement tal-ordnijiet tal-ħlas fil-kju, il-[daħħal isem il-BĊ] jista’ juża l-proċeduri ta’ titjib deskritti fl-Appendiċi I.

3.   Ħlief għall-ordnijiet ta’ ħlas urġenti ħafna, il-pagatur jista’ jibdel il-pożizzjoni fil-kju ta’ ordnijiet ta’ ħlas fi kju (jiġifieri jibdilhom l-ordni) permezz tal-ICM. L-ordnijiet tal-ħlas jistgħu jitressqu jew ’il quddiem jew lejn l-aħħar tal-kju rispettiv b’effett immedjat fi kwalunkwe ħin matul l-ipproċessar ta’ bi nhar, kif imsemmi fl-Appendiċi V.

4.   Fuq talba tal-pagatur, il-[daħħal l-isem tal-BĊ], jew fil-każ ta’ grupp AL, il-BĊ tal-maniġer tal-grupp AL jista’ jiddeċiedi li jibdel il-pożizzjoni fil-kju ta’ ordni ta’ ħlas urġenti ħafna (ħlief għal ordnijiet ta’ ħlas urġenti ħafna fil-kuntest ta’ proċeduri ta’ saldu 5 u 6) iżda din il-bidla m’għandhiex taffettwa s- saldu mingħajr xkiel minn sistemi anċillari fit-TARGET2 jew ma tagħtix lok b’xi mod għal riskju sistemiku.

5.   Ordnijiet ta’ trasferiment ta’ likwidità mibdijin fl-ICM għandhom jiġu ritornati minnufih bħala mingħajr saldu jekk ma jkunx hemm biżżejjed likwidità. Ordnijiet ta’ ħlas oħrajn għandhom jiġu rritornati bħala mhemmx saldu jekk ma jkunux jistgħu jitħallsu sal-ħinijiet massimi stabbiliti għat-tip ta’ messaġġ rilevanti, kif speċifikat fl-Appendiċi V.

Artikolu 22

L-entrata ta’ ordnijiet ta’ trasferiment fis-sistema u l-irrevokabbiltà tagħhom;

1.   Għall-finijiet tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 98/26/KE u [daħħal id-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jimplimentaw dan l-Artikolu tad-Direttiva 98/26/KE], l-ordnijiet ta’ ħlas jitqiesu li jiddaħħlu fit-TARGET2-[daħħal ir-referenza għall-BĊ/pajjiż] fil-mument li l-kont PM tal-parteċipant rilevanti huwa ddebitat.

2.   Ordnijiet ta’ ħlas jistgħu jiġu rrevokati sakemm jiddaħħlu fit-TARGET2- [daħħal ir-referenza għall-BĊ/pajjiż] skont il-paragrafu 1. L-ordnijiet ta’ ħlas li huma inklużi f’xi algoriżmu, kif imsemmi fl-Appendiċi I, ma jistgħux jiġu rrevokati matul il-perijodu li l-algoriżmu jkun qed jaħdem.

TITOLU V

L-IPPULJAR TA’ LIKWIDITÀ

Artikolu 23

Arrangamenti għall-ippuljar ta’ likwidità

Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu joffri modalità ta’ informazzjoni ta’ kont ikkonsolidat (CAI) u modalità ta’ likwidità aggregata (AL).

Artikolu 24

Modalità ta’ informazzjoni ta’ kont ikkonsolidat

1.   Dawn li ġejjin jistgħu jużaw il-modalità CAI:

(a)

istituzzjoni ta’ kreditu u/jew il-fergħat tagħha (kemm jekk dawn l-entitajiet jipparteċipaw fl-istess sistema komponent tat-TARGET2 jew le), iżda l-entitajiet ikkonċernati għandu jkollhom diversi kontijiet PM identifikati minn BICs differenti; jew

(b)

żewġ istituzzjonijiet, jew aktar, ta’ kreditu li jappartjenu għall-istess grupp u/jew il-fergħat tagħhom, kull wieħed ikollu kont PM wieħed jew aktar identifikati minn BICs differenti.

2.

(a)

Skont il-modalità CAI, kull membru tal-grupp CAI u l-BĊi rispettivi tagħhom jingħataw il-lista ta’ kontijiet PM tal-membri tal-grupp u l-informazzjoni addizzjonali li ġejja kkonsolidata fil-livell tal-grupp CAI:

(i)

linji ta’ kreditu intraday (jekk japplikaw);

(ii)

bilanċi, inklużi bilanċi f’subkontijiet;

(iii)

fatturat;

(iv)

ħlasijiet li sar is-saldu tagħhom;

(v)

ordnijiet ta’ ħlas fil-kju,

(b)

Il-maniġer tal-grupp CAI u l-BĊ rispettiv għandu jkollu aċċess għall-informazzjoni dwar kull element indikat hawn fuq fir-rigward ta’ kull kont PM tal-grupp CAI.

(c)

L-informazzjoni msemmija f’dan il-paragrafu hija pprovduta permezz tal-ICM.

3.   Il-maniġer tal-grupp CAI għandu jkun intitolat jibda trasferimenti ta’ likwidità permezz tal-ICM bejn il-kontijiet PM, inklużi s-subkontijiet tagħhom, li jiffurmaw parti mill-istess grupp CAI.

4.   Grupp CAI jista’ jinkludi wkoll kontijiet PM li huma inklużi fi grupp AL. F’dan il-każ, il-kontijiet PM kollha tal-grupp AL għandhom jiffurmaw parti mill-grupp CAI.

5.   Meta żewġ kontijiet PM jew aktar jiffurmaw parti minn grupp AL u, fl-istess waqt, minn grupp CAI (li jkopri kontijiet PM addizzjonali), ir-regoli applikabbli għall-grupp AL għandhom jiddominaw fir-rigward tar-relazzjoni ġewwa l-grupp AL.

6.   Grupp CAI, li jinkludi l-kontijiet PM ta’ grupp AL, jista’ jaħtar maniġer tal-grupp CAI li huwa differenti mill-maniġer tal-grupp AL.

7.   Il-proċedura biex tinkiseb l-awtorizzazzjoni għall-użu tal-modalità AL, stabbilita fl-Artikolu 25(4) u (5), għandha tapplika mutatis mutandis għall-proċedura biex tinkiseb l-awtorizzazzjoni għall-użu tal-modalità CAI. Il-maniġer tal-grupp CAI m’għandux jindirizza metodu ta’ ftehim CAI eżegwit lill-BĊN li qed jimmaniġġja.

Artikolu 25

Modalità ta’ likwidità aggregata

1.   Dawn li ġejjin jistgħu jużaw il-modalità AL:

(a)

istituzzjoni ta’ kreditu u/jew il-fergħat tagħha (kemm jekk dawn l-entitajiet jipparteċipaw fl-istess sistema komponent tat-TARGET2 jew le), iżda l-entitajiet ikkonċernati għandu jkollhom diversi kontijiet PM identifikati minn BICs differenti; jew

(b)

fergħat stabbiliti fiż-żona tal-euro (kemm jekk dawn il-fergħat jipparteċipaw fl-istess sistema komponent tat-TARGET2 jew le) ta’ istituzzjoni ta’ kreditu stabbilita barra ż-żona tal-euro, sakemm dawn il-fergħat għandhom diversi kontijiet PM identifikati minn BICs differenti; jew

(c)

żewġ istituzzjonijiet, jew aktar, ta’ kreditu msemmija fis-subparagrafu (a) u/jew fergħat imsemmija fis-subparagrafu (b) li jappartienu għall-istess grupp.

F’kull każ imsemmi fis-subparagrafi (a) sa (c), għandu jkun meħtieġ ukoll li l-entitajiet ikkonċernati jkunu stabbilixxew arranġamenti ta’ kreditu intraday mal-BĊN parteċipanti rispettiv.

2.   Skont il-modalità AL, għall-finijiet li jiġi vverifikat jekk xi ordni ta’ ħlas hijiex koperta biżżejjed, tiġi aggregata l-likwidità disponibbli fil-kontijiet PM tal-membri kollha tal-grupp AL. Minkejja dan li ntqal, ir-relazzjoni bilaterali tal-kont PM bejn il-membru tal-grupp AL u l-BĊN AL tiegħu, għandha tibqa’ rregolata mill-arranġamenti tas-sistema komponent tat-TARGET2 rilevanti, bla ħsara għat-tibdiliet stabbiliti fil-ftehim AL. Il-kreditu intraday estiż għal kull membru tal-grupp AL fil-kont PM tiegħu, jista’ jkun kopert bil-likwidità disponibbli fil-kontijiet PM l-oħra miżmuma minn dan il-membru tal-grupp AL jew, fil-kontijiet PM miżmuma minn kull membru tal-grupp AL mal-istess BĊN jew BĊN AL ieħor.

3.   Sabiex juża l-modalità AL, parteċipant wieħed jew aktar tat-TARGET2 li jissodisfa l-kriteriji fil-paragrafu 1 għandu jidħol fi ftehim AL ma’ [daħħal l-isem tal-BĊ] u, jekk japplika, BĊ(i) oħra tas-sistemi komponent tat-TARGET2 li fihom jipparteċipaw membri oħra tal-grupp AL. Parteċipant tat-TARGET2 jista’ jidħol biss fi ftehim AL wieħed fir-rigward ta’ kont PM partikolari. Il-ftehim AL għandha tkun konformi mal-mudell rilevanti fl-Appendiċi VII.

4.   Kull grupp AL għandu jagħżel maniġer tal-grupp AL. Fil-każ li l-grupp AL jikkonsisti f’parteċipant wieħed biss, dan il-parteċipant għandu jaġixxi bħala l-maniġer tal-grupp AL. Il-maniġer tal-grupp AL għandu jindirizza lill-BĊN li jimmaniġġja talba bil-miktub biex juża l-modalità AL (li tinkludi formoli ta’ ġbir ta’ data statika kif ipprovduti minn [daħħal l-isem tal-BĊ]), flimkien mal-ftehim AL eżegwit skont il-mudell ipprovdut mill-BĊN li jimmaniġġja. Il-membri tal-grupp AL li jifdal għandhom jindirizzaw it-talbiet bil-miktub tagħhom (li jinkludu formoli ta’ ġbir ta’ dejta statika kif ipprovduti minn [niżżel l-isem tal-BĊ]) lill-BĊNi AL rispettivi tagħhom. Il-BĊN li jimmaniġġja jista’ jitlob kull informazzjoni jew dokument addizzjonali li jidhirlu xieraq sabiex jiddeċiedi fuq it-talba. Barra minn dan, il-BĊN li jimmaniġġja, fi ftehim mal-BĊNi AL l-oħra, jista’ jitlob li tiddaħħal kull dispożizzjoni addizzjonali fil-ftehim AL li jidhirlu xieraq sabiex jiżgura t-twettiq kif suppost u fil-ħin ta’ kull obbligu eżistenti u/jew futur tal-membri kollha tal-grupp AL favur kull BĊN AL.

5.   Il-BĊN li jimmaniġġja għandu jivverifika jekk l-applikanti jissodisfawx jew le l-obbligi biex jiffurmaw grupp AL u jekk il-ftehim AL ġiex eżegwit jew le kif suppost. Għal dan il-għan, il-BĊN li jimmaniġġja jista’ jikkoordina mal-BĊNi AL l-oħra. Id-deċiżjoni tal-BĊN li jimmaniġġja għandha tkun indirizzata, bil-miktub, lill-maniġer tal-grupp AL fi żmien xahar minn meta l-BĊN li jimmaniġġja jirċievi t-talba msemmija fil-paragrafu 4, jew, jekk il-BĊN li jimmaniġġja jitlob informazzjoni addizzjonali, fi żmien xahar minn meta l-BĊN li jimmaniġgja jirċievi din l-informazzjoni. Kull deċiżjoni ta’ ċaħda għandha tinkludi raġunijiet għal dik iċ-ċaħda.

6.   Il-membri tal-grupp AL għandu jkollhom aċċess għall-modalità CAI awtomatikament.

7.   L-aċċess għall-għoti tal-informazzjoni u l-miżuri interattivi kollha ta’ kuntroll ġewwa l-grupp AL għandu jkun permezz tal-ICM.

[Daħħal jekk ikun japplika:

Artikolu 25a

Rahan/infurzar

1.   It-talbiet preżenti u futuri ta’ [daħħal l-isem tal-BĊ] li joħorġu mir-relazzjoni legali bejn membru tal-grupp AL u l-[daħħal l-isem tal-BĊ] u li huma ggarantiti b’[daħħal it-terminu applikabbli: rahan/floating charge] skont l-Artikolu 36(1) u (2) ta’ dawn il-Kundizzjonijiet, għandhom jinkludu t-talbiet ta’ [niżżel l-isem tal-BĊ] fil-konfront ta’ dak il-membru tal-grupp AL li joħorġu mill-ftehim AL li tiegħu t-tnejn ikunu parti.

2.   [Daħħal jekk meħtieġ skont il-liġijiet tal-ġurisdizzjoni rilevanti: Bla ħsara għall-ftehim AL, dan ir-rahan m’għandux iżomm lill-parteċipant milli juża l-flus kontanti ddepożitati fil-kont(ijiet) PM tiegħu matul il-jum tan-negozju.]

3.   [Daħħal jekk meħtieġ skont il-liġijiet tal-ġurisdizzjoni rilevanti: Klawsola speċjali ta’ allokazzjoni: Il-membru tal-grupp AL jalloka l-flus kontanti ddepożitati fil-kont PM tiegħu għat-twettiq tal-obbligi kollha tiegħu li jqumu minn [daħħal ir-referenza għall-arranġamenti li jimplimentaw il-Kundizzjonijiet Armonizzati].]

[Jekk japplika u jekk meħtieġ skont il-liġijiet tal-ġurisdizzjoni rilevanti:

Article 25b

Infurzar tar-rahan

Malli jiġri xi każ ta’ infurzar, il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jkollu dritt mhux restritt jillikwida r-rahan mingħajr notifika minn qabel. [Daħħal jekk jitqies xieraq skont il-liġijiet tal-ġurisdizzjoni rilevanti: skont [daħħal id-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali rilevanti li jirregolaw l-infurzar tar-rahan].]

[Jekk japplika u jekk meħtieġ skont il-liġijiet tal-ġurisdizzjoni rilevanti:

Article 25c

Infurzar tal-kollateral

Malli jiġri xi każ ta’ infurzar, il-[niżżel l-isem tal-BĊ] għandu jkollu d-dritt jillikwida l-garanzija skont l-Artikolu 36.]

Artikolu 26

Tpaċija ta’ talbiet skont l-Artikolu 36(4) u (5)

Malli jiġri xi każ ta’ infurzar, kull talba ta’ [daħħal l-isem tal-BĊ] fil-konfront ta’ dak il-membru tal-grupp AL għandha tiġi aċċellerata awtomatikament u minnufih u għandha tkun suġġetta għall-Artikolu 36(4) u (5) ta’ dawn il-Kundizzjonijiet.

TITOLU VI

OBBLIGI TA’ SIGURTÀ U KWISTJONIJIET TA’ KONTINĠENZA

Artikolu 27

Proċeduri ta’ kontinwità tas-servizz u ta’ kontinġenza

Fil-każ li jseħħ xi każ estern straordinarju jew kull każ ieħor li jaffettwa l-operat tal-SSP, għandhom japplikaw il-proċeduri ta’ kontinwità tas-servizz u ta’ kontinġenza deskritti fl-Appendiċi IV.

Artikolu 28

Rekwiziti tas-sigurtà

1.   Il-parteċipanti għandhom jimplimentaw kontrolli ta’ sigurtà adegwati biex jipproteġu s-sistemi tagħhom minn aċċess u użu mhux awtorizzat. Il-parteċipanti ghandhom ikunu responsabbli esklussivament għall-protezzjoni adegwata tal-kunfidenzjalità, l-integrità u d-disponibbiltà tas-sistemi tagħhom.

2.   Il-parteċipanti għandhom jinfurmaw lil [daħħal l-isem tal-BĊ] b’kull inċident relatat mas-sigurtà fl-infrastruttura teknika tagħhom, u fejn meħtieġ, b’inċidenti relatati mas-sigurtà li jseħħu fl-infrastruttura teknika ta’ fornituri terzi. Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] jista’ jitlob aktar informazzjoni dwar l-inċident u, jekk meħtieġ, jitlob biex il-parteċipant jieħu miżuri xierqa biex jevita milli jerġa’ jseħħ xi inċident ta’ dak it-tip.

3.   Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] jista’ jimponi obbligi ta’ sigurtà addizzjonali fuq il-parteċipanti kollha u/jew fuq parteċipanti li huma kkunsidrati kritiċi minn [daħħal l-isem tal-BĊ].

TITOLU VII

IL-MODULU TA’ INFORMAZZJONI U KONTROLL

Artikolu 29

Użu tal-ICM

1.   L-ICM:

(a)

jippermetti li l-parteċipanti jkollhom aċċess għall-informazzjoni fir-rigward tal-kontijiet tagħhom u biex jimmaniġġjaw il-likwidità;

(b)

jista’ jintuża wkoll biex jinbdew ordnijiet ta’ trasferiment ta’ likwidità; u

(c)

jippermetti li l-parteċipanti jagħtu bidu għal ħlasijiet ta’ riżerva (back-up) f’somma waħda u ħlasijiet ta’ kontinġenza ta’ riżerva fil-każ ta’ xi ħsara fl-infrastruttura tal-ħlas tal-parteċipant.

2.   Aktar dettalji tekniċi fir-rigward tal-ICM jinsabu fl-Appendiċi I.

TITOLU VIII

KUMPENS, REĠIM TA’ RESPONSABBILTÀ U EVIDENZA

Artikolu 30

Skema ta’ kumpens

Jekk ma jisax ikun hemm saldu ta’ ordni ta’ ħlas fl-istess jum tan-negozju li fih tkun ġiet aċċettata minħabba xi ħsara teknika tat-TARGET2, il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu joffri li jikkumpensa lill-parteċipanti diretti rispettivi skont il-proċedura speċjali stabbilita fl-Appendiċi II.

Artikolu 31

Regim ta’ responsabbiltà

1.   Meta jwettqu l-obbligi tagħhom bis-saħħa ta’ dawn il-Kundizzjonijiet, il-[daħħal l-isem tal-BĊ] u l-parteċipanti għandhom jintrabtu b’obbligu ġenerali ta’ bonus paterfamilias fil-konfront ta’ xulxin.

2.   Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jkun responsabbli lejn il-parteċipanti tiegħu f’każijiet ta’ frodi (inkluż imma mhux biss aġir doluż) jew negliġenza kbira, għall kull telf li jirriżulta mill-operat tat-TARGET2-[daħħal ir-referenza għall-BĊ/pajjiż]. Fil-każijiet ta’ negliġenza ordinarja, ir-responsabbiltà ta’ [daħħal l-isem tal-BĊ] għandha tkun limitata għat-telf dirett tal-parteċipant, jiġifieri l-ammont tat-tranżazzjoni fil-kwistjoni u/jew it-telf tal-imgħax fuqu, eskluż kull telf konsegwenti.

3.   Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] mhuwiex responsabbli għall-ebda telf li jirriżulta minn ħsara jew nuqqas fl-infrastruttura teknika (inkluż imma mhux limitata għall-infrastruttura, il-programmi, id-data, l-applikazzjonijiet jew in-netwerks tal-kompjuter ta’ [daħħal l-isem tal-BĊ]), jekk din il-ħsara jew in-nuqqas li jiġru minkejja l-fatt li [daħħal l-isem tal-BĊ] ikun adotta dawk il-miżuri li huma raġonevolment meħtieġa għall-protezzjoni tat-tali infrastruttura kontra ħsara jew nuqqas u biex jirriżolvi l-konsegwenzi ta’ din il-ħsara jew nuqqas fl-operat (dawn għandhom jinkludu imma ma jkunux limitati għall-bidu u t-tkomplija tal-proċeduri ta’ kontinwità tas-servizz u ta’ kontinġenza msemmija fl-Appendiċi IV).

4.   Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] m’għandux ikun responsabbli:

(a)

sakemm it-telf ikun ikkawżat mill-parteċipant; jew

(b)

jekk it-telf jirriżulta minn każijiet esterni li l-[daħħal l-isem tal-BĊ] raġonevolment ma kollux kuntroll fuqhom (forza maġġuri).

5.   Minkejja l-[daħħal id-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jimplimentaw id-Direttiva 2007/64/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ November 1997 dwar is-servizzi ta’ ħlas fis-suq intern li temenda d-Direttivi 97/7/KE, 2002/65/KE, 2005/60/KE u 2006/48/KE u li tħassar id-Direttiva 97/5/KE (11) paragrafi 1 sa 4 għandhom japplikaw sa fejn ir-responsabbiltà ta’ [daħħal l-isem tal-BĊ] tisa’ tiġi eskluża.

6.   Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] u l-parteċipanti għandhom jieħdu l-miżuri kollha raġonevoli u l-passi prattiċi biex inaqqsu kull dannu jew telf imsemmi f’dan l-Artikolu.

7.   Fit-twettiq tal-obbligi kollha tiegħu jew xi wħud minnhom skont dawn il-Kundizzjonijiet, il-[daħħal l-isem tal-BĊ] jista’ jikkummissjona terzi partijiet f’ismu, b’mod partikolari fornitur tat-telekomunikazzjonijiet jew ta’ netwerks oħra jew entitajiet oħra, jekk dan ikun meħtieġ biex jiġu sodisfatti l-obbligi ta’ [daħħal l-isem tal-BĊ] jew jekk din tkun prattika standard fis-suq. L-obbligu ta’ [daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jkun limitat għall-għażla xierqa u l-kummissjonar ta’ kwalunkwe terzi, u r-responsabbiltà ta’ [niżżel l-isem tal-BĊ] għandha tkun limitata b’dan il-mod. Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, il-BĊi li jipprovdu l-SSP m’għandhomx jitqiesu bħala terzi.

Artikolu 32

Evidenza

1.   Sakemm ma jiġix ipprovdut xort’oħra f’dawn il-Kundizzjonijiet, il-messaġġi kollha ta’ ħlas u dawk relatati mal-ipproċessar tal-ħlas fir-rigward tat-TARGET2, bħal konfermi ta’ debiti jew krediti, jew messaġġi ta’ stqarrija bejn il-[daħħal l-isem tal-BĊ] u l-parteċipanti, għandhom isiru permezz tal-fornituri tas-servizz tan-netwerk.

2.   Dokumenti elettroniċi jew miktuba tal-messaġġi miżmuma minn [daħħal l-isem tal-BĊ] jew mill-fornituri tas-servizz tan-netwerk għandhom jiġu aċċettati bħala mezz ta’ evidenza tal-ħlasijiet ipproċessati permezz ta’ [daħħal l-isem tal-BĊ]. Il-verżjoni maħżuna jew stampata tal-messaġġ oriġinali tal-fornitur tas-servizz tan-netwerk għandha tiġi aċċettata bħala mezz ta’ evidenza, tkun xi tkun il-forma oriġinali tiegħu.

3.   Jekk konnessjoni ta’ xi parteċipant mal-fornitur tas-servizz tan-netwerk, jiġrilha l-ħsara, il-parteċipant għandu juża l-mezzi alternattivi ta’ trasmissjoni tal-messaġġi stabbiliti fl-Appendiċi IV. F’dawn il-każijiet, il-verżjoni maħżuna jew stampata tal-messaġġ prodott minn [niżżel l-isem tal-BĊ] għandha, għal finijiet ta’ evidenza, titqies daqs li kieku hija verżjoni oriġinali, tkun xi tkun il-forma oriġinali tagħha.

4.   Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jżomm reġistri tal-ordnijiet għall-ħlas ippreżentati u l-ħlasijiet li jkunu rċevew il-parteċipanti għal perijodu ta’ [daħħal il-perijodu mitlub mil-liġi nazzjonali] miż-żmien li fih jiġu ppreżentati dawn l-ordnijiet għall-ħlas u jaslu l-ħlasijiet, bil-patt illi dawn ir-reġistri kompleti jkunu jkopru minimu ta’ ħames snin għal kull parteċipant fit-TARGET2 li huwa soġġett għall-viġilanza kontinwa skont il-miżuri restrittivi adottati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jew l-Istati Membri, jew għal aktar jekk mitlub minn regolamenti speċifiċi.

5.   Il-kotba u d-dokumenti ta’ [daħħal l-isem tal-BĊ] stess (kemm jekk miżmuma fuq il-karta, il-microfilm, il-microfiche, b’reġistrazzjoni elettronika jew manjetika, f’kull forma oħra riproduċibbli b’mod mekkaniku jew mod ieħor) għandhom jiġu aċċettati bħala mezz ta’ evidenza ta’ kull obbligu fuq il-parteċipanti u ta’ kull fatt u każ li fuqhom qed jiddependu l-partijiet.

TITOLU IX

TMIEM TAL-PARTEĊIPAZZJONI U GĦELUQ TAL-KONTIJIET

Artikolu 33

Il-perijodu u tmiem ordinarju tal-parteċipazzjoni

1.   Bla ħsara għall-Artikolu 34, il-parteċipazzjoni fit-TARGET2-[daħħal ir-referenza għall-BĊ/pajjiż] hija għal perijodu ta’ żmien indefinit.

2.   Parteċipant jista’ jtemm il-parteċipazzjoni tiegħu fit-TARGET2-[daħħal ir-referenza għall-BĊ/pajjiż] f’kull ħin billi jagħti notifika ta’ 14-il jum ta’ negozju, sakemm ma jiftiehemx perijodu ta’ notifika iqsar ma’ [niżżel l-isem tal-BĊ].

3.   Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] jista’ jtemm il-parteċipazzjoni ta’ parteċipant fit-TARGET2-[daħħal ir-referenza għall-BĊ/pajjiż] f’kull ħin billi jagħti notifika ta’ tliet xhur, sakemm ma jiftiehemx perijodu ta’ notifika differenti ma’ dak il-parteċipant.

4.   Mat-tmiem tal-parteċipazzjoni, id-dmirijiet tal-kunfidenzjalità stabbiliti fl-Artikolu 38 jibqgħu fis-seħħ għal perijodu ta’ ħames snin li jibda jgħaddi mid-data tat-tmiem il-parteċipazzjoni.

5.   Mat-tmiem tal-parteċipazzjoni, il-kontijiet PM tal-parteċipant rispettiv għandhom jingħalqu skont l-Artikolu 35.

Artikolu 34

Sospensjoni u terminazzjoni straordinarja tal-parteċipazzjoni

1.   Il-parteċipazzjoni ta’ parteċipant fit-TARGET2-[daħħal il-BĊ/referenza tal-pajjiż] għandha tkun itterminata minnufih mingħajr preavviż jew sospiża jekk iseħħ wieħed mill-każijiet ta’ inadempjenza li ġejjin:

(a)

il-ftuħ ta’ proċeduri ta’ insolvenza; u/jew

(b)

il-parteċipant m’għadux jissodisfa l-kriterji tal-aċċess stipulati fl-Artikolu 4.

2.   Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] jista’ jittermina jew jissospendi l-parteċipazzjoni tal-parteċipant fit-TARGET2-[daħħal il-BĊ/referenza tal-pajjiż] mingħajr preavviż jekk:

(a)

iseħħu wieħed jew aktar mill-każijiet ta’ inadempjenza (minbarra dawk imsemmijin fil-paragrafu 1);

(b)

il-parteċipant qed jikser dawn il-Kundizzjonijiet b’mod materjali;

(c)

il-parteċipant jonqos milli jwettaq xi obbligu materjali fil-konfront ta’ [daħħal l-isem tal-BĊ];

(d)

il-parteċipant huwa eskluż minn, jew inkella ma jibqax membru ta’, TARGET2 CUG;

(e)

iseħħ avveniment ieħor relatat mal-parteċipant li, fl-evalwazzjoni ta’ [daħħal l-isem tal-BĊ], jhedded l-istabbiltà, is-sodizza u s-sigurtà generali tat-TARGET2 [daħħal il-BĊ/referenza tal-pajjiż] jew kwalunkwe komponent ieħor tat-TARGET2, jew tipperikola r-rendiment tal-kompiti ta’ [daħħal l-isem tal-BĊ] kif deskritti fi [irriferi għal-liġi nazzjonali rilevanti] u l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, jew toħloq riskji għal raġunijiet ta’ prudenza; u/jew

(f)

BĊN jissospendi jew jittermina l-aċċess ta’ parteċipant għall-kreditu intraday skont l-Artikolu 12 tal-Anness III.

3.   Fl-eżerċizzju tad-diskrezzjoni tiegħu taħt il-paragrafu 2, il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jqis, inter alia, is-serjetà tal-każ ta’ inadempjenza jew tal-avvenimenti msemmija fis-subparagrafi (a) sa (c).

4.

(a)

F’każ illi l-[daħħal l-isem tal-BĊ] jissospendi jew jittermina l-parteċipazzjoni ta’ parteċipant fit-TARGET2-[daħħal l-isem tal-BĊ] skont il-paragrafu 1 jew 2, il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jinforma minnufih lil dak il-parteċipant, lil BĊi oħrajn u lill-parteċipanti l-oħra dwar din is-sospensjoni jew terminazzjoni permezz ta’ messaġġ imxandar mill-ICM.

(b)

F’każ illi l-[daħħal l-isem tal-BĊ] huwa informat minn BĊ ieħor b’sospensjoni jew terminazzjoni ta’ parteċipant f’sistema komponenti oħra tat-TARGET2, il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jinforma minnufih lill-parteċipanti tiegħu dwar din is-sospensjoni jew terminazzjoni permezz ta’ messaġġ imxandar mill-ICM.

(c)

La darba dan il-messaġġ imxandar mill-ICM ikun ġie riċevut mill-parteċipanti, dawn ta li jużaw aċċess ibbażat fuq l-Internet, dawk il-parteċipanti għandhom jitqiesu li huma informati bit-terminazzjoni/sospensjoni tal-parteċipazzjoni ta’ parteċipant fit-TARGET2-[daħħal il-BĊ/referenza tal-pajjiż] jew sistema ta’ komponent ieħor tat-TARGET2. Il-parteċìpanti għandhom iġorru kull telf li jirriżulta mis-sottomissjoni ta’ ordni għall-ħlas lil parteċipanti li l-parteċipazzjoni tagħhom tkun ġiet sospiża jew itterminata jekk dan l-ordni għall-ħlas ikun iddaħħal fit-TARGET2-[daħħal il-BĊ/referenza tal-pajjiż] wara li l-messaġġ imxandar mill-ICM ikun ġiet riċevut.

5.   Mat-terminazzjoni tal-parteċipazzjoni ta’ parteċipant, it-TARGET2-[daħħal il-BĊ/referenza tal-pajjiż] m’għandux jaċċetta ordnijiet għall-ħlas ġodda mingħand dan il-parteċipant. Ordnijiet għall-ħlas fil-kju, ordnijiet għall-ħlas maħżunin jew ordnijiet għall-ħlas ġodda favur xi parteċipant għandhom jiġu restitwiti.

6.   Jekk parteċipant jiġi sospiż mit-TARGET2-[daħħal il-BĊ/referenza tal-pajjiż], il-ħlasijiet kollha li jidħlulu u l-ordnijiet għall-ħlas kollha joħorġu minnu għandhom jinħażnu u jiddaħħlu fl-entry disposition wara li jkunu ġew aċċettati espliċitament mill-BĊ tal-parteċipant sospiż biss.

Artikolu 35

Għeluq ta’ kontijiet PM

1.   Parteċipanti jistgħu jagħlqu l-kontijiet PM tagħhom f’kull ħin sakemm jagħtu preavviż ta’ 14-il jum tan-negozju lill-[daħħal l-isem tal-BĊ] dwar dan.

2.   Mat-terminazzjoni tal-parteċipazzjoni, skont Artikolu 33 jew 34, il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jagħlaq il-kontijiet PM tal-parteċipant ikkonċernat, wara li jkun:

(a)

għamel saldu ta’ jew irrestitwixxa kwalunkwe ordni għall-ħlas fil-kju; u

(b)

għamel użu tad-drittijiet tiegħu ta’ rahan u tpaċija taħt l-Artikolu 36.

TITOLU X

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 36

Id-drittijiet ta’ rahan u ta’ tpaċija tal-[daħħal l-isem tal-BĊ]

1.   [Daħħal jekk applikabbli: Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jkollu rahan fuq il-bilanċi tal-kreditu eżistenti u futuri tal-parteċipant fil-kontijiet PM tiegħu, biex b’dan jikkollateralizza kwalunkwe talbiet kurrenti jew futuri li jirriżultaw mir-relazzjoni legali bejn il-partijiet.]

1a.   [Daħħal jekk applikabbli: It-talbiet kurrenti jew futuri ta’ parteċipant fir-rigward tal-[daħħal l-isem tal-BĊ] li jirriżultaw minn bilanċ tal-kreditu fil-kont PM għandhom jiġu trasferiti lill-[daħħal l-isem tal-BĊ] bħala kollateral, jiġifieri bħala trasferiment fiduċjarju, għal kull talba kurrenti jew futura tal-[daħħal l-isem tal-BĊ] fir-rigward tal-parteċipant li tirriżulta mill-[daħħal ir-referenza għall-arranġament li jimplimenta dawn il-Kundizzjonijiet]. Dan il-kollateral għandu jiġi stabbilit bis-sempliċi fatt illi l-fondi jkunu ġew ikkreditati lill-kont PM tal-parteċipant.]

1b.   [Daħħal jekk applikabbli: Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jkollu imposta mhux fissa fuq il-bilanċi tal-kreditu eżistenti u futuri tal-parteċipant fil-kontijiet PM tagħhom, biex b’dan jikkollateralizza kwalunkwe talbiet kurrenti jew futuri li jirriżultaw mir-relazzjoni legali bejn il-partijiet.]

2.   [Daħħal jekk applikabbli: Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jkollu d-dritt imsemmi fil-paragrafu 1 anke jekk it-talbiet tiegħu huma kontinġenti biss jew għadhom mhux dovuti.]

3.   [Daħħal jekk applikabbli: Il-parteċipant, fil-kapaċità tiegħu bħala detentur ta’ kont PM, b’dan jirrikonoxxi l-ħolqien ta’ rahan favur [daħħal l-isem tal-BĊ], li miegħu dak il-kont infetaħ; dan ir-rikonoxximent għandu jikkostitwixxi l-provvista ta’ assi mogħtija b’rahan lill-[daħħal l-isem tal-BĊ] imsemmi fil-liġi [daħħal l-aġġettiv nazzjonali relevanti]. Kwalunkwe ammonti mħallsin għal ġol-kont PM li l-bilanċ tagħhom huwa mogħti b’rahan għandhom, bis-sempliċi fatt illi jkunu tħallsu, jingħataw b’rahan irrevokabbli, mingħajr limitazzjoni, bħala titolu ta’ kollateral għar-rendiment sħiħ tal-obbligi titolizzati.]

4.   Malli jseħħ:

(a)

każ ta’ inadempjenza, msemmi fl-Artikolu 34(1); jew

(b)

kull każ ta’ inadempjenza jew avveniment imsemmi fl-Artikolu 34(2) li wassal għat-terminazzjoni jew is-sospensjoni tal-parteċipazzjoni tal-parteċipant, minkejja l-bidu ta’xi proċeduri ta’ insolvenza fir-rigward ta’ parteċipant u minkejja xi kompitu, sekwestru ġudizzjarju jew ieħor jew xi provvediment ieħor ta’ jew fir-rigward tad-drittijiet tal-parteċipant, l-obbligi kollha tal-parteċipant għandhom ikunu awtomatikament u immedjatament aċċellerati, mingħajr preavviż u mingħajr il-ħtieġa għall-approvazzjoni minn qabel ta’ xi awtorità, sabiex ikunu dovuti minnufih. Barra minn dan, l-obbligi reċiproki tal-parteċipant u l-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu ikunu mpaċija awtomatikament ma’ xulxin, u l-parti li għandha tagħti l-ammont li huwa ogħla għandha tħallas id-differenza lill-parti l-oħra.

5.   Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu minnufih javża lill-parteċipant b’kull tpaċija skont il-paragrafu 4 wara li tkun seħħet din it-tpaċija.

6.   Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] jista’ jiddebita mingħajr preavviż il-kont PM ta’ kwalunkwe parteċipant bl-ammont li l-parteċipant għandu jagħti lill-Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] bħala riżultat tar-relazzjoni legali bejn il-parteċipant u l-[daħħal l-isem tal-BĊ].

Artikolu 37

Drittijiet tat-titoli fir-rigward ta’ fondi f’subkontijiet

1.   Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jkollu [daħħal referenza għal teknika ta’ kollateralizzazzjoni skont is-sistema legali applikabbli] fuq il-bilanċ fis-sub-kont ta’ parteċipant li jkun infetaħ għas-saldu ta’ struzzjonijiet ta’ ħlas relatat m’ sistema anċillari skont l-arranġamenti bejn is-sistema anċillari relevanti u l-BĊ tagħha. Dan il-bilanċ għandu jikkollateralizza l-obbligu tal-parteċipant msemmi fil-paragrafu 7 lejn il-[daħħal l-isem tal-BĊ] fir-rigward ta’ dan is-saldu.

2.   Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jiffriża l-bilanċ fis-subkont tal-parteċipant malli jkun hemm komunikazzjoni mis-sistema anċillari (permezz ta’ messaġġ tal-“bidu taċ-ċiklu”). Fejn applikabbli, il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu minn hemm ’il quddiem iżid jew inaqqas il-bilanċ iffriżat billi jikkredita jew jiddebita l-ħlasijiet tas-saldu kross-sistema lil jew mis-subkont jew billi jikkredita t-trasferimenti ta’ likwidità lis-subkont. Dan l-iffriżar għandu jiskadi malli jkun hemm komunikazzjoni mis-sistema anċillari (permezz ta’ messaġġ ta’ “tmiem iċ-ċiklu”).

3.   Bil-konferma tal-iffriżar tal-bilanċ fis-subkont tal-parteċipant, il-[daħħal l-isem tal-BĊ] jiggarantixxi lis-sistema anċillari ħlas sal-ammont ta’ dan il-bilanċ partikolari. Bil-konferma, fejn applikabbli, taż-żieda jew it-tnaqqis tal-bilanċ iffriżat mal-ikkreditar jew l-iddebitar ta’ ħlasijiet tas-saldu kross-sistema jew mal-ikkreditar ta’ trasferimenti ta’ likwidità lis-subkont, il-garanzija hija awtomatikament miżjuda jew imnaqqsa fl-ammont tal-ħlas, Mingħajr preġudizzju għall-fuq imsemmija żieda jew tnaqqis tal-garanzija, il-garanzija għandha tkun irrevokabbli, mingħajr kundizzjoni u pagabbli mal-ewwel talba. Jekk il-[daħħal l-isem tal-BĊ] mhuwiex il-BĊ tas-sistema anċillari, il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jitqies bħala li jkun ġie mogħti struzzjonijiet biex joħroġ il-garanzija fuq imsemmija lill-BĊ tas-sistema anċillari.

4.   Fin-nuqqas ta’ proċeduri ta’ insolvenza fir-rigward tal-parteċipant, għandu jsir saldu tal-istruzzjonijiet għall-ħlas relatati mas-sistema anċillari għall-aġġustar tal-obbligu ta’ saldu tal-parteċipant mingħajr ma jistrieħ fuq il-garanzija u mingħajr rikors għad-dritt tat-titolu fuq il-bilanċ fis-subkont tal-parteċipant.

5.   F’każ li sseħħ l-insolvenza tal-parteċipant, l-istruzzjoni għall-ħlas relatat mas-sistema anċillari għall-aġġustar tal-obbligu ta’ saldu tal-parteċipant għandha tkun l-ewwel talba għal ħlas taħt il-garanzija; l-iddebitar tal-ammont indikat mis-subkont tal-parteċipant (u l-ikkreditar tal-kont tekniku tas-sistema anċillari) għandu b’hekk jinvolvi bl-istess mod it-twettiq tal-obbligu tal-garanzija mill-[daħħal l-isem tal-BĊ] u r-realizzazzjoni tad-dritt tal-kollateral tiegħu fuq il-bilanċ fis-subkont tal-parteċipant.

6.   Il-garanzija tiskadi mal-komunikazzjoni mis-sistema anċillari illi s-saldu jkun ġie kkompletat (permezz ta’ messaġġ ta’ “tmiem iċ-ċiklu”).

7.   Il-parteċipant għandu jkun obbligat jirrimborża lill-[daħħal l-isem tal-BĊ] kull ħlas magħmul minn dan tal-aħħar taħt din il-garanzija.

Artikolu 38

Kunfidenzjalità

1.   Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jżomm kunfidenzjali kull informazzjoni sensittiva jew kunfidenzjali, inkluż meta din l-informazzjoni tirrigwarda ħlas, informazzjoni teknika jew organizzattiva li tappartjeni għall-parteċipant jew għall-klijenti tal-parteċipant, sakemm il-parteċipant jew il-klijent tiegħu ma jkunx ta l-kunsens bil-miktub biex jiġi żvelat [daħħal il-frażi li jmiss jekk applikabbli taħt il-liġi nazzjonali: jew dan l-iżvelar huwa permezz jew meħtieġ taħt il-liġi [daħħal l-aġġettiv li jirrelata mal-isem tal-pajjiż]].

2.   Permezz ta’ deroga minn paragrafu 1, il-parteċipant jaqbel illi l-[daħħal l-isem tal-BĊ] jista’ jiżvela informazzjoni dwar ħlas, teknika jew organizzattiva li tirrigwarda l-parteċipant jew il-klijenti tal-parteċipant miksuba matul l-operat tat-TARGET2-[daħħal ir-referenza għall-BĊ/pajjiż] lill-BĊI oħrajn jew lil terzi persuni li huma involuti fl-operat tat-TARGET2-daħħal ir-referenza għall-BĊ/pajjiż], sal-punt illi dan huwa neċessarju għall-funzjonament effiċjenti tat-TARGET2, jew lil awtoritajiet superviżorji jew ta’ sorveljanza ta’ Stati Membri u tal-Unjoni sal-punt illi dan huwa neċessarju għat-twettiq tal-kompiti pubbliċi tagħhom, u sakemm f’dawn il-każijiet kollha l-iżvelar mhuwiex f’kunflitt mal-liġi applikabbli. Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] m’għandux ikun responsabbli għall-konsegwenzi finanzjarji u kummerċjali ta’ dan l-iżvelar.

3.   Permezz ta’ deroga minn paragrafu 1 u sakemm dan ma jagħmilhiex possibbli, kemm jekk direttament kif ukoll indirettament, li jiġu identifikati l-parteċipant jew il-klijenti tal-parteċipant, il-[daħħal l-isem tal-BĊ] jista’ juża, jiżvela jew jippubblika informazzjoni dwar ħlas li jirrigwarda lill-parteċipant jew lill-klijenti tal-parteċipant għal finijiet statistiċi, storiċi, xjentifiċi jew oħrajn fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet pubbliċi tagħhom jew ta’ funzjonijiet ta’ entitajiet pubbliċi oħra li lilhom tiġi żvelata l-informazzjoni

4.   Informazzjoni li tirrigwarda l-operat tat-TARGET2-[daħħal ir-referenza għall-BĊ/pajjiż] li għalih setgħu kellhom aċċess il-parteċipanti, tista’ tintuża biss għall-finijiet stipulati f’dawn il-Kundizzjonijiet. Il-parteċipanti għandhom iżommu din l-informazzjoni kunfidenzjali, sakemm il-[daħħal l-isem tal-BĊ] ma jkun espliċitament ta l-kunsens tiegħu għall-iżvelar bil-miktub. Il-parteċipanti għandhom jiżguraw illi kwalunkwe terzi persuni li lilhom huma jesternalizzaw, jiddelegaw jew jgħaddu kompiti li għandhom jew li jistgħu jkollhom impatt fuq it-twettiq tal-obbligi tagħhom taħt dawn il-Kundizzjonijiet huma marbutin bir-rekwiżiti tal-kunfidenzjalità f’dan l-Artikolu.

5.   Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jkun awtorizzat, sabiex jagħmel saldu ta’ ordnijiet għall-ħlas, li jipproċessa u jittrasferixxi d-dejta neċessarja lill-fornitur tas-servizz ta’ netwerk.

Artikolu 39

Protezzjoni ta’ dejta, prevenzjoni kontra ħasil tal-flus, miżuri amministrattivi jew restrittivi u kwistjonijiet relatati

1.   Il-parteċipanti għandhom jitqiesu li jafu dwar, u li ser jikkonformaw ma’, l-obbligi kollha tagħhom marbutin ma’ leġislazzjoni dwar il-protezzjoni tad-dejta, il-prevenzjoni kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, attivitajiet nukleari sensittivi għall-proliferazzjoni u l-iżvilupp ta’ sistemi għall-kunsinna ta’ armi nukleari, partikolarment bħala implimentazzjoni ta’ miżuri xierqa li jikkonċernaw kwalunkwe ħlasijiet iddebitati minn jew ikkreditati fil-kontijiet PM tagħhom. Il-parteċipanti għandhom ukoll jgħarrfu lilhom infushom bil-politika dwar l-irkupru tad-dejta tal-fornitur tas-servizz ta’ netwerk qabel ma jidħlu fir-relazzjoni kuntrattwali mal-fornitur tas-servizz ta’ netwerk.

2.   Il-parteċipanti għandhom jitqiesu li awtorizzaw lill-[daħħal l-isem tal-BĊ] biex jikseb kull informazzjoni li tirrigwardahom mingħand xi awtorità finanzjarja jew superviżorja jew entità tan-negozju, kemm nazzjonali jew barranija, jekk din l-informazzjoni hija neċessarja għall-parteċipazzjoni tal-parteċipant fit-TARGET2-[daħħal il-Ċ/referenza tal-pajjiż].

3.   Il-parteċipanti, meta jaġixxu bħala l-fornitur tas-servizz ta’ ħlas ta’ pagatur jew ta’ min jitħallas, għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti kollha li jirriżultaw minn miżuri amministrattivi jew restrittivi imposti bis-saħħa tal-Artikoli 75 jew 215 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea li għalihom huma suġġetti, inkluż fir-rigward tan-notifika u/jew il-kisba tal-kunsens minn awtorità kompetenti fir-rigward tal-ipproċessar ta’ tranżazzjonijiet. Barra minn dan:

(a)

meta il-[daħħal l-isem tal-BĊ] huwa l-fornitur tas-servizz ta’ ħlas ta’ parteċipant li jkun pagatur:

(i)

il-parteċipant għandu jagħmel in-notifika meħtieġa jew jikseb il-kunsens f’isem il-bank ċentrali li huwa meħtieġ primarjament li jagħmel notifika jew li jikseb kunsens, u għandu jipprovdi lill-[daħħal l-isem tal-BĊ] b’evidenza li jkun għamel notifika jew li jkun irċieva l-kunsens;

(ii)

il-parteċipant m’għandux idaħħal ordni ta’ trasferiment ta’ kreditu fit-TARGET2 sakemm ikun kiseb konferma mill-[daħħal l-isem tal-BĊ] li n-notifika meħtieġa tkun saret jew li jkun inkiseb il-kunsens minn jew f’isem il-fornitur tas-servizz ta’ ħlas ta’ min jitħallas;

(b)

meta il-[daħħal l-isem tal-BĊ] ikun fornitur tas-servizz ta’ ħlas ta’ parteċipant li jirċievi l-ħlas, il-parteċipant għandu jagħmel in-notifika meħtieġa jew jikseb il-kunsens f’isem il-bank ċentrali li jkun primarjament meħtieġ li jagħmel notifika jew jikseb il-kunsens, u għandu jipprovdi lill-[daħħal l-isem tal-BĊ] b’evidenza li għamel notifika jew li jkun irċieva l-kunsens.

Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, il-kliem “fornitur tas-servizz ta’ ħlas”, “pagatur” u “min jitħallas” għandhom ikollhom it-tifsiriet li ngħatawlhom fil-miżuri amministrattivi jew restrittivi applikabbli.

Artikolu 40

Avvizi

1.   Hlief fejn ipprovdut mod iehor f’dawn il-Kundizzjonijiet, l-avvizi kollha mehtiega jew permessi skont dawn il-Kundizzjoni ghandhom jintbaghtu permezz tal-posta rregistrata, faksimile jew bil-miktub mod iehor. Avviżi lil [inserixxi l-isem tal-BĊ] għandhom ikunu sottomessi lill-kap tal-[inserixxi d-dipartiment għas-servizzi ta’ pagament jew it-taqsima relevanti tal-BĊ]. Avvizi lill-parteċipant għandhom jintbagħtulu fl-indirizz, numru ta’ faks jew indirizz BIC tiegħu li l-parteċipant jista’ minn zmien ghal zmien jinnotifika bihom lil [inserixxi l-isem tal-BĊ].

2.   Sabiex jiġi ppruvat li jkun intbagħat avviż, għandu jkun biżżejjed li wiħed juri illi l-avviż ġie kkonsenjat lill-indirizz relevanti jew li l-envelop li kien fih dan l-avviż kien indirizzat u mibgħut bil-posta kif suppost.

3.   L-avviżi kollha għandhom jingħataw bi [inserixxi l-ilsien nazzjonali relevanti u/jew bl-Ingliż].

4.   Il-parteċipanti għandhom ikunu marbutin mal-formoli u d-dokumenti kollha tal-[inserixxi l-isem tal-BĊ] li l-parteċipanti jkunu mlew u/jew iffirmaw, inkluż, iżda mhux limitati għal, formoli għall-ġbir ta’ dejta statika, kif imsemmi fl-Artikolu 8(2)(a), u informazzjoni mogħtija skont l-Artikolu 11(5), li ġew ippreżentati b’konformità ma’ paragrafi 1 u 2 u li l-[inserixxi l-isem tal-BĊ] raġjonevolment jemmen li waslu mingħand il-parteċipanti, l-impjegati jew l-aġenti tagħhom.

Artikolu 41

Relazzjoni mal-fornitur tas-servizz tan-netwerk

1.   Għall-finijiet ta’ dawn il-Kundizzjonijiet, il-fornitur tas-servizz tan-netwerk huwa s-SWIFT. Kull parteċipant għandu jidħol fi ftehim separat mas-SWIFT fir-rigward tas-servizzi li għandhom jiġu pprovduti mis-SWIFT fir-rigward tal-użu tal-parteċipant tat-TARGET2-[daħħal ir-referenza għall-BĊ/pajjiż]. Ir-relazzjoni legali bejn il-parteċipant u s-SWIFT għandha tkun irregolata esklussivament bil-kundizzjonijiet tas-SWIFT.

2.   Kull parteċipant għandu jipparteċipa wkoll f’TARGET2 CUG, kif speċifikat mill-BĊi li jipprovdu l-SSP li jaġixxu bħala l-amministraturi tas-servizz SWIFT għall-SSP. L-aċċettazzjoni u l-esklużjoni ta’ parteċipant fi u mit-TARGET2 CUG għandha sseħħ ladarba tiġi kkomunikata lis-SWIFT mill-amministratur tas-servizz SWIFT.

3.   Il-parteċipanti għandhom jaderixxu mat-TARGET2 SWIFT Service Profile, kif magħmul disponibbli minn [daħħal l-isem tal-BĊ].

4.   Is-servizzi li s-SWIFT għandu jipprovdi m’għandhomx jagħmlu parti mis-servizzi li għandhom jitwettqu minn [daħħal l-isem tal-BĊ] fir-rigward tat-TARGET2.

5.   Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] m’għandux ikun responsabbli għal kull att, żball jew ommissjoni tas-SWIFT (inklużi d-diretturi, il-persunal u s-subkuntratturi tiegħu) bħala l-fornitur tas-servizzi SWIFT, jew għal kull att, żball jew ommissjoni tal-fornituri tan-netwerk magħżula mill-parteċipanti biex jakkwistaw aċċess għan-netwerk SWIFT.

Artikolu 42

Proċedura ta’ emenda

Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] jista’ f’kull ħin jemenda unilateralment dawn il-Kundizzjonijiet, inklużi l-Appendiċijiet tagħhom. L-emendi ta’ dawn il-Kundizzjonijiet, inklużi l-Appendiċijiet tagħhom għandhom jitħabbru permezz ta’ [niżżel il-mezz rilevanti ta’ tħabbir]. L-emendi għandhom jitqiesu aċċettati sakemm il-parteċipant ma joġġezzjonax b’mod espliċitu fi żmien 14-il jum minn meta huwa jiġi mgħarraf b’dawn l-emendi. Jekk il-parteċipant joġġezzjona għall-emendi, il-[daħħal l-isem tal-BĊ] huwa intitolat itemm minnufih il-parteċipazzjoni ta’ dak il-parteċipant fit-TARGET2-[daħħal ir-referenza għall-BĊ/pajjiż] u jagħlaq kull kont PM tiegħu.

Artikolu 43

Drittijiet ta’ terzi

1.   Kull dritt, interess, obbligu, responsabbiltà u talba li joħorġu minn jew li għandhom x’jaqsmu ma’ dawn il-Kundizzjonijiet ma jistgħux jiġu ttrasferiti, mirhuna jew ċeduti mill-parteċipanti lil xi terza parti mingħajr il-kunsens bil-miktub ta’ [daħħal l-isem tal-BĊ].

2.   Dawn il-Kundizzjonijiet ma joħolqu l-ebda dritt jew obbligu, favur jew fil-konfront ta’ xi entità ħlief [daħħal l-isem tal-BĊ] u l-parteċipanti tat-TARGET2-[daħħal ir-referenza għall-BĊ/pajjiż].

Artikolu 44

Liġi li tirregola, ġurisdizzjoni u lok tat-twettiq

1.   Ir-relazzjoni bilaterali bejn il-[daħħal l-isem tal-BĊ] u l-parteċipanti tat-TARGET2-[daħħal ir-referenza għall-BĊ/pajjiż] għandha tkun irregolata mil-liġi [daħħal l-aġġettiv dwar isem il-pajjiż].

2.   Mingħajr preġudizzju għall-kompetenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, kull tilwima li tirriżulta minn kwistjoni marbuta mar-relazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 taqa’ taħt il-kompetenza esklussiva tal-qrati kompetenti ta’ [daħħal il-post tas-sede tal-BĊ].”

3.   Il-post tat-twettiq fir-rigward tar-relazzjoni legali bejn [daħħal ir-referenza għall-BĊ] u l-parteċipanti għandu jkun [niżżel il-lok tas-sede tal-BĊ].

Artikolu 45

Separabbiltà

Jekk xi dispożizzjoni f’dawn il-Kundizzjonijiet hija jew ssir invalida, din m’għandhiex tippreġudika l-applikabbiltà tad-dispożizzjonijiet l-oħra kollha ta’ dawn il-Kundizzjonijiet.

Artikolu 46

Dħul fis-seħħ u natura vinkolanti

1.   Dawn il-Kundizzjonijiet isiru effettivi minn [daħħal id-data rilevanti].

2.   [Daħħal jekk xieraq taħt il-liġi nazzjonali rilevanti: Bil-parteċipazzjoni fit-TARGET2-[daħħal ir-referenza għall-BĊ/pajjiż], il-parteċipanti jaqblu awtomatikament ma’ dawn il-Kundizzjonijiet bejniethom u fil-konfront ta’ [daħħal l-isem tal-BĊ].]


(1)  ĠU L 145, 30.4.2004, p. 1.

(2)  ĠU L 177, 30.6.2006, p. 1

(3)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2238/2004 tad-29 ta’ Diċembru 2004 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1725/2003 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità bi qbil mar-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mal-IFRS 1, l-IASs Nri 1 sa 10, 12 sa 17, 19 sa 24, 27 sa 38, 40 u 41 u s-SIC Nri 1 sa 7, 11 sa 14, 18 sa 27, 30 sa 33 (ĠU L 348M, 24.12.2008, p. 42-45 (MT).

(4)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 10, Vol. 1, p. 27-29.

(5)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 3, p. 107-112.

(6)  Il-politika kurrenti tal-Eurosistema għall-pożizzjoni ta’ infrastrutturi hija stabbilita fid-dikjarazzjonijiet li ġejjin, li huma kollha disponibbli fil-websajt tal-BĊE fuq www.ecb.europa.eu: (a) il-‘Policy statement on euro payment and settlement systems located outside the euro area’ tat-3 ta’ Novembru 1998; (b) ‘The Eurosystem’s policy line with regard to consolidation in central counterparty clearing’ tas-27 ta’ Settembru 2001; (c)‘The Eurosystem policy principles on the location and operation of infrastructures settling in euro-denominated payment transactions’ tad-19 ta’ Lulju 2007; (d) ‘The Eurosystem policy principles on the location and operation of infrastructures settling euro-denominated payment transactions: specification of “legally and operationally located in the euro area” ’ tal-20 ta’ Novembru 2008; (e) Il-qafas tal-politika ta’ sorveljanza tal-Eurosistema ta’ Lulju 2011.

(7)  ĠU L 30, 30.1.2013, p. 1.

(8)  ĠU L 267, 10.10.2009, p. 7.

(9)  ĠU L 318, 27.11.1998, p. 1.

(10)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 16-18.

(11)  ĠU L 319, 27.11.1998, p. 1.

Appendiċi I

SPEĊIFIKAZZJONIJIET TEKNICI GHALL-IPPROCESSAR TA’ ORDNIJIET GĦALL-ĦLAS

Minbarra l-Kundizzjonijiet Armonizzati, japplikaw ir-regoli li gejjin ghall-ipprocessar ta’ ordnijiet ghall-ħlas:

1.   Rekwiżiti tekniċi għall-parteċipazzjoni fit-TARGET2-[inserixxi referenza għall-BĊ/pajjiż] fir-rigward tal-infrastruttura, in-network u l-formati.

(1)

It-TARGET2 tuża s-servizzi SWIFT għall-iskambju ta’ messaġġi. Għalhekk, kull parteċipant għandu bżonn konnessjoni mas-Secure IP Network tas-SWIFT. Il-kont PM ta’ kull partecipant ghandu jkun identifikat permezz ta’ SWIFT BIC bi tmien jew ħdax-il ċifra. Barra minn hekk, kull parteċipant għandu jgħaddi serje ta’ testijiet biex jipprova l-kompetenza teknika u operattiva tiegħu qabel ma jkun jista’ jipparteċipa fit-TARGET2-[inserixxi r-referenza għall-BĊ/pajjiż].

(2)

Għas-sottomissjoni ta’ ordnijiet għall-ħlas u l-iskambju ta’ messaġġi ta’ ħlas fil-PM għandu jintuża s-servizz SWIFTNet FIN Y-copy. Għal dan il-għan għandu jitwaqqaf SWIFT Closed User Group (CUG) iddedikat. Ordnijiet għall-ħlas fi ħdan dan it-TARGET2 CUG għandhom ikunu indirizzati direttament lill-parteċipant TARGET2 li qed jirċievi billi tiddaħħal il-BIC tiegħu fl-intestatura tal-messaġġ SWIFTNet FIN.

(3)

Għas-servizzi ta’ informazzjoni u kontroll jistgħu jintużaw is-servizzi SWIFTNet li ġejjin:

(a)

SWIFTNet InterAct;

(b)

SWIFTNet FileAct; u/jew

(c)

SWIFTNet Browse.

(4)

Is-sigurtà tal-iskambju tal-messaġġi bejn il-parteċipanti għandha tistrieħ esklussivament fuq is-servizz tal-Public Key Infrastructure (PKI) tas-SWIFT. Informazzjoni dwar is-servizz PKI tinsab fid-dokumentazzjoni mogħtija mis-SWIFT.

(5)

Is-servizz tal-“immaniġġjar tar-relazzjoni bilaterali” ipprovdut mir-Relationship Management Application (RMA) tas-SWIFT għandu jintuża biss mal-BIC ta’ destinazzjoni ċentrali tal-SSP u mhux għal messaġġi ta’ ħlas bejn il-parteċipanti tat-TARGET2.

2.   Tipi ta’ messaggi ta’ ħlas

(1)

It-tipi ta’ messaġġi tas-sistema SWIFTNet FIN li ġejjin huma proċessati:

Tip ta’ Messaġġ

Tip ta’ tranżazzjoni

Deskrizzjoni

MT 103

Obbligatorju

Ħlas ta’ klijent

MT 103

Obbligatorju

Ħlas ta’ klijent (Straight Through Processing)

MT 202

Obbligatorju

Ħlas minn bank lil bank

MT 202COV

Obbligatorju

Ħlasijiet ta’ kopertura

MT 204

Fakultattiv

Ħlas b’debitu dirett

MT 011

Fakultattiv

Notifika ta’ rċevuta

MT 012

Fakultattiv

Notifika tal-mittent

MT 019

Fakultattiv

Notifika ta’ tħassir

MT 900

Fakultattiv

Konferma tal-bidla fil-linja ta’ debitu/kreditu

MT 910

Fakultattiv

Konferma tal-bidla fil-kreditu/linja ta’ kreditu

MT 940/950

Fakultattiv

Messagg tar-rendikont (Klijent)

MT 011, MT 012 u MT 019 huma messaġġi tas-sistema SWIFT.

(2)

Meta jirreġistraw mat-TARGET2-[daħħal ir-referenza għall-BĊ/pajjiż], il-parteċipanti diretti għandhom jiddikjaraw liema tipi ta’ messaġġi fakultattivi ser jużaw, bl-eċċezzjoni ta’ messaġġi MT 011 u MT 012 li dwarhom il-parteċipanti diretti għandhom jiddeċiedu minn żmien għal żmien jekk għandhomx jirċevuhom jew le b’referenza għal messaġġi speċifiċi.

(3)

Il-parteċipanti għandhom jikkonformaw mal-istruttura tal-messaġġ u l-ispeċifikazzjonijiet tal-entrata tas-SWIFT, kif iddefinit fid-dokumentazzjoni SWIFT u skont ir-restrizzjonijiet stipulati għat-TARGET2, kif deskritt fil-Kapitolu 9.1.2.2 tal-Ispeċifikazzjonijiet Funzjonali Dettaljati għall-Utent (UDFS - User Detailed Functional Specifications), Ktieb 1.

(4)

Il-kontenut tal-entrati għandu jkun ivvalidat fil-livell ta’ TARGET2-[inserixxi riferenza għall-pajjiż/BĊ] skont ir-rekwiżiti tal-UDFS. Il-partecipanti jistghu jaqblu bejniethom dwar regoli specifici li jirrigwardaw il-kontenut tal-entrati. Madankollu, fit-TARGET2-[inserixxi referenza għall-pajjiż/BĊ] m’għandu jkun hemm ebda verifika speċifika dwar jekk parteċipanti jikkonformawx ma’ regoli bħal dawn.

(5)

Messaġġi MT 202COV għandhom jintużaw biex isiru ħlasijiet ta’ kopertura, jiġifieri ħlasijiet magħmulin minn banek korrispondenti biex jagħmlu saldu ta’ (ikopru) messaġġi ta’ trasferiment ta’ kreditu li jintbagħtu lil bank ta’ klijent b’mezzi oħrajn iktar diretti. Id-dettalji tal-klijent li jinsabu fil-MT 202COV m’għandhomx jintwerew fl-ICM.

3.   Verifika tad-double entry

(1)

L-ordnijiet għall-ħlas kollha għandhom jgħaddu minn verifika tad-double-entry, li l-għan tagħha huwa li tiċħad ordnijiet għall-ħlas li ġew sottomessi aktar minn darba bi żball.

(2)

L-entrati tat-tipi ta’ messaġġi tas-SWIFT li ġejjin għandhom jiġu vverifikati:

Dettalji

Parti tal-messaġġ SWIFT

Entrata

Mittent

Intestatura bażika

Indirizz LT

Tip ta’ Messaġġ

Intestatura tal-applikazzjoni

Tip ta’ messaġġ

Riċevitur

Intestatura tal-applikazzjoni

Indirizz tad-destinazzjoni

Numru ta’ referenza tat-transazzjoni (TRN)

Blokka tat-test

:20

Referenza relatata

Blokka tat-test

:21

Data tal-valur

Blokka tat-test

:32

Ammont

Blokka tat-test

:32

(3)

Jekk l-entrati kollha deskritti fis-subparagrafu 2 fir-rigward ta’ ordni ta’ ħlas ippreżentata riċentament ikunu identiċi għal dawk fir-rigward ta’ ordni ta’ ħlas li diġà tkun ġiet aċċettata, l-ordni ta’ ħlas mibgħuta riċentament għandha tiġi rritornata.

4.   Kodiċijiet tal-iżbalji

Jekk tinċaħad ordni ta’ ħlas, il-parteċipant li jagħti l-istruzzjonijiet għandu jirċievi notifika ta’ tħassir (MT 019) li tindika r-raġuni għaċ-ċaħda billi jintużaw ta’ kodiċijiet ta l-iżbalji. Il-kodicijiet ta l-izbalji huma definiti f’Kapitlu 9.4.2 tal-UDFS.

5.   Hinijiet predeterminati għas-saldu

(1)

Ghal ordnijiet ta’ ħlas li jużaw l-“Earliest Debit Time Indicator”, għandha tintuża l-kelma-kodiċi “/FROTIME/”.

(2)

Għal ordnijiet ta’ ħlas li jużaw il-“Latest Debit Time Indicator”, għandu jkun hemm disponibbli żewġ għażliet.

(a)

Il-kelma-kodiċi “/REJTIME/”: jekk ma jistax isir saldu tal-ordni ta’ ħlas sal-ħin ta’ debitu indikat, l-ordni ta’ ħlas għandha tiġi rritornata.

(b)

Il-kodiċi “/TILTIME/”: jekk ma jistax isir saldu tal-ordni ta’ ħlas sal-ħin ta’ debitu indikat, l-ordni ta’ ħlas m’għandhiex tiġi rritornata imma għandha tinżamm fil-kju rilevanti.

Skont iż-żewġ għażliet, jekk ma jsirx saldu ta’ ordni ta’ ħlas b’“Latest Debit Time Indicator” ħmistax-il minuta qabel il-ħin indikat fiha, tintbagħat notifika awtomatikament permezz tal-ICM.

(3)

Jekk tintuża l-kelma-kodiċi “/CLSTIME/”, il-ħlas għandu jiġi ttrattat bl-istess mod bħal ordni ta’ ħlas imsemmi fis-subparagrafu 2(b).

6.   Saldu ta’ ordnijiet ta’ ħlas fl-entry disposition

(1)

Verifiki ta’ tpaċija u, jekk xieraq, verifiki estiżi ta’ tpaċija (iż-żewġ kelmiet kif definiti fil-paragrafi 2 u 3) għandhom isiru fuq ordnijiet għall-ħlas mdaħħlin fil-entry disposition sabiex jipprovdu saldu gross ta’ ordnijiet ta’ ħlas li huwa veloċi u jiffranka l-likwidità.

(2)

Verifika ta’ tpaċija għandha tiddetermina jekk l-ordnijiet ta’ ħlas ta’ min jitħallas li jinsabu fuq quddiem tal-urġenti ħafna jew, jekk ma japplikax, tal-kju tal-urġenti, biex jiġu paċuti mal-ordni ta’ ħlas tal-pagatur (minn hawn ’il quddiem “ordnijiet ta’ ħlas ta’ tpaċija”). Jekk ordni ta’ ħlas ta’ tpaċija ma tipprovdix fondi biżżejjed għall-ordni ta’ ħlas rispettiva tal-pagatur fl-entry disposition, għandu jiġi ddeterminat jekk hemmx likwidità disponibbli biżżejjed fil-kont PM tal-pagatur.

(3)

Jekk il-verifika ta’ tpaċija tfalli, il-[niżżel l-isem tal-BĊ] jista’ japplika verifika estiża ta’ tpaċija. Verifika estiża ta’ tpaċija tiddetermina jekk ordnijiet ta’ ħlas ta’ tpaċija humiex disponibbli f’xi wieħed mill-kjuwijiet ta’ min jitħallas irrispettivament minn meta ngħaqdu fil-kju. Madankollu, jekk fil-kju ta’ min jitħallas ikun hemm ordnijiet ta’ ħlas bi prijorità ogħla indirizzati lil parteċipanti oħra tat-TARGET2, il-prinċipju FIFO jista’ jinkiser biss jekk is-saldu ta’ din l-ordni ta’ ħlas ta’ tpaċija jwassal għal żieda fil-likwidità għal min jitħallas.

7.   Saldu ta’ ordnijiet ta’ ħlas fil-kju

(1)

It-trattament ta’ ordnijiet ta’ ħlas imqieghda fi kjuwijiet jiddependi fuq il-klassi ta’ prijorità li għaliha ġiet assenjata mill-partecipant li jaghti l-istruzzjoni.

(2)

Għandu jsir saldu ta’ ordnijiet ta’ ħlas fil-kjuwijiet urġenti ħafna u urġenti permezz tal-verifiki ta’ tpaċija deskritti fil-paragrafu 6, u jibdew bl-ordni ta’ ħlas fuq quddiem tal-kju f’każijiet fejn hemm żieda fil-likwidità jew hemm intervent f’livell ta’ kju (bidla tal-pożizzjoni fil-kju, il-ħin tas-saldu jew il-prijorità, jew revoka tal-ordni ta’ ħlas).

(3)

Għandu jsir saldu ta’ ordnijiet ta’ ħlas fil-kju normali fuq bażi kontinwa inkluzi l-ordnijiet ta’ ħlas kollha urgenti hafna u ordnijiet ta’ ħlas urgenti li ghadu ma sarx saldu tagħhom. Jintużaw mekkaniżmi ta’ ottimazzjoni (algoriżmi) differenti. Jekk jirnexxi algoriżmu, għandu jsir saldu tal-ordnijiet ta’ ħlas inkluzi; jekk algoriżmu ma jirnexxix, l-ordnijiet ta’ ħlas jibqgħu fil-kju. Għandhom jiġu applikati tliet algoriżmi (1 sa 3) sabiex jiġu paċuti l-flussi tal-ħlas. Permezz ta’ Algoriżmu 4, il-proċedura tas-saldu 5 (kif definita f’Kapitolu 2.8.1 tal-UDFS) għandha tkun disponibbli għas-saldu ta’ istruzzjonijiet ta’ ħlas ta’ sistemi anċillari. Biex jigi ottimizzat is-saldu ta’ transazzjonijiet tas-sistema ancillari urġenti ħafna fuq is-subkontijiet ta’ parteċipanti, għandu jintuża algoriżmu speċjali (Algoriżmu 5).

(a)

Bl-Algoriżmu 1 (“kollox jew xejn”) il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu, kemm għal kull relazzjoni li fir-rigward tagħha ġie ffissat limitu bilaterali, kif ukoll għas-somma totali ta’ relazzjonijiet li għaliha ġie ffissat limitu multilaterali:

(i)

jikkalkula l-pożizzjoni globali ta’ likwidità tal-kont PM ta’ kull parteċipant tat-TARGET2 billi jistabbilixxi jekk l-aggregat tal-ordnijiet ta’ ħlas ħerġin jew deħlin pendenti fil-kju huwiex negattiv jew pożittiv u, jekk huwa negattiv, jivverifika jekk jaqbiżx il-likwidità disponibbli tal-parteċipant (il-pożizzjoni globali ta’ likwidità għandha tikkostitwixxi l-“pożizzjoni ta’ likwidità totali”); u

(ii)

jivverifika jekk il-limiti u r-riżervi stabbiliti minn kull parteċipant TARGET fir-rigward ta’ kull kont PM relevanti humiex rispettati.

Jekk l-eżitu ta’ dawn il-kalkoli u verifiki huwa pożittiv għal kull kont PM relevanti, il-[inserixxi isem il-BĊ] u BĊi oħrajn involuti għandhom jagħmlu saldu tal-ħlasijiet kollha b’mod simultanju fil-kontijiet PM tal-parteċipanti fit-TARGET2 ikkonċernati.

(b)

Taht l-Algoriżmu 2 (“parzjali”) il-[inserixxi isem tal-BĊ] għandu:

(i)

jikkalkula u jivverifika il-pożizzjonijiet tal-likwidità, il-limiti u r-riżervi ta’ kull kont PM rilevanti skont l-Algoriżmu 1; u

(ii)

jekk il-pożizzjoni tal-likwidità totali ta’ kont PM wieħed relevanti jew aktar huwa negattiv, joħroġ ordnijiet ta’ ħlas individwali sakemm il-pożizzjoni tal-likwidità totali ta’ kull kont PM relevanti tkun pożittiva.

Minn hemm ’il quddiem, il-[inserixxi isem il-BĊ] u l-BĊi oħrajn involuti għandhom, sakemm ikun hemm fondi suffiċjenti, jaghmlu saldu tal-ħlasijiet kollha li jifdal (ħlief għal ordnijiet ta’ ħlas estratti) b’mod simultanju fil-kontijiet PM tal-partecipanti fit-TARGET2 ikkonċernati.

Meta jiġu estratti ordnijiet ta’ ħlas, il-[inserixxi isem il-BĊ] għandu jibda mill-kont PM tal-parteċipant fit-TARGET2 bl-ogħla pożizzjoni ta’ likwidità totali negattiva u mill-ordni ta’ ħlas fl-aħħar tal-kju bl-anqas prijorità. Il-proċess tal-għażla għandu jaħdem għal żmien qasir biss, li jiġi determinat minn [daħħal isem il-BĊ] fid-diskrezzjoni tiegħu.

(c)

Taħt l-Algoriżmu 3 (“multiplu”) il-[daħħal isem il-BĊ] għandu:

(i)

iqabbel pari ta’ kontijiet PM ta’ parteċipanti fit-TARGET2 sabiex jiddetermina jekk ordnijiet ta’ ħlas fil-kju jistax isir saldu tagħhom fil-likwidità disponibbli fil-kontijiet taż-żewġ parteċipanti fit-TARGET2 ikkonċernati u fil-limiti stabbiliti minnhom (billi jibda mill-par ta’ kontijiet PM bl-anqas differenza bejn l-ordnijiet ta’ ħlas indirizzati lil xulxin), u l-BĊi involuti għandhom jirreġistraw dawk il-ħlasijiet simultanjament fiż-żewġ kontijiet PM tal-parteċipanti tat-TARGET2; u

(ii)

jekk, fir-rigward ta’ par kontijiet PM kif deskritt taħt punt (i), il-likwidità ma hijiex biżżejjed biex tiffinanzja l-pożizzjoni bilaterali, joħroġ ordnijiet ta’ ħlas individwali sakemm ikun hemm likwidità biżżejjed. F’dan il-kaz il-BĊi involuti ghandhom jagħmlu s-saldu tal-ħlasijiet li jifdal, ħlief għal dawk estratti, b’mod simultanju fil-kontijiet PM taż-żewġ parteċipanti tat-TARGET2.

Wara li jkun wettaq il-verifiki speċifikati taħt is-subparagrafi (i) sa (ii), il-[daħħal isem il-BĊ] għandu jivverifika l-pożizzjonijiet multilaterali għas-saldu (bejn kont PM ta’ parteċipant u kontijiet PM ta’ parteċipanti oħra fit-TARGET2 li fir-rigward tagħhom ġie stabbilit limitu multilaterali). Għal dan il-għan, il-proċedura deskritta taht is-subparagrafi (i) sa (ii) għandha tapplika mutatis mutandis.

(d)

Taħt l-Algoriżmu 4 (“saldu tas-sistema anċillari partial plus”) il-[inserixxi isem il-BĊ] għandu jsegwi l-istess procedura bħal ta’ Algoriżmu 2, iżda mingħajr ma joħrog ordnijiet ta’ ħlas fir-rigward tas-saldu ta’ sistema ancillari (li taghmel saldu fuq bażi simultanja multilaterali).

(e)

Taħt l-Algoriżmu 5 (“saldu ta’ sistema anċillari permezz ta’ subkontijiet”) il-[daħħal isem il-BĊ] għandu jsegwi l-istess proċedura bħal ta’ Algoriżmu 1, bla ħsara għall-modifika li l-[daħħal isem il-BĊ] għandu jibda Algoriżmu 5 permezz tal-ASI u għandu jivverifika biss jekk hemmx fondi suffiċjenti fis-subkontijiet tal-parteċipanti. Barra minn hekk, ebda limiti u riżervi m’ghandhom jittieħdu in kunsiderazzjoni. Algoriżmu 5 għandu jitħaddem ukoll matul saldu li jsir bil-lejl.

(4)

Ordnijiet ta’ ħlas imdaħħlin fl-entry disposition wara l-bidu ta’ xi wieħed minn algoriżmi 1 sa 4 jista’ madankollu jsir saldu tagħhom immedjatament fl-entry disposition jekk il-pożizzjonijiet u l-limiti tal-kontijiet PM tal-parteċipanti fit-TARGET2 ikkonċernati huma kompatibbli kemm mas-saldu ta’ dawn l-ordnijiet ta’ ħlas kif ukoll mas-saldu ta’ ordnijiet ta’ ħlas fil-proċedura ta’ ottimizzazzjoni kurrenti. Madankollu, żewġ algoriżmi m’għandhomx jitħaddmu simultanjament.

(5)

Fl-ipproċessar ta’ matul il-jum l-algoriżmi għandhom jaħdmu b’mod sekwenzjali. Sakemm ma jkunx hemm pendenti ebda saldu multilaterali simultanju ta’ sistema anċillari, is-sekwenza għandha tkun kif ġej:

(a)

algoriżmu 1,

(b)

jekk l-algorizmu 1 ma jirnexxix, imbagħad lalgoriżmu 2,

(c)

jekk l-algoriżmu 2 ma jirnexxix, imbagħad l-algoriżmu 3, jew jekk l-algoriżmu 2 jirnexxi, irrepeti l-algoriżmu 1.

Meta jkun pendenti saldu multilaterali simultanju (proċedura 5) fir-rigward ta’ sistema anċillari, għandu jaħdem l-Algoriżmu 4.

(6)

L-algoriżmi għandhom jitħaddmu b’mod flessibbli billi tiġi stabbilita minn qabel pawża bejn l-applikazzjoni ta’ algoritmi differenti biex jiġi żgurat intervall minimu bejn it-tħaddim taż-żewġ algoriżmi. Is-sekwenza tal-ħin għandha tiġi kkontrollata awtomatikament. L-intervent manwali għandu jkun possibbli.

(7)

Meta jkun inkluż f’algoriżmu li qed jaħdem, ordni ta’ ħlas m’għandhiex tiġi ordnata mill-ġdid (bidla fil-pozizzjoni fil-kju) jew revokata. Talbiet għal ordni mill-ġdid jew revoka ta’ ordni ta’ ħlas għandhom jitpoġġew fil-kju sakemm l-algoriżmu jkun lest. Jekk isir saldu ta’ ordni ta’ ħlas ikkonċernat sakemm ikun qed jaħdem l-algoriżmu, kull talba għal ordni mill-ġdid jew revoka għandha tiġi miċħuda. Jekk ma jsirx saldu tal-ordni ta’ ħlas, it-talbiet tal-parteċipanti għandhom jitqiesu minnufih.

8.   Użu tal-ICM

(1)

L-ICM jista’ jintuża biex tinkiseb l-informazzjoni u tiġi ġestita l-likwidità. Is-Secure IP Network (SIPN) tas-SWIFT għandu jkun in-netwerk sottostanti għall-komunikazzjoni teknika, għall-iskambju tal-informazzjoni u t-tħaddim ta’ miżuri ta’ kontroll.

(2)

Bl-eċċezzjoni ta’ ordnijiet ta’ ħlas maħżuna u l-informazzjoni ta’ dejta statika, hija biss id-dejta fir-rigward tal-jum tan-negozju kurrenti li għandha tkun disponibbli permezz tal-ICM. L-iskrins għandhom ikunu offruti bl-Ingliż biss.

(3)

L-informazzjoni għandha tkun offruta f’“pullmode, li tfisser li kull parteċipant għandu jitlob li tingħatalu l-informazzjoni.

(4)

Il-modalitajiet (modes) tekniċi li ġejjin għandhom ikunu disponibbli għall-użu tal-ICM:

(a)

application-to-application mode (A2 A)

Fl-A2 A, l-informazzjoni u l-messaġġi jiġu ttrasferiti bejn il-PM u l-applikazzjoni interna tal-parteċipant. Għalhekk, il-parteċipant irid jiżgura li jkun hemm applikazzjoni xierqa għall-iskambju tal-messaġġi XML (talbiet u tweġibiet) mal-ICM permezz ta’ interfaċċa standardizzat. Aktar dettalji jinsabu fil-Manwal ghall-Utent ICM u fil-Ktieb 4 tal-UDFS.

(b)

user-to-application mode (U2 A)

L-U2 A tippermetti l-komunikazzjoni diretta bejn partecipant u l-ICM. L-informazzjoni tintwera fi brawżer li jaħdem fuq sistema PC (SWIFT Alliance WebStation jew interfaċċa oħra, kif ikun meħtieġ mis-SWIFT). Għall-aċċess għall-U2 A l-infrastruttura IT trid tkun taċċetta l-cookies u l-JavaScript. Aktar dettalji huma deskritti fil-Manwal għall-Utent ICM.

(5)

Kull parteċipant għandu jkollu tal-anqas SWIFT Alliance WebStation wieħed, jew interfaċċa oħra, kif ikun meħtieġ mis-SWIFT, biex ikollu aċċess għall-ICM permezz tal-U2 A.

(6)

Id-drittijiet ta’ aċċess għall-ICM għandhom jingħataw bl-użu tar-‘Role Based Access Control’ tas-SWIFT. Is-servizz “Non Repudiation of Emission (NRE)” tas-SWIFT, li jista’ jintuża mill-parteċipanti, iħalli lir-reċipjent ta’ messaġġ XML biex jipprovdi evidenza li dak il-messaġġ ma ġiex modifkat.

(7)

Jekk parteċipant għandu problemi tekniċi u ma jistax jibgħat ordni ta’ ħlas, huwa jista’ jiġġenera ħlasijiet ta’ riżerva preformattjati ta ridistribuzzjoni tal-likwidità u ħlasijiet ta’ riżerva ta’ kontinġenża billi juża l-ICM. Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jiftaħ din il-funzjonalità meta jintalab mill-parteċipant.

(8)

Il-parteċipanti jistgħu jużaw ukoll l-ICM sabiex jittrfasferixxu l-likwidità.

(a)

[daħħal jekk japplika] mill-kont PM tagħhom lill-kont tagħhom barra l-PM;

(b)

bejn il-kont PM u s-subkontijiet tal-partecipant; u

(c)

mill-kont PM għall-kont mirror ġestit mis-sistema ancillari.

9.   L-UDFS u l-Manwal għall-Utent ICM

Aktar dettalji u eżempji li jispjegaw ir-regoli t’hawn fuq jinsabu fil-UDFS u fil Manwal għall-Utent ICM, kif emendat minn żmien għal żmien u ppubblikat fil-websajt ta’ [daħħal l-isem tal-BĊ] u l-websajt tal-BĊE bl-Ingliż.

Appendiċi II

SKEMA TA’ KUMPENS TAT-TARGET2

1.   Prinċipji ġenerali

(a)

F’każ li jkun hemm ħsara teknika fit-TARGET2, il-parteċipanti diretti jistgħu jippreżentaw talbiet għall-kumpens skont l-iskema ta’ kumpens tat-TARGET2 stabbilita f’dan l-Appendiċi.

(b)

Sakemm il-Kunsill Governattiv tal-BĊE ma jiddeċidix mod ieħor, l-iskema ta’ kumpens tat-TARGET2 ma tapplikax jekk il-ħsara teknika tat-TARGET2 tirriżulta minn avvenimenti esterni li jmorru lil hinn mill-kontroll raġonevoli tal-BĊi konċernati jew bħala riżultat ta’ atti jew omissjonijiet ta’ terzi.

(c)

Il-kumpens taħt l-iskema ta’ kumpens tat-TARGET2 għandu jkun l-unika proċedura ta’ kumpens offruta f’każ ta’ ħsara teknika tat-TARGET2. Il-parteċipanti jistgħu, madankollu, jużaw mezzi legali oħra biex jagħmlu talba għat-telf. Jekk parteċipant jaċċetta offerta ta’ kumpens taħt l-iskema ta’ kumpens tat-TARGET2, dan għandu jikkostitwixxi l-qbil irrevokabbli tal-parteċipant li b’hekk ikun qed jirrinunzja għat-talbiet kollha fir-rigward ta’ dawk l-ordnijiet ta’ ħlas li jista’ jkollu kontra kull BĊ li dwarhom huwa jaċċetta kumpens (inklużi talbiet għal telf konsegwenzjali), u li l-irċevuta min-naħa tiegħu tal-ħlas ta’ kumpens korrispondenti tikkostitwixxi s-saldu sħiħ u finali ta’ dawk it-talbiet kollha. Il-parteċipant għandu jindennizza lill-BĊi kkonċernati, sa massimu tal-ammont irċevut skont l-iskema ta’ kumpens tat-TARGET2, fir-rigward ta’ talbiet ulterjuri li jitqajmu minn xi parteċipant ieħor jew xi terzi oħra fir-rigward tal-ordni ta’ ħlas jew tal-ħlas ikkonċernat.

(d)

It-tfassil ta’ offerta ta’ kumpens m’għandux jikkostitwixxi ammissjoni tar-responsabbiltà minn [daħħal isem il-BĊ] jew minn kull BĊ ieħor fir-rigward ta’ ħsara teknika tat-TARGET2.

2.   Kundizzjonijiet ghal offerti ta’ kumpens

(a)

Pagatur jista’ jissottometti talba għal dritt ta’ amministazzjoni u kumpens tal-imgħax jekk, minħabba ħsara teknika tat-TARGET2 ma jkunx sar saldu ta’ ordni ta’ ħlas fil-jum tan-negozju li fih ġiet aċċettata.

(b)

Min jirċievi l-ħlas jista’ jissottometti talba għal dritt ta’ amministrazzjoni jekk minħabba ħsara teknika tat-TARGET2 ma jkunx irċieva ħlas li kien qed jistenna li ser jirċievi f’jum tan-negozju partikolari. Min jirċievi l-ħlas jista’ wkoll jissottometti talba għall-kumpens ta’ imgħax jekk jigu sodisfatti waħda jew aktar mill-kundizzjonijiet li ġejin:

(i)

f’ każ ta’ parteċipanti li għandhom aċċess għall-faċilità ta’ self marġinali: minħabba ħsara teknika tat-TARGET2, min jirċievi l-ħlas irrikorra għall-faċilità ta’ self marġinali; u/jew

(ii)

f’każ tal-parteċipanti kollha: kien teknikament impossibbli li wieħed jirrikorri għas-suq tal-flus jew dak ir-rifinanzjament kien impossibbli għal raġunijiet oġġettivament raġonevoli oħrajn.

3.   Kalkolu ta’ kumpens

(a)

Fir-rigward ta’ offerta ta’ kumpens għal pagatur:

(i)

id-dritt ta’ amministrazzjoni ghandu jkun ta’ EUR 50 ghall-ewwel ordni ta’ ħlas li ma jkunx sar saldu tagħha, EUR 25 ghal kull wahda mill-erba’ ordnijiet ta’ ħlas li jsegwu u EUR 12,50 ghal kull ordni ta’ ħlas ohra bhal dawn. Id-dritt ta’ amministrazzjoniv jiġi kkalkulat separatament fir-rigward ta’ kull min jirċievi l-ħlas;

(ii)

il-kumpens ta’ imgħax għandu jiġi ddeterminat bl-applikazzjoni ta’ rata ta’ referenza ffissata minn jum għal jum. Din ir-rata ta’ referenza għandha tkun dik l-aktar baxxa mir-rata medja tal-indiċi overnight tal-euro (EONIA) u r-rata ta’ self marġinali. Ir-rata ta’ referenza għandha tiġi applikata għall-ammont tal-ordni ta’ ħlas li ma jkunx sar saldu tiegħu b’riżultat tal-ħsara teknika tat-TARGET2 għal kull jum fil-perijodu mid-data tal-ordnijiet ta’ ħlas attwali jew, fir-rigward tal-istess ordnijiet ta’ ħlas imsemmija fil-paragrafu 2(a)(ii), is-sottomissjoni maħsuba tal-ordni ta’ ħlas sad-data li fiha l-ordni ta’ ħlas kien sar jew seta’ kien sar saldu tagħha b’suċċess. Rikavat li jsir mit-tqegħid tal-fondi li jirriżultaw minn ordnijiet ta’ ħlas li ma jkunx sar saldu tagħhom f’depożitu mal-Eurosistema, għandu jitnaqqas mill-ammont ta’ xi kumpens; u

(iii)

l-ebda kumpens ta’ imgħax m’għandu jitħallas jekk u sakemm fondi li jirriżultaw minn ordnijiet ta’ ħlas li ma jkunx sar saldu tagħhom jitqiegħdu fis-suq jew jintużaw biex jissodisfaw l-obbligi tar-riżervi minimi.

(b)

Fir-rigward ta’ offerta ta’ kumpens għal min jirċievi l-ħlas:

(i)

id-dritt ta’ amministrazzjoni ghandu jkun ta’ EUR 50 li ma jkunx sar saldu tagħha, EUR 25 ghal kull wahda mill-erba’ ordnijiet ta’ ħlas li jsegwu u EUR 12,50 ghal kull ordni ta’ ħlas ohra bhal dawn Id-dritt ta’ amministrazzjoniv jiġi kkalkulat separatament fir-rigward ta’ kull pagatur;

(ii)

il-metodu stipulat fis-subparagrafu (a)(ii) għall-kalkolu tal-kumpens ta’ imgħax japplika, hlief li l-kumpens ta’ imghax ghandu jkun pagabbli b’rata ekwivalenti għad-differenza bejn ir-rata ta’ self marginali u r-rata ta’ referenza, u ghandu jigi kkalkolat fuq l-ammont ta’ rikors ghall-facilita' ta’ self marginali li jseħħ bhala rizultat tad-difett tekniku tat-TARGET2.

4.   Regoli proċedurali

(a)

Talba għal kumpens għandha tintbagħat fuq il-formola tat-talba li tinsab fuq il-websajt ta’ [daħħal isem il-BĊ] bl-Ingliż (ara [daħħal referenza għall-websajt tal-BĊ]). Il-pagaturi għandhom jibagħtu formola tat-talba separata fir-rigward ta’ kull min jirċivi l-ħlas, u dawk li jirċievu l-ħlas għandhom jibagħtu formola tat-talba separata fir-rigward ta’ kull pagatur. Għandhom jingħataw informazzjoni addizzjonali u dokumenti biżżejjed biex isaħħu l-informazzjoni indikata fil-formola tat-talba. Tista’ tintbagħat talba waħda biss fir-rigward ta’ ħlas speċifiku jew ordni ta’ ħlas.

(b)

Il-parteċipanti għandhom jippreżentaw il-formoli tat-talba tagħhom lil [niżżel l-isem tal-BĊ] fi żmien erba’ ġimgħat minn meta ssir il-ħsara teknika tat-TARGET2. Kull informazzjoni u evidenza addizzjonali mitluba minn [daħħal isem il-BĊ] għandha tingħata fi żmien ġimgħatejn minn meta ssir din it-talba.

(c)

Il-[daħħal isem il-BC] għandu jagħmel rieżami tat-talbiet u jibgħathom lill-BĊE. Sakemm ma jiġix deċiż mod ieħor mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u kkomunikat lill-parteċipanti, it-talbiet kollha rċevuti għandhom jiġu vvalutati sa mhux aktar tard minn 14-il ġimgħa wara li sseħħ il-ħsara teknika fit-TARGET2.

(d)

Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] jikkomunika r-riżultat tal-evalwazzjoni msemmija fis-subparagrafu (ċ) lill-parteċipanti relevanti. Jekk l-evalwazzjoni tinvolvi offerta ta’ kumpens, il-parteċipanti kkonċernati għandhom, fi żmien erba’ ġimgħat mill-komunikazzjoni ta’ din l-offerta, jaċċettawha jew jiċħduha, fir-rigward ta’ kull ħlas jew ordni ta’ ħlas inkluż f’kull talba, billi jiffirma ittra ta’ aċċettazzjoni standard (fil-forma disponsibbli fuq il-websajt tal-[daħħal l-isem tal-BĊ] (ara [daħħal ir-referenza għall-websajt tal-BĊ]). Jekk din l-ittra ma tkunx waslet għand [daħħal l-isem tal-BĊ] fi żmien erba’ ġimgħat, il-parteċipanti kkonċernati għandhom jitqiesu bħala li jkunu ċaħdu l-offerta ta’ kumpens.

(e)

Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jagħmel ħlasijiet ta’ kumpens meta jirċievi l-ittra ta’ aċċettazzjoni tal-kumpens ta’ parteċipant. L-ebda imgħax ma huwa pagabbli fuq ħlas ta’ kumpens.

Appendiċi III

TERMINI TA’ REFERENZA GĦALL-OPINJONIJIET TA’ KAPAĊITÀ U DAWK NAZZJONALI

[Daħħal isem il-BĊ]

[indirizz]

Parteċipazzjoni fil-[isem tas-sistema]

[post]

Data

Għażiż Sinjur jew Sinjura,

Intlabna nagħtu din l-Opinjoni bħala l-konsulenti legali [in-house jew esterni] ta’ [speċifika l-isem tal-Parteċipant jew il-fergħa tal-Parteċipant] fir-rigward ta’ kwistjonijiet li jqumu mil-liġijiet ta’ [il-ġurisdizzjoni li fiha l-Parteċipant huwa stabbilit; minn issa ’l quddiem il-“ġurisdizzjoni”] b’konnessjoni mal-parteċipazzjoni ta’ [speċifika l-isem tal-Parteċipant] (minn issa ’l quddiem il-“Parteċipant”) f’[isem is-sistema komponent tat-TARGET2] (minn issa ’l quddiem is-“Sistema”).

Din l-Opinjoni hija ristretta għal-liġijiet ta’ [ġurisdizzjoni] kif inhuma fis-seħħ fid-data ta’ din l-Opinjoni. M’għamilna l-ebda stħarriġ dwar il-liġijiet ta’ xi ġurisdizzjoni oħra bħala bażi għal din l-Opinjoni, u f’dan ir-rigward mhu qegħdin la nesprimu u lanqas infissru l-ebda opinjoni. Kull stqarrija u opinjoni msemmija hawn isfel tapplika bl-istess preċiżjoni u validità skont il-liġijiet ta’ [ġurisdizzjoni], kemm jekk il-Parteċipant jaġixxi mill-uffiċċju ewlieni tiegħu jew minn fergħa waħda jew aktar li jinsabu ġewwa jew barra l-[ġurisdizzjoni], jew le, meta jibgħat ordnijiet ta’ ħlas u jirċievi ħlasijiet.

I.   DOKUMENTI EŻAMINATI

Għall-finijiet ta’ din l-Opinjoni, eżaminajna:

(1)

kopja ċċertifikata ta’ [speċifika d-dokument(i) kostituzzjonali rilevanti] tal-Parteċipant hekk kif inhu/huma fis-seħħ fid-data tal-preżenti;

(2)

[[jekk japplika] estratt minn [speċifika r-reġistru tal-kumpanija rilevanti], u [jekk applikabbli] [ir-reġistru tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu jew ir-reġistru analogu];

(3)

[safejn japplika] kopja tal-liċenzja tal-Parteċipant jew prova oħra tal-awtorizzazzjoni li huwa għandu biex jagħti servizz bankarju, ta’ investiment, ta’ trasferiment ta’ fondi jew servizzi finanzjarji oħra f’[ġurisdizzjoni];

(4)

[jekk japplika] kopja ta’ riżoluzzjoni adottata mill-bord tad-diretturi jew mill-bord governattiv rilevanti tal-Parteċipant f’[daħħal data], [daħħal sena], li tagħti xhieda li l-Parteċipant jaqbel li jaderixxi mad-Dokumenti tas-Sistema, kif iddefinit hawn isfel;

(5)

[speċifika l-prokuri kollha u dokumenti oħra li jikkostitwixxu jew jagħtu xhieda tas-setgħa neċessarja tal-persuna jew persuni li jiffirmaw id-Dokumenti tas-Sistema rilevanti (kif iddefinit hawn isfel) f’isem il-Parteċipant];

u d-dokumenti l-oħra kollha dwar il-kostituzzjoni, is-setgħat, u l-awtorizzazzjonijiet meħtieġa jew xierqa tal-Parteċipant għall-għoti ta’ din l-Opinjoni (minn issa ’l quddiem id-“Dokumenti tal-Parteċipant”).

Għall-finijiet ta’ din l-opinjoni, eżaminajna wkoll:

(1)

il-[daħħal ir-referenza għall-arranġamenti li jimplimentaw il-Kundizzjonijiet Armonizzati għal parteċipazzjoni fit-TARGET2] għas-Sistema datata [daħħal data] (minn issa ’l quddiem ir- “Regoli”) u;

(2)

[…].

Ir-Regoli u l-[…] għandhom jissejħu minn issa ’l quddiem bħala d- “Dokumenti tas-Sistema” (u flimkien mad-Dokumenti tal-Parteċipant bħala “d-Dokumenti”).

II.   ASSUNZJONIJIET

Għall-finijiet ta’ din l-Opinjoni assumejna fir-rigward tad-Dokumenti li:

(1)

id-Dokumenti tas-Sistema li ngħatajna huma oriġinali jew veri kopji tagħhom;

(2)

il-kundizzjonijiet tad-Dokumenti tas-Sistema u d-drittijiet u l-obbligi maħluqin minnhom huma validi u jorbtu legalment skont il-liġijiet ta’ [daħħal ir-referenza għall-Istat Membru tas-Sistema], li bihom huma rregolati, u l-għażla tal-liġijiet ta’ [daħħal ir-referenza għall-Istat Membru tas-Sistema] biex jirregolaw id-Dokumenti tas-Sistema hija rikonoxxuta mil-liġijiet ta’ [daħħal ir-referenza għall-Istat Membru tas-Sistema];

(3)

id-Dokumenti tal-Parteċipant huma fil-kapaċità u s-setgħa ta’ u ġew awtorizzati, adottati jew eżegwiti u, fejn meħtieġ, ikkonsenjati b’mod validu mill-partijiet rilevanti; u

(4)

id-Dokumenti tal-Parteċipant jorbtu lill-partijiet li lihom jindirizzaw, u ma kien hemm l-ebda ksur ta’ xi waħda mill-kundizzjonijiet tagħhom.

III.   OPINJONIJIET DWAR IL-PARTEĊIPANT

A.

Il-Parteċipant huwa korporazzjoni stabbilita u rreġistrata kif suppost jew inkella inkorporata jew organizzata kif suppost skont il-liġijiet ta’ [ġurisdizzjoni].

B.

Il-Parteċipant għandu s-setgħat korporattivi kollha meħtieġa biex jeżegwixxi u jwettaq id-drittijiet u l-obbligi skont id-Dokumenti tas-Sistema li tagħhom huwa parti.

C.

L-adozzjoni jew l-eżekuzzjoni u t-twettiq mill-Parteċipant tad-drittijiet u l-obbligi skont id-Dokumenti tas-Sistema li tagħhom il-Parteċipant huwa parti, mhumiex ser jiksru bl-ebda mod xi dispożizzjoni tal-liġijiet jew regolamenti ta’ [ġurisdizzjoni] applikabbli għall-Parteċipant jew għad-Dokumenti tal-Parteċipant.

D.

L-ebda awtorizzazzjoni, approvazzjoni, kunsens, preżentazzjoni, reġistrazzjoni, tranżunzjoni jew ċertifikazzjoni oħra ta’ jew ma’ kull qorti jew awtorità governattiva, ġudizzjarja jew pubblika li hija kompetenti fi [ġurisdizzjoni] m’hi meħtieġa mill-Parteċipant f’konnessjoni mal-adozzjoni, il-validità tal-inforzabbiltà ta’ kull Dokument tas-Sistema jew l-eżekuzzjoni jew it-twettiq tad-drittijiet u l-obbligi li dawn ta’ hawn fuq jinkludu.

E.

Il-Parteċipant ħa l-azzjoni korporattiva kollha meħtieġa, u passi oħra meħtieġa skont il-liġijiet ta’ [ġurisdizzjoni] biex jiżgura li l-obbligi tiegħu skont id-Dokumenti tas-Sistema huma legali, validi u jorbtu legalment.

Din l-Opinjoni ġġib id-data tal-preżenti u hija indirizzata biss lil [daħħal isem il-BĊ] u lil [Parteċipant]. L-ebda persuna oħra ma tista’ tiddependi fuqha, u l-kontenut ta’ din l-Opinjoni ma jistax jiġi żvelat lil persuni oħra ħlief għal min kien intiż u l-konsulent legali tiegħu mingħajr il-kunsens tagħna minn qabel bil-miktub, bl-eċċezzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew u l-banek ċentrali nazzjonali tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali [u [l-bank ċentrali nazzjonali/l-awtoritajiet regolatorji rilevanti] ta’ [ġuris-dizzjoni]].

Dejjem tiegħek,

[firma]:

[Daħħal isem il-BĊ]

[indirizz]

[isem tas-sistema]

Post

Data

Għażiż Sinjur jew Sinjura,

Bħala l-konsulenti legali [esterni] ta’ [speċifika l-isem tal-Parteċipant jew il-fergħa tal-Parteċipant] (il-“Parteċipant”) fir-rigward ta’ kwistjonijiet li jqumu mil-liġijiet ta’ [ġurisdizzjoni li fiha l-Parteċipant huwa stabbilit; minn issa ’l quddiem il- “ġurisdizzjoni”] ġejna mitluba biex nagħtu din l-Opinjoni skont il-liġijiet ta’ [ġurisdizzjoni] b’konnessjoni mal-parteċipazzjoni tal-Parteċipant f’sistema li hija komponent tat-TARGET2 (minn issa ’l quddiem is-“Sistema”). Ir-referenzi hawnhekk għal-liġijiet ta’ [ġurisdizzjoni] jinkludu r-regolamenti kollha applikabbli ta’ [ġurisdizzjoni]. Qed nesprimu hawnhekk opinjoni skont il-liġi ta’ [ġurisdizzjoni], b’mod partikolari għall-Parteċipant stabbilit barra [daħħal ir-referenza għall-Istat Membru tas-Sistema] fir-rigward tad-drittijiet u l-obbligi li jqumu mill-parteċipazzjoni fis-Sistema, kif stabbilit fid-Dokumenti tas-Sistema ddefiniti hawn isfel.

Din l-Opinjoni hija ristretta għal-liġijiet ta’ [ġurisdizzjoni] kif inhuma fis-seħħ fid-data ta’ din l-Opinjoni. M’għamilna l-ebda stħarriġ dwar il-liġijiet ta’ xi ġurisdizzjoni oħra bħala bażi għal din l-Opinjoni, u f’dan ir-rigward mhu qegħdin la nesprimu u lanqas infissru l-ebda opinjoni. Assumejna li fil-liġijiet ta’ ġuris- dizzjoni oħra m’hemm xejn li jaffettwa din l-Opinjoni.

1.   DOKUMENTI EŻAMINATI

Għall-finijiet ta’ din l-Opinjoni, eżaminajna d-dokumenti elenkati hawn isfel u dawk id-dokumenti l-oħra li dehrilna xierqa jew meħtieġa:

(1)

il-[daħħal ir-referenza għall-arranġamenti li jimplimentaw il-Kundizzjonijiet Armonizzati għal parteċipazzjoni fit-TARGET2] għas-Sistema datata [daħħal data] (minn issa ’l quddiem ir-“Regoli”); u

(2)

kull dokument ieħor li jirregola s-Sistema u/jew ir-relazzjoni bejn il-Parteċipant u parteċipanti oħra fis-Sistema, u bejn il-parteċipanti fis-Sistema u l-[daħħal isem il-BĊ].

Ir-Regoli u l-[…] għandhom jissejħu minn issa ‘l quddiem “Dokumenti tas-Sistema”.

2.   ASSUNZJONIJIET

Biex nagħtu din l-Opinjoni assumejna fir-rigward tad-Dokumenti tas-Sistema li:

(1)

id-Dokumenti tas-Sistema huma fil-kapaċità u s-setgħa ta’ u ġew awtorizzati, adottati jew eżegwiti u, fejn meħtieġ, ikkonsenjati b’mod validu mill-partijiet rilevanti;

(2)

il-kundizzjonijiet tad-Dokumenti tas-Sistema u d-drittijiet u l-obbligi maħluqin minnhom huma validi u jorbtu legalment skont il-liġijiet ta’ [daħħal ir-referenza għall-Istat Membru tas-Sistema], li bihom huma rregolati, u l-għażla tal-liġijiet ta’ [daħħal ir-referenza għall-Istat Membru tas-Sistema] biex jirregolaw id-Dokumenti tas-Sistema hija rikonoxxuta mil-liġijiet ta’ [daħħal ir-referenza għall-Istat Membru tas-Sistema];

(3)

il-parteċipanti fis-Sistema li permezz tagħhom tintbagħat kull ordni ta’ ħlas jew jiġu irċevuti ħlasijiet, jew li permezz tagħhom kull dritt jew obbligu skont id-Dokumenti tas-Sistema jiġi eżegwit jew imwettaq, huma lliċenzjati biex jipprovdu servizzi ta’ trasferiment ta’ fondi, fil-ġurisdizzjonijiet kollha rilevanti; u

(4)

id-dokumenti li ntbagħtulna bħala kopja jew kampjuni jikkonformaw mal-oriġinal.

3.   OPINJONI

Fuq il-bażi ta’ u bla ħsara għal dak li ntqal qabel, u bla ħsara f’kull każ għall-punti msemmija hawn isfel, aħna tal-fehma li:

3.1.   Aspetti legali speċifiċi għall-pajjiż [safejn japplikaw]

Il-karatteristiċi li ġejjin tal-leġiżlazzjoni ta’ [ġurisdizzjoni] huma konsistenti ma’ u bl-ebda mod ma jwarrbu l-obbligi tal-Parteċipant li joħorġu mid-Dokumenti tas-Sistema: [lista ta’ aspetti legali speċifiċi għall-pajjiż].

3.2.   Kwistjonijiet ġenerali ta’ insolvenza

3.2.a.   Tipi ta’ proċedimenti ta’ insolvenza

L-uniċi tipi ta’ proċedimenti ta’ insolvenza (inklużi kompożizzjoni jew rijabilitazzjoni) – li, għall-finijiet ta’ din l-Opinjoni, għandhom jinkludu l-proċedimenti kollha fir-rigward tal-assi tal-Parteċipant jew kull fergħa li jista’ jkollu fi [ġurisdizzjoni] – li għalihom il-Parteċipant jista’ jkun suġġett fi [ġurisdizzjoni], huma dawn li ġejjin: [elenka l-proċedimenti fil-lingwa oriġinali u t-traduzzjoni bl-Ingliż] (flimkien imsejħa l-“Proċedimenti ta’ Insolvenza”).

Minbarra l-Proċedimenti ta’ Insolvenza, il-Parteċipant, kull parti mill-assi tiegħu, jew kull fergħa li jista’ jkollu fi [ġurisdizzjoni] jistgħu jsiru suġġett fi [ġurisdizzjoni] għal [elenka kull moratorju, receivership, jew kull proċediment oħra applikabbli, li b’riżultat tagħhom, ħlasijiet lil u/jew mill-Parteċipant jistgħu jiġu sospiżi, jew fir-rigward ta’ dawn il-ħlasijiet jistgħu jiġu imposti xi limitazzjonijiet, jew proċedimenti simili fil-lingwa oriġinali u t-traduzzjoni bl-Ingliż] (flimkien imsejħa bħala l-“Proċedimenti”).

3.2.b.   Trattati ta’ insolvenza

[ġurisdizzjoni] jew ċerti suddiviżjonijiet politiċi fi [ġurisdizzjoni], kif speċifikat, huwa/huma parti fit-trattati ta’ insolvenza li ġejjin: [speċifika, jekk japplika li għandhom jew jista’ jkollhom impatt fuq din l-Opinjoni].

3.3.   Inforzabbiltà ta’ Dokumenti tas-Sistema

Bla ħsara għall-punti msemmija hawn isfel, id-dispożizzjonijiet kollha tad-Dokumenti tas-Sistema jkunu jorbtu u inforzabbli skont il-kundizzjonijiet tagħhom skont il-liġijiet ta’ [ġurisdizzjoni], b’mod partikolari fil-każ tal-ftuħ ta’ Proċedimenti ta’ Insolvenza jew Proċedimenti fir-rigward tal-Parteċipant.

B’mod partikolari aħna tal-opinjoni li:

3.3.a.   L-ipproċessar ta’ ordnijiet ta’ ħlas

Id-dispożizzjonijiet dwar l-ipproċessar ta’ ordnijiet ta’ ħlas [lista tal-artikoli] tar-Regoli huma validi u inforzabbli. Partikolarment, l-ordnijiet ta’ ħlas kollha pproċessati bis-saħħa ta’ dawn l-artikoli jkunu validi, jorbtu u inforzabbli skont il-liġijiet ta’ [ġurisdizzjoni]. Id-dispożizzjoni tar-Regoli li tispeċifika l-punt preċiż tal-ħin meta l-ordnijiet ta’ ħlas mibgħuta mill-Parteċipant lis-Sistema jsiru inforzabbli u irrevokabbli ([żid l-artikolu tar-Regoli]) hija valida, torbot u inforzabbli skont il-liġijiet ta’ [ġurisdizzjoni].

3.3.b.   L-awtorità ta’ [daħħal isem il-BĊ] biex iwettaq il-funzjonijiet tiegħu

Il-bidu ta’ Proċedimenti ta’ Insolvenza jew Proċedimenti fir-rigward tal-Parteċipant ma jaffettwawx l-awtorità u s-setgħat ta’ [daħħal isem il-BĊ] li joħorġu mid-Dokumenti tas-Sistema. [Speċifika [safejn japplika] li: l-istess opinjoni tapplika wkoll fir-rigward ta’ kull entità oħra li tipprovdi lill-Parteċipanti b’servizzi direttament u meħtieġa biex jipparteċipaw fis-Sistema (eż. fornitur tas-servizz tan-netwerk)].

3.3.c.   Rimedji fil-każ ta’ inadempjenza

[Meta japplika fir-rigward tal-Parteċipant, id-dispożizzjonijiet li jinsabu fi [lista tal-artikoli] tar-Regoli dwar it-twettiq aċċellerat ta’ talbiet li għadhom ma mmaturawx, it-tpaċija ta’ talbiet minħabba l-użu tad-depożiti tal-Parteċipant, l-infurzar ta’ xi rahan, is-sospensjoni u t-tmiem ta’ parteċipazzjoni, it-talbiet għal imgħax applikabbli (default interest), u t-tmiem ta’ ftehim u tranżazzjonijiet ([daħħal klawsoli oħra rilevanti tar-Regoli jew tad-Dokumenti tas-Sistema]) huma validi u inforzabbli skont il-liġijiet ta’ [ġurisdizzjoni].

3.3.d.   Sospensjoni u terminazzjoni

Meta japplika fir-rigward tal-Parteċipant, id-dispożizzjonijiet li jinsabu fi [lista tal-artikoli] tar-Regoli (fir-rigward tas-sospensjoni u t-tmiem tal-parteċipazzjoni tal-Parteċipant fis-Sistema dwar il-bidu ta’ Proċedimenti ta’ Insolvenza jew Proċedimenti jew każijiet oħra ta’ inadempjenza, kif iddefiniti fid-Dokumenti tas-Sistema, jew jekk il-Parteċipant jirrappreżenta xi tip ta’ riskju sistemiku jew għandu problemi operattivi serji) huma validi u inforzabbli skont il-liġijiet ta’ [ġurisdizzjoni].

3.3.e.   Sistema ta’ penali

Meta japplika fir-rigward tal-Parteċipant, id-dispożizzjonijiet li jinsabu fi [lista tal-artikoli] tar-Regoli fir-rigward ta’ penali imposti fuq Parteċipant li ma jkunx f’qagħda li jirrimborsa fil-ħin kreditu tat-tip intraday jew overnight, safejn japplikaw, huma validi u inforzabbli skont il-liġijiet ta’ [ġurisdizzjoni].

3.3.f.   Ċessjoni ta’ drittijiet u obbligi

Id-drittijiet u l-obbligi tal-Parteċipant ma jistgħux jiġu ċeduti, mibdulin jew inkella ttrasferiti mill-Parteċipant lil terzi partijiet mingħajr il-kunsens bil-miktub u bil-quddiem ta’ [daħħal isem il-BĊ].

3.3.g.   Għażla tal-liġi regolatorja u ġurisdizzjoni

Id-dispożizzjonijiet li jinsabu fi [lista tal-artikoli] tar-Regoli, u b’mod partikolari fir-rigward tal-liġi regolatorja, ir-riżoluzzjoni ta’ xi tilwima, il-qrati kompetenti, u n-notifika tal-proċess huma validi u inforzabbli skont il-liġijiet ta’ [ġurisdizzjoni].

3.4.   Preferenzi annullabbli

Aħna tal-fehma li l-ebda obbligu li joħroġ mid-Dokumenti tas-Sistema, it-twettiq tiegħu, jew il-konformità miegħu qabel il-ftuħ ta’ kull Proċediment ta’ Insolvenza jew Proċedimenti fir-rigward tal-Parteċipant ma jista’ jitwarrab f’dawn il-proċedimenti bħala preferenza, tranżazzjoni annullabbli jew mod ieħor skont il-liġi tal-insolvenza ta’ [ġurisdizzjoni].

B’mod partikolari, u mingħajr limitazzjoni għal dak li ntqal hawn fuq, nesprimu din il-fehma fir-rigward ta’ kull ordni ta’ ħlas mibgħuta minn kull parteċipant fis-Sistema. B’mod partikolari, aħna tal-fehma li d-dispożizzjonijiet ta’ [lista tal-artikoli] tar-Regoli li jistabbilixxu l-inforzabbiltà u l-irrevokabbiltà tal-ordnijiet ta’ ħlas huma validi u inforzabbli, u li ordni ta’ ħlas mibgħuta minn kull parteċipant u pproċessata bis-saħħa ta’ [lista tal-artikoli] tar-Regoli ma tistax titwarrab f’kull Proċediment ta’ Insolvenza jew Proċedimenti bħala preferenza, tranżazzjoni annullabbli jew mod ieħor skont il-liġi tal-insolvenza ta’ [ġurisdizzjoni].

3.5.   Sekwestru

Jekk xi kreditur tal-Parteċipant jitlob ordni ta’ sekwestru (inkluża kull ordni ta’ iffriżar, ordni ta’ qbid, jew kull proċedura oħra tad-dritt pubbliku jew privat li hija maħsuba biex tipproteġi l-interess pubbliku jew id-drittijiet tal-kredituri tal-Parteċipant) – minn issa ’il quddiem imsejħa bħala “Sekwestru” – skont il-liġijiet ta’ [ġurisdizzjoni] minn qorti jew awtorità governattiva, ġudizzjarja jew pubblika li hija kompetenti f’[ġurisdizzjoni], aħna tal-fehma li [daħħal l-analiżi u d-diskussjoni].

3.6.   Kollateral [jekk japplika]

3.6.a.   Ċessjoni ta’ drittijiet jew depożitu ta’ assi għall-finijiet ta’ kollateral, rahan u/jew repo

Ċessjonijiet għall-finijiet ta’ kollateral huma validi u inforzabbli skont il-liġijiet ta’ [ġurisdizzjoni]. B’mod speċifiku, il-ħolqien u l-infurzar ta’ rahan jew repo skont [daħħal ir-referenza għall-arranġament rilevanti mal-BĊ] ikunu validi u inforzabbli skont il-liġijiet ta’ [ġurisdizzjoni].

3.6.b.   Prijorità tal-interess ta’ ċessjonarji, ta’ detenturi ta’ rahan jew xerrejja ta’ repos fuq dak ta’ kredituri oħra,

Fil-każ ta’ Proċedimenti ta’ Insolvenza jew Proċedimenti fir-rigward tal-Parteċipant, id-drittijet jew l-assi mogħtija b’ċessjoni għal finijiet ta’ kollateral, jew mirhuna mill-Parteċipant favur ta’ [daħħal isem il-BĊ] jew parteċipanti oħra fis-Sistema, se tingħatalhom prijorità ta’ ħlas qabel it-talbiet tal-kredituri l-oħra kollha tal-Parteċipant u ma jkunux suġġetti għal prijorità jew kredituri ppreferuti.

3.6.c.   Infurzar ta’ titolu taħt garanzija

Anke fil-każ ta’ Proċedimenti ta’ Insolvenza jew Proċedimenti fir-rigward tal-Parteċipant, parteċipanti oħra fis-Sistema u l-[daħħal isem il-BĊ] bħala [ċessjonarji, detenturi ta’ rahan jew xerrejja ta’ repos skont kif japplika] xorta jkunu ħielsa biex jinfurzaw u jiġbru d-drittijiet jew l-assi tal-Parteċipant permezz tal-azzjoni ta’ [daħħal isem il-BĊ] skont ir-Regoli.

3.6.d.   Rekwiżiti għall-formola u r-reġistrazzjoni.

M’hemm l-ebda rekwiżit għall-formola għaċ-ċessjoni għal finijiet ta’ garanzija ta’, jew il-ħolqien u l-infurzar ta’ rahan jew repo fuq id-drittijiet jew l-assi tal-Parteċipant, u mhuwiex neċessarju għal [ċessjoni għal finijiet ta’ kollateral, rahan jew repo, skont kif japplika,] jew kull dettall ta’ dan [ċessjoni, rahan, jew repo, skont kif japplika,] biex jiġu rreġistrati jew ippreżentati f’kwalunkwe qorti kompetenti jew awtorità governattiva, ġudizzjarja jew pubblika li hija kompetenti f’[ġurisdizzjoni].

III.7   Fergħat [safejn japplika]

3.7.a.   L-opinjoni tapplika għal azzjoni permezz tal-fergħat

Kull dikjarazzjoni u opinjoni msemmija hawn fuq fir-rigward tal-Parteċipant tapplika bl-istess preċiżjoni u validità skont il-liġijiet ta’ [ġurisdizzjoni] f’sitwazzjonijiet fejn il-Parteċipant jaġixxi permezz ta’ waħda jew iżjed mill-fergħat tiegħu li jinsabu barra [ġurisdizzjoni].

3.7.b.   Konformità mal-liġi

La l-eżekuzzjoni u t-twettiq tad-drittijiet u l-obbligi skont id-Dokumenti tas-Sistema, u lanqas l-għoti, it-trażmissjoni jew li jiġu rċevuti l-ordnijiet ta’ ħlas minn fergħa ta’ Parteċipant ma jiksru bl-ebda mod il-liġijiet ta’ [ġurisdizzjoni];

3.7.c.   Awtorizzazzjonijiet meħtieġa

La l-eżekuzzjoni u t-twettiq tad-drittijiet u l-obbligi skont id-Dokumenti tas-Sistema, u lanqas l-għoti, it-trażmissjoni jew l-irċevuta ta’ ordnijiet ta’ ħlas minn fergħa ta’ Parteċipant ma jkunu jeħtieġu kwalunkwe awtorizzazzjonijiet, approvazzjonijiet, kunsensi, preżentazzjonijiet, reġistrazzjonijiet, tranżunzzjonijiet jew ċertifikazzjonijiet oħra ta’ jew ma’ kwalunkwe qorti jew awtorità governattiva, ġudizzjarja jew pubblika li huma kompetenti fi [ġurisdizzjoni].

Din l-Opinjoni ġġib id-data tal-preżenti u hija indirizzata biss lil [daħħal isem il-BĊ] u lil [Parteċipant]. L-ebda persuna oħra ma tista’ tiddependi fuq din l-Opinjoni u l-kontenut ta’ din l-Opinjoni ma jistax jiġi żvelat lil persuni oħra ħlief għal min kien intiż u l-konsulent legali tiegħu mingħajr il-kunsens minn qabel bil-miktub, bl-eċċezzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew u l-banek ċentrali nazzjonali tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali [u [l-bank ċentrali nazzjonali/l-awtoritajiet regolatorji rilevanti] ta’ [ġurisdizzjoni]].

Dejjem tiegħek,

Firma:

Appendiċi IV

PROĊEDURI GĦALL-KONTINWITÀ TAS-SERVIZZ U TAL-KONTINĠENZA

1.   Dispożizzjonijiet ġenerali

(a)

Dan l-Appendiċi jistabbilixxi l-arranġamenti bejn [daħħal isem il-BĊ] u l-parteċipanti, jew sistemi anċillari, jekk komponent wieħed jew aktar tal-SSP jew in-netwerk tat-telekommunikazzjonijiet ifallu jew jiġu affettwati minn każ estern mhux normali, jew jekk il-ħsara taffettwa parteċipant jew sistema anċillari.

(b)

Ir-referenzi kollha għall-ħinijiet speċifiċi f’dan l-Appendiċi huma għall-ħin lokali fis-sede tal-BĊE, jiġifieri s-Central European Time (CET (1)).

2.   Miżuri ta’ ta’ kontinwità tas-servizz u ta’ pproċessar ta’ kontinġenza

(a)

Fil-każ li jiġri xi każ estern mhux normali u/jew ikun hemm ħsara fl-SSP jew in-netwerk tat-telekomunikazzjonijiet li taffettwa l-operat normali tat-TARGET2, il-[daħħal isem il-BĊ] għandu jkun intitolat biex jadotta miżuri ta’ kontinwità tas-servizz u ta’ pproċessar ta’ kontinġenza.

(b)

Il-miżuri prinċipali tal-kontinwità tas-servizz u ta’ pproċessar ta’ kontinġenza li ġejjin għandhom ikunu disponibbli fit-TARGET2:

(i)

ir-rijallokazzjoni tat-tħaddim tal-SSP għal sit alternattiv;

(ii)

il-bidla fis-sigħat tat-tħaddim tal-SSP; u

(iii)

il-bidu ta’ pproċessar ta’ kontinġenza ta’ ħlasijiet kritiċi ħafna u dawk kritiċi, kif iddefinit fil-paragrafu 6(ċ) u (d) rispettivament.

(c)

Fir-rigward tal-miżuri ta’ kontinwità tas-servizz u ta’ pproċessar ta’ kontinġenza, il-[daħħal isem il-BĊ] għandu jkollu d-diskrezzjoni sħiħa fir-rigward ta’ jekk u liema miżuri għandhom jiġu adottati biex ikun hemm saldu tal-ordnijiet ta’ ħlas.

3.   Komunikazzjoni dwar xi inċident

(a)

L-informazzjoni dwar il-ħsara fl-SSP u/jew dwar każ estern mhux normali għandha tiġi kkomunikata lill-parteċipanti permezz tal-kanali domestiċi ta’ komunikazzjoni, l-ICM u t-T2IS. B’mod partikolari, il-komunikazzjonijiet lill-parteċipanti għandhom jinkludu l-informazzjoni li ġejja:

(i)

deskrizzjoni tal-każ;

(ii)

id-dewmien antiċipat fl-ipproċessar (jekk ikun magħruf);

(iii)

informazzjoni dwar il-miżuri li jkunu diġà ttieħdu; u

(iv)

il-parir lill-parteċipanti.

(b)

Barra minn dan, il-[daħħal isem il-BĊ] jista’ jinnotifika lill-parteċipanti dwar kull każ ieħor eżistenti jew antiċipat li jkollu l-potenzjal li jaffettwa l-operat normali tat-TARGET2.

4.   Rijallokazzjoni tal-operat tal-SSP għal sit alternattiv

(a)

Fil-każ li jiġri xi wieħed mill-każijiet imsemmija fil-paragrafu 2(a), l-operat tal-SSP jista’ jiġi rijallokat għal sit alternattiv, jew fl-istess reġjun jew f’reġjun ieħor.

(b)

Fil-każ li l-operat tal-SSP jiġi rijallokat għal reġjun ieħor, il-parteċipanti għandhom jagħmlu l-aħjar li jistgħu biex jirrikonċiljaw il-pożizzjonijiet tagħhom sal-mument tal-ħsara jew sa meta jkun ġara l-każ estern mhux normali, u jipprovdu lil [daħħal isem il-BĊ] l-informazzjoni kollha rilevanti f’dan ir-rigward.

5.   Bidla fis-sigħat tax-xogħol

(a)

L-ipproċessar ta’ bi nhar tat-TARGET2 jista’ jiġi estiż, jew jista’ jiddewwem il-ħin tal-ftuħ ta’ jum ġdid tan-negozju. Matul kull ħin tal-operat estiż tat-TARGET2, l-ordnijiet ta’ ħlas għandhom jiġu pproċessati skont il-[niżżel ir-referenza għall-arranġamenti li jimplimentaw il-Kundizzjonijiet Armonizzati], bla ħsara għall-modifiki li jinsabu f’dan l-Appendiċi.

(b)

L-ipproċessar ta’ bi nhar jista’ jiġi estiż u għalhekk jiddewwem il-ħin tal-għeluq jekk tkun seħħet xi ħsara fl-SSP matul il-jum imma tkun ġiet solvuta qabel is-18.00. Dan id-dewmien fil-ħin tal-għeluq għandu, f’ċirkostanzi normali, ma jeċċedix sagħtejn u għandu jitħabbar lill-parteċipanti kmieni kemm jista’ jkun. Jekk dan id-dewmien jitħabbar qabel il-16.50, il-perijodu minimu ta’ siegħa bejn il-cut-off time għal ordnijiet ta’ ħlas tal-klijenti u dawk ta’ bejn il-banek għandu jibqa’ fis-seħħ. Ladarba jitħabbar dan id-dewmien, ma jkunx possibli li jiġi rtirat.

(c)

Il-ħin tal-għeluq għandu jiddewwem f’każijiet fejn il-ħsara fl-SSP tkun ġrat qabel is-18:00 u ma tkunx ġiet solvuta sas-18.00. Il-[daħħal isem il-BĊ] għandu jikkomunika minnufih id-dewmien fil-ħin tal-għeluq lill-parteċipanti.

(d)

Malli l-SSP jirkupra, għandhom jittieħdu l-passi li ġejjin:

(i)

Il-[daħħal isem il-BĊ] għandu jara li jagħmel is-saldu tal-ħlasijiet kollha fil-kju f’siegħa; dan il-ħin jitnaqqas għal 30 minuta fil-każ li l-ħsara tal-SSP isseħħ fil-17.30 jew aktar tard (f’każijiet fejn il-ħsara fl-SSP kienet għadha għaddejja fis-18.00).

(ii)

Il-bilanċi finali tal-parteċipanti għandhom jiġu stabbiliti f’siegħa; dan il-ħin għandu jitnaqqas għal 30 minuta fil-każ li l-ħsara fl-SSP isseħħ fil-17.30 jew aktar tard, f’każijiet fejn il-ħsara fl-SSP kienet għadha għaddejja fis-18.00.

(iii)

Fil-cut-off time għal ħlasijiet ta’ bejn il-banek (interbank payments), għandu jseħħ l-ipproċessar ta’ tmiem il-jum, inkluż ir-rikors għall-faċilitajiet permanenti tal-Eurosistema.

(e)

Sistemi anċillari li jeħtieġu likwidità filgħodu kmieni għandhom ikunu diġa’ stabbilixxew mezzi dwar kif se jlaħħqu ma’ każijiet fejn l-ipproċessar ta’ bi nhar ma jkunx jista’ jinbeda fil-ħin minħabba ħsara fl-SSP fil-jum ta’ qabel.

6.   Ipproċessar ta’ kontinġenza

(a)

Jekk jidhirlu li jkun meħtieġ, il-[daħħal isem il-BĊ] għandu jibda l-ipproċessar ta’ kontinġenza ta’ ordnijiet ta’ ħlas fil-Modulu ta’ Kontinġenza tal-SSP. F’dawn il-każijiet, il-parteċipanti għandhom jingħataw biss livell ta’ servizz minimu. Il-[daħħal isem il-BĊ] għandu jinforma lill-parteċipanti tiegħu bil-bidu tal-ipproċessar ta’ kontinġenza permess ta’ kull mezz disponibbli ta’ komunikazzjoni.

(b)

Fl-ipproċessar ta’ kontinġenza, l-ordnijiet ta’ ħlas għandhom ikunu pproċessati b’mod manwali mill-[daħħal isem il-BĊ].

(c)

Il-ħlasijiet li ġejjin għandhom jitqiesu “kritiċi ħafna” u [daħħal isem il-BĊ] għandu jagħmel l-aħjar tiegħu biex jipproċessahom f’sitwazzjonijiet ta’ kontinġenza:

(i)

Ħlasijiet relatati mas-CLS Bank International;

(ii)

Proċeduri tal-aħħar tal-jum EURO1;

(iii)

margin calls tal-kontroparti ċentrali.

(d)

It-tipi ta’ ħlas li ġejjin għandhom jitqiesu “kritiċi” u [daħħal isem il-BĊ] jista’ jiddeċiedi biex jibda pproċessar ta’ kontinġenza fir-rigward tagħhom:

(i)

ħlasijiet fir-rigward tas-saldu f’ħin reali ta’ sistemi interfaced ta’ saldu ta’ titoli; u

(ii)

ħlasijiet addizzjonali, jekk meħtieġa biex jiġi evitat ir-riskju sistemiku.

(e)

Il-parteċipanti għandhom jibagħtu ordnijiet ta’ ħlas għall-ipproċessar ta’ kontinġenza, u l-informazzjoni lil min jitħallas għandha tingħata permezz ta’ [niżżel il-mezzi ta’ komunikazzjoni]. L-informazzjoni dwar il-bilanċi tal-kontijiet u l-entrati ta’ debitu u kreditu tista’ tiġi akkwistata permezz ta’ [daħħal isem il-BĊ].

(f)

Ordnijiet ta’ ħlas li jkunu ntbagħtu diġa’ lit-TARGET2-[daħħal ir-referenza għall-BĊ/pajjiż], imma li jkunu fil-kju, jistgħu ukoll igħaddu mill-ipproċessar ta’ kontinġenza. F’dawn il-każijiet il- [daħħal isem il-BĊ] għandu jipprova bis-sħiħ biex jevita l-ipproċessar doppju ta’ ordnijiet ta’ ħlas, imma għandhom ikunu l-parteċipanti li jassumu r-riskju ta’ dan l-ipproċessar doppju jekk dan iseħħ.

(g)

Għall-ipproċessar ta’ kontinġenza ta’ ordnijiet ta’ ħlas, il-parteċipanti għandhom jipprovdu kollateral addizzjonali. Matul l-ipproċessar ta’ kontinġenza, ħlasijiet ta’ kontinġenza dovuti mingħand oħrajn (incoming) jistgħu jintużaw biex jiffinanzjaw ħlasijiet ta’ kontinġenza dovuti lil oħrajn (outgoing). Għall-finijiet tal-ipproċessar ta’ kontinġenza, il-likwidità disponibbli tal-parteċipanti tista’ ma titqisx mill- [daħħal isem il-BĊ].

7.   Ħsarat marbuta ma’ parteċipanti jew sistemi anċillari

(a)

Fil-każ li parteċipant ikollu problema li żżommu milli jagħmel saldu ta’ ħlasijiet fit-TARGET2, tkun ir-responsabbiltà tiegħu biex isolvi l-problema. B’mod partikolari, parteċipant jista’ juża soluzzjonijiet in-house jew il-funzjonalità tal-ICM, jiġifieri ħlasijiet f’somma waħda ta’ riżerva u ħlasijiet ta’ kontinġenza ta’ riżerva (CLS, EURO1, STEP2 pre-fund).

(b)

Jekk parteċipant jiddeċiedi li juża l-funzjonalità tal-ICM biex jagħmel ħlasijiet f’somma waħda ta’ riżerva, il-[daħħal isem il-BĊ] għandu, jekk il-parteċipant jitlob hekk, jiftaħ din il-funzjonalità permezz tal-ICM. Jekk il-parteċipant jitlob hekk, il-[daħħal isem il-BĊ] għandu jittrasmetti messaġġ ta’ komunikazzjoni tal-ICM biex jinforma lil parteċipanti oħra dwar l-użu minn dak il-parteċipant ta’ ħlasijiet f’somma waħda ta’ riżerva. Il-parteċipant għandu jkun responsabbli biex jibgħat dawn il-ħlasijiet f’somma waħda ta’ riżerva esklużivament lil parteċipanti oħra li magħhom ikun qabel bilateralment dwar l-użu ta’ dawk il- ħlasijiet, u għandu jkun responsabbli wkoll għal passi oħra fir-rigward ta’ dawn il-ħlasijiet.

(c)

Jekk jintużaw il-miżuri kollha msemmija fis-subparagrafu (a) jew jekk huma ineffiċjenti, il-parteċipant jista’ jitlob għajnuna minn [daħħal isem il-BĊ].

(d)

Fil-każ li xi ħsara taffettwa sistema anċillari, dik is-sistema anċillari għandha tkun responsabbli biex issolvi l-ħsara. Jekk is-sistema anċillari titlob hekk, il-[daħħal isem il-BĊ] jista’ jaġixxi f’isimha. Il-[daħħal isem il-BĊ] għandu jkollu d-diskrezzjoni biex jiddeċiedi liema għajnuna għandu jagħti lis-sistema anċillari, inkluż matul l-operazzjonijiet ta’ bil-lejl tas-sistema anċillari. Jistgħu jittieħdu dawn il-miżuri ta’ kontinġenza li ġejjin:

(i)

is-sistema anċillari tagħti bidu għal ħlasijiet nodfa, jiġifieri ħlasijiet li mhumiex marbuta mat-tranżazzjoni relatata permezz tal-Interfaċċa tal-Parteċipant;

(ii)

il-[daħħal isem il-BĊ] joħloq u/jew jipproċessa struzzjonijiet/fajls XML f’isem is-sistema anċillari; u/jew

(iii)

il-[daħħal isem il-BĊ] jagħmel ħlasijiet nodfa f’isem is-sistema anċillari.

(e)

Il-miżuri ta’ kontinġenza ddettaljati fir-rigward ta’ sistemi anċillari għandhom jiġu inklużi fl-arranġamenti bilaterali bejn il-[daħħal isem il-BĊ] u s-sistema anċillari rilevanti.

8.   Dispożizzjonijiet oħrajn

(a)

Fil-każ li ċerta dejta ma tkunx disponibbli minħabba li jkun seħħ xi wieħed mill-każijiet msemmija fil-paragrafu 3(a), il-[daħħal isem il-BĊ] huwa intitolat jibda jew ikompli jipproċessa ordnijiet ta’ ħlas u/jew jopera t-TARGET2-[daħħal ir-riferenza għall-BĊ/pajjiż] fuq il-bażi tal-aħħar dejta disponibbli, kif iddeterminat minn [daħħal isem il-BĊ]. Jekk mitlub minn [daħħal isem il-BĊ], il-parteċipanti u s-sistemi anċillari għandhom jibagħtu mill-ġdid il-messaġġi FileAct/Interact tagħhom jew jieħdu kull azzjoni oħra li titqies xierqa minn [daħħal isem il-BĊ].

(b)

Fil-każ ta’ ħsara ta’ [daħħal isem il-BĊ], xi wħud minn jew il-funzjonijiet kollha tekniċi tiegħu fir-rigward tat-TARGET2-[daħħal ir-referenza għall-BĊ/pajjiż] jistgħu jitwettqu minn BĊi oħra tal-Eurosistema.

(c)

Il-[daħħal isem il-BĊ] jista’ jitlob li l-parteċipanti jipparteċipaw f’ittestjar regolari jew ad hoc ta’ miżuri ta’ kontinwità tas-servizz u ta’ pproċessar ta’ kontinġenza, f’taħriġ jew f’kull arranġament preventiv ieħor, kif jitqies meħtieġ minn [daħħal isem il-BĊ]. L-ispejjeż kollha li l-parteċipanti jkollhom b’riżultat ta’ dan l-ittestjar jew arranġamenti oħra għandhom jitħallsu mill-parteċipanti biss.


(1)  Is-CET iqis il-bidla għas-Central European Summer Time.

Appendiċi V

SKEDA OPERATTIVA

1.

It-TARGET2 tkun miftuħa fil-jiem kollha ħlief għas-Sibtijiet, il-Ħdud, l-Ewwel tas-Sena, il-Ġimgħa l-Kbira u t-Tnejn l-Għada tal-Għid (skont il-kalendarju applikabbli fis-sede tal-BĊE), l-1 ta’ Mejju, Jum il-Milied u s-26 ta’ Diċembru.

2.

Il-ħin ta’ referenza għas-sistema huwa l-ħin lokali fis-sede tal-BĊE, jiġifieri is-CET.

3.

Il-jum tan-negozju kurrenti jiftaħ filgħaxija tal-jum tan-negozju ta’ qabel u jaħdem skont l-iskeda li ġejja:

Ħin:

Deskrizzjoni

6.45-7.00

Pawsa ta’ negozju għall-preparazzjoni tal-operazzjonijiet ta’ bi nhar (*)

7.00-18.00

L-ipproċessar ta’ bi nhar

17.00

Il-cut-off time għal ħlasijiet tal-klijenti (jiġifieri ħlasijiet meta l-oriġinatur u/jew il-benefiċjarju ta’ xi ħlas mhuwiex parteċipant dirett jew indirett kif identifikat fis-sistema bl-użu ta’ messaġġ MT 103 jew MT 103+)

18.00

Il-cut-off time għal ħlasijiet ta’ bejn il-banek (interbank payments) (jiġifieri ħlasijiet oħra minbarra dawk tal-klijenti)

18.00-18.45 (**)

L-ipproċessar tal-aħħar tal-jum

18.15 (**)

Il-cut-off time ġenerali għall-użu ta’ faċilitajiet permanenti

(Ftit wara) 18.30 (***)

Id-dejta għall-aġġornament tas-sistemi ta’ kontabilità hija disponibbli għall-BĊi

18.45-19.30 (***)

L-ipproċessar tal-bidu tal-jum (jum ġdid tan-negozju)

19.00 (***)-19.30 (**)

Għoti ta’ likwidità fil-kont PM

19.30 (***)

Messaġġ “tal-bidu tal-proċedura” u saldu tal-ordnijiet permanenti biex tiġi ttrasferita l-likwidità mill-kontijiet PM għas-subkont(ijiet)/kont mera (saldu relatat mas-sistema anċillari)

19.30 (***)-22.00

Eżekuzzjoni ta’ trasferimenti addizzjonali ta’ likwidità permezz tal-ICM qabel ma s-sistema anċillari tibgħat il-messaġġ “tal-bidu taċ-ċiklu”; perijodu ta’ saldu ta’ operazzjonijiet ta’ bil-lejl tas-sistema anċillari (għall-proċedura ta’ saldu tas-sistema anċillari 6)

22.00-1.00

Perijodu ta’ manutenzjoni teknika

1.00 - 7.00

Proċedura għas-saldu ta’ operazzjonijiet ta’ matul il-lejl ta’ sistemi anċillari (għall-proċedura tas-saldu b’sistema anċillari 6 biss)

4.

L-ICM huwa disponibbli għal trasferimenti ta’ likwidità mis-19.30 (1) sas-18.00 tal-għada, ħlief għal matul il-perijodu ta’ manutenzjoni teknika bejn l-22.00 sas-1.00.

5.

Is-siegħat ta’ operazzjoni jistgħu jinbidlu fil-każ li l-miżuri ta’ kontinwità tas-servizz jiġu adottati skont il-paragrafu 5 tal-Appendiċi IV.


(*)  L-operazzjonijiet ta’ bi nhar tfisser l-ipproċessar ta’ bi nhar u l-ipproċessar ta’ tmiem il-jum.

(**)  Tispiċċa 15-il minuta aktar tard fl-aħħar jum tal-perijodu ta’ manutenzjoni ta’ riżerva tal-Eurosistema.

(***)  Tispiċċa 15-il minuta aktar tard fl-aħħar jum tal-perijodu ta’ manutenzjoni ta’ riżerva tal-Eurosistema.

(1)  Tibda 15-il minuta aktar tard fl-aħħar jum tal-perijodu ta’ manutenzjoni ta’ riżerva tal-Eurosistema.

Appendiċi VI

SKEDA TA' DRITTIJIET U L-ĦRUĠ TA' FATTURI

Drittijiet għal parteċipanti diretti

1.

Id-dritt ta’ kull xahar għall-ipproċessar ta’ ordnijiet għall-ħlas fit-TARGET2-[daħħal il-BĊ/referenza tal-pajjiż] għal parteċipanti diretti, skont l-opzjoni li jkun għażel il-parteċipant dirett, għandu jkun jew:

(a)

EUR 150 għal kull kont PM flimkien ma’ dritt fiss għal kull tranżazzjoni (reġistrata bħala debitu) ta’ EUR 0.80; jew

(b)

EUR 1 875 għal kull kont PM flimkien ma’ dritt għal kull tranżazzjoni (reġistrata bħala debitu) iddeterminat kif ġej, ibbażat fuq il-volum ta’ tranżazzjonijiet (numru ta’ entrati pproċessati) ta’ kull xahar:

Faxxa

Minn

Għal

Prezz (EUR)

1

1

10 000

0,60

2

10 001

25 000

0,50

3

25 001

50 000

0,40

4

50 001

100 000

0,20

5

'Il fuq minn 100 000

0,125

Trasferimenti ta’ likwidità bejn il-kont PM ta’ parteċipant u s-subkontijiet tiegħu m'għandhomx ikunu suġġetti għal imposta.

2.

Id-dritt ta’ kull xahar għall-aċċess għal aktar minn indirizzat wieħed huwa ta’ EUR 80 għal kull indirizz BIC ta’ 8 figuri li mhuwiex il-BIC tal-kont tal-parteċipant dirett.

3.

Hemm dritt addizzjonali ta’ kull xahar ta’ EUR 30 għal kull kont għal parteċipanti diretti li ma jixtiequx li l-BIC tal-kont tagħhom jiġi ppubblikat fid-direttorju TARGET2.

4.

Id-dritt ta’ kull xahar għal kull reġistrazzjoni fid-direttorju tat-TARGET2 ta’ parteċipant indirett minn parteċipant dirett huwa ta’ EUR 20.

5.

Id-dritt ta’ darba pagabbli għal kull reġistrazzjoni ta’ detentur indirizzabbli ta’ BIC fid-direttorju tat-TARGET2, għal fergħat ta’ parteċipanti diretti jew indiretti, fergħat ta’ korrispondenti jew detenturi ta’ BIC indirizzabbli li huma membri tal-istess grupp, kif definit fl-Artikolu 1, huwa ta’ EUR 5.

6.

Id-dritt ta’ kull xahar għal kull reġistrazzjoni fid-direttorju tat-TARGET2 ta’ detentur ta’ BIC indirizzabbli għal korrispondent huwa ta’ EUR 5.

Drittijiet għall-ippuljar ta’ likwidità

7.

Għall-metodu CAI, id-dritt ta’ kull xahar huwa ta’ EUR 100 għal kull kont inkluż fil-grupp.

8.

Għall-metodu AL, id-dritt ta’ kull xahar huwa ta’ EUR 200 għal kull kont inkluż fil-grupp AL. Jekk il-grupp AL juża l-metodu CAI, kontijiet mhux inklużi fil-metodu AL għandhom iħallsu d-dritt ta’ kull xahar tas-CAI ta’ EUR 100 għal kull kont.

9.

Għall-metodu AL kif ukoll għall-metodu CAI, l-istruttura digressiva tad-dritt tat-tranżazzjoni stipulata fit-tabella fil-paragrafu 1(b) tapplika lil ħlasijiet kollha li jsiru mill-parteċipanti fil-grupp, daqs li kieku dawn il-ħlasijiet intbagħtu mill-kont ta’ parteċipant wieħed.

10.

Id-dritt ta’ kull xahar ta’ EUR 1 875 imsemmi fil-paragrafu 1(b) jitħallas mill-maniġer tal-grupp relevanti, u d-dritt ta’ kull xahar ta’ EUR 150 imsemmi fil-paragrafu 1(a) għandu jitħallas mill-membri l-oħra kollha tal-grupp. Jekk grupp AL huwa parti minn grupp CAI, u l-maniġer tal-grupp AL huwa l-istess maniġer tal-grupp CAI, id-dritt ta’ kull xahar ta’ EUR 1 875 jitħallas darba biss. Jekk il-grupp AL huwa parti minn grupp CAI u l-maniġer tal-grupp CAI huwa differenti mill-maniġer tal-grupp AL, il-maniġer tal-grupp CAI għandu jħallas dritt addizzjonali ta’ EUR 1 875 ta’ kull xahar. F'dawn il-każijiet il-fattura għat-total tad-drittijiet għall-kontijiet kollha fil-grupp CAI (inkluż il-kontijiet tal-grupp AL) għandha tintbagħat lill-maniġer tal-grupp CAI.

Ħruġ ta’ Fatturi

11.

Fil-każ ta’ parteċipanti diretti, japplikaw ir-regoli li ġejjin għall-ħruġ ta’ fatturi. Il-parteċipant dirett (il-maniġer tal-grupp AL jew tal-grupp CAI f'każ illi jintużaw l-metodi AL jew CAI) għandu jirċievi l-fattura għax-xahar preċedenti li tispeċifika d-drittijiet li għandhom jitħallsu, mhux aktar tard mill-ħames jum tan-negozju tax-xahar ta’ wara. Il-ħlas għandu jsir sa mhux aktar tard mill-għaxar jum tan-negozju ta’ dak ix-xahar lill-kont speċifikat mill-[daħħal isem il-BĊ] u għandu jiġi ddebitat mill-kont PM ta’ dak il-parteċipant.

Appendiċi VII

FTEHIM TA’ LIKWIDITÀ AGGREGATA – VARJANT A

Mudell għall-użu tal-modalità AL minn iktar minn istituzzjoni ta’ kreditu waħda

Bejn, fuq naħa:

[parteċipant], detentur ta’ kontijiet PM Nru[…], ma’ [daħħal isem il-BĊ] rappreżentat minn […], li qed jaġixxi bħala […],

[parteċipant], detentur ta’ kontijiet PM Nru[…], ma’ [daħħal isem il-BĊ] rappreżentat minn […], li qed jaġixxi bħala […],

[parteċipant], detentur ta’ kontijiet PM Nru[…], ma’ [daħħal isem il-BĊ] rappreżentat minn […],

li qed jaġixxi bħala […],

(iktar ’il quddiem il-“membri tal-grupp AL”) u fuq in-naħa l-oħra, [daħħal isem tal-BĊN tal-AL] [daħħal isem tal-BĊN tal-AL] [daħħal isem tal-BĊN tal-AL] (iktar ’il quddiem il-“BĊNi tal-AL”)

(membri tal-grupp AL u l-BĊNi tal-AL minn issa ’l quddiem imsejħa kollettivament bħala l-“Partijiet”)

Billi:

(1)

It-TARGET2 hija strutturata legalment bħala multipliċità ta’ sistemi ta’ ħlas, kull waħda minnhom hija indikata bħala sistema taħt il-leġiżlazzjoni nazzjonali rilevanti li timplimenta d-Direttiva 98/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Mejju 1998, dwar il-finalità tas-saldu f’sistemi ta’ ħlas u saldu ta’ titoli (1).

(2)

Il-parteċipanti f’sistema komponent wieħed jew iżjed tat-TARGET2 jistgħu, taħt ċerti kundizzjonijiet stabbiliti fil-kundizzjonijiet rispettivi għal parteċipazzjoni f’sistemi komponenti tat-TARGET2, jistabbilixxu grupp AL, fejn il-likwidità fil-kontijiet PM tal-membri tal-grupp AL tiġi aggregata.

(3)

L-aggregazzjoni tal-likwidità tippermetti lill-membri tal-grupp AL jagħmlu saldu ta’ ordnijiet ta’ ħlas għal ammont li jeċċedi l-likwidità disponibbli fil-kontijiet PM rispettivi tagħhom, bil-kundizzjoni li l-valur totali ta’ dawn l-ordnijiet kollha ta’ ħlas qatt ma jaqbeż l-ammont aggregat tal-likwidità disponibbli f’dawk il-kontijiet PM kollha. Il-pożizzjoni ta’ debitu li tirriżulta f’wieħed minn dawn il-kontijiet PM jew aktar, tikkostitwixxi kreditu intraday, li l-għoti tiegħu huwa rregolat mill-arranġamenti nazzjonali rispettivi, ħlief għall-modifiki deskritti f’dan il-ftehim; b’mod partikolari, din il-pożizzjoni ta’ debitu hija kkollaterizzata mal-likwidità disponibbli fil-kontijiet PM ta’ membri tal-grupp tal-Al oħrajn.

(4)

L-effett ta’ dan il-mekkaniżmu ma hu bl-ebda mod biex jingħaqdu id-diversi kontijiet PM, li, salvi l-limitazzjonijiet deskritti f’dan il-ftehim, jibqgħu esklussivament miżmuma mid-detenturi rispettivi tagħhom.

(5)

Dan il-mekkaniżmu jaħseb biex jevita l-frammentazzjoni tal-likwidità fis-sistemi komponenti tat-TARGET2 differenti, u jissimplifika l-immaniġġjar tal-likwidità ġewwa grupp ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu.

(6)

Dan il-mekkaniżmu jtejjeb l-effiċjenza globali tas-saldu tal-ħlasijiet fit-TARGET2.

(7)

[Parteċipant], [parteċipant] u [parteċipant] huma konnessi rispettivament mat-TARGET2-[daħħal ir-referenza għall-BĊ/pajjiż], TARGET2-[daħħal ir-referenza għall-BĊ/pajjiż], u TARGET2-[daħħal ir-referenza għall-BĊ/pajjiż] u huma marbuta bi [daħħal ir-referenza għall-arranġamenti li jimplimentaw il-Kundizzjonijiet Armonizzati] ta’ [niżżel id-dati rilevanti],

Issa, għalhekk, il-Partijiet jaqblu dan li ġej:

Artikolu 1

Effettività ta’ dan il-Ftehim

Dan il-ftehim u kull emenda tiegħu għandhom ikunu effettivi biss meta l-BĊN li jimmaniġġja, wara li jkun akkwista kull informazzjoni jew dokumenti li huwa jidhirlu xieraq, jikkonferma bil-miktub li dan il-ftehim jew xi emendi tiegħu jikkonformaw mal-obbligi stabbiliti fil-kundizzjonijiet rispettivi għal parteċipazzjoni f’sistemi komponenti tat-TARGET2.

Artikolu 2

Interess reċiproku tal-membri tal-grupp AL u tal-BĊNi tal-AL

1.   Il-membri tal-grupp AL jiddikjaraw b’mod ċar u jirrikonoxxu li l-parteċipazzjoni tagħhom f’dan il-ftehim isservi tajjeb l-interessi ekonomiċi, soċjali u finanzjarji reċiproċi tagħhom billi l-ordnijiet ta’ ħlas tal-membri kollha tal-grupp AL jistgħu jkollhom saldu fis-sistemi komponenti tat-TARGET2 rispettivi tagħhom, sa ammont li jikkorrispondi mal-likwidità disponibbli fil-kontijiet PM tal-membri kollha tal-grupp AL, b’hekk tiġi ddistribwita l-likwidità disponibbli f’sistemi komponenti oħra tat-TARGET2.

2.   Il-BĊNi tal-AL għandhom interess reċiproku li jipprovdu kreditu intraday lill-membri tal-grupp AL, billi dan jippromwovi l-effiċjenza globali tas-saldu tal-ħlasijiet fit-TARGET2. Il-kreditu intraday huwa ikkollateralizzat skont l-Artikolu 18 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew billi l-bilanċ ta’ debitu li jirriżulta mill-eżekuzzjoni ta’ ordni ta’ ħlas huwa kopert bil-likwidità disponibbli fil-kontijiet PM miżmuma mill-membri l-oħra tal-grupp AL mal-BĊNi tal-AL rispettivi tagħhom, li huma ikkollateralizzati għat-twettiq tal-obbligi min-naħa ta’ xi membru tal-grupp AL favur il-BĊNi tal-AL.

Artikolu 3

Id-drittijiet u l-obbligi tal-membri tal-grupp AL

1.   Il-membri tal-grupp AL għandhom ikunu flimkien u in solidum bejniethom responsabbli lejn il-BĊNi tal-AL kollha fir-rigward tat-talbiet kollha li jirriżultaw mis-saldu, fis-sistema komponent tat-TARGET2 rispettiva tagħhom, tal-ordni ta’ ħlas ta’ kwalunkwe membru tal-grupp AL. Il-membri tal-grupp AL m’għandhomx ikunu intitolati jistrieħu fuq kwalunkwe arranġamenti interni tal-grupp dwar it-tqassim tar-responsabbiltajiet biex jevitaw kwalunkwe responsabbiltà lejn il-BĊNi tal-AL fir-rigward tal-aggregazzjoni tar-responsabbiltajiet kollha hawn fuq imsemmija.

2.   Il-valur totali tal-ordnijiet kollha ta’ ħlas li jkun sar saldu tiegħu mill-membri tal-grupp AL fil-kontijiet PM tagħhom ma jista’ qatt jaqbeż l-ammont aggregat tal-likwidità kollha disponibbli f’dawk il-kontijiet PM kollha.

3.   Il-membri tal-grupp AL għandhom ikunu awtorizzati biex jużaw il-modalità CAI, kif deskritt fi [daħħal ir-referenza għall-arranġamenti li jimplimentaw il-Kundizzjonijiet Armonizzati].

4.   Il-membri tal-grupp AL għandhom jiżguraw li jkun hemm ftehim intern bejniethom li jinkludi inter alia:

(a)

ir-regoli tal-organizzazzjoni interna tal-grupp AL;

(b)

il-kundizzjonijiet li skonthom il-maniġer tal-grupp AL għandu l-obbligu li jirrapporta lill-membri tal-grupp AL;

(c)

l-ispejjeż tal-modalità AL (inkluża l-allokazzjoni tagħhom bejn il-membri tal-grupp AL); u

(d)

id-drittijiet biex jitħallsu bħala remunerazzjoni bejn il-membri tal-grupp AL għas-servizzi skont il-ftehim AL, u r-regoli biex tiġi kkalkulata l-kunsiderazzjoni finanzjarja.

Bl-eċċezzjoni tas-subparagrafu (d), il-membri tal-grupp AL jistgħu jiddeċiedu jekk jiżvelawx jew le dan il-ftehim intern jew xi partijiet minnu lill-BĊNi tal-AL. Il-membri tal-grupp tal-AL għandhom jiżvelaw l-informazzjoni msemmija fis-subparagrafu (d) lill-BĊNi tal-AL.

Artikolu 4

Id-drittijiet u l-obbligi tal-BĊNi tal-AL

1.   Meta xi membru tal-grupp AL jibgħat ordni ta’ ħlas lis-sistema komponent tat-TARGET2 rispettiva tiegħu għal ammont li jeċċedi l-likwidità disponibbli fil-kont PM ta’ dan il-membru tal-grupp AL, il-BĊN tal-AL rispettiv tiegħu għandu jestendi l-kreditu intraday li huwa kkollateralizzat bil-likwidità disponibbli f’kontijiet PM oħra miżmuma mill-membru tal-grupp AL mal-BĊN tal-AL rispettiv tiegħu jew fil-kontijiet PM miżmuma mill-membri l-oħra tal-grupp AL mal-BĊNi tal-AL rispettivi tagħhom. Dan il-kreditu intraday għandu jkun irregolat bir-regoli li japplikaw għall-għoti ta’ kreditu intraday minn dak il-BĊN tal-AL.

2.   Ordnijiet ta’ ħlas mibgħuta minn kwalunkwe membru tal-grupp AL li għandhom l-effett li jeċċedu l-likwidità disponibbli fil-kontijiet PM kollha tal-membri tal-grupp AL, għandhom jitqiegħdu fil-kju sakemm issir disponibbli likwidità biżżejjed.

3.   Ħlief għall-bidu ta’ proċedimenti ta’ insolvenza kontra xi wieħed jew aktar mill-membri tal-grupp AL, BĊN tal-AL jista’ jitlob minn kull membru tal-grupp AL it-twettiq sħiħ tal-obbligi kollha li jirriżultaw mis-saldu tal-ordnijiet ta’ ħlas ta’ kull membru tal-grupp AL fis-sistema komponent tat-TARGET2 tal-istess membru.

Artikolu 5

Ħatra u rwol tal-maniġer tal-grupp AL

1.   Il-membri tal-grupp AL qiegħdin hawnhekk jaħtru bħala l-maniġer tal-grupp AL [indika l-parteċipant maħtur bħala l-maniġer tal-grupp AL], li għandu jkun il-kuntatt għall-kwistjonijiet amministrattivi kollha relatati mal-grupp AL.

2.   Il-membri kollha tal-grupp AL għandhom jipprovdu lill-BĊN tal-AL rispettiv tagħhom, kif ukoll lill-maniġer tal-grupp AL, kull informazzjoni li tista’ taffettwa l-validità, l-inforzabbiltà u l-implimentazzjoni ta’ dan il-ftehim, inkluż, mingħajr limitu, kull modifika jew it-tmiem tar-rabtiet bejn il-membri tal-grupp AL meħtieġa għall-konformità mad-definizzjoni ta’ grupp stabbilita fi [daħħal ir-referenza għad-dispożizzjonijiet rilevanti fl-arranġamenti li jimplimentaw l-Kundizzjonijiet Armonizzati], is-seħħ ta’ xi każ ta’ inadempjenza fit-tifsira ta’ [daħħal ir-referenza għall-arranġamenti li jimplimentaw l-Kundizzjonijiet Armonizzati] jew kull każ li jista’ jaffettwa l-validità u/jew l-inforzabbiltà ta’ [daħħal ir-referenza għar-rahan, id-dispożizzjonijiet dwar il-close-out netting jew kull dispożizzjoni rilevanti oħra tal-arranġamenti li jimplimentaw il-Kundizzjonijiet Armonizzati].

3.   Il-maniġer tal-grupp AL għandu jgħaddi immedjatament lill-BĊN li jimmaniġġja kull informazzjoni deskritta fil-paragrafu 2 li jkollha x’taqsam miegħu nnifsu jew ma’ kull membru ieħor tal-grupp AL.

4.   Il-maniġer tal-grupp AL għandu jkun responsabbli fir-rigward tas-sorveljar intraday tal-likwidità disponibbli ġewwa l-grupp AL.

5.   Il-maniġer tal-grupp AL għandu jkollu prokura fuq il-kontijiet PM tal-membri tal-grupp AL u, b’mod partikolari, għandu jaġixxi bħala l-aġent tal-membri tal-grupp AL fir-rigward tal-operazzjonijiet li ġejjin:

(a)

kull operazzjoni tal-ICM fir-rigward tal-kontijiet PM tal-membri tal-grupp AL, inkluż, imma mhux limitat għal, kull tibdil fil-prijorità ta’ xi ordni ta’ ħlas, revoka, bidla fil-ħin tas-saldu, trasferimenti ta’ likwidità (inkluż minn u lil subkontijiet), l-irranġar mill-ġdid ta’ tranżazzjonijiet fil-kju, ir-riżerva ta’ likwidità fir-rigward tal-grupp AL, u l-iffissar u t-tibdil tal-limiti fir-rigward tal-grupp AL;

(b)

it-tranżazzjonijiet kollha ta’ likwidità ta’ tmiem il-jum bejn il-kontijiet PM tal-membri tal-grupp AL li jiżguraw li l-bilanċi kollha tal-kontijiet PM tal-membri tal-grupp AL huma llivellati, sabiex l-ebda minn dawn il-kontijiet ma jkollu bilanċ ta’ debitu fi tmiem il-jum jew, meta applikabbli, bilanċ ta’ debitu mhux iggarantit minn kollateral eliġibbli (minn issa ’l quddiem din il-proċedura hija msejħa bħala “livellar”);

(c)

struzzjonijiet ġenerali li skonthom għandu jsir livellar awtomatiku, jiġifieri d-definizzjoni tas-sekwenza tal-kontijiet PM tal-membri tal-grupp AL b’likwidità disponibbli biex jiġu ddebitati fil-livellar;

(d)

fin-nuqqas ta’ kull struzzjoni ċara mill-maniġer tal-grupp AL, kif stabbilit fis-subparagrafi (b) u (c), għandu jitwettaq livellar awtomatiku, fejn jibda bil-kont PM bl-ogħla bilanċ ta’ kreditu lejn il-kont PM bl-ogħla bilanċ ta’ debitu.

L-istess kriterji kif iddefiniti fis-subparagrafi (c) u (d) għandhom jintużaw jekk iseħħ xi każ ta’ infurzar, kif iddefinit fi [daħħal ir-referenza għad-dispożizzjonijiet rilevanti fl-arranġamenti li jimplimentaw l-Kundizzjonijiet Armonizzati].

6.   Il-membri tal-grupp AL jirrinunzjaw b’mod espliċitu kull dritt li jista’ jkollhom kontra l-maniġer tal-grupp AL skont [daħħal, jekk tapplika, referenza għad-dispożizzjoni relevanti tal-liġi nazzjonali], li jirriżultaw mill-ikkumbinar tal-kapaċità ta’ dak il-maniġer bħala detentur ta’ kont PM u membru tal-grupp AL bil-kapaċità tiegħu bħala maniġer tal-grupp AL.

Artikolu 6

Ir-Rwol tal-ECOFIN

1.   Il-BĊN li jimmaniġġja għandu jkun il-kuntatt regolari għall-kwistjonijiet amministrattivi kollha fir-rigward tal-grupp AL.

2.   Il-BĊNi tal-AL kollha għandhom jipprovdu minnufih lill-BĊN li jimmaniġġja kull informazzjoni dwar il-membrui tal-grupp AL rispettivi tagħhom li tista’ taffettwa l-validità, l-inforzabbiltà u l-implimentazzjoni ta’ dan il-ftehim, inkluża imma mhux limitata għal kull modifika jew it-tmiem tar-rabtiet bejn il-membri tal-grupp AL meħtieġa għall-konformità mad-definizzjoni ta’ grupp, is-seħħ ta’ xi każ ta’ inadempjenza fit-tifsira ta’ [daħħal ir-referenza għall-arranġamenti li jimplimentaw l-Kundizzjonijiet Armonizzati] jew każijiet li jistgħu jaffettwaw il-validità u/jew l-inforzabbiltà ta’ [daħħal ir-referenza għad-dispożizzjonijiet dwar ir-rahan, il-close-out netting jew dispożizzjonijiet oħra rilevanti tal-arranġamenti li jimplimentaw l-Kundizzjonijiet Armonizzati].

3.   Il-BĊN li jimmaniġġja għandu jkollu aċċess għall-informazzjoni kollha rilevanti fir-rigward tal-kontijiet PM kollha tal-membri tal-grupp AL, inkluża, imma mhux limitata għal, informazzjoni fir-rigward ta’ kull linja ta’ kreditu, il-bilanċ, il-fattura totali, ħlasijiet saldati, ħlasijiet fi kju, kif ukoll l-informazzjoni dwar il-limiti u r-riżervi ta’ likwidità tal-membri tal-grupp AL.

Artikolu 7

Perijodu taż-żmien u tmiem ta’ dan il-ftehim

1.   Dan il-ftehim huwa għal perijodu illimitat.

2.   Kull wieħed mill-membri tal-grupp AL jista’ itemm unilateralment il-parteċipazzjoni tiegħu f’dan il-ftehim, iżda jrid jagħti notifika bil-miktub ta’ 14-il jum ta’ negozju lil dak il-BĊN tal-AL li fis-sistema komponent tat-TARGET2 tiegħu huwa jipparteċipa, u lill-BĊN li jimmaniġġja. Il-BĊN li jimmaniġġja għandu jikkonferma mal-membru tal-grupp AL id-data tat-tmiem tal-parteċipazzjoni tiegħu fil-ftehim AL, u għandu jikkomunika din id-data lill-BĊNi tal-AL kollha, li għandhom jinfurmaw lill-membri tal-grupp AL tagħhom dwar dan. Jekk dak il-membru tal-grupp AL kien il-maniġer tal-grupp AL, il-membri tal-grupp AL li jifdal għandhom jaħtru minnufih maniġer ġdid tal-grupp AL.

3.   Dan il-ftehim jew il-parteċipazzjoni ta’ kull membru tal-grupp AL f’dan il-ftehim, skont kif ikun il-każ, għandha tkun awtomatikament itterminata mingħajr notifika minn qabel u b’effett immedjat jekk iseħħ xi wieħed jew aktar mill-każijiet li ġejjin:

(a)

modifika jew tmiem tar-rabtiet bejn il-membri kollha tal-grupp AL meħtieġa għall-konformità mad-definizzjoni ta’ grupp, kif stabbilit fi [daħħal ir-referenza għall-arranġamenti li jimplimentaw l-Kundizzjonijiet Armonizzati], jew li taffettwa xi membru jew aktar tal-grupp AL; u/jew

(b)

kull rekwiżit ieħor biex tintuża’ l-modalità AL, kif deskritt fi [daħħal ir-referenza għall-arranġamenti li jimplimentaw l-Kundizzjonijiet Armonizzati] mhumiex aktar sodisfatti mill-membri kollha tal-grupp AL, jew membru jew aktar tal-grupp AL.

4.   Minkejja li jseħħ xi wieħed mill-każijiet deskritti fil-paragrafu 3, ordni ta’ ħlas li tkun intbagħtet diġà minn membru tal-grupp AL fis-sistema komponent tat-TARGET2 rilevanti għandha tibqa’ valida u inforzabbli fir-rigward tal-membri kollha tal-grupp AL u l-BĊNi tal-AL. [Daħħal jekk rilevanti: Barra minn dan, il-[daħħal ir-referenza għall-arranġamenti dwar ir-rahan u/jew dwar il-close-out netting jew arranġamenti oħra dwar sigurtà rilevanti] għandu jibqa’ validu wara li jintemm ta’ dan il-ftehim, sakemm il-pożizzjonijiet kollha ta’ debitu fil-kontijiet PM li l-likwidità tagħhom kienet aggregata, ikunu mwettqa għal kollox mill-membri tal-grupp AL.]

5.   Bla ħsara għall-paragrafu 3, il-BĊN li jimmaniġġja, bi ftehim mal-BĊN tal-AL rilevanti, jista’ f’kull ħin itemm mingħajr notifika minn qabel u b’effett immedjat, il-parteċipazzjoni ta’ kull membru tal-grupp AL f’dan il-ftehim jekk dak il-membru tal-grupp AL ikun qed jikser xi waħda mid-dispożizzjonijiet. Din id-deċiżjoni għandha tiġi indirizzata bil-miktub lill-membri kollha tal-grupp AL fejn tinkludi r-raġunijiet għal dik id-deċiżjoni. Jekk il-parteċipazzjoni tintemm b’dan il-mod, il-membri tal-grupp AL li l-parteċipazzjoni tagħhom f’dan il-ftehim ma tkunx intemmet, huma intitolati biex itemmu l-parteċipazzjoni tagħhom f’dan il-ftehim bil-kundizzjoni li jagħtu lill-BĊN li jimmaniġġja u lill-BĊN tal-AL rilevanti notifika bil-miktub ta’ ħamest ijiem ta’ negozju. Jekk il-parteċipazzjoni tal-maniġer tal-grupp AL tintemm, il-membri tal-grupp AL li jifdal għandhom jaħtru minnufih maniġer ġdid tal-grupp AL.

6.   Il-BĊN li jimmaniġġja, bi ftehim mal-BĊNi tal-AL l-oħra, jista’ itemm dan il-ftehim mingħajr notifika minn qabel u b’effett immedjat jekk l-involviment tiegħu jkun se jipperikola l-istabbiltà globali, il-validità u s-sigurtà tat-TARGET2, jew jippreġudika t-twettiq mill-BĊNi tal-AL, tal-ħidmiet tagħhom skont l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew. Kull deċiżjoni biex jagħmel dan għandha tiġi indirizzata bil-miktub lill-membri tal-grupp AL, filwaqt li tinkludi r-raġunijiet għad- deċiżjoni.

7.   Dan il-ftehim għandu jibqa’ validu sakemm ikun hemm mill-anqas żewġ membri tal-grupp AL.

Artikolu 8

Emenda 4

Kull tibdil ta’ dan il-ftehim, inkluża l-estensjoni tal-grupp AL għal parteċipanti oħra, għandu jkun validu u inforzabbli biss jekk ikun hemm qbil ċar mill-partijiet kollha bil-miktub.

Artikolu 9

Liġi regolatorja

Dan il-ftehim għandu jkun irregolat, miftiehem u implimentat skont il-[daħħal ir-referenza għal-liġi li tirregola l-kont PM tal-maniġer tal-grupp AL miżmum mal-BĊN li jimmaniġġja]. Dan għandu jkun bla ħsara għal:

(a)

ir-relazzjoni bejn membru tal-grupp AL u l-BĊN tal-AL rispettiv tiegħu rregolata bil-liġi tal-BĊN tal-AL rispettiv, u

(b)

id-drittijiet u l-obbligi bejn il-BĊNi tal-AL irregolati bil-liġi tal-BĊN tal-AL li jżomm il-kont PM tal-membru tal-grupp AL li l-likwidità disponibbli tiegħu tintuża bħala kollateral.

Artikolu 10

Applikazzjoni ta’ [daħħal ir-referenza għall-arranġamenti li jimplimentaw l-Kundizzjonijiet Armonizzati]

1.   Fir-rigward ta’ kull membru tal-grupp AL u l-BĊNi tal-AL rispettivi tagħhom, id-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ [daħħal ir-referenza għall-arranġamenti li jimplimentaw l-Kundizzjonijiet Armonizzati] għandhom jirregolaw kull kwistjoni mhux irregolata b’mod ċar minn dan il-ftehim.

2.   [Daħħal ir-referenza għall-arranġamenti li jimplimentaw l-Kundizzjonijiet Armonizzati] u dan il-ftehim għandhom jitqiesu li jagħmlu parti mill-istess relazzjoni kuntrattwali

Magħmul, f’numru ta’ kopji daqs kemm hawn partijiet, il-[…data ….]

FTEHIM TA’ LIKWIDITÀ AGGREGATA – VARJANT B

Mudell għall-użu tal-modalità AL minn istituzzjoni ta’ kreditu waħda

Bejn, fuq naħa: [isem u indirizz ta’ istituzzjoni ta’ kreditu] irrappreżentata minn […], li jaġixxi bħala [parteċipant], detentur ta’ kont PM Nru […], ma’ [daħħal isem il-BĊ],

[parteċipant], detentur ta’ kontijiet PM Nru […], ma’ [daħħal isem il-BĊ],

[parteċipant], detentur ta’ kontijiet PM Nru […], ma’ [daħħal isem il-BĊ],

(il-parteċipanti minn issa ’l quddiem imsejħa l-“membri tal-grupp AL”)

u fuq in-naħa l-oħra, [daħħal isem tal-BĊN tal-AL] [daħħal isem tal-BĊN tal-AL] [daħħal isem tal-BĊN tal-AL] (iktar ’il quddiem il-“BĊNi tal-AL”)

(membri tal-grupp AL u l-BĊNi tal-AL minn issa ’l quddiem imsejħa kollettivament bħala l-“Partijiet”).

Billi:

(1)

It-TARGET2 hija strutturata legalment bħala multipliċità ta’ sistemi ta’ ħlas, kull waħda minnhom hija indikata bħala sistema taħt il-leġiżlazzjoni nazzjonali rilevanti li timplimenta d-Direttiva 98/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Mejju 1998, dwar il-finalità tas-saldu f’sistemi ta’ ħlas u saldu ta’ titoli (2).

(2)

Istituzzjoni ta’ kreditu b’diversi kontijiet PM f’sistema komponent waħda jew iżjed tat-TARGET2 tista’, taħt ċerti kundizzjonijiet stabbiliti fil-kundizzjonijiet rispettivi għal parteċipazzjoni f’sistemi komponenti tat-TARGET2, tistabbilixxi grupp AL, fejn il-likwidità f’dawk il-kontijiet PM tal-membri tal-grupp AL tiġi aggregata.

(3)

L-aggregazzjoni tal-likwidità tħalli lill-membri tal-grupp AL iwettqu saldu ta’ ordnijiet ta’ ħlas għal ammont li jeċċedi l-likwidità disponibbli f’kont PM wieħed, bil-kundizzjoni li l-valur totali ta’ dawn l-ordnijiet kollha ta’ ħlas qatt ma jaqbeż l-ammont aggregat tal-likwidità disponibbli f’dawk il-kontijiet PM kollha tal-membri tal-grupp AL. Il-pożizzjoni ta’ debitu li tirriżulta f’wieħed minn dawn il-kontijiet PM jew aktar tikkostitwixxi kreditu intraday, li l-għoti tiegħu huwa rregolat mill-arranġamenti nazzjonali rispettivi, bla ħsara għall-modifiki deskritti f’dan il-ftehim; b’mod partikolari, din il-pożizzjoni ta’ debitu hija kkollateralizzata bil-likwidità disponibbli fil-kontijiet PM kollha tal-membri tal-grupp AL.

(4)

L-effett ta’ dan il-mekkaniżmu ma hu bl-ebda mod biex jingħaqdu d-diversi kontijiet PM, li, bla ħsara għal-limitazzjonijiet deskritti f’dan il-ftehim, jibqgħu miżmuma separatament mill-membri tal-grupp AL.

(5)

Dan il-mekkaniżmu jaħseb biex jevita l-frammentazzjoni tal-likwidità fis-sistemi komponenti tat-TARGET2 differenti u jissimplifika l-immaniġġjar tal-likwidità tal-membri tal-grupp AL.

(6)

Dan il-mekkaniżmu jtejjeb l-effiċjenza globali tas-saldu tal-ħlasijiet fit-TARGET2.

(7)

[Parteċipant], [parteċipant] u [parteċipant] huma konnessi rispettivament mat-TARGET2-[daħħal ir-referenza għall-BĊ/pajjiż], TARGET2-[daħħal ir-referenza għall-BĊ/pajjiż], u TARGET2-[daħħal ir-referenza għall-BĊ/pajjiż] u huma marbuta bi [daħħal ir-referenza għall-arranġamenti li jimplimentaw il-Kundizzjonijiet Armonizzati] ta’ [daħħal id-dati rilevanti],

Issa, għalhekk, il-Partijiet jaqblu dan li ġej:

Artikolu 1

Effettività ta’ dan il-Ftehim

Dan il-ftehim u kull emenda tiegħu għandhom ikunu effettivi biss meta l-BĊN li jimmaniġġja, wara li jkun akkwista kull informazzjoni jew dokumenti li huwa jidhirlu xieraq, jikkonferma bil-miktub li dan il-ftehim jew xi emendi tiegħu jaderixxu mal-obbligi stabbiliti fil-kundizzjonijiet rispettivi għal parteċipazzjoni f’sistemi komponenti tat-TARGET2.

Artikolu 2

Interess reċiproku tal-BĊNi tal-AL

Il-BĊNi tal-AL għandhom interess reċiproku li jipprovdu kreditu intraday lill-membri tal-grupp AL, billi dan jippromwovi l-effiċjenza globali tas-saldu tal-ħlasijiet fit-TARGET2. Il-kreditu intraday huwa kkollateralizzat skont l-Artikolu 18 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew billi l-bilanċ ta’ debitu li jirriżulta mill-eżekuzzjoni ta’ ordni ta’ ħlas huwa kopert bil-likwidità disponibbli fil-kontijiet PM miżmuma mill-membri tal-grupp AL mal-BĊNi tal-AL rispettivi, li huma kkollateralizzati għat-twettiq tal-obbligi min-naħa tal-membri tal-grupp AL favur il-BĊNi tal-AL.

Artikolu 3

Id-drittijiet u l-obbligi tal-membri tal-grupp AL

1.   Il-membri tal-grupp AL għandhom ikunu responsabbli lejn il-BĊNi tal-AL kollha fir-rigward tat-talbiet kollha li jirriżultaw mis-saldu fis-sistemi komponenti tat-TARGET2 rispettivi tagħhom, tal-ordnijiet ta’ ħlas ta’ kull membru tal-grupp AL.

2.   Il-valur totali tal-ordnijiet kollha ta’ ħlas saldat mill-membri tal-grupp AL fil-kontijiet PM tagħhom qatt ma jista’ jaqbeż l-ammont aggregat tal-likwidità disponibbli f’dawk il-kontijiet PM kollha.

3.   Il-membri tal-grupp AL għandhom ikunu awtorizzati biex jużaw il-modalità tal-informazzjoni tal-kont ikkonsolidat (CAI), kif deskritt fi [daħħal ir-referenza għall-arranġamenti nazzjonali li jimplimentaw il-Kundizzjonijiet Armonizzati].

Artikolu 4

Id-drittijiet u l-obbligi tal-BĊNi tal-AL

1.   Meta membru tal-grupp AL jibgħat ordni ta’ ħlas lil sistema komponent tat-TARGET2 għal ammont li jeċċedi l-likwidità disponibbli fil-kont PM ta’ dak il-membru tal-grupp AL, il-BĊN tal-AL relevanti għandu jestendi l-kreditu intraday li huwa kkollateralizzat bil-likwidità disponibbli f’kontijiet PM oħra miżmuma mill-membru tal-grupp AL mal-BĊN tal-AL rispettiv tiegħu, jew f’kontijiet PM miżmuma minn membri oħra tal-grupp AL mal-BĊNi tal-AL rispettivi tagħhom. Dan il-kreditu intraday għandu jkun irregolat bir-regoli li japplikaw għall-għoti ta’ kreditu intraday minn dawk il-BĊNi tal-AL.

2.   Ordnijiet ta’ ħlas mibgħuta mill-membri tal-grupp AL li għandhom l-effett li jeċċedu l-likwidità disponibbli fil-kontijiet PM kollha tal-membri tal-grupp AL, għandhom jitqiegħdu fi kju sakemm likwidità biżżejjed issir disponibbli.

3.   Kull BĊN tal-AL jista’ jitlob mill-membri tal-grupp AL it-twettiq sħiħ tal-obbligi kollha li jirriżultaw mis-saldu tal-ordnijiet ta’ ħlas tal-membri tal-grupp AL fis-sistemi komponenti tat-TARGET2 li fihom iżommu kontijiet PM.

Artikolu 5

Ħatra u rwol tal-maniġer tal-grupp AL

1.   Il-membri tal-grupp AL qegħdin hawnhekk jaħtru bħala l-maniġer tal-grupp AL [indika l-parteċipant maħtur bħala l-maniġer tal-grupp AL], li għandu jkun il-kuntatt għall-kwistjonijiet amministrattivi kollha relatati mal-grupp AL.

2.   Il-membri tal-grupp AL għandhom jipprovdu lill-BĊNi tal-AL rilevanti kull informazzjoni li tista’ taffettwa l-validità, l-inforzabbiltà u l-implimentazzjoni ta’ dan il-ftehim, inkluż, mingħajr limitazzjoni, is-seħħ ta’ kull każ ta’ inadempjenza fit-tifsira ta’ [daħħal ir-referenza għad-dispożizzjonijiet rilevanti għall-arranġamenti li jimplimentaw l-Kundizzjonijiet Armonizzati] jew kull każ li jista’ jaffettwa l-validità u/jew l-inforzabbiltà ta’ [daħħal ir-referenza għad-dispożizzjonijiet dwar ir-rahan, dwar il-close-out netting jew kull dispożizzjoni rilevanti oħra tal-arranġamenti li jimplimentaw l-Kundizzjonijiet Armonizzati].

3.   Il-maniġer tal-grupp AL għandu jgħaddi minnufih lill-BĊN li jimmaniġġja kull informazzjoni deskritta fil-paragrafu 2.

4.   Il-maniġer tal-grupp AL għandu jkun responsabbli fir-rigward tas-sorveljar intraday tal-likwidità disponibbli ġewwa l-grupp AL.

5.   Il-maniġer tal-grupp AL għandu jkollu prokura fuq il-kontijiet PM kollha tal-membri tal-grupp AL u, b’mod partikolari, għandu jwettaq l-operazzjonijiet li ġejjin:

(a)

kull operazzjoni tal-ICM fir-rigward tal-kontijiet PM tal-membri tal-grupp AL, inkluż, imma mhux limitat għal, kull tibdil fil-prijorità ta’ xi ordni ta’ ħlas, revoka, bidla fil-ħin tas-saldu, trasferimenti ta’ likwidità (inkluż minn u lil subkontijiet), l-irranġar mill-ġdid ta’ tranżazzjonijiet fil-kju, ir-riżerva ta’ likwidità fir-rigward tal-grupp AL, u l-iffissar u t-tibdil tal-limiti fir-rigward tal-grupp AL;

(b)

it-tranżazzjonijiet kollha ta’ likwidità ta’ tmiem il-jum bejn il-kontijiet PM tal-membri tal-grupp AL li jiżguraw li l-bilanċi kollha tal-kontijiet PM tal-membri tal-grupp AL huma llivellati, sabiex l-ebda minn dawn il-kontijiet ma jkollu bilanċ ta’ debitu fi tmiem il-jum jew, meta applikabbli, bilanċ ta’ debitu mhux iggarantit minn kollateral eliġibbli (minn issa ’l quddiem din il-proċedura hija msemmija bħala “livellar”);

(c)

struzzjonijiet ġenerali li skonthom għandu jsir livellar awtomatiku, jiġifieri d-definizzjoni tas-sekwenza tal-kontijiet PM tal-membri tal-grupp AL b’likwidità disponibbli biex jiġu ddebitati fil-livellar;

(d)

fin-nuqqas ta’ kull struzzjoni ċara mill-maniġer tal-grupp AL, kif stabbilit fis-subparagrafi (b) u (c), għandu jitwettaq livellar awtomatiku, fejn jibda bil-kont PM bl-ogħla bilanċ ta’ kreditu lejn il-kont PM bl-ogħla bilanċ ta’ debitu.

L-istess kriterji kif iddefiniti fis-subparagrafi (c) u (d) għandhom jintużaw jekk iseħħ xi każ ta’ infurzar, kif iddefinit fi [daħħal ir-referenza għad-dispożizzjonijiet rilevanti fl-arranġamenti li jimplimentaw l-Kundizzjonijiet Armonizzati].

Artikolu 6

Ir-Rwol tal-BĊN li jimmanniġġja

1.   Il-BĊN li jimmaniġġja għandu jkun il-kuntatt regolari għall-kwistjonijiet amministrattivi kollha fir-rigward tal-grupp AL.

2.   Il-BĊNi tal-AL kollha għandhom jipprovdu minnufih lill-BĊN li jimmaniġġja kull informazzjoni dwar il-membru tal-grupp AL li tista’ taffettwa l-validità, l-inforzabbiltà u l-implimentazzjoni ta’ dan il-ftehim, inkluża imma mhux limitata għas-seħħ ta’ xi każijiet ta’ inadempjenza fit-tifsira ta’ [daħħal ir-referenza għad-dispożizzjonijiet rilevanti fl-arranġamenti li jimplimentaw l-Kundizzjonijiet Armonizzati] jew każijiet li jistgħu jaffettwaw il-validità u/jew l-inforzabbiltà ta’ [daħħal ir-riferenza għad-dispożizzjonijiet dwar ir-rahan, dwar il-close-out netting jew dispożizzjonijiet oħra rilevanti tal-arranġamenti li jimplimentaw l-Kundizzjonijiet Armonizzati].

3.   Il-BĊN li jimmaniġġja għandu jkollu aċċess għall-informazzjoni kollha rilevanti fir-rigward tal-kontijiet PM kollha tal-membri tal-grupp AL, inkluża, imma mhux limitata għal, informazzjoni fir-rigward ta’ kull linja ta’ kreditu, il-bilanċ, il-fattura totali, ħlasijiet saldati, ħlasijiet fi kju, kif ukoll l-informazzjoni dwar il-limiti u r-riżervi ta’ likwidità tal-membri tal-grupp AL.

Artikolu 7

Dewmien u tmiem ta’ dan il-ftehim

1.   Dan il-ftehim huwa għal perijodu illimitat.

2.   Kull wieħed mill-membri tal-grupp AL jista’ itemm unilateralment il-parteċipazzjoni tiegħu f’dan il-ftehim, iżda jrid jagħti notifika bil-miktub ta’ 14-il jum ta’ negozju lil dak il-BĊN tal-AL li fis-sistema komponent tat-TARGET2 tiegħu huwa jipparteċipa, u lill-BĊN li jimmaniġġja. Il-BĊN li jimmaniġġja għandu jikkonferma mal-membru tal-grupp AL id-data tat-tmiem tal-parteċipazzjoni tiegħu fil-ftehim AL, u għandu jikkomunika din id-data lill-BĊNi tal-AL kollha li għandhom jinfurmaw lill-membri tal-grupp AL tagħhom dwar dan. Jekk dak il-membru tal-grupp AL kien il-maniġer tal-grupp AL, il-membri tal-grupp AL li jifdal għandhom jaħtru minnufih maniġer ġdid tal-grupp AL.

3.   Dan il-ftehim għandu jintemm awtomatikament mingħajr notifika minn qabel u b’effett immedjat jekk l-obbligi biex tintuża l-modalità AL, kif deskritt fi [daħħal ir-referenza għall-arranġamenti li jimplimentaw l-Kundizzjonijiet Armonizzati] mhumiex aktar sodisfatti.

4.   Minkejja li jseħħ xi wieħed mill-każijiet deskritti fil-paragrafu 3, ordni ta’ ħlas li tkun intbagħtet diġà mill-membru tal-grupp AL fis-sistema komponent tat-TARGET2 rilevanti, għandha tibqa’ valida u inforzabbli fir-rigward tal-membri kollha tal-grupp AL u l-BĊNi tal-AL. [Daħħal jekk rilevanti: Barra minn dan, il-[daħħal ir-referenza għall-arranġamenti dwar ir-rahan u/jew dwar il-close-out netting jew arranġamenti oħra dwar sigurtà rilevanti] għandu jibqa’ validu wara t-tmiem ta’ dan il-ftehim, sakemm il-pożizzjonijiet kollha ta’ debitu fil-kontijiet PM li l-likwidità tagħhom kienet aggregata, huma sodisfatti għal kollox mill-membri tal-grupp AL.]

5.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3, il-BĊN li jimmaniġġja, bi ftehim mal-BĊNi tal-AL rilevanti, jista’ f’kull ħin itemm dan il-ftehim jekk xi membru tal-grupp AL ikun qed jikser xi waħda mid-dispożizzjonijiet tiegħu. Din id-deċiżjoni għandha tiġi indirizzata bil-miktub lill-membri kollha tal-grupp AL fejn tinkludi r-raġunijiet għal dik id-deċiżjoni.

6.   Il-BĊN li jimmaniġġja, bi ftehim mal-BĊNi tal-AL l-oħra, jista’ jtemm dan il-ftehim jekk l-involviment tiegħu jkun se jipperikola l-istabbiltà globali, il-validità u s-sigurtà tat-TARGET2, jew jippreġudika t-twettiq, mill-BĊNi tal-AL, tal-ħidmiet tagħhom skont l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew. Kull deċiżjoni biex itemm dan il-ftehim għandha tiġi indirizzata bil-miktub lill-membri tal-grupp AL, filwaqt li tinkludi r-raġunijiet għad-deċiżjoni.

Artikolu 8

Proċedura ta’ emenda

Kull tibdil ta’ dan il-ftehim, inkluża l-estensjoni tal-grupp AL għal parteċipanti oħra, għandu jkun validu u inforzabbli biss jekk ikun hemm qbil ċar mill-partijiet kollha bil-miktub.

Artikolu 9

Liġi regolatorja

Dan il-ftehim għandu jkun irregolat, miftiehem u implimentat skont il-[daħħal ir-referenza għal-liġi li tirregola l-kont PM tal-maniġer tal-grupp AL]. Dan għandu jkun bla ħsara għal:

(a)

ir-relazzjoni bejn il-membri tal-grupp AL u l-BĊNi tal-AL rispettivi tagħhom irregolata bil-liġi tal-BĊN tal-AL rispettiv, u

(b)

id-drittijiet u l-obbligi bejn il-BĊNi tal-AL irregolati bil-liġi tal-BĊN tal-AL li jżomm il-kont PM li fih il-likwidità disponibbli tintuża bħala kollateral.

Artikolu 10

Applikazzjoni ta’ [daħħal ir-referenza għall-arranġamenti li jimplimentaw l-Kundizzjonijiet Armonizzati]

1.   li jimplimentaw l-Kundizzjonijiet Armonizzati] Fir-rigward ta’ kull wieħed mill-kontijiet PM tal-membri tal-grupp AL, id-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ [daħħal ir-referenza għall-arranġamenti li jimplimentaw l-Kundizzjonijiet Armonizzati] għandhom jirregolaw kull kwistjoni mhux irregolata espressament minn dan il-ftehim.

2.   [Daħħal ir-referenza għall-arranġamenti li jimplimentaw l-Kundizzjonijiet Armonizzati] u dan il-ftehim għandhom jitqiesu li jagħmlu parti mill-istess relazzjoni kuntrattwali.

Magħmul, f’numru ta’ kopji daqs kemm hawn partijiet, il-[…data ….]


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 3, p. 107-112.

(2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 3, p. 107-112.


ANNESS III

GĦOTI TA’ KREDITU INTRADAY

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan l-Anness:

(1)

“istituzzjoni ta’ kreditu” tfisser jew (a) istituzzjoni ta’ kreditu fit-tifsira tal-Artikoli 2 u 4(1)(a) tad-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 rigward il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-istituzzjonijiet ta kreditu (tfassil mill-ġdid) (1), kif implimentata fil-liġi nazzjonali, li hija suġġetta għas-superviżjoni minn awtorità kompetenti; jew (b) istituzzjoni ta’ kreditu oħra fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 123(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea li hija suġġetta għall-iskrutinju ta’ standard paragunabbli mas-superviżjoni minn awtorità kompetenti;

(2)

“faċilità ta’ self marġinali” tfisser faċilità permanenti tal-Eurosistema li tista’ tintuża minn kontropartijiet biex jirċievu kreditu overnight mingħand BĊ tal-Eurosistema bir-rata ta’ self marġinali speċifikata minn qabel;

(3)

“rata ta’ self marginali” tfisser ir-rata ta’ imgħax applikabbli għall-faċilità ta’ self marġinali;

(4)

“fergħa” tfisser fergħa fit-tifsira tal-Artikolu 4(3) tad-Direttiva 2006/48/KE; kif implimentata fil-liġi nazzjonali;

(5)

“entità fis-settur pubbliku” tfisser entità fi ħdan is-“settur pubbliku”, din l-espressjoni tal-aħħar kif definita fl-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3603/93 tat-13 ta’ Diċembru 1993 li jispeċifika d-definizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-projbizzjonijiet imsemmijin fl-Artikoli 104 u 104(b) tat-Trattat (2),

(6)

“ditta ta’ investiment” tfisser ditta ta’ investiment skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1)(1) tad-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar swieq fi strumenti finanzjarji, li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/611/KEE u 93/6/KEE u d-Direttiva 85/611/KEE u 93/6/KEE u d-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tirrevoka d-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE (3) esklużi l-istituzzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2004/39/KE, sakemm id-ditta ta’ investiment imsemmija: (a) hija awtorizzata u ssorveljata minn awtorità kompetenti rikonoxxuta, indikata bħala tali taħt id-Direttiva 2004/39/KE; u b) intitolata twettaq attivitajiet imsemmija fil-paragrafi 2, 3, 6 u 7 tat-Taqsima A tal-Anness 1 tad-Direttiva 2004/39/KE.

(7)

“rabtiet mill-qrib” tfisser rabtiet mill-qrib fit-tifsira tal-Kapitolu 6 tal-Anness I tal-Linja ta’ Gwida BĊE/2011/14 tal-20 ta’ Settembru 2011 dwar l-istrumenti u l-proċeduri tal-politika monetarja tal-Eurosistema (4)

(8)

“proċedimenti ta’ insolvenza” tfisser proċedimenti ta’ insolvenza fit-tifsira tal-Artikolu 2(j) tad-Direttiva 98/26/KE;

(9)

“każ ta’ inadempjenza” tfisser kull każ imminenti jew eżistenti, li l-okkorrenza tiegħu tista’ thedded lil entità fil-qadi tal-obbligi tagħha taħt l-arranġamenti nazzjonali li jimplimentaw din il-Linja ta’ Gwida jew regoli oħrajn (inklużi dawk speċifikati mill-Kunsill Governattiv fir-rigward tal-operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema) li japplikaw għar-relazzjoni bejn dik l-entità u kwalunkwe BĊi tal-Eurosistema, inkluż:

(a)

fejn l-entità m’għadhiex tissodisfa iktar l-kriterji għall-aċċess u/jew rekwiżiti tekniċi stabbiliti fl-Anness II u, jekk applikabbli, l-Anness V jew fejn l-eliġibbiltà tagħha bħala kontroparti għall-operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema ġiet sospiża jew itterminata;

(b)

il-ftuh ta’ proċeduri ta’ insolvenza b’rabta mal-entità;

(c)

is-sottomissjoni ta’ applikazzjoni marbuta mal-proċeduri msemmijin fis-subparagrafu (b);

(d)

il-ħruġ mill-entità ta’ dikjarazzjoni bil-miktub dwar l-inabbiltà tagħha li tħallas id-djun kollha tagħha jew xi parti minnhom jew li tissodisfa l-obbligi tagħha li jirriżultaw b’rabta ma’ kreditu intraday;

(e)

id-dħul tal-entità fi ftehim ġenerali volontarju jew ftehim mal-kredituri taghha;

(f)

fejn l-entità hija, jew hija meqjusa mill-BĊN taż-żona tal-euro rilevanti li hi, insolventi jew ma tistax tħallas id-djun tagħha;

(g)

fejn il-bilanċ ta’ kreditu tal-entità fuq il-kont PM tagħha jew l-assi kollha tal-entità jew parti sostanzjali minnhom huma soġġetti għal ordni ta’ ffriżar, sekwestru, qbid jew kull proċedura oħra intiża biex tipproteġi l-interess pubbliku jew id-drittijiet tal-kredituri tal-entità;

(h)

fejn il-parteċipazzjoni tal-entità f’sistema ta’ komponent tat-TARGET2 oħra u/jew f’sistema anċillari ġiet sospiża jew itterminata;

(i)

fejn rappreżentazzjoni materjali jew dikjarazzjoni pre-kontrattwali magħmula mill-entità jew li huwa implikat li saret mill-entità taħt il-liġi applikabbli hija skorretta jew mhux vera; jew

(j)

iċ-ċessjoni tal-attiv kollu tal-entità jew parti sostanzjali minnu.

Entitajiet eliġibbli

1.

Kull BĊN taż-żona tal-euro għandu jipprovdi kreditu intraday lill-entitajiet imsemmijin fil-paragrafu 2 u li għandhom kont mal-BĊN parteċipant ikkonċernat, sakemm dawn l-entitajiet mhumiex soġġetti għal miżuri restrittivi adottati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jew l-Istati Membri skont l-Artikolu 65(1)(b), l-Artikolu 75 jew l-Artikolu 215 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li l-implimentazzjoni tagħhom, fl-opinjoni ta’ [referenza għall-BĊ/pajjiż] wara li ġie infurmat il-BĊE, mhijiex kompatibbli mal-funzjonament bla xkiel tat-TARGET2]. Madankollu, ebda kreditu intraday ma jista’ jingħata lil entità stabbilita f’pajjiż ieħor li mhuwiex l-Istat Membru li fih tinsab is-sede tal-BĊN taż-żona tal-euro li miegħu dik l-entità għandha kont.

2.

Il-kreditu intraday jista’ jingħata biss lill-entitajiet li ġejjin:

(a)

istituzzjonijiet ta’ kreditu stabbiliti fiż-ŻEE li huma kontropartijiet eliġibbli għall-operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema u li għandhom aċċess għall-faċilità ta’ self marġinali, inklużi meta dawn l-istituzzjonijiet ta’ kreditu jaġixxu permezz ta’ fergħa stabbilita fiż-ŻEE u inklużi fergħat stabbiliti fiż-ŻEE ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu li huma stabbiliti barra ż-ŻEE;

(b)

istituzzjonijiet ta’ kreditu stabbiliti fiż-ŻEE li mhumiex kontrapartijiet eliġibbli għall-operazzjonijiet tal-politka monetarja tal-Eurosistema u/jew m’għandhomx aċċess għall-faċilità ta’ self marġinali, inkluż meta dawn jaġixxu permezz ta’ fergħa stabbilita fiż-ŻEE u inklużi fergħat stabbiliti fiż-ŻEE ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu li huma stabbiliti barra ż-ŻEE;

(c)

dipartimenti tat-teżor ta’ gvernijiet ċentrali jew reġjonali ta’ Stati Membri attivi fis-swieq tal-flus u korpi tas-settur pubbliku awtorizzati li jżommu kontijiet għal klijenti;

(d)

ditti ta’ investiment stabbiliti fiż-ŻEE sakemm ikunu kkonkludew arranġament ma’ kontroparti tal-politika monetarja tal-Eurosistema biex jiżguraw li kull pożizzjoni ta’ debitu residwa fi tmiem il-jum rilevanti tkun koperta; u

(e)

entitajiet li mhumiex dawk li jaqgħu taħt is-subparagrafi (a) u (b) li jimmaniġġjaw sistemi anċillari u jaġixxu f’dik il-kapaċità, iżda l-arranġamenti għall-għoti ta’ kreditu intraday lil dawn l-entitajiet ikunu ntbagħtu lill-Kunsill Governattiv bil-quddiem u jkunu ġew approvati mill-Kunsill Governattiv.

3.

Għall-entitajiet imsemmija fil-paragrafu 2(b) sa (e), il-kreditu intraday għandu jkun limitat għall-jum imsemmi u l-ebda estenzjoni għal kreditu overnight ma għandha tkun possibbli.

Permezz ta’ deroga, il-Kunsill Governattiv jista’ jiddeċiedi li jeżenta, permezz ta deċiżjoni raġjonata meħuda qabel, lil ċerti kontropartijiet ċentrali (CCPs) eliġibbli mill-projbizzjoni tal-estensjoni tal-kreditu overnight. Tali CCPs eliġibbili huma dawk li, fil-ħinijiet rilevanti kollha:

(a)

huma entitajiet eliġibbli għall-finijiet tal-paragrafu 2(e) sakemm dawk l-entitajiet eliġibbli jkunu wkoll awtorizzati bħala CCPs skont il-leġizlazzjoni applikabbli tal-Unjoni jew nazzjonali;

(b)

huma stabbiliti fiz-żona tal-euro;

(c)

huma suġġetti għal supervizjoni u/jew sorveljanza minn awtoritajiet kompetenti;

(d)

jikkonformaw mar-rekwiżiti tas-sorveljanza għall-pożizzjoni ta’ infrastrutturi li joffru servizzi f’euro, kif emendati minn żmien għal żmien u ppubblikati fil-websajt tal-BĊE (5);

(e)

ikollhom kontijiet fil-Payments Module (PM) tat-TARGET2;

(f)

ikollhom aċċess għal kreditu intraday.

Il-kreditu overnight kollu mogħti lil CCPs eliġibbli għandu jkun suġġett għall-kundizzjonijiet ta’ dan l-Anness (inkluż, sabiex jiġi evitat id-dubbju, id-dispożizzjonijiet relatati mal-kollateral eliġibbli).

Sabiex jigi evitat id-dubju, is-sanzjonijiet maħsuba fil-paragrafi 10 u 11 ta’ dan l-Anness għandhom japplikaw f’kazijiet ta’ nuqqas ta’ rimbors minn CCPs eliġibbli tal-kreditu overnight estiż lilhom mill-BĊN tagħhom.

Kollateral eliġibbli

4.

Il-kreditu intraday għandu jkun ibbażat fuq kollaterali eliġibbli u mogħti permezz ta’ self intraday u kkollateralizzat u/jew tranżazzjonijiet ta’ xiri mill-ġdid intraday li huma konformi mal-karatteristiċi komuni minimi addizzjonali (inklużi l-każijiet ta’ inadempjenza msemmijin hemm, kif ukoll il-konsegwenzi rispettivi tagħhom) li jispeċifika l-Kunsill Governattiv fir-rigward tal-operazzjonijiet ta’ politika monetarja tal-Eurosistema. Kollateral eliġibbli għandha tikkonsisti mill-istess attiv u strumenti bħala attiv eliġibbli għall-operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema, u għandha tkun suġġetta għall-istess regoli dwar il-valutazzjoni u l-kontroll tar-riskju bħal dawk stabbiliti fl-Anness I għal-Linja ta’ Gwida BĊE/2011/14.

5.

Strumenti ta’ debitu maħruġa jew iggarantiti mill-entità, jew minn kull terza persuna oħra li magħha l-entità għandha rabtiet mill-qrib, jistgħu jiġu aċċetati biss bħala kollateral eliġibbli fis-sitwazzjonijiet stabbiliti fit-Taqsima 6.2 tal-Anness I tal-Linja ta’ Gwida BĊE/2011/14.

6.

Il-Kunsill Governattiv jista’, fuq proposta mill-BĊN taż-żona tal-euro rilevanti, jeżenta d-dipartimenti tat-teżor imsemmija fil-paragrafu 2(ċ) mill-obbligu li jipprovdu kollateral adegwat qabel ma jiksbu l-kreditu intraday.

Proċedura tal-estenzjoni ta’ kreditu

7.

L-aċċess għall-kreditu intraday jista’ jingħata biss fil-jiem tan-negozju.

8.

Intraday credit għandu jingħata mingħajr imgħax.

9.

In-nuqqas minn entità msemmija fil-paragrafu 2(a) biex tirrimborsal-kreditu intraday fi tmiem il-jum għandu jkun ikkunsidrat awtomatikament bħala talba minn dik l-entità biex tirrikorri għall-faċilità ta’ self marġinali.

10.

In-nuqqas minn entità msemmija fil-paragrafu 2(b), (d) jew (e) biex tirrimborsal-kreditu intraday fi tmiem il-jum għal kwalunkwe raġuni għandu jagħmel lil dik l-entità responsabbli għall-penali li ġejjin:

(a)

jekk l-entità msemmija għandha bilanċ ta’ debitu fil-kont tagħha fi tmiem il-jum għall-ewwel darba matul perijodu ta’ tnax-il xahar, allura din l-entità teħel imgħax penali kkalkulat bir-rata ta’ ħames punti ta’ persentaġġ aktar mir-rata ta’ self marġinali fuq l-ammont ta’ dak il-bilanċ ta’ debitu;

(b)

jekk l-entità msemmija għandha bilanċ ta’ debitu fil-kont tagħha fi tmiem il-jum għal mill-anqas it-tieni darba matul l-istess perijodu ta’ tnax-il xahar, allura l-imgħax penali msemmi fis-subparagrafu (a) għandu jiżdied b’2,5 punti ta’ persentaġġ għal kull darba addizzjonali mal-ewwel darba li tkun seħħet pożizzjoni ta’ debitu matul dan il-perijodu ta’ tnax-il xahar.

11.

Il-Kunsill Governattiv jista’ jiddeċiedi li jneħħi jew li jnaqqas il-penalitajiet imposti bis-saħħa tal-paragrafu 10, jekk il-bilanċ ta’ debitu tal-entità msemmija fi tmiem il-jum huwa attribwibbli għal forza maġġuri u/jew ħsara teknika tat-TARGET2, din tal-aħħar kif iddefinita fl-Anness II.

Sospensjoni, limitazzjoni jew tmiem ta’ kreditu intraday

12.

(a)

BĊNi taż-żona tal-euro għandhom jissospendu jew jitterminaw l-aċċess għall-kreditu intraday jekk iseħħ wieħed mill-każijiet ta’ inadempjenza li ġejjin:

(i)

il-kont tal-entità mal-BĊN taż-żona tal-euro jiġi sospiż jew jingħalaq;

(ii)

l-entità kkonċernata ma tibqax tissodisfa xi wieħed mir-rekwiżiti stabbiliti f’dan l-Anness għall-għoti ta’ kreditu intraday;

(iii)

deċiżjoni tittieħed minn awtorita’ kompetenti ġudizzjarja jew oħra biex timplimenta fir-rigward tal-entità proċedura għal-likwidazzjoni tal-entità jew il-ħatra ta’ likwidatur jew uffiċjal analogu għall-entità jew proċedura oħra analoga;

(iv)

l-entità ssir soġġetta għall-iffriżar ta’ fondi u/jew miżuri oħra imposti mill-Unjoni u li jirrestrinġu l-abbiltà tal-entità biex tuża l-fondi tagħha;

(v)

l-eliġibbiltà ta’ entità bħala kontroparti għall-operazzjonijiet tal-politika monetarja ġiet sospiża jew itterminata.

(b)

BĊNi taż-żona tal-Euro jistgħu jissospendu jew jitterminaw l-aċċess għall-kreditu intraday jekk BĊN jissospendi jew jittermina l-parteċipazzjoni tal-parteċipant fit-TARGET2 skont l-Artikolu 34(2)(b) sa (e) tal-Anness II, jew iseħħ wieħed jew aktar mill-każijiet ta’ inadempjenza (minbarra dawk imsemmijin fl-Artikolu 34(2)(a)).

(c)

Jekk l-Eurosistema tiddeċiedi li tissospendi, tillimita jew teskludi l-aċċess tal-kontropartijiet għall-istrumenti ta’ politika monetarja għal raġunijiet ta’ prudenza jew xorta oħra skont l-Artikolu 2.4 tal-Anness I tal-Linja ta’ Gwida BĊE/2011/14, BĊNi taż-żona tal-euro għandhom jimplimentaw dik id-deċiżjoni fir-rigward ta’ aċċess għall-kreditu intraday skont id-dispożizzjonijiet fl-arranġamenti kuntrattwali jew regolatorji applikati mill-BĊNi rispettivi.

(d)

Il-BĊNi taż-żona tal-euro jistgħu jiddeċiedu li jissospendu, jillimitaw jew jitterminaw l-aċċess ta’ parteċipant għall-kreditu intraday jekk jitqies li l-parteċipant joħloq riskji għal raġunijiet ta’ prudenza. F’dawn il-każijiet, il-BĊN taż-żona tal-euro għandu jinnotifka b’dan immedjatament lill-BĊN u BĊNi oħrajn taż-żona tal-euro bil-miktub. Meta jkun xieraq, l-Kunsill Governattiv għandu jiddeċiedi fuq l-implimentazzjoni uniformi tal-miżuri meħudin fis-sistemi ta’ komponent tat-TARGET2 kollha.

13.

Meta BĊN taż-żona tal-euro jiddeċiedi li jissospendi, jillimita jew jittermina l-aċċess ta’ kontroparti tal-politika monetarja tal-Eurosistema għall-kreditu intraday skont il-paragrafu 12(d) ta’ hawn fuq, dik id-deċiżjoni ma għandhiex tidħol fis-seħħ sakemm il-BĊE jkun approvaha.

14.

B’deroga mill-paragrafu 13, f’ċirkostanzi urġenti, BĊN taż-żona tal-euro jista’ jissospendi l-aċċess ta’ kontroparti tal-politika monetarja tal-Eurosistema għall-kreditu intraday b’effett immedjat. F’dawn il-każijiet, il-BĊN taż-żona tal-euro għandu jinnotifka b’dan immedjatament lill-BĊN bil-miktub. Il-BĊE għandu jkollu s-setgħa li jreġġa’ lura l-azzjoni tal-BĊN taż-żona tal-euro. Iżda, jekk il-BĊE ma jibgħatx lill-BĊN taż-żona tal-euro notifika li jkun reġġa’ lura d-deċiżjoni fi żmien għaxart ijiem tan-negozju minn meta l-BĊE jkun irċieva n-notifika, il-BĊE għandu jitqies li jkun approva l-azzjoni tal-BĊN taż-żona tal-euro.


(1)  ĠU L 177, 30.6.2006, p. 1.

(2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 10, Vol. 1, p. 27-29.

(3)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 2, p. 43-62.

(4)  ĠU L 331, 14.12.2011, p. 1.

(5)  Il-politika kurrenti tal-Eurosistema għall-pożizzjoni ta’ infrastrutturi hija stabbilita fid-dikjarazzjonijiet li ġejjin, li huma kollha ppubblikati fil-websajt tal-BĊE fuq www.ecb.europa.eu: (a) il-“Policy statement on euro payment and saldu systems located outside the euro area” tat-3 ta’ Novembru 1998; (b) “The Eurosystem’s policy line with regard to consolidation in central counterparty clearing” tas-27 ta’ Settembru 2001; (c) “The Eurosystem policy principles on the location and operation of infrastructures settling in euro-denominated payment transactions” tad-19 ta’ Lulju 2007; u (d) “The Eurosystem policy principles on the location and operation of infrastructures settling euro-denominated payment transactions: specification of legally and operationally located in the euro area” tal-20 ta’ Novembru 2008; (e) Il-qafas tal-politika ta’ sorveljanza tal-Eurosistema ta’ Lulju 2011.


ANNESS IV

PROĊEDURI TA’ SALDU GĦAL SISTEMI ANĊILLARI

1.   Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan l-Anness u b’riferenza għad-definizzjonijiet fl-Artikolu 2:

(1)

“struzzjoni ta’ kreditu” tfisser struzzjoni ta’ ħlas mogħtija minn AS u indirizzata lil ASCB biex jiġi ddebitat wieħed mill-kontijiet miżmuma u/jew immaniġġjati mill-AS fil-PM, u biex jiġi kkreditat kont PM jew subkont ta’ bank tas-saldu bl-ammont speċifikat;

(2)

“struzzjoni ta’ debitu” tfisser struzzjoni ta’ ħlas indirizzata lil SCB u mibgħuta minn AS biex jiġi ddebitat kont PM jew subkont ta’ bank tas-saldu bl-ammont speċifikat, fuq il-bażi ta’ mandat ta’ debitu, u biex jiġi kkreditat jew wieħed mill-kontijiet tal-sistema anċillari fil-PM, jew kont PM jew subkont ieħor tal-bank tas-saldu;

(3)

“struzzjoni ta’ ħlas” jew “struzzjoni ta’ ħlas sistema anċillari” jfisser struzzjoni ta’ kreditu jew struzzjoni ta’ debitu;

(4)

“bank ċentrali tas-sistema anċillari (ASCB)” tfisser BĊ tal-Eurosistema li miegħu s-sistema anċillari rilevanti għandha arranġament bilaterali għas-saldu ta’ struzzjonijiet ta’ ħlas fil-PM,

(5)

“bank ċentrali tas-saldu (SBC)” tfisser BĊ tal-Eurosistema li jkollu kont PM ta’ bank tas-saldu,

(6)

“bank tas-saldu” tfisser parteċipant li l-kont PM jew subkont tiegħu jintuża għas-saldu ta’ struzzjonijiet ta’ pagament tal-AS,

(7)

“Modulu ta’ Informazzjoni u Kontroll (ICM)” tfisser il-modulu SSP li jħalli lill-parteċipanti jiksbu informazzjoni on-line u li jagħtihom il-possibbiltà li jibagħtu ordnijiet ta’ trasferiment ta’ likwidità, jimmaniġjaw il-likwidità u jagħtu bidu għal ordnijiet ta’ ħlas f’sitwazzjonijiet ta’ kontinġenza;

(8)

“messaġġ ta’ komunikazzjoni tal-ICM” tfisser informazzjoni li ssir disponibbli fl-istess ħin lill-parteċipanti kollha tat-TARGET2, jew grupp magħżul minnhom, permezz tal-ICM;

(9)

“mandat ta’ debitu” tfisser awtorizzazzjoni minn bank tas-saldu fil-forma pprovduta mill-BĊi tal-Eurosistema fil-forom tad-dejta statika indirizzati lil kemm l-AS u lill-SCB tiegħu, li jintitola lis-sistema anċilari tibgħat struzzjonijiet ta’ debitu, u jagħti struzzjonijiet lill-SBC biex jiddebita l-kont PM jew is-subkont tal-bank tas-saldu b’riżultat ta’ struzzjonijiet ta’ debitu;

(10)

“qasir” tfisser li jkunu dovuti flus lil ħaddieħor matul is-saldu ta’ struzzjonijiet tas-sistema anċillari ta’ ħlas;

(11)

“twil” tfisser li jkunu dovuti flus lil ħaddieħor matul is-saldu ta’ struzzjonijiet tas-sistema anċillari ta’ ħlas;

(12)

“saldu trans-sistema” tfisser is-saldu fi żmien reali ta’ struzzjonijiet ta’ debitu li taħthom pagamenti jiġu eżegwiti minn bank tas-saldu ta’ sistema anċillari waħda li tuża l-proċedura tas-saldu 6 lil bank tas-saldu ieħor ta’ sistema anċillari oħra li tuża l-proċedura tas-saldu 6;

(13)

Static Data (Management) Module” tfisser il-modulu SSP fejn dejta statika tinġabar u tiġu rrekordjata.

2.   Rwol tal-SCBs

Kull BĊ tal-Eurosistema għandu jaġixxi bħala l-SCB fir-rigward ta’ kull bank tas-saldu li għalih huwa għandu kont PM.

3.   L-immaniġġjar tar-relazzjoni bejn il-BĊi, is-sistemi anċillari u l-banek tas-saldu

(1)

L-ASCBs għandhom jiżguraw li s-sistemi anċillari, li magħhom għandhom arranġamenti bilaterali, jipprovdu lista ta’ banek tas-saldu li jkollha d-dettalji tal-kont PM tal-banek tas-saldu, li l-ASCB għandu jaħżen fil-Static Data (Management) Module tal-SSP. Kull sistema anċillari jista’ jkollha aċċess għal-lista tal-banek tas-saldu rispettivi tagħha permezz tal-ICM.

(2)

L-ASCBs għandhom jiżguraw li s-sistemi anċillari, li magħhom għandhom arranġamenti bilaterali, jinfurmawhom mingħajr dewmien b’kull tibdil fir-rigward tal-lista tal-banek tas-saldu. L-ASCBs għandhom jinfurmaw lill-SCB rilevanti dwar dan it-tibdil permezz ta’ messaġġ ta’ komunikazzjoni tal-ICM.

(3)

L-ASCBs għandhom jiżguraw li s-sistemi anċillari, li magħhom għandhom arranġamenti bilaterali, jiġbru l-mandati ta’ debitu u dokumenti rilevanti oħra mill-banek tas-saldu tagħhom u jibagħtuhom lill-ASCB. Dawn id-dokumenti għandhom jingħataw bl-Ingliż u/jew il-lingwi nazzjonali rilevanti tal-ASCB. Jekk il-lingwi nazzjonali tal-ASCB mhumiex identiċi mal-lingwi nazzjonali tal-SCB, id-dokumenti meħtieġa għandhom jingħataw biss bl-Ingliż jew kemm bl-Ingliż kif ukoll bil-lingwi nazzjonali rilevanti tal-ASCB. Fil-każ tas-sistemi anċillari li jwettqu sald permezz tat-TARGET2-BĊE, id-dokumenti għandhom jingħataw bl-Ingliż.

(4)

Jekk bank tas-saldu huwa parteċipant fis-sistema komponent tat-TARGET2 tal-ASCB rilevanti, l-ASCB għandu jivverifika l-validità tal-mandat ta’ debitu mogħti mill-bank tas-saldu u jagħmel kull entrata meħtieġa fil-Static Data (Management) Module. Jekk bank tas-saldu mhuwiex wieħed parteċipanti fis-sistema komponent tat-TARGET2 tal-ASCB rilevanti, l-ASCB għandu jibgħat il-mandat ta’ debitu (jew kopja elettronika tiegħu, jekk ikun hemm qbil bejn l-ASCB u l-SCB) lill-SCBs rilevanti għall-verifika tal-validità tiegħu. L-SCB(s) għandu jwettaq din il-verifika u għandu jinforma lill-ASCB rilevanti bir-riżultat tal-verifika fi żmien ħamest ijiem tan-negozju wara li jirċievi dik it-talba. Wara l-verifika, l-ASCB għandu jaġġorna l-lista ta’ banek tas-saldu fl-ICM.

(5)

Il-verifika magħmula mill-ASCB għandha tkun bla ħsara għar-responsabbiltà tas-sistema anċillari li tirrestrinġi l-istruzzjonijiet ta’ ħlas għal-lista ta’ banek tas-saldu msemmija fis-subparagrafu 1.

(6)

Sakemm ma jkunux l-istess, l-ASCBs u l-SCBs għandhom jiskambjaw informazjoni dwar kull każ sinifikanti matul il-proċess tas-saldu.

(7)

L-ASCBs għandhom jiżguraw li l-ASs li magħhom għandhom arranġamenti bilaterali jipprovdu l-isem u l-BIC tas-sistema anċillari li bihom fiħsiebhom jeżegwixxu saldu trans-sistema u d-data minn meta s-saldu trans-sistema b’sistema anċillari partikolari għandu jibda jew jispiċċa. Din l-informazzjoni għandha tiġi rrekordjata fl-iStatic Data (Management) Module.

4.   Bidu ta’ struzzjonijiet ta’ ħlas permezz tal-ASI

(1)

L-istruzzjonijiet ta’ ħlas kollha mibgħuta minn sistema anċillari permezz tal-ASI għandhom ikunu fil-forma ta’ messaġġi XML.

(2)

L-istruzzjonijiet kollha ta’ ħlas mibgħuta minn sistema anċillari permezz tal-ASI għandhom jiġu kkunsidrati bħala ‘urġenti ħafna’ u għandu jkun hemm saldu tagħhom skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Anness II.

(3)

Struzzjoni ta’ ħlas għandha titqies li ġiet aċċettata jekk:

(a)

l-istruzzjoni ta’ ħlas tikkonforma mar-regoli stabbiliti mill-fornitur tas-servizz tan-netwerk;

(b)

l-istruzzjoni ta’ ħlas tikkonforma mar-regoli u l-kundizzjonijiet tal-ifformattjar tas-sistema komponenti tat-TARGET2 tal-ASCB;

(c)

il-bank tas-saldu huwa fil-lista ta’ banek ta’ saldu msemmijin fil-paragrafu 3(1);

(d)

fil-każ ta’ saldu trans-sistema, is-sistma anċillari rilevanti hija fil-lista ta’ ASs li bihom jista’ jiġi eżegwit is-saldu tat-trans-sistema;

(e)

fil-każ li l-parteċipazzjoni tal-bank tas-saldu fit-TARGET2 ikun ġie sospiż, ikun inkiseb il-kunsens espliċitu tal-SCB tal-bank tas-saldu sospiż.

5.   Dħul ta’ struzzjonijiet ta’ ħlas fis-sistema u l-irrevokabbiltà tagħhom

(1)

Struzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jitqiesu li ddaħħlu fis-sistema komponent rilevanti tat-TARGET2 fil-mument u irrevokabbli mill-mument li jiġu aċċettati mill-ASCB. Struzzjonijiet ta’ debitu għandhom jitqiesu li ddaħħlu fis-sistema komponent rilevanti tat-TARGET2 fil-mument u irrevokabbli mill-mument li jiġu aċċetati mill-SCB.

(2)

L-applikazzjoni tas-subparagrafu 1 m’għandhiex ikollha effett fuq kull regola tal-ASs li tistipula mument ta’ dħul fis-sistema anċillari u/jew l-irrevokabbiltà ta’ ordnijiet ta’ trasferiment mibgħuta lil din is-sistema anċillari f’ħin qabel il-mument ta’ dħul tal-istruzzjoni ta’ ħlas rispettiva fis-sistema komponent rilevanti tat-TARGET2.

6.   Proċeduri ta’ saldu

(1)

Jekk sistema anċillari titlob l-użu ta’ proċedura ta’ saldu, l-ASCB ikkonċernat għandu joffri proċedura ta’ saldu waħda jew iżjed speċfikati hawn isfel:

(a)

proċedura ta’ saldu 1

(Trasferiment ta’ likwidità);

(b)

proċedura ta’ saldu 2

(Saldu f’ħin reali);

(c)

proċedura ta’ saldu 3

(Saldu bilaterali);

(d)

proċedura ta’ saldu 4

(saldu multilaterali standard);

(e)

proċedura ta’ saldu 5

(saldu multilaterali simultanju);

(f)

proċedura ta’ saldu 6

(likwidità ddedikata u saldu trans-sistema).

(2)

L-SCBs għandhom jappoġġjaw is-saldu ta’ struzzjonijiet ta’ ħlas tas-sistemi anċillari skont l-għażla ta’ proċeduri ta’ saldu msemmija fis-subparagrafu 1 billi, fost l-oħrajn, iwettqu saldu ta’ struzzjonijiet ta’ ħlas fil-kontijiet jew subkontijiet PM tal-banek tas-saldu.

(3)

Aktar dettalji dwar il-proċeduri ta’ saldu msemmija fis-subparagrafu 1 jinsabu fil-paragrafi 9 sa 14.

7.   L-ebda obbligu biex jinfetaħ kont PM

L-ASs m’għandhomx ikunu obbligati li jsiru parteċipanti diretti f’sistema komponent tat-TARGET2 jew li jżommu kont PM waqt li jużaw l-ASI.

8.   Kontijiet biex jappoġġaw proċeduri ta’ saldu

(1)

Minbarra l-kontijiet PM, it-tipi ta’ kontijiet li ġejjin jistgħu jinfetħu fil-PM u jintużaw mill-ASCBs, l-ASs u l-banek ta’ saldu għall-proċeduri ta’ saldu msemmija fil-paragrafu 6(1):

(a)

kontijiet tekniċi,

(b)

kontijiet mera,

(c)

kontijiet ta’ fond ta’ garanzija,

(d)

subkontijiet.

(2)

Meta ASCB joffri l-proċeduri ta’ saldu 4, 5 jew 6 għal mudelli interfaced, huwa għandu jiftaħ kont tekniku fis-sistema komponent tiegħu tat-TARGET2 għall-ASs ikkonċernati. Dawn il-kontijiet jistgħu jiġu offruti mill-ASCB bħala għażla għall-proċeduri ta’ saldu 2 u 3. Għandhom jinfetħu kontijiet tekniċi separati fir-rigward tal-proċeduri ta’ saldu 4 u 5. Il-bilanċ f’kontijiet tekniċi għandu jkun żero jew pożittiv fi tmiem il-proċess ta’ saldu tas-sistema anċillari rilevanti u l-bilanċ fi tmiem il-jum għandu jkun żero. Kontijiet tekniċi għandhom ikunu identifikati permezz tal-BIC tas-sistema anċillari rilevanti.

(3)

Meta joffri l-proċedura ta’ saldu 1 jew 6 għal mudelli integrati, l-ASCB għandu, u meta joffri l-proċeduri ta’ saldu 3 jew 6 għal mudelli interfaced, jiftaħ kontijiet mera fis-sistema komponent tiegħu tat-TARGET2. Kontijiet mera huma kontijiet PM speċifiċi miżmuma mill-ASCB fis-sistema komponent tat-TARGET2 għall-użu mis-sistema anċillari. Kontijiet mera huma identifikati mill-BIC tal-ASCB rilevanti.

(4)

Meta joffri l-proċedura ta’ saldu 4 jew 5, ASCB jista’ jiftaħ kont ta’ fondi ta’ garanzija fis-sistema komponent tiegħu tat-TARGET2 għall-ASs. Il-bilanċi ta’ dawn il-kontijiet għandhom jintużaw biex ikun hemm saldu tal-istruzzjonijiet ta’ ħlas tas-sistema anċillari fil-każ li ma jkunx hemm likwidità disponibbli fil-kont PM tal-bank tas-saldu. Detenturi ta’ kont ta’ fond ta’ garanzija jistgħu jkunu ASCBs, ASs jew garanti. Kontijiet ta’ fond ta’ garanzija huma identifikati mill-BIC tad-detentur tal-kontijiet rilevanti.

(5)

Meta ASCB joffri proċedura ta’ saldu 6 għal mudelli interfaced, l-SCBs għandhom jiftħu subkont wieħed jew iżjed fis-sistemi ta’ komponent TARGET2 għall-banek ta’ saldu, li jiġi użat għal-likwidità ddedikata u, jekk ikun rilevanti, għas-saldu trans-sistema. Is-subkontijiet għandhom jiġu identifikati bil-BIC tal-kont PM li miegħu għandhom x’jaqsmu, flimkien ma’ numru ta’ kont li huwa speċifiku għas-subkont rilevanti. In-numru tal-kont huwa kompost mill-kodiċi tal-pajjiż flimkien ma’ mhux aktar minn 32 karattru (jiddependi fuq l-istruttura tal-kont bankarju nazzjonali rilevanti).

(6)

Il-kontijiet msemmijin fis-subparagrafi 1(a) sa (d) m’għandhomx jiġu ppubblikati fid-direttorju tat-TARGET2. Jekk jitlob hekk il-parteċipant, il-prospetti ta’ kontijiet rilevanti (MT 940 u MT 950) għal dawk il-kontijiet kollha għandhom ikunu disponibbli għad-detentur tal-kont fl-aħħar ta’ kull jum tax-xogħol.

(7)

Ir-regoli ddettaljati fuq il-ftuħ ta’ tipi ta’ kontijiet msemmijin f’dan l-Artikolu u fuq l-applikazzjoni tagħhom meta jappoġġaw il-proċeduri ta’ pagament għandhom jiġi speċifikati l-arranġamenti bilaterali bejn l-ASs u l-ASCBs u/jew l-SCBs.

9.   Proċedura ta’ saldu 1 – Trasferiment ta’ likwidità

(1)

Meta joffru l-proċedura ta’ saldu 1, l-ASCBs u l-SCBs għandhom jappoġġjaw it-trasferiment ta’ likwidità minn kont mera lil kont PM ta’ bank tas-saldu permezz tal-ASI. It-trasferiment ta’ likwidità jista’ jinbeda jew mis-sistema anċillari jew mill-ASCB meta jaġixxu f’isem is-sistema anċillari.

(2)

Il-proċedura ta’ saldu 1 għandha tintuża biss għall-mudell integrat meta s-sistema anċillari rilevanti jkollha tuża kont mera, l-ewwel biex tiġbor il-likwidità meħtieġa li tkun ġiet iddedikata mill-bank tas-saldu tagħha, u t-tieni, biex tittrasferixxi din il-likwidità lura għall-kont PM tal-bank tas-saldu.

(3)

L-ASCBs jistgħu joffru s-saldu ta’ struzzjonijiet ta’ ħlas f’ċerti limiti ta’ żmien li jiġu ddefiniti mis-sistema anċillari, kif imsemmi fil-paragrafu 15(2) u (3).

(4)

Il-banek tas-saldu u l-ASs għandu jkollhom aċċess għall-informazzjoni permezz tal-ICM. L-ASs għandhom ikunu notifikati dwar it-tlestija jew in-nuqqas tas-saldu. Jekk s-sistema anċillari tibda t-trasferiment ta’ likwidità mill-kont mera għall-kont PM tal-bank tas-saldu, il-banek tas-saldu li jaċċessaw it-TARGET2 permezz ta’ min jipprovdi s-servizz ta’ komunikazzjoni għandhom ikunu informati bil-ikkreditar permezz ta’ messaġġ SWIFT MT 202. Parteċipanti li jużaw aċċess ibbażat fuq l-Internet għandhom ikunu informati permezz ta’ messaġġ fuq l-ICM.

10.   Proċedura ta’ saldu 2 – Saldu f’ħin reali

(1)

Meta joffru proċedura ta’ saldu 2, l-ASCBs u l-SCBs għandhom jappoġġjaw is-saldu tal-parti kontanti tat-tranżazzjonijiet tas-sistema anċillari billi jwettqu saldu ta’ struzzjonijiet ta’ ħlas mibgħuta mis-sistema anċillari fuq bażi individwalizzata, minflok f’biċċiet. Jekk struzzjoni ta’ ħlas biex jiġi ddebitat kont PM tal-bank tas-saldu qasir jitqiegħed fi kju skont l-Anness II, l-SCB rispettiv għandu jinforma lill-bank tas-saldu permezz ta’ messaġġ ta’ komunikazzjoni tal-ICM.

(2)

Proċedura ta’ saldu 2 tista’ tiġi offruta wkoll lis-sistema anċillari għas-saldu ta’ bilanċi multilaterali u f’dawn il-każijiet l-ASCB għandu jiftaħ kont tekniku għal din s-sistema anċillari. Barra minn dan, l-ASCB m’għandux joffri lis-sistema anċillari is-servizzi tal-immaniġġjar xieraq tas-sekwenza ta’ ħlasijiet dovuti minn oħrajn (incoming) u dovuti lil oħrajn (outgoing) kif jista’ jkun meħtieġ għal dan is-saldu multilaterali. Is-sistema anċillari nnifsha għandha tassumi r-responsabbiltà għas-sekwenzjar meħtieġ.

(3)

L-ASCBs jistgħu joffru s-saldu ta’ struzzjonijiet ta’ ħlas f’ċerti limiti ta’ żmien li jiġu ddefiniti mis-sistema anċillari, kif imsemmi fil-paragrafu 15(2) u (3).

(4)

Il-banek tas-saldu u l-ASs għandu jkollhom aċċess għall-informazzjoni permezz tal-ICM. L-ASs għandhom ikunu notifikati bit-tlestija jew in-nuqqas tas-saldu permezz ta’ messaġġ fuq l-ICM. Jekk jitolbu dan, il-banek tas-saldu li jaċċessaw it-TARGET2 permezz ta’ fornitur tas-servizz ta’ netwerk għandhom ikunu nnotifikati b’saldu li rnexxa permezz ta’ messaġġ SWIFT MT 900 jew MT 910. Parteċipanti li jużaw aċċess ibbażat fuq l-Internet għandhom ikunu informati permezz ta’ messaġġ fuq l-ICM.

11.   Proċedura ta’ saldu 3 – saldu bilaterali

(1)

Meta joffru l-proċedura ta’ saldu 3, l-ASCBs u l-SCBs għandhom jappoġġaw is-saldu tal-parti kontanti tat-tranżazzjonijiet ta’ sistema anċillari billi jwettqu saldu ta’ struzzjonijiet ta’ ħlas li s-sistema anċillari tibgħat f’batch mode. Jekk struzzjoni ta’ ħlas biex jiġi ddebitat kont PM tal-bank tas-saldu qasir jitqiegħed fi kju skont l-Anness II, l-SCB rispettiv għandu jinforma lill-bank tas-saldu permezz ta’ messaġġ ta’ komunikazzjoni tal-ICM.

(2)

Il-proċedura ta’ saldu 3 tista’ tiġi offruta wkoll lis-sistema anċillari għas-saldu ta’ bilanċi multilaterali. Il-paragrafu 10(2) għandu japplika mutatis mutandis, bla ħsara għall-modifiki li ġejjin:

(a)

Struzzjonijiet ta’ ħlas: (i) biex jiġu ddebitati il-kontijiet PM ta’ banek tas-saldu qasir u jiġi kkreditat il-kont tekniku tas-sistema anċillari; u (ii) jiġi ddebitat il-kont tekniku tas-sistema anċillari u jiġu kkreditati l-kontijiet PM ta’ banek tas-saldu qasir jintbagħtu f’fajls separati; u

(b)

il-kontijiet PM tal-banek tas-saldu twil għandhom jiġu kkreditati biss wara li l-kontijiet PM kollha tal-banek tas-saldu qasir jiġu ddebitati.

(3)

Jekk is-saldu multilaterali jfalli (pereżempju, għaliex mhux il-ġbir kollu mill-kontijiet tal-banek tas-saldu qasir ikun ta’ suċċess), is-sistema anċillari għandħa tibgħat struzzjonijiet ta’ ħlas biex treġġa’ lura tranżazzjonijiet ta’ debitu li diġà kellhom saldu.

(4)

L-ASCBs jistgħu joffru:

(a)

is-saldu ta’ struzzjonijiet ta’ ħlas f’ċerti limiti ta’ żmien iddefiniti mis-sistema anċillari, kif imsemmi fil-paragrafu 15(3); u/jew

(b)

il-funzjonalità tal-“perjodu ta’ informazzjoni”, kif imsemmi fil-paragrafu 15(1).

(5)

Il-banek tas-saldu u l-ASs għandu jkollhom aċċess għall-informazzjoni permezz tal-ICM. L-ASs għandhom ikunu nnotifikati bit-tlestija jew in-nuqqas ta’ saldu abbazi tal-opzjoni magħzula – notifika waħda jew globali. Jekk jitolbu dan, il-banek tas-saldu għandhom ikunu nnotifikati bis-saldu li rnexxa permezz ta’ messaġġ SWIFT MT 900 jew MT 910. Parteċipanti li jużaw aċċess ibbażat fuq l-Internet għandhom ikunu informati permezz ta’ messaġġ fuq l-ICM.

12.   Proċedura ta’ saldu 4 – Saldu multilaterali standard

(1)

Meta joffru l-proċedura ta’ saldu 4, l-ASCBs u l-SCBs għandhom jappoġġaw is-saldu tal-bilanċi ta’ kontanti multilaterali tat-tranżazzjonijiet tas-sistema anċillari billi jwettqu saldu ta’ struzzjonijiet ta’ ħlas mibgħuta mis-sistema anċillari f’batch mode. L-ASCBs għandhom jiftħu kont tekniku speċifiku għal din is-sistema anċillari.

(2)

L-ASCBs u l-SCBs għandhom jiżguraw is-segwenza meħtieġa ta’ struzzjonijiet ta’ ħlas. Għandhom jibbukkjaw biss il-krediti jekk id-debiti kollha jkunu nġabru b’suċċċess. Struzzjonijiet ta’ ħlas: (a) biex jiġu ddebitati l-kontijiet PM tal-banek tas-saldu qasir u jiġi kkreditat il-kont tekniku tal-AS; u (b) biex jiġu kkreditati kontijiet ta’ banek tas-saldu twal u jiġi ddebitat il-kont tekniku tal-AS jintbagħtu f’fajl wieħed.

(3)

Għandu l-ewwel ikun hemm saldu tal-istruzzjonijiet ta’ ħlas biex jiġi ddebitat il-kont PM tal-banek tas-saldu qasir u biex jiġi kkreditat il-kont tekniku tas-sistema anċillari; mas-saldu ta’ dawn l-istruzzjonijiet ta’ ħlas kollha biss (inkluż l-iffinanzjar possibbli tal-kont tekniku b’mekkaniżmu ta’ fond iggarantit) għandhom jiġu kkreditati l-kontijiet PM tal-banek tas-saldu twal.

(4)

Jekk struzzjoni ta’ ħlas biex jiġi ddebitat kont PM tal-bank tas-saldu qasir jitqiegħed fi kju skont l-Anness II, l-SCBs għandhom jinformaw lill-bank tas-saldu permezz ta’ messaġġ ta’ komunikazzjoni tal-ICM.

(5)

Jekk bank tas-saldu qasir m’għandux fondi biżżejjed fil-kont PM tiegħu, il-mekkaniżmu ta’ fond iggarantit għandu jiġi attivat mill-ASCB jekk dan huwa maħsub fl-arranġament bilaterali bejn l-ASCB u s-sistema anċillari.

(6)

Jekk l-ebda mekkaniżmu ta’ fond iggarantit ma hu ipprovdut u s-saldu sħiħ ifalli, allura l-ASCBs u l-SCBs għandhom jitqiesu li jkunu ngħataw struzzjonijiet biex jirritornaw l-istruzzjonijiet kollha ta’ ħlas fil-fajl, u għandhom ireġġgħu lura l-istruzzjonijiet ta’ ħlas li jkunu diġà tħallsu.

(7)

L-ASCBs għandhom jinfurmaw lill-banek tas-saldu b’nuqqas ta’ saldu permezz ta’ messaġġ ta’ komunikazzjoni tal-ICM.

(8)

L-ASCBs jistgħu joffru:

(a)

is-saldu ta’ struzzjonijiet ta’ ħlas f’ċerti limiti ta’ żmien iddefiniti mis-sistema anċillari kif imsemmi fil-paragrafu 15(3);

(b)

il-funzjonalità tal-‘perjodu ta’ informazzjoni’, kif imsemmi fil-paragrafu 15(1);

(c)

mekkaniżmu ta’ fond iggarantit, kif imsemmi fil-paragrafu 15(4).

(9)

Il-banek tas-saldu u l-ASs għandu jkollhom aċċess għall-informazzjoni permezz tal-ICM. L-ASs għandhom ikunu notifikati dwar it-tlestija jew in-nuqqas tas-saldu. Jekk jitolbu dan, il-banek tas-saldu għandhom ikunu notifikati bis-saldu li rnexxa permezz ta’ messaġġ SWIFT MT 900 jew MT 910. Parteċipanti li jużaw aċċess ibbażat fuq l-Internet għandhom ikunu informati permezz ta’ messaġġ fuq l-ICM.

13.   Proċedura ta’ saldu 5 – Saldu multilaterali simultanju

(1)

Meta joffru l-proċedura ta’ saldu 5, l-ASCBs u l-SCBs għandhom jappoġġaw is-saldu tal-bilanċi ta’ kontanti multilaterali tat-tranżazzjonijiet tas-sistema anċillari billi jwettqu saldu ta’ struzzjonijiet ta’ ħlas mibgħuta mis-sistema anċillari f’batch mode. Sabiex isir is-saldu ta’ struzzjonijiet ta’ ħlas rilevanti għandu jintuża l-Algoriżmu 4 (ara l-Appendiċi I tal-Anness II). Kuntrarjament għall-proċedura ta’ saldu 4, il-proċedura ta’ saldu 5 taħdem fuq il-bażi ta’ “kollox jew xejn”. F’din il-proċedura l-iddebitar ta’ kontijiet PM ta’ banek tas-saldu qasir u l-ikkreditar ta’ kontijiet PM ta’ banek tas-saldu twal għandu jsir b’mod simultanju (aktar milli b’mod segwenzjali bħal fil-każ tal-proċedura ta’ saldu 4). Il-paragrafu 12 għandu japplika mutatis mutandis bla ħsara għall-modifika li ġejja. Jekk struzzjoni waħda jew aktar ta’ ħlas ma jistgħux ikollhom saldu, l-istruzzjonijiet kollha ta’ ħlas għandhom jitqiegħdu fi kju, u l-Algoriżmu 4, kif deskritt fil-paragrafu 16(1), għandu jiġi rrepetut sabiex l-istruzzjonijiet ta’ ħlas tas-sistema anċillari fil-kju ikollhom saldu.

(2)

L-ASCBs jistgħu joffru:

(a)

is-saldu ta’ struzzjonijiet ta’ ħlas f’ċerti limiti ta’ żmien iddefiniti mis-sistema anċillari kif imsemmi fil-paragrafu 15(3);

(b)

il-funzjonalità tal-“perjodu ta’ informazzjoni”, kif imsemmi fil-paragrafu 15(1);

(c)

mekkaniżmu ta’ fond iggarantit, kif imsemmi fil-paragrafu 15(4).

(3)

Il-banek tas-saldu u l-ASs għandu jkollhom aċċess għall-informazzjoni permezz tal-ICM. L-ASs għandhom ikunu nnotifikati dwar it-tlestija jew in-nuqqas tas-saldu. Jekk jitolbu dan, il-banek tas-saldu għandhom ikunu nnotifikati b’saldu li rnexxa permezz ta’ messaġġ SWIFT MT 900 jew MT 910. Parteċipanti li jużaw aċċess ibbażat fuq l-Internet għandhom ikunu informati permezz ta’ messaġġ fuq l-ICM.

(4)

Jekk struzzjoni ta’ ħlas biex jiġi ddebitat kont PM tal-bank tas-saldu qasir jitqiegħed fi kju skont l-Anness II, l-SCB rispettiv għandu jinforma lill-bank tas-saldu permezz ta’ messaġġ ta’ komunikazzjoni tal-ICM.

14.   Proċedura ta’ saldu 6 - Likwidità ddedikata u saldu trans-sistema

(1)

Il-proċedura ta’ saldu 6 tista’ tintuża kemm għall-mudell interfaced u dak integrat, kif deskritt fis-subparagrafi 4 sa 13 u 14 sa 18 hawn isfel, rispettivament. Fil-każ tal-mudell integrat, is-sistema anċillari rilevanti għandha tuża kont mera biex jiġbor il-likwidità meħtieġa mwarrba mill-banek tiegħu tas-saldu. Fil-każ tal-mudell interfaced, il-bank tas-saldu għandu jiftaħ mill-anqas subkont wieħed dwar sistema anċillari speċifika.

(2)

Jekk jitolbu dan, il-banek tas-saldu għandhom ikunu nnotifikati permezz ta’ messaġġ SWIFT MT 900 jew MT 910 u l-parteċipanti li jużaw aċċess ibbażat fuq l-Internet għandhom ikunu informati permezz ta’ messaġġ fuq l-ICM dwar l-ikkreditar u d-debitar tal-kontijiet PM tagħhom u, fejn applikabbli, tas-subkontijiet tagħhom.

(3)

Meta joffru saldu trans-sistema taħt il-proċedura ta’ saldu 6, l-ASCBs u l-SCBs għandhom jappoġġaw ħlasijiet ta’ saldu trans-sistema, jekk jinbdew mill-ASs rilevanti. Sistema anċillari tista’ tibda saldu trans-sistema biss matul iċ-ċiklu tal-ipproċessar tiegħu, u l-proċedura ta’ saldu 6 għandha tkun qed taħdem fis-sistema anċillari li tirċievi l-istruzzjoni ta’ ħlas. Saldu trans-sistema għandu jiġi offrut kemm għall-ipproċessar bin-nhar u bil-lejl taħt il-proċedura ta’ saldu 6. Il-possibbiltà li jiġi eżegwit saldu trans-sistema bejn żewġ sistemi anċillari individwali għandha tiġi rrikordjata fl-iStatic Data (Management) Module.

(A)   Mudell Interfaced

(4)

Meta joffru l-proċedura ta’ saldu 6, l-ASCBs u l-SCBs għandhom jappoġġjaw is-saldu ta’ bilanċi ta’ kontanti bilaterali u/jew multilaterali ta’ tranżazzjonijiet tas-sistema anċillari billi:

(a)

jippermettu li bank tas-saldu jiffinanzja minn qabel l-obbligu tas-saldu prospettiv tiegħu permezz ta’ trasferimenti ta’ likwidità mill-kont PM tiegħu għal ġewwa s-subkont tiegħu (minn issa ’l quddiem ‘likwidità ddedikata’) qabel l-ipproċessar tas-sistema anċillari; u

(b)

l-istruzzjonijiet ta’ ħlas tas-sistema anċillari jkollhom saldu wara li jitlesta l-ipproċessar tas-sistema anċillari: fir-rigward tal-banek tas-saldu qasir billi s-subkontijiet tagħhom jiġu ddebitati (fil-limiti tal-fondi pprovduti f’dak il-kont) u billi jiġi kkreditat il-kont tekniku tal-AS, u fir-rigward tal-banek tas-saldu twal billi jiġu kkreditati s-subkontijiet tagħhom u jiġi ddebitat il-kont tekniku tas-sistema anċillari.

(5)

Meta joffru l-proċedura ta’ saldu 6:

(a)

l-SCBs għandhom jiftħu mill-anqas subkont wieħed fir-rigward ta’ sistema anċillari waħda għal kull bank tas-saldu; u

(b)

l-ASCB għandu jiftaħ kont tekniku għas-sistema anċillari biex: (i) jiġu kkreditati fondi miġbura mis-subkontijiet tal-banek tas-saldu qasir; u (ii) jiġu ddebitati fondi meta jsiru krediti fis-subkontijiet iddedikati tal-banek tas-saldu twal.

(6)

Il-proċedura ta’ saldu 6 għandha tkun offruta kemm għal ipproċessar ta’ bi nhar u operazzjonijiet ta’ bil-lejl tal-ASs. Fil-każ tal-aħħar, il-jum ġdid tan-negozju għandu jibda minnufih malli jiġu sodisfatti l-obbligi tar-riżervi minimi; kull debitu jew kreditu magħmul fil-kontijiet rilevanti wara għandhom jitqiesu għall-valur tal-jum ġdid tan-negozju.

(7)

Fil-proċedura ta’ saldu 6 u fir-rigward tad-dedikazzjoni tal-likwidità, l-ASCBs u l-SCBs għandhom joffru t-tipi li ġejjin ta’ servizz ta’ trasferiment ta’ likwidità fil- u mis-subkont:

(a)

standing orders li banek tas-saldu jistgħu jibagħtu jew jimmodifikaw f’kull ħin matul jum tan-negozju permezz tal-ICM (meta jkun disponibbli). Standing orders mibgħuta wara li jintbagħat messaġġ ta’ “bidu ta’proċedura” f’jum ta’ negozju partikolari għandhom ikunu validi biss għall-jum tan-negozju li jmiss. Jekk ikun hemm diversi standing orders biex jikkreditaw subkontijiet differenti, dawn għandhom ikollhom saldu fl-ordni skont l-ammont tagħhom, jibdew bl-ogħla. Matul l-operazzjonijiet ta’ bil-lejl ta’ AS, jekk ikun hemm standing orders li għalihom ma jkunx hemm fondi biżżejjed fil-kont PM, dawk l-ordnijiet għandu jkollhom saldu wara tnaqqis pro-rata tal-ordnijiet kollha;

(b)

ordnijiet kurrenti, li jistgħu jintbagħtu biss jew minn bank tas-saldu (permezz tal-ICM) jew tal-AS rilevanti permezz ta’messaġġ XML matul it-tħaddim tal-proċedura ta’ saldu 6 (identifikata bl-intervall ta’ bejn il-messaġġ ta’ “bidu-ta’-proċedura” sa dak ta’ “tmien-ta’ proċedura”) u li jkollhom saldu biss sakemm iċ-ċiklu tal-ipproċessar tas-sistema anċillari ma tkunx għadha bdiet. Jekk is-sistema anċillari tibgħat ordni kurrenti li għaliha ma jkunx hemm fondi biżżejjed fil-kont PM, din l-ordni għandu jkollha saldu parzjali;

(c)

Ordnijiet SWIFT li jmorru permezz ta’ messaġġ MT 202 jew immappjar awtomatiku għal MT 202 mill-iskrins għall-parteċipanti li jużaw aċċess ibbażat fuq l-Internet, li jista’ jiġi mibgħut biss matul il-proċedura 6 tas-saldu u biss matul ipproċessar li jsir mal-ġurnata. Dawn l-ordnijiet għandu jkollhom saldu immedjat.

(8)

Il-proċedura ta’ saldu 6 għandha tibda permezz ta’ messaġġ ta’ “bidu-ta’-proċedura” u tispiċċa permezz ta’ messaġġ ta’ “tmiem-ta’-proċedura”, biż-żewġ messaġġi jintbagħtu mis-sistema anċillari. Iżda, għall-operazzjonijiet ta’ bil-lejl tas-sistema anċillari, il-messaġġ ta’ “bidu-ta’-proċedura” jintbagħat mill-ASCB. Messaġġi ta’ “bidu-ta’-proċedura” għandhom jibdew is-saldu ta’ standing orders għat-trasferiment ta’ likwidità fis-subkontijiet. Il-messaġġ ta’ “tmiem-ta’-proċedura” iwassal għal trasferiment mill-ġdid awtomatiku ta’ likwidità mis-subkont għall-kont PM.

(9)

Taħt il-proċedura ta’ saldu 6, il-likwidità dedikata fuq is-subkontijiet għandha tiġi ffriżata sakemm iċ-ċiklu tal-ipproċessar tas-sistema anċillari ikun qed jaħdem (li jibda bil-messaġġ “start-of-cycle” u jispiċċa bil-messaġġ “end-of-cycle”, it-tnejn jintbagħtu mis-sistema anċillari) u rrilaxxati wara dan. Il-bilanċ iffriżat jista’ jinbidel matul iċ-ċiklu tal-ipproċessar bħala riżultat tal-ħlasijiet tas-saldu trans-sistema jew jekk bank ta’ saldu jittrasferixxi l-likwidità mill-kont PM tiegħu. L-ASCB għandu jinnotifika lis-sistema anċillari bit-tnaqqis jew żieda tal-likwidità fuq is-subkont bħala riżultat tal-ħlasijiet tas-saldu trans-sistema. Jekk s-sistema anċillari titlob hekk, l-ASCB għandha tinnotifikha wkoll biż-żieda fil-likwidità fuq is-subkont bħala riżultat tat-trasferiment tal-likwidità mill-bank tas-saldu.

(10)

F’kull ċiklu tal-ipproċessar tas-sistema anċillari, l-istruzzjonijiet ta’ ħlas għandu jkollhom sald mil-likwidità ddedikata fejn bħala regola għandu jintuża l-Algoriżmu 5 (kif imsemmi fl-Appendiċi I tal-Anness II).

(11)

F’kull ċiklu tal-ipproċessar ta’ sistema anċillari, il-likwidità ddedikata ta’ bank tas-saldu tista’ tiżdied permezz tal-ikkreditar ta’ ċerti ħlasijiet dovuti minn ħaddieħor (incoming) direttament fis-subkontijiet tiegħu, jiġifieri kupuni u ħlasijiet ta’ fidi. F’dawn il-każijiet, il-likwidità l-ewwel għandha tiġi kkreditata fil-kont tekniku, imbagħad iddebitata minn dan il-kont qabel ma l-likwidità tiġi kkreditata fis-subkont (jew fil-kont PM).

(12)

Saldu trans-sistema bejn żewġ ASs interfaced jista’ jinbeda biss minn sistema anċillari (jew l-ASCB tagħha f’isimha) li s-subkont tal-parteċipant tagħha jiġi ddebitat. L-istruzzjoni ta’ ħlas isir bl-iddebitar tal-ammont indikat fl-istruzzjoni tal-ħlas mis-subkont ta’ parteċipant tas-sistema anċillari li jibda l-istruzzjoni tal-ħlas u l-ikkreditar tas-subkont ta’ parteċipant ta’ sistema anċillari oħra.

Is-sistema anċillari li tibda l-istruzzjoni għall-ħlas u s-sistema anċillari l-oħra għandha tkun nnotifikata mat-tlestija tas-saldu. Jekk jitolbu dan, il-banek tas-saldu għandhom ikunu nnotifikati b’saldu li rnexxa permezz ta’ messaġġ SWIFT MT 900 jew MT 910. Parteċipanti li jużaw aċċess ibbażat fuq l-Internet għandhom ikunu informati permezz ta’ messaġġ fuq l-ICM.

(13)

Saldu trans-sistema minn sistema anċillari li tuża l-mudell interfaced lil sistema anċillari li tuża l-mudell integrat jista’ jinbeda mis-sistema anċillari bl-użu tal-mudell interfaced (jew l-ASCB tagħha f’isimha). Is-saldu tal-istruzzjoni ta’ ħlas isir bl-iddebitar tal-ammont indikat fl-istruzzjoni tal-ħlas mis-subkont ta’ parteċipant bl-użu tal-mudell interfaced u bl-ikkreditar tal-kont mera użat mill-AS bl-użu ta’ mudell integrat. L-istruzzjoni għall-ħlas ma tistax tinbeda mis-sistema anċillari bl-użu tal-mudell integrat li l-kont mera tiegħu ser jiġi kkreditat.

Is-sistema anċillari li tibda l-istruzzjoni għall-ħlas u s-sistema anċillari l-oħra għandhom ikunu nnotifikati mat-tlestija tas-saldu. Jekk jitolbu dan, il-banek tas-saldu għandhom ikunu notifikati b’saldu li rnexxa permezz ta’ messaġġ SWIFT MT 900 jew MT 910. Parteċipanti li jużaw aċċess ibbażat fuq l-Internet għandhom ikunu informati permezz ta’ messaġġ fuq l-ICM.

(B)   Mudell integrat

(14)

Meta joffru l-proċedura ta’ saldu 6 għall-mudelli integrati, l-ASCBs jew l-SCBs għandhom jappoġġjaw dak is-saldu. Fil-każ li tintuża l-proċedura ta’ saldu 6 għall-mudell integrat tal-ipproċessar ta’ bi nhar, tiġi offruta biss funzjonalità limitata.

(15)

Fil-proċedura ta’ saldu 6 u fir-rigward tal-mudell integrat, l-ASCBs u l-SCBs għandhom joffru t-tipi li ġejjin ta’ servizz ta’ trasferiment ta’ likwidità f’kont mera:

(a)

standing orders (għal ipproċessar ta’ bi nhar u operazzjonijiet ta’ bil-lejl tas-sistemi anċillari), li l-banek tas-saldu jistgħu jibagħtu jew jimmodifikaw f’kull ħin matul jum tan-negozju permezz tal-ICM (meta jkun disponibbli). Standing orders mibgħuta wara li jintbagħat messaġġ ta’ “bidu-ta’-proċedura” f’jum ta’ negozju partikolari għandhom ikunu validi biss għall-jum tan-negozju li jmiss. Jekk ikun hemm diversi standing orders biex jikkreditaw subkontijiet differenti, dawn għandhom ikollhom saldu fl-ordni skont l-ammont tagħhom, jibdew bl-ogħla. Jekk standing order għall-ipproċessar ta’ bi nhar mhix koperta, din tinċaħad. Matul l-operazzjonijiet ta’ bil-lejl ta’ AS, jekk ikun hemm standing orders li għalihom ma jkunx hemm fondi biżżejjed fil-kont PM, dawk l-ordnijiet għandhom ikollhom saldu wara tnaqqis pro-rata tal-ordnijiet kollha;

(b)

ordnijiet kurrenti, li jistgħu jintbagħtu biss jew minn bank tas-saldu (permezz tal-ICM) jew tas-sistema anċillari rilevanti permezz ta’ messaġġ XML matul it-tħaddim tal-proċedura ta’ saldu 6 (identifikata bl-intervall ta’ bejn il-messaġġ ta’ “bidu-ta’-proċedura” sa dak ta’ “tmien-ta’ proċedura”) u li jkollhom saldu biss sakemm iċ-ċiklu tal-ipproċessar tas-sistema anċillari ma tkunx għadha bdiet. Jekk hemm ordni kurrenti li għaliha ma jkunx hemm fondi biżżejjed fil-kont PM, din l-ordni għandu jkollha saldu parzjali;

(c)

ordnijiet SWIFT li jmorru permezz ta’ messaġġ MT 202 li jistgħu jintbagħtu biss waqt l-ipproċessar ta’ bi nhar biss. Dawn l-ordnijiet għandu jkollhom saldu immedjatament.

(16)

Ir-regoli rigward il-messaġġi ta’ “bidu-ta’-proċedura” u “tmiem-ta’-proċedura”, kif ukoll rigward il-bidu u t-tmiem taċ-ċiklu għall-mudell interfaced, għandhom japplikaw mutatis mutandis.

(17)

Saldu trans-sistema bejn żewġ ASs li jużaw il-mudell integrat jista’ jinbeda biss minn sistema anċillari (jew l-ASCB tagħha f’isimha) li l-kont mera tagħha jiġi ddebitat. Ikun hemm saldu tal-istruzzjoni ta’ ħlas bl-iddebitar tal-ammont indikat fl-istruzzjoni tal-ħlas mis-subkont mera tas-sistema anċillari li jibda l-istruzzjoni tal-ħlas u l-ikkreditar tas-subkont mera użat minn sistema anċillari oħra. L-istruzzjoni ta’ ħlas ma tistax tinbeda mis-sistema anċillari li l-kont mera tiegħu ser jiġi kkreditat.

Is-sistema anċillari li tibda l-istruzzjoni għall-ħlas u s-sistema anċillari l-oħra għandhom ikunu notifikati mat-tlestija tas-saldu. Jekk jitolbu dan, il-banek tas-saldu għandhom ikunu notifikati b’saldu li rnexxa permezz ta’ messaġġ SWIFT MT 900 jew MT 910. Parteċipanti li jużaw aċċess ibbażat fuq l-Internet għandhom ikunu informati permezz ta’ messaġġ fuq l-ICM.

(18)

Saldu trans-sistema minn sistema anċillari li tuża l-mudell integrat lil sistema anċillari li tuża l-mudell interfaced jista’ jinbeda mis-sistema anċillari bl-użu tal-mudell integrat (jew l-ASCB tagħha f’isimha). Is-saldu tal-istruzzjoni ta’ ħlas isir bl-iddebitar tal-ammont indikat fl-istruzzjoni tal-ħlas mill-kont mera użat mis-sistema anċillari bl-użu tal-mudell integrat u l-ikkreditar tas-subkont ta’ parteċipant ta’ sistema anċillari oħra. L-istruzzjoni tal-ħlas ma tistax tinbeda mis-sistema anċillari bl-użu tal-mudell interfaced li s-subkont tal-parteċipant ser jiġi kkreditat.

Is-sistema anċillari li tibda l-istruzzjoni għall-ħlas u s-sistema anċillari l-oħra għandhom ikunu notifikat mat-tlestija tas-saldu. Jekk jitolbu dan, il-banek tas-saldu għandhom ikunu notifikati b’saldu li rnexxa permezz ta’ messaġġ SWIFT MT 900 jew MT 910. Parteċipanti li jużaw aċċess ibbażat fuq l-Internet għandhom ikunu informati permezz ta’ messaġġ fuq l-ICM.

15.   Mekkaniżmi konnessi fakultattivi

(1)

Il-mekkaniżmu konness fakultattiv “Perijodu ta’ informazzjoni” jista’ jiġi offrut mill-ASCBs għall-proċeduri ta’ saldu 3, 4 u 5. Jekk is-sistema anċillari (jew l-ASCB f’ismu) ikun speċifika ħin fakultattiv għall-“perijodu ta’ informazzjoni”, il-bank tas-saldu għandu jirċievi messaġġ ta’ komunikazzjoni tal-ICM li jindika l-ħin sa meta l-bank tas-saldu jista’ jitlob li titreġġa lura l-istruzzjoni rilevanti ta’ ħlas. Din it-talba għandha tiġi kkunsidrata biss mill-SCB jekk tiġi kkomunikata permezz ta’ u approvata mis-sistema anċillari. Is-saldu għandu jibda jekk l-SCB ma jirċevix din it-talba sal-ħin li fih jiskadi l-‘Perijodu ta’ Informazzjoni’. Malli l-SCB jirċievi din it-talba fil-“Perijodu ta’ Informazzjoni”:

(a)

meta l-proċedura ta’ saldu 3 tintuża għas-saldu bilaterali, l-istruzzjoni ta’ ħlas rilevanti għandha titreġġa’ lura; u

(b)

meta l-proċedura ta’ saldu 3 tintuża għas-saldu ta’ bilanċi multilaterali, jew jekk fil-proċedura ta’ saldu 4, is-saldu sħiħ ifalli, l-istruzzjonijiet ta’ ħlas kollha rilevanti għandhom jitreġġgħu lura, u l-banek tas-saldu kollha u l-AS għandhom jiġu infurmati permezz ta’ messaġġ ta’ komunikazzjoni tal-ICM.

(2)

Jekk is-sistema anċillari tibgħat l-istruzzjonijiet tas-saldu qabel il-ħin skedat tas-saldu (‘from’), l-istruzzjonijiet jinħażnu sakemm isir il-ħin skedat. F’dan il-każ, l-istruzzjonijiet ta’ ħlas jiddaħħlu fl-entry disposition biss meta jsir il-ħin “from”. Dan il-mekkaniżmu fakultattiv jista’ jintuża fil-proċedura tas-saldu 1 u 2.

(3)

Il-perijodu ta’ saldu (sa) jagħmilha possibbli li jiġi allokat għal żmien limitat għas-saldu ta’ sistema anċillari sabiex ma jiġix ipprevenut jew imdewwem is-saldu ta’ tranżazzjonijiet relatati ma’ sistema anċillari oħra jew TARGET2 oħrajn. Jekk ma jkunx hemm saldu tal-istruzzjoni ta’ ħlas saż-żmien ‘sa’ jew fil-perijodu definit ta’ saldu, dawn l-istruzzjonijiet ta’ ħlas jew jiġu rritornati jew, fil-każ tal-proċeduri ta’ saldu 4 u 5, il-mekkaniżmu tal-fond ta’ garanzija jista’ jiġi attivat. Il-perijodu ta’ saldu (sa) jista’ jiġi speċifikat għall-proċeduri ta’ saldu 1 sa 5.

(4)

Il-mekkaniżmu ta’ fond iggarantit jista’ jintuża jekk il-likwidità ta’ bank tas-saldu ma tkunx biżżejjed biex tkopri l-obbligi kollha tiegħu li jqumu mis-saldu ta’ sistema anċillari. Sabiex jitħalla s-saldu tal-istruzzjonijiet kollha ta’ ħlas involuti fsaldu tas-sistema anċillari, dan il-mekkaniżmu jintuża biex jipprovdi l-likwidità addizzjonali meħtieġa. Dan il-mekkaniżmu jista’ jintuża għal proċeduri ta’ saldu 4 u 5. Jekk għandu jintuża l-mekkaniżmu ta’ fond iggarantit, ikun meħtieġ li jinżamm kont speċjali ta’ fond ta’ garanzija fejn tinżamm disponibbli, jew issir disponibbli fuq talba, “likwidità ta’ emerġenza”.

16.   Algoriżmi użati

(1)

L-Algoriżmu 4 jappoġġa l-proċedura ta’ saldu 5. Biex is-saldu jiġi ffaċilitat u biex titnaqqas il-likwidità meħtieġa, l-ordnijiet kollha ta’ ħlas tas-sistema anċillari huma inklużi (irrispettivament mill-prijorità tagħhom). L-istruzzjonijiet ta’ ħlas tas-sistema anċillari li għandhom ikollhom saldu wara l-proċedura ta’ saldu 5 jaqbżu l-entry disposition u jinżammu fil-PM separatament sat-tmiem tal-proċess kurrenti ta’ ottimizzazzjoni. Fl-istess tħaddim tal-Algoriżmu 4, ikunu inklużi diversi ASs li jużaw il-proċedura ta’ saldu 5 jekk ikunu qed jaħsbu li jwettqu saldu fl-istess ħin.

(2)

Fil-proċedura ta’ saldu 6, il-bank tas-saldu jista’ jiddedika ammont ta’ likwidità biex jagħmel saldu ta’ bilanċi li jiġu minn sistema anċillari speċifika. Id-dedika tista’ ssir billi titwarrab il-likwidità meħtieġa f’subkont speċifiku (mudell interfaced). L-Algoriżmu 5 jintuża kemm għal operazzjonijiet ta’ bil-lejl tas-sistema anċillari u għal ipproċessar ta’ bi nhar. Il-proċess ta’ saldu jseħħ billi jiġu ddebitati s-subkontijiet tal-banek tas-saldu qasir favur il-kont tekniku tas-sistema anċillari, u mbagħad il-kont tekniku tas-sistema anċillari jiġi ddebitat favur is-subkontijiet tal-banek tas-saldu twil. Fil-każ ta’ bilanċi ta’ kreditu, il-booking jista’ jsir direttament – jekk indikat mis-sistema anċillari fit-tranżazzjoni rilevanti – fil-kont PM tal-bank tas-saldu. Jekk is-saldu ta’ struzzjoni ta’ debitu waħda jew iżjed ma jkunx b’suċċess (jiġifieri b’riżultat ta’ żball tas-sistema anċillari), il-ħlas rispettiv jitqiegħed fi kju fis-subkont. Il-proċedura ta’ saldu 6 tista’ tagħmel użu mill-Algoriżmu 5 jaħdem fis-sub-kontijiet. Barra minn dan, l-Algoriżmu 5 m’għandux għalfejn iqis kull limitu jew riżerva. Għal kull bank tas-saldu l-pożizzjoni totali hija kkalkulata u jekk il-pożizzjonijiet totali kollha huma koperti, ikun hemm saldu tat-tranżazzjonijiet kollha. It-tranżazzjonijiet li mhumiex koperti jitqiegħdu lura fil-kju.

17.   Effett tas-sospensjoni jew tmiem

Jekk is-sospensjoni jew it-tmiem tal-użu tal-ASI minn sistema anċillari jidħlu fis-seħħ matul iċ-ċiklu tas-saldu tal-istruzzjonijiet ta’ ħlas tas-sistema anċillari, l-ASCB għandu jitqies li jkun awtorizzat biex ikompli ċ-ċiklu tas-saldu f’isem tas-sistema anċillari.

18.   Skeda tad-drittijiet u fatturar

(1)

Sistema anċillari li tuża l-ASI jew l-Interfaċċa tal-Parteċipant, irrispettivament min-numru ta’ kull kont li jista’ jkollha mal-ASCB u/jew l-SCB, għandha tkun suġġetta għal skeda ta’ drittijiet li tikkonsisti fi tliet elementi, kif stabbilit hawn taħt.

(a)

Dritt fiss ta’ kull xahar ta’ EUR 1 000 biex jiġi impost fuq kull sistema anċillari (Dritt Fiss I).

(b)

It-tieni dritt fiss ta’ kull xahar ta’ bejn EUR 417 u EUR 4 167, f’proporzjon mal-valur gross bażiku tat-tranżazzjonijiet tas-saldu tal-flus kontanti f’euro tas-sistema anċillari (Dritt Fiss II):

Faxxa

Minn (EUR miljun/kull jum)

Sa (EUR miljun/kull jum)

Dritt Annwali (EUR)

Dritt ta’ kull xahar (EUR)

1

0

taħt 1 000

5 000

417

2

1 000

taħt 2 500

10 000

833

3

2 500

taħt 5 000

20 000

1 667

4

5 000

below 10 000

30 000

2 500

5

10 000

taħt 50 000

40 000

3 333

6

‘Il fuq minn 50 000

50 000

4 167

Il-valur gross tat-tranżazzjonijiet tas-saldu tal-flus kontanti f’euro tas-sistema anċillari għandu jkun ikkalkulat mill-ASCB darba f’sena fuq il-bażi ta’ dan il-valur gross matul is-sena ta’ qabel, u l-valur gross ikkalkulat għandu jiġi applikat biex jiġi kkalkolat d-dritt mill-1 ta’ Jannar ta’ kull sena kalendarja.

(c)

Id-dritt ta’ tranżazzjoni kkalkulata fuq l-istess bażi bħall-iskeda stabbilita għall-parteċipanti tat-TARGET2 fl-Appendiċi VI tal-Anness II. Is-sistema anċillari tista’ tagħmel għażla waħda minn tnejn: jew tħallas dritt fiss ta’ EUR 0,80 għal kull struzzjoni ta’ ħlas (Għażla A), jew tħallas dritt kkalkulat fuq bażi digressiva (Għażla B), bla ħsara għall-modifiki li ġejjin:

(i)

għall-Għażla B, il-limiti tal-faxex relatati mal-volum ta’ struzzjonijiet ta’ ħlas jinqasmu fi tnejn; u

(ii)

dritt fiss ta’ kull xahar ta’ EUR 150 (skont l-Għażla A) jew ta’ EUR 1 875 (skont l-Għażla B) għandu jiġi impost minbarra t-Tariffa Fissa I u t-Tariffa Fissa II.

(2)

Kull dritt pagabbli fir-rigward ta’ struzzjoni ta’ ħlas mibgħuta jew ħlas riċevut minn sistema anċillari, permezz ta’ jew l-Interfaċċa tal-Parteċipant jew l-ASI, għandhom ikunu imposti esklużivament fuq din is-sistema anċillari. Il-Kunsill Governattiv jista’ jistabbilixxi regoli aktar iddettaljati għad-determinazzjoni ta’ tranżazzjonijiet bi ħlas li s-saldu tagħhom jitwettaq permezz tal-ASI.

(3)

Kull sistema anċillari għandha tirċievi fattura mill-ASCB rispettiv tiegħu għax-xahar ta’ qabel, ibbażata fuq it-tariffi msemmija fis-subparagrafu 1, mhux aktar tard mill-ħames jum tan-negozju tax-xahar ta’ wara. Il-ħlasijiet għandhom isiru mhux aktar tard mill-għaxar jum tan-negozju ta’ dan ix-xahar fil-kont speċifikat mill-ASCB, jew għandhom jiġu ddebitati minn kont speċifikat mis-sistema anċillari.

(4)

Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, kull sistema anċillari li tkun ġiet indikata skont id-Direttiva 98/26/KE għandha tiġi ttrattata separatament, anke jekk tnejn jew aktar minnhom huma operati mill-istess entità legali. L-istess regola għandha tapplika għas-sistemi anċillari li ma jkunux ġew indikati skont id-Direttiva 98/26/KE, f’liema każijiet is-sistema anċillari għandhom ikunu identifikati b’referenza għall-kriterji li ġejjin: (a) arranġament formali, ibbażat fuq strument kuntrattwali jew leġiżlattiv, eż. ftehim bejn il-parteċipanti u l-operatur tas-sistema; (b) bi sħubiji multipli; (c) regoli komuni u arranġamenti standardizzati; u (d) għall-ikklerjar, netting u/jew saldu ta’ ħlasijiet u/jew titoli bejn il-parteċipanti.


ANNESS V

KUNDIZZJONIJIET ARMONIZZATI SUPPLIMENTARI U MODIFIKATI GĦALL-PARTEĊIPAZZJONI FIT-TARGET2 PERMEZZ TA’ AĊĊESS IBBAŻAT FUQ L-INTERNET

Artikolu 1

Ambitu

Il-Kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness II japplikaw għall-parteċipanti li jużaw aċċess ibbazat fuq l-Internet biex jaċċedu għal kont wieħed PM jew aktar skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Anness.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, minbarra d-definizzjonijiet stabbiliti fl-Anness II, japplikaw id-definizzjoniet li gejjin:

(1)

“awtoritajiet għaċ-ċertifikazzjoni” tfisser BĊN wieħed jew aktar identifikati bħala tali mill-Kunsill Governattiv biex jaġixxu f’isem l-Eurosistema għall-ħrug, il-gestjoni, ir-revoka u tiġdid ta’ ċertifikati elettroniċi,

(2)

“ċertifikati elettroniċi” jew “ċertifikati” tfisser fajl elettroniku, maħruġ mill-awtoritajiet għaċ-ċertifikazzjoni, li jorbot kodiċi pubbliku b’identità u li jintuża għal li ġej: biex jivverifika li kodiċi pubbliku jappartjeni lil individwu, biex jiġi awtentikat id-detentur, biex jikkontrolla l-firma mingħand dan l-individwu jew biex jaqleb f’kodiċi messaġġ indirizzat lil dan l-individwu. Iċ-ċertifikati jinżammu fuq strument fiżiku bħal kard biċ-ċipp fiha (smart card) jew USB stick, u r-referenzi għaċ-ċertifikati jinkludu strumenti fiżiċi bħal dawn. Iċ-ċertifikati huma strumentali fil-proċess ta’ awtentikazzjoni tal-parteċipanti li qed jaċċedu għat-TARGET2 permezz tal-Internet u qed jissottomettu messaġġi ta’ ħlas jew messaġġi ta’ kontroll,

(3)

“detentur ta’ ċertifikat” tfisser persuna individwali, imsemmija, identifikata u indikata minn parteċipant fit-TARGET2 bħala awtorizzata biex ikollha aċċess ibbażat fuq l-Internet għall-kont TARGET2 tal-parteċipant. L-applikazzjoni tagħhom għal ċertifikati tkun ġiet ivverifikata mill-BĊN tal-pajjiż tal-parteċipant u trażmessa lill-awtoritajiet għaċ-ċertifikazzjoni, li min-naħa tagħhom ikunu kkonsenjaw ċertifikati li jorbtu l-kodiċi pubbliku mal-kredenzjali li jidentifikaw lill-parteċipant,

(4)

“aċċess ibbażat fuq l-Internet” tfisser li l-parteċipant għażel kont PM li jista’ jkun hemm aċċess għalih permezz tal-Internet biss u l-parteċipant jissottometti messaġġi ta’ ħlas jew messaġġi ta’ verifika lit-TARGET2 permezz tal-Internet,

(5)

“fornitur tas-servizz tal-Internet” tfisser il-kumpanija jew organizzazzjoni, jiġifieri l-gateway, użat mill-parteċipant TARGET2 għall-finijiet ta’ aċċess għall-kont TARGET2 tagħhom permezz ta’ aċċess ibbażat fuq l-Internet.

Artikolu 3

Dispożizzjonijiet inapplikabbli

Id-dispożizzjonijiet li ġejjin tal-Anness II m’għandhomx japplikaw fir-rigward tal-aċċess ibbażat fuq l-Internet:

L-Artikolu 4(1)(c) u (2)(d); l-Artikolu 5(2), (3) u (4); l-Artikoli 6 u 7; l-Artikolu 11(8); l-Artikolu 14(1)(a); l