Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012L0046

Direttiva tal-Kummissjoni 2012/46/UE tas- 6 ta’ Diċembru 2012 li temenda d-Direttiva 97/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri fir-rigward tal-miżuri kontra l-emissjoni ta’ inkwinanti ta’ gass u partikolati minn magni tal-kombustjoni interna li għandhom jigu installati f’makkinarju mobbli mhux tat-triq Test b’relevanza għaż-ŻEE

OJ L 353, 21.12.2012, p. 80–127 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Croatian: Chapter 15 Volume 030 P. 124 - 171

No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2016; Impliċitament imħassar minn 32016R1628

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2012/46/oj

21.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 353/80


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2012/46/UE

tas-6 ta’ Diċembru 2012

li temenda d-Direttiva 97/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri fir-rigward tal-miżuri kontra l-emissjoni ta’ inkwinanti ta’ gass u partikolati minn magni tal-kombustjoni interna li għandhom jigu installati f’makkinarju mobbli mhux tat-triq

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 97/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 1997 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li tirrigwardja l-miżuri kontra l-emissjoni ta’ inkwinanti ta’ gass u l-partikulati minn magni ta’ compression ignition li għandhom jiġu installati f’makkinarju mobbli mhux tat-triq (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 14 tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2004/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 li temenda d-Direttiva 97/68/KE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li tirrigwardja l-miżuri kontra l-emissjoni ta’ inkwinanti ta’ gass u l-partikulati minn magni ta’ compression ignition li għandhom jiġu installati f’makkinarju mobbli mhux tat-triq (2) introduċiet Stadji IIIA, IIIB u IV ġodda tal-emissjonijiet għad-Direttiva 97/68/KE, sabiex iżżid il-ħarsien ambjentali u tippreserva s-saħħa tal-bniedem. Il-metodi tat-test ġew emendati skont dan, l-ewwel permezz tad-Direttiva 2004/26/KE u aktar tard permezz tad-Direttiva 2010/26/UE tal-31 ta’ Marzu 2010 li temenda d-Direttiva 97/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri fir-rigward tal-miżuri kontra l-emissjoni ta’ inkwinanti ta’ gass u partikolati minn magni tal-kombustjoni interna li għandhom jiġu installati f’makkinarju mobbli mhux tat-triq (3).

(2)

Il-valuri limiti tal-Istadju IV se jsiru mandatorji għal approvazzjonijiet tat-tip maħruġa mill-1 ta’ Jannar 2013 għal magni tal-kategorija Q u mill-1 ta’ Ottubru 2013 għal magni tal-kategorija R. Abbażi tal-esperjenza miksuba bil-magni heavy duty Euro V u VI skont ir-Regolament (KE) Nru 595/2009 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2009 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u magni rigward l-emissjonijiet minn vetturi heavy-duty (Euro VI) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 715/2007 u d-Direttiva 2007/46/KE u li jħassar id-Direttivi 80/1269/KEE, 2005/55/KE u 2005/78/KE (4), ġew identifikati ċerti nuqqasijiet fir-rekwiżiti tat-test għall-magni tal-Istadju IV. Sabiex tippermetti approvazzjoni tat-tip tal-magni tal-Istadju IV tal-kategoriji Q u R, filwaqt li tikkunsidra l-progress tekniku, u sabiex iżżid l-armonizzazzjoni globali, huwa meħtieġ li jiġu riveduti u jiġu kkumplimentati ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva 97/68/KE. Huwa meħtieġ ukoll sabiex jitnaqqas il-marġni ta’ interpretazzjoni tar-riżultati tat-test u biex tillimita l-iżbalji fiż-żieda tal-emissjonijiet tal-magna.

(3)

Id-Direttiva 2010/26/UE introduċiet dispożizzjonijiet dwar il-kontroll tal-NOx li huma meħtieġa biex jiżguraw li s-sistemi sofistikati ta’ wara t-trattament, li meħtieġa sabiex jissodisfaw il-limiti l-ġodda tal-emissjonijiet għall-magni tal-Istadju IIIB u IV, jiffunzjonaw tajjeb. B’mod partikolari, biex jiġi evitat li l-operaturi jevitaw milli jikkonformaw mal-limiti tal-emissjonijiet, huwa xieraq li jikkumplimentaw id-dispożizzjonijiet dwar il-kontroll tal-NOx billi jintroduċu sistema ta’ twissija għall-operatur ibbażata fuq id-dispożizzjonijiet korrispondenti tar-Regolament (KE) Nru 595/2009 għal vetturi heavy duty (Euro VI), flimkien ma’ sistema ta’ inċentiv f’2 stadji li tnaqqas b’mod sinifikanti l-prestazzjoni tat-tagħmir u għaldaqstant issaħħaħ il-konformità.

(4)

Bl-introduzzjoni ta’ magni kkontrollati elettronikament, huwa meħtieġ li l-proċedura tat-test tiġi adattata sabiex tiżgura li t-testijiet tal-magna jirriflettu aħjar il-kundizzjonijiet tal-użu reali, li jipprevjeni milli jiġu evitati r-rekwiżiti tal-emissjoni [cycle beating]. Għaldaqstant, matul l-approvazzjoni tat-tip, il-konformità għandha tintwera f’żona tax-xogħol tal-magna li ġiet ittestjata u li ntgħażlet fuq il-bażi tal-istandard ISO 8178. Huwa meħtieġ ukoll li jiġu speċifikati l-kundizzjonijiet li skonthom topera l-magna u li skonthom isiru dawn it-testijiet u biex jiġu modifikati l-metodi ta’ kalkolu għal emissjonijiet speċifiċi sabiex jikkorrispondu ma’ dawk meħtieġa għal vetturi heavy duty (Euro VI) u biex jallinjawhom mad-dispożizzjonijiet tal-imsieħba ewlenin tal-kummerċ tal-Unjoni.

(5)

Id-Direttiva 97/68/KE teħtieġ li l-manifattur jispeċifika l-prestazzjoni tal-emissjoni tal-magna f’kundizzjonijiet speċifiċi ta’ kontroll ambjentali li huma marbuta mal-altitudni jew il-pressjoni u t-temperatura. Sabiex jiġi rifless aħjar l-użu reali tal-magni, huwa xieraq li jiġu estiżi l-kriterji tat-temperatura/pressjoni u tal-altitudni billi d-dispożizzjonijiet jiġu allinjati aktar fil-qrib mar-rekwiżiti għall-magni Euro VI heavy duty.

(6)

Ir-rekwiżiti ta’ durabbiltà għandhom jiġu riveduti wkoll biex jiggarantixxu l-effiċjenza tat-tnaqqis tal-emissjonijiet ladarba l-magna tkun qed topera. Minħabba l-bidliet teknoloġiċi assoċjati mal-magni tal-Istadju IV u s-sistema rispettiva tagħhom ta’ wara t-trattament, id-dispożizzjonijiet tad-durabbiltà stipulati fid-Direttiva 97/68/KE mhumiex adattati għal dawk il-magni, u għaldaqstant dispożizzjonijiet ibbażati fuq dawk tar-Regolament (KE) Nru 595/2009 rigward magni Euro VI heavy duty għandhom jiġu integrati fid-Direttiva 97/68/KE.

(7)

Ġiet adottata proċedura globali armonizzata tat-test għal magni tal-Istadju IV fil-livell tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (KEENU Regolament Nru 96, is-serje 03 ta’ emendi). Huwa xieraq li jiġi stipulat li dik il-proċedura tapplika wkoll għall-ittestjar ta’ dawk il-magni fl-Unjoni.

(8)

Id-Direttiva 97/68/KE tistipula li approvazzjonijiet li nħarġu skont leġiżlazzjoni speċifika oħra tal-Unjoni jew tal-KEENU huma ekwivalenti għal approvazzjonijiet tat-tip maħruġa skont dik id-Direttiva. Ir-referenzi għall-atti legali li huma kkunsidrati bħala ekwivalenti għandhom jiġu adattati għall-verżjonijiet attwali li huma fis-seħħ. Fir-rigward ta’ magni Euro VI heavy duty, huwa meħtieġ li jiġi speċifikat li l-ekwivalenza tista’ biss tintlaħaq jekk ċerti rekwiżiti addizzjonali ta’ inċentivi jkunu rispettati.

(9)

Ir-rappurtar tal-emissjonijiet tad-dijossidu tal-karbonju (CO2) jipprovdi aktar indikazzjoni dwar il-prestazzjoni ta’ magna. Ir-rappurtar tal-emissjonijiet CO2 fuq iċ-ċikli tat-testijiet tal-magna huwa parti mid-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 595/2009 għal vetturi heavy duty (Euro VI u l-Aġenzija għall-Protezzjoni Ambjentali (EPA) 40CFR Standards tal-Emissjonijiet tal-Gassijiet Serra. Għaldaqstant huwa xieraq li jiġu introdotti tali dispożizzjonijiet fid-Direttiva 97/68/KE wkoll.

(10)

Id-Direttiva 97/68/KE ma tinkludix rekwiżiti speċifiċi għal emissjonijiet tal-crankcase li huma emissjonijiet sekondarji tal-magna. Sabiex jiġu evitati problemi tal-interpretazzjoni, huwa meħtieġ li jiġi ċċarat kif l-emissjonijiet tal-crankcase jiġu kkunsidrati biex jiġġudikaw jekk it-test tal-emissjoni għaddiex jew le. Dawk id-dispożizzjonijiet għandhom jiġu allinjati ma’ dispożizzjonijiet (EPA 40CFR il-parti 1039) Heavy Duty Euro VI u US Tier 4.

(11)

Id-Direttiva 97/68/KE tispeċifika li l-magni huma kategorizzati f’kategoriji differenti tas-saħħa tal-magna minħabba s-saħħa netta tal-magna u għaldaqstant ir-rekwiżiti tal-limitu tal-emissjonijiet. Permezz ta’ magni kkontrollati elettronikament, is-saħħa massima tal-magna tista’ tkun differenti mis-saħħa stmata tal-magna. Sabiex tiżgura li r-rekwiżiti tal-emissjonijiet jiġu sodisfati, is-saħħa tal-magna li se tiġi kkunsidrata għandha tkun is-saħħa massima tal-magna.

(12)

Id-dokumenti ta’ informazzjoni stabbiliti fid-Direttiva 97/68/KE għandhom jiġu aġġornati biex jirriflettu l-progress tekniku u l-bidliet introdotti. Id-dokumenti l-ġodda għandhom jippermettu rappurtar sħiħ.

(13)

Id-Direttiva 97/68/KE għalhekk għandha tiġi emendata skont dan.

(14)

F’konformità mad-Dikjarazzjoni Politika Konġunta tal-Istati Membri u l-Kummissjoni dwar id-dokumenti ta’ spjegazzjoni tat-28 ta’ Settembru 2011, l-Istati Membri ħadu l-impenn li f’każijiet ġustifikati jakkumpanjaw in-notifika tal-miżuri ta’ traspożizzjoni b’wieħed jew aktar mid-dokumenti li jispjegaw ir-relazzjoni bejn il-komponenti ta’ direttiva u l-partijiet korrispondenti tal-istrumenti ta’ traspożizzjoni nazzjonali..

(15)

Il-miżuri previsti f’din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Tekniku għall-Vetturi Motorizzati li huwa kompetenti skont l-Artikolu 15 tad-Direttiva 97/68/KE,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Emendi għad-Direttiva 97/68/KE

Id-Direttiva 97/68/KE għandha tiġi emendata kif ġej:

(1)

L-Anness I huwa emendat skont l-Anness I għal din id-Direttiva;

(2)

L-Anness II huwa emendat skont l-Anness II għal din id-Direttiva;

(3)

L-Anness III huwa emendat skont l-Anness III għal din id-Direttiva;

(4)

L-Anness VI huwa emendat skont l-Anness IV għal din id-Direttiva;

(5)

L-Anness VII huwa emendat skont l-Anness V għal din id-Direttiva;

(6)

L-Anness XI huwa sostitwit bit-test imniżżel fl-Anness VI għal din id-Direttiva;

(7)

L-Anness XII huwa sostitwit bit-test imniżżel fl-Anness VII għal din id-Direttiva.

Artikolu 2

Traspożizzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa għall-konformità mad-Direttiva mhux aktar tard mill-21 ta' Diċembru 2013. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew inkella għandhom ikunu akkumpanjati b’referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir tali referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Id-dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-publikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Id-destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Diċembru 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 59, 27.2.1998, p. 1.

(2)  ĠU L 146, 30.4.2004, p. 1.

(3)  ĠU L 86, 1.4.2010, p. 29.

(4)  ĠU L 188, 18.7.2009, p. 1.


ANNESS I

L-Anness I tad-Direttiva 97/68/KE hu emendat kif ġej:

(1)

it-taqsimiet 3.2.3 u 3.2.4 li ġejjin huma miżjuda:

“3.2.3.

in-numru fil-parentesi tal-istadju tal-emissjonijiet, f’numri rumani, li għandu jkun jidher b’mod prominenti u ħdejn in-numru tal-approvazzjoni tat-tip.

3.2.4.

l-ittri SV fil-parentesi li qed jirreferu għall-manifattur tal-magna b’volum żgħir u li għandhom ikunu jidhru b’mod prominenti u ħdejn in-numru tal-approvazzjoni tat-tip fuq kull magna mqiegħda fis-suq skont id-deroga tal-volum iż-żgħir stabbilita fl-Artikolu 10(4).”

(2)

it-taqsima 8.3.2.2 hija sostitwita b’dan li ġej:

“8.3.2.2.

Il-kundizzjonijiet tal-kontroll applikabbli għall-Istadju IIIB u l-Istadju IV huma dawn li ġejjin:

(a)

kundizzjonijiet tal-kontroll għal magni tal-Istadju III B:

(i)

altitudni ta’ mhux aktar minn 1,000 metru (jew pressjoni atmosferika ekwivalenti ta’ 90 kPa);

(ii)

temperatura tal-ambjent fil-medda ta’ bejn 275 K sa 303 K (2 °C sa 30 °C);

(iii)

temperatura tal-likwidu tat-tkessiħ tal-magna ta’ aktar minn 343 K (70 °C).

Fejn l-istrateġija awżiljarja għall-kontroll tal-emissjonijiet tiġi attivata meta l-magna tkun qed taħdem skont il-kundizzjonijiet tal-kontroll stabbiliti fil-punti (i), (ii) u (iii), l-istrateġija għandha tkun attivata b’mod eċċezzjonali biss.

(a)

kundizzjonijiet tal-kontroll għal magni tal-Istadju IV:

(i)

il-pressjonijiet atmosferiċi kollha ta’ 82,5 kPa jew aktar;

(ii)

it-temperatura ambjentali fil-firxa li ġejja:

daqs jew aktar minn 266 K (– 7 °C);

inqas jew daqs it-temperatura stabbilita mill-ekwazzjoni li ġejja fil-pressjoni atmosferika speċifikata: Formula, fejn: Tc hija t-temperatura tal-arja ambjentali kkalkulata, K u P b hija l-pressjoni atmosferika, kPa.

(iii)

temperatura tal-likwidu tat-tkessiħ tal-magna ta’ aktar minn 343 K (70 °C).

Fejn l-istrateġija awżiljarja għall-kontroll tal-emissjonijiet tiġi attivata meta l-magna tkun qed taħdem skont il-kundizzjonijiet tal-kontroll stabbiliti fil-punti (i), (ii) u (iii), l-istrateġija għandha tkun attivata biss meta jidher li jkun meħtieġ għall-iskopijiet identifikati fit-taqsima 8.3.2.3 u approvati mill-Awtorità ta’ Approvazzjoni tat-Tip.

(c)

ħidma f’temperatura kiesħa

Permezz ta’ deroga mir-rekwiżiti tal-punt (b), strateġija awżiljarja għall-kontroll tal-emissjonijiet tista’ tintuża fuq magna tal-Istadju IV mgħammra biċ-ċirkolazzjoni mill-ġdid tal-gass tal-egżost (EGR) meta t-temperatura ambjentali tkun inqas minn 275 K (2 °C) u jekk jintlaħaq wieħed minn dawn iż-żewġ kriterji:

(i)

it-temperatura tal-manifold tad-dħul tkun inqas jew daqs it-temperatura definita mill-ekwazzjoni li ġejja:

Formula

fejn: IMT c hija t-temperatura kkalkulata tal-manifold tad-dħul, K u P IM hija l-pressjoni assoluta tal-manifold tad-dħul f’kPa;

(ii)

it-temperatura tal-likwidu tat-tkessiħ tal-magna tkun inqas jew daqs it-temperatura definita mill-ekwazzjoni li ġejja:

Formula

fejn: ECT c hija t-temperatura kkalkulata tal-likwidu tat-tkessiħ tal-magna, K u P IM hija l-pressjoni assoluta tal-manifold tad-dħul, kPa.”

(3)

fit-taqsima 8.3.2.3, il-punt (b) hu sostitwit b’dan li ġej:

“(b)

għal raġunijiet ta’ sikurezza tat-tħaddim;”

(4)

it-titlu tat-taqsima 8.4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Ir-rekwiżiti dwar miżuri ta’ kontroll NOx għall-magni tal-Istadju IIIB”

(5)

it-taqsimiet 8.5, 8.6 u 8.7 li ġejjin huma miżjuda:

“8.5.   Ir-rekwiżiti dwar miżuri ta’ kontroll NOx għall-magni tal-Istadju IV

8.5.1.   Il-manifattur għandu jipprovdi informazzjoni li tiddeskrivi b’mod sħiħ il-karatteristiċi funzjonali tal-operat tal-miżuri ta’ kontroll tal-NOx, billi juża d-dokumenti stabbiliti fit-taqsima 2 tal-Appendiċi 1 għall-Anness II u fit-taqsima 2 tal-Appendiċi 3 għall-Anness II.

8.5.2.   L-istrateġija tal-kontroll tal-emissjonijiet mill-magna għandha tiġi applikata fil-kundizzjonijiet ambjentali regolari kollha relevanti għat-territorju tal-Unjoni, b’mod partikolari f’temperaturi ambjentali baxxi. Dan ir-rekwiżit mhuwiex ristrett għall-kundizzjonijiet li fihom għandha tintuża strateġija bażi għall-kontroll tal-emissjoni kif speċifikat fit-taqsima 8.3.2.2.

8.5.3.   Meta jintuża reaġent, il-manifattur għandu juri li l-emissjoni ta’ ammonja fuq l-NRTC jew NRSC jaħarqu fil-proċedura tal-approvazzjoni tat-tip ma taqbiżx valur medju ta’ 10 ppm.

8.5.4.   Jekk il-kontenituri tar-reaġent jkunu installati fi jew imqabbdin ma’ makkinarju mobbli mhux tat-triq, għandu jkun hemm mezz biex jittieħed kampjun tar-reaġent li jkun hemm fil-kontenituri. Il-punt tat-teħid tal-kampjuni għandu jkun aċċessibbli faċilment mingħajr il-ħtieġa li jintużaw għodda jew apparat speċjalizzat.

8.5.5.   L-approvazzjoni tat-tip għandha ssir kundizzjonali, skont l-Artikolu 4(3), fuq dawn li ġejjin:

(a)

tipprovdi lil kull operatur struzzjonijiet bil-miktub dwar il-manutenzjoni ta’ makkinarju mobbli mhux tat-triq;

(b)

tipprovdi d-dokumenti ta’ installazzjoni tal-OEM għall-magni, inkluża s-sistema ta’ kontroll tal-emissjoni li hija parti mill-approvazzjoni tat-tip tal-magna;

(c)

tipprovdi lill-OEM struzzjonijiet għal sistema ta’ allarm tal-operatur, sistema ta’ inċentiv u (fejn applikabbli) protezzjoni tar-reaġenti mill-iffriżar;

(d)

l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar struzzjoni tal-operatur, dokumenti tal-installazzjoni, sistema ta’ allarm tal-operatur, sistema ta’ inċentiv u protezzjoni ta’ reaġenti mill-iffriżar li huma stipulati fl-Appendiċi 1 ta’ dan l-Anness.

8.6.   Żona ta’ kontroll għall-istadju IV

F’konformità mal-paragrafu 4.1.2.7 ta’ dan l-Anness, għal magni tal-istadju IV l-emissjonijiet li ttieħdu f’kampjun fiż-żona ta’ kontroll definiti fl-Anness I, l-Appendiċi 2, ma għandhomx jaqbżu l-100 % tal-valuri limitu tal-emissjonijiet fit-tabella 4.1.2.6 ta’ dan l-Anness.

8.6.1.   Rekwiżiti għad-dimostrazzjoni

Is-servizz tekniku għandu jagħżel sa tliet punti każwali ta’ tagħbija u ta’ veloċità fiż-żona tal-kontroll għall-ittestjar. Is-servizz tekniku għandu jiddetermina wkoll ordni kif ġie ġie tat-tmexxija tal-punti tat-test. It-test għandu jsir skont ir-rekwiżiti prinċipali tal-NRSC, iżda kull punt tat-test għandu jiġi evalwat separatament. Kull punt tat-test għandu jissodisfa l-valuri limitu definiti fit-taqsima 8.6.

8.6.2.   Rekwiżiti tat-test

It-test għandu jsir immedjatament wara ċ-ċikli tat-test f’modalità diskreta kif deskritt fl-Anness III.

Madankollu, meta l-manifattur, skont il-punt 1.2.1 tal-Anness III, jagħżel li juża l-proċedura tal-Anness 4B tar-Regolament UNECE Nru 96 is-serje 03 ta’ emendi, t-test għandu jsir kif ġej:

(a)

it-test għandu jsir immedjatament wara ċ-ċikli tat-test b’modalità diskreta kif deskritt fil-punti (a) sa (e) tal-paragrafu 7.8.1.2 tal-Anness 4B tar-Regolament tal-UNECE Nru 96 is-serje 03 ta’ emendi iżda qabel il-proċeduri (f) ta’ wara t-test jew wara t-test tar-Ramped Modal Cycle (RMC) fil-punti (a) sa (d) tal-paragrafu 7.8.2.2 tal-Anness 4B tar-Regolament UNECE Nru 96 is-serje 03 ta’ emendi iżda qabel il-proċeduri (e) ta’ wara t-test skont kif inhu rilevanti;

(b)

it-testijiet għandhom isiru kif mitlub fil-punti (b) sa (e) tal-paragrafu 7.8.1.2 tal-Anness 4B tar-Regolament UNECE Nru 96 is-serje 03 ta’ emendi li jużaw il-metodu ta’ filtri multipli (filtru wieħed għal kull punt tat-test) għal kull wieħed mit-tliet punti tat-test magħżula;

(c)

għandu jiġi kkalkulat valur speċifiku tal-emissjoni (f’g/kWh) għal kull punt tat-test;

(d)

il-valuri tal-emissjonijiet jistgħu jiġu kkalkulati fuq bażi molari billi jintuża l-Appendiċi A.7 jew fuq bażi ta’ massa billi jintuża l-Appendiċi A.8, iżda għandhom ikunu konsistenti mal-metodu użat għall-modalità diskreta jew it-test RMC;

(e)

għal kalkoli tal-għadd totali ta’ gass l-Nmode għandha tkun issettjata għal 1 u għandu jintuża fattur ta’ differenzjazzjoni ta’ 1;

(f)

għal kalkoli tal-partikulat uża l-metodu ta’ filtri multipli u għall-kalkoli tal-għadd totali l-Nmode għandha tkun issettjata għal 1 u għandu jintuża fattur ta’ differenzjazzjoni ta’ 1.

8.7.   Il-Verifiki tal-Emissjonijiet ta’ Gassijiet Crankcase għal magni tal-istadju IV

8.7.1.   L-ebda emissjonijiet mill-crankcase ma għandhom jiġu rilaxxati direttament fl-atmosfera ambjentali, bl-eċċezzjoni mogħtija fil-paragrafu 8.7.3.

8.7.2.   Il-magni jistgħu jirrilaxxaw emissjonijiet mill-crankcase fl-egżost ‘il fuq minn kwalunkwe tagħmir ta’ wara t-trattament matul l-operazzjoni kollha.

8.7.3.   Magni mgħammra b’turbochargers, pompi, blowers, jew superchargers għall-induzzjoni tal-arja jistgħu jirrilaxxaw l-emissjonijiet mill-crankcase għal ġol-atmosfera ambjentali. F’dan il-każ, l-emissjonijiet mill-crankcase għandhom jiżdiedu mal-emissjonijiet tal-egżost (fiżikament jew matematikament) matul l-ittestjar kollu tal-emissjonijiet f’konformità mal-paragrafu 8.7.3.1 ta’ din it-taqsima.

8.7.3.1.   Emissjonijiet mill-crankcase

L-ebda emissjonijiet mill-crankcase ma għandhom jiġu rilaxxati direttament fl-atmosfera ambjentali, bl-eċċezzjoni li ġejja: magni mgħammra b’turbochargers, pompi, blowers, jew superchargers għall-induzzjoni tal-arja jistgħu jirrilaxxaw emissjonijiet mill-crankcase għal ġol-atmosfera ambjentali jekk l-emissjonijiet jiżdiedu mal-emissjonijiet tal-egżost (fiżikament jew matematikament) matul l-ittestjar kollu tal-emissjonijiet. Il-fabbrikanti li jużaw din l-eċċezzjoni għandhom jinstallaw il-magna b’mod li l-emissjoni kollha mill-crankcase tkun tista’ tiġi indirizzata għal ġo s-sistema ta’ kampjunar tal-emissjonijiet. Għall-iskop ta’ dan il-paragrafu, l-emissjonijiet mill-crankcase li jiġu indirizzati fl-egżost ‘il fuq mit-trattament ta’ wara l-egżost waqt l-operazzjoni sħiħa ma jitqisux li huma mormija direttament fl-atmosfera ambjentali.

L-emissjonijiet ta’ crankcase miftuħa għandhom jiġu indirizzati għal ġo s-sistema tal-egżost għall-kejl tal-emissjoni, kif ġej:

(a)

il-materjali tat-tubi għandhom ikollhom ħitan lixxi, jgħaddi l-elettriku minnhom, u ma jkollhomx reazzjoni mal-emissjonijiet tal-crankcase. It-tulijiet tat-tubi għandhom kemm jista’ jkun jiġu minimizzati;

(b)

in-numru ta’ liwjiet fit-tubi tal-crankcase tal-laboratorju għandu jkun minimizzat, u r-raġġ ta’ kwalunkwe liwja li ma tistax tiġi evitata għandu jkun massimizzat;

(c)

it-tubu tal-egżost tal-crankcase tal-laboratorju għandhu jissodisfa l-ispeċifikazzjonijiet tal-manifattur għall-kontropressjoni tal-crankcase;

(d)

it-tubi tal-egżost mill-crankcase jridu jaqbdu mal-egżost mhux trattat ‘l isfel minn kwalunkwe sistema ta’ trattament ta’ wara, ’l isfel minn kwalunkwe restrizzjoni installata tal-egżost, u suffiċjentement ’il fuq minn kwalunkwe sondi tal-kampjun sabiex ikun żgurat taħlit sħiħ mal-egżost tal-magna qabel il-kampjunar. It-tubu tal-egżost tal-crankcase għandu jestendi għal ġol-fluss liberu tal-egżost sabiex jevita l-effetti mis-saff tal-limitu u jippromwovi t-taħlit. L-iżbokk tat-tubu tal-egżost tal-crankcase jista’ jorjenta fi kwalunkwe direzzjoni relattiva mal-fluss tal-egżost mhux trattat.”

(6)

it-taqsima 9 il-ġdida hija miżjuda kif ġej:

“9.   L-GĦAŻLA TAL-KATEGORIJA TAS-SAĦĦA TAL-MAGNA

9.1.

Sabiex tiġi stabbilita l-konformità tal-magni b’veloċità varjabbli definita permezz tat-taqsima 1.A.(i) u 1.A.(iv) ta’ dan l-Anness bil-limiti tal-emissjoni msemmija fit-taqsima 4 ta’ dan l-Anness dawn għandhom ikunu allokati għal firxiet tal-forza fuq il-bażi tal-ogħla valur tas-saħħa net imkejla skont il-paragrafu 2.4 tal-Anness I.

9.2.

Għal tipi oħra ta’ magna b’rata ta’ saħħa net għandha tintuża.”

(7)

jiżdiedu l-Appendiċijiet 1 u 2 kif gej:

Appendiċi 1

Rekwiżiti biex jiġi żgurat it-tħaddim korrett ta’ miżuri ta’ kontroll tal-NOx

1.   Introduzzjoni

Dan l-Anness jistabbilixxi r-rekwiżiti biex jiġi żgurat it-tħaddim korrett ta’ miżuri ta’ kontroll tal-NO x . Dan l-Anness jinkludi wkoll rekwiżiti għal magni li jiddependu mill-użu ta’ reaġent sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet.

1.1.   Tifsiriet u taqsiriet

‘Sistema Dijanjostika ta’ Kontroll tal-NOx (NCD)’ tfisser sistema fuq il-magna li kapaċi

(a)

issib Malfunzjoni tal-Kontroll tal-NOx;

(b)

tidentifika l-kawża possibbli tal-malfunzjonijiet tal-kontroll tal-NOx permezz ta’ informazzjoni maħżuna fil-memorja tal-kompjuter u/jew tikkomunika din l-informazzjoni off-board.

‘Malfunzjoni tal-Kontroll tal-NOx (NCM)’ tfisser li xi ħadd ipprova jbagħbas is-sistema ta’ kontroll tal-NOx ta’ magna jew malfunzjoni li taffettwa dik is-sistema li tista’ tkun minħabba t-tbagħbis, siwtazzjonijiet meqjusa minn din id-Direttiva li jeħtieġu l-attivazzjoni ta’ twissija jew ta’ sistema ta’ inċentiv hekk kif jinstabu.

‘Kodiċi dijanjostiku tal-ħsarat (DTC)’ jfisser identifikatur numeriku jew alfanumeriku li jidentifika jew jimmarka Malfunzjoni tal-Kontroll tal-NOx.

‘DTC attiv u kkonfermat’ ifisser DTC li huwa maħżun fil-ħin li fih is-sistema NCD tikkonkludi li teżisti malfunzjoni.

‘Għodda għall-iskanjar’ tfisser tagħmir estern tal-ittestjar li jintuża għal komunikazzjoni off-board mas-sistema NCD.

‘Familja tal-magni NCD’ tfisser l-iggruppjar mill-manifattur tas-sistemi tal-magna li jkollhom metodi komuni ta’ monitoraġġ/dijanjosi ta’ NCMs.

2.   Rekwiżiti ġenerali

Is-sistema tal-magna għandha tkun mgħammra b’sistema Dijanjostika ta’ Kontroll tal-NOx (NCD) li kapaċi tidentifika l-malfunzjonijiet tal-kontroll NOx (NCMs) ikkunsidrati f’dan l-Anness. Kwalunkwe sistema ta’ magna koperta b’din it-taqsima għandha tkun iddisinjata, mibnija u installata b’tali mod li tkun tista’ tissodisfa dawn ir-rekwiżiti matul il-ħajja normali tal-magna f’kundizzjonijiet normali tal-użu. Permezz tal-kisba ta’ dan l-objettiv, huwa aċċettabbli li magni li jkunu ntużaw iktar mill-perjodu utli tal-ħajja kif speċifikat fit-taqsima 3.1 tal-Appendiċi 5 tal-Anness III ta’ din id-Direttiva juru xi deterjorazzjoni fil-prestazzjoni u s-sensittività tas-sistema Dijanjostika ta’ Kontroll tal-NOx (NCD), b’tali mod li l-limiti stabbiliti speċifikati f’dan l-Anness jistgħu jinqabżu qabel tiġi attivata s-sistema tat-twissija u/jew ta’ inċentiv.

2.1.   Informazzjoni meħtieġa

2.1.1.   Jekk is-sistema tal-kontroll tal-emissjoni tkun teħtieġ reaġent, il-karatteristiċi ta’ dak ir-reaġent, inkluż it-tip ta’ reaġent, l-informazzjoni dwar il-konċentrazzjoni meta r-reaġent ikun f’soluzzjoni, il-kundizzjonijiet tat-temperatura waqt it-tħaddim kif ukoll ir-referenza għall-istandards internazzjonali fir-rigward tal-kompożizzjoni u l-kwalità għandhom jiġu speċifikati mill-manifattur, fit-taqsima 2.2.1.13 tal-Appendiċi 1 u fit-taqsima 2.2.1.13 tal-Appendiċi 3 għall-Anness II.

2.1.2.   Informazzjoni dettaljata bil-miktub li tiddeskrivi l-karatteristiċi funzjonali tat-tħaddim tas-sistema ta’ twissija tal-operatur fil-paragrafu 4 u tas-sistema ta’ inċentiv tal-operatur fil-paragrafu 5 għandhom jiġu provduti lill-awtorità tal-approvazzjoni fil-waqt tal-approvazzjoni tat-tip.

2.1.3.   Il-manifattur għandu jipprovdi dokumenti ta’ installazzjoni li, meta jintużaw mill-OEM, jiżguraw li l-magna, inkluża s-sistema ta’ kontroll tal-emissjoni li hija parti mit-tip ta’ magna approvata, meta installata fil-magna, se topera, f’konġunzjoni mal-partijiet meħtieġa tal-makkinarju, b’tali mod li tkun konformi mar-rekwiżiti ta’ dan l-Anness. Din id-dokumentazzjoni għandha tinkludi r-rekwiżiti tekniċi dettaljati u d-dispożizzjonijiet tas-sistema tal-magna (software, hardware, u komunikazzjoni) meħtieġa għall-installazzjoni korretta tas-sistema tal-magna fil-makkinarju.

2.2.   Il-kundizzjonijiet tat-tħaddim

2.2.1.   Is-sistema djanjostika ta’ kontroll tal-NOx għandha topera fil-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

temperaturi ambjentali bejn 266 K u 308 K (– 7 °C u 35 °C);

(b)

l-altitudnijiet kollha taħt l-1 600 m;

(c)

temperaturi tal-likwidu tat-tkessiħ tal-magna ’l fuq minn 343 K (70 °C).

Din it-taqsima ma tapplikax fil-każ ta’ monitoraġġ għal-livell tar-reaġent fit-tank tal-ħżin, meta l-monitoraġġ għandu jitwettaq fil-kundizzjonijiet kollha fejn il-kejl ikun teknikament fattibbli (pereżempju, fil-kundizzjonijiet kollha meta reaġent likwidu ma jkunx iffriżat).

2.3.   Protezzjoni tar-reaġenti mill-iffriżar

2.3.1.   Huwa permess li jintuża tank imsaħħan jew mhux imsaħħan għar-reaġent u sistema ta’ dożaġġ. Sistema msaħħna għandha tissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafu 2.3.2. Sistema mhux imsaħħna għandha tissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafu 2.3.3.

2.3.1.1.   L-użu ta’ tank u sistema ta’ dożaġġ tar-reaġenti mhux imsaħħna għandu jkun indikat lil sid il-makkinarju permezz ta’ struzzjonijiet bil-miktub.

2.3.2.   Tank u sistema ta’ dożaġġ tar-reaġenti

2.3.2.1.   Jekk ir-reaġent iffriża, ir-reaġent għandu jkun disponibbli għall-użu f’perjodu massimu ta’ ħin ta’ 70 minuta wara li tiġi startjata l-magna f’temperatura ambjentali ta’ 266 K (– 7 °C).

2.3.2.2.   Il-kriterji tat-tfassil għal sistema msaħħna

Sistema msaħħna għandha tkun imfassla b’tali mod li tissodisfa l-prestazzjoni tar-rekwiżiti stabbiliti f’din it-taqsima meta tiġi ttestjata bil-proċedura definita.

2.3.2.2.1.

It-tank tar-reaġent u s-sistema ta’ dożaġġ għandhom jiġu mgħaddsa f’temperatura ta’ 255 K (– 18 °C) għal 72 siegħa jew sakemm ir-reaġent isir solidu, skont liema waħda tiġri l-ewwel.

2.3.2.2.2.

Wara l-perjodu ta’ tgħaddis previst fil-paragrafu 2.3.2.2.1, il-makkinarju/magna għandha tiġi startjata u għandha titħaddem f’temperatura ambjentali ta’ 266 K (– 7 °C) kif ġej:

(a)

10 sa 20 minuta ta’ tħaddim ta’ magna li mhix ingranata,

(b)

segwita b’50 minuta b’mhux aktar minn 40 fil-mija ta’ tagħbija stmata.

2.3.2.2.3.

Fil-konklużjoni tal-proċedura tat-test fil-paragrafu 2.3.2.2.2, is-sistema ta’ dożaġġ tar-reaġent għandha tkun funzjonali għal kollox.

2.3.2.3.   L-evalwazzjoni tal-kriterji tat-tfassil tista’ titwettaq f’kompartiment imkessaħ taċ-ċellola tat-test billi jintuża makkinarju sħiħ jew partijiet rappreżentattivi ta’ dawk li jridu jiġu installati fuq makkinarju jew ibbażati fuq testijiet fuq il-post.

2.3.3.   L-attivazzjoni tas-sistema tat-twissija u tal-inċentiv tat-tħaddim għal sistema mhux imsaħħna

2.3.3.1.   Is-sistema ta’ twissija tal-operatur deskritta fil-paragrafu 4 għandha tiġi attivata jekk ma jseħħ l-ebda dożaġġ tar-reaġent f’temperatura ambjentali ta’ ≤ 266 K (– 7 °C).

2.3.3.2.   Is-sistema ta’ inċentiv qawwi deskritta fil-paragrafu 5.4 għandha tiġi attivata jekk ma jseħħ l-ebda dożaġġ tar-reaġent f’temperatura ambjentali ta’ ≤ 266 K (– 7 °C) f’perjodu massimu ta’ ħin ta’ 70 minuta wara li tiġi startjata l-magna.

2.4.   Rekwiżiti djanjostiċi

2.4.1.   Is-sistema Djanjostika ta’ Kontroll tal-NOx (NCD) għandha tkun tista’ tidentifika l-malfunzjonijiet tal-kontroll tal-NOx (NCMs) ikkunsidrati f’dan l-Anness permezz tal-Kodiċijiet tad-Dijanjostika tal-Ħsarat (DTCs) maħżuna fil-memorja tal-kompjuter u biex tikkomunika dik l-informazzjoni off-board fuq talba.

2.4.2.   Ir-rekwiżiti għall-irrekordjar tal-Kodiċijiet tad-Dijanjostika tal-Ħsarat (DTCs)

2.4.2.1.   Is-sistema NCD għandha tirrekordja DTC għal kull Malfunzjoni distinta tal-Kontroll tal-NOx (NCM).

2.4.2.2.   Is-sistema tal-NCD għandha tikkonkludi jekk malfunzjoni li tidher hijiex preżenti f’ħin ta’ madwar 60 minuta tat-tħaddim tal-magna. F’dan il-waqt, għandu jinħażen DTC ‘ikkonfermat u attiv’ u s-sistema ta’ twissija trid tiġi attivata skont il-paragrafu 4.

2.4.2.3.   F’każijiet fejn hu meħtieġ aktar minn 60 minuta ta’ ħin għall-moniters biex isibu b’mod preċiż u jikkonfermaw NCM (eż. moniters li jużaw mudelli tal-istatistika jew fir-rigward ta’ konsum tal-fluwidu fuq il-makkinarju), l-Awtorità ta’ Approvazzjoni tista’ tippermetti perjodu itwal għall-monitoraġġ sakemm il-manifattur jiġġustifika l-ħtieġa għal perjodi itwal (pereżempju b’raġunar tekniku, riżultati tal-esperimenti, esperjenza fuq il-post, eċċ.).

2.4.3.   Ir-rekwiżiti għat-tħassir tal-Kodiċijiet tad-Dijanjostika tal-Ħsarat (DTCs)

(a)

Id-DTCs ma għandhomx jitħassru permezz tas-sistema NCD innifisha mill-memorja tal-kompjuter sakemm ma jissolviex il-falliment relatat ma’ dak id-DTC.

(b)

Is-sistema NCD tista’ tħassar id-DTCs kollha fuq talba għal skanjatura propjetarja jew għodda għall-manutenzjoni li hija provduta mill-manifattur tal-magna fuq talba, jew billi jintuża kodiċi għall-aċċess provdut mill-manifattur tal-magna.

2.4.4.   Is-sistema NCD m’għandhiex tkun ipprogrammata jew inkella ddisnjata biex tiddiżattiva parzjalment jew totalment fuq il-bażi tal-età tal-makkinarju matul it-terminu proprju tal-magna, u s-sistema lanqas ma għandha jkollha xi algoritmu jew strateġija ddisinjata biex tnaqqas l-effikaċja tas-sistema NCD matul iż-żmien.

2.4.5.   Kwalunkwe kodiċi tal-kompjuter għal programmazzjoni mill-ġdid jew parametri ta’ tħaddim tas-sistema NCD għandhom ikunu reżistenti għat-tbagħbis.

2.4.6.   Il-familja tal-magni NCD

Il-manifattur huwa responsabbli biex jiddetermina l-kompożizzjoni ta’ familja tal-magni NCD. L-iggruppjar tas-sistemi tal-magna fi ħdan il-familja tal-magni NCD għandu jkun ibbażat fuq ġudizzju tajjeb fl-inġinerija u jkun suġġett għall-approvazzjoni mill-Awtorita ta’ Approvazzjoni.

Il-magni li ma jagħmlux parti mill-istess familja ta’ magna jistgħu xorta jagħmlu parti mill-istess familja ta’ magni NCD.

2.4.6.1.   Parametri li jiddefinixxu familja ta’ magni NCD

Il-familja tal-magni NCD tista’ tkun ikkaratterizzata minn parametri ta’ disinn bażiku li għandhom ikunu komuni għas-sistemi tal-magna fil-familja.

Sabiex is-sistemi ta’ magna jistgħu jitqiesu li jagħmlu parti mill-istess familja ta’ magni NCD, il-lista li ġejja ta’ parametri bażiċi għandha tkun simili:

(a)

is-sistemi ta’ kontroll ta’ emissjoni;

(b)

il-metodi ta’ monitoraġġ tal-NCD;

(c)

kriterji għall-monitoraġġ tal-NCD;

(d)

il-parametri ta’ monitoraġġ (eż. frekwenza).

Dawn is-similaritajiet għandhom jintwerew mill-fabbrikant permezz ta’ dimostrazzjoni ta’ inġinerija rilevanti jew proċeduri xierqa oħrajn u jkunu suġġetti għall-approvazzjoni tal-Awtorità ta’ Approvazzjoni.

Il-manifattur jista’ jitlob approvazzjoni mill-Awtorità ta’ Approvazzjoni ta’ differenzi minuri fil-metodi ta’ monitoraġġ/dijanjożi tas-sistema NCD minħabba varjazzjoni fil-konfigurazzjoni tas-sistema tal-magna, meta dawn il-metodi jkunu meqjusa simili mill-manifattur u jkunu differenti biss sabiex jaqblu mal-karatteristiċi speċifiċi tal-komponenti li qed jiġu kkunsidrati (pereżempju d-daqs, il-fluss tal-egżost, eċċ.); jew is-similaritajiet tagħhom huma bbażati fuq ġudizzju tajjeb tal-inġinerija.

3.   Rekwiżiti ta’ manutenzjoni

3.1.

Il-manifattur għandu jipprovdi jew jagħmel mezz li jkunu pprovduti lis-sidien kollha ta’ magni jew makkinarju ġdid struzzjonijiet bil-miktub dwar is-sistema għall-kontroll tal-emissjoni u t-tħaddim sew tagħha.

Dawn l-istruzzjonijiet għandhom jiddikjaraw li jekk is-sistema ta’ kontroll tal-emissjonijiet ma tkunx qed taħdem sew, l-operatur għandu jiġi mgħarraf bi problema mis-sistema ta’ twissija, u li l-attivazzjoni tas-sistema ta’ inċentiv tal-operatur bħala konsegwenza tal-fatt li tkun ġiet injorata din it-twissija għandha twassal għal sitwazzjoni li fiha l-makkinarju ma jkunx kapaċi jaqdi l-funzjoni tiegħu.

3.2.

L-istruzzjonijiet għandhom jindikaw rekwiżiti għall-użu u l-manutenzjoni xierqa tal-magni sabiex tiġi miżmuma l-prestazzjoni tagħhom rigward l-emissjonijiet, inkluż, fejn rilevanti, l-użu xieraq ta’ reaġenti konsumibbli.

3.3.

L-istruzzjonijiet għandhom ikunu miktubin b’mod ċar u b’mod mhux tekniku, fejn jintuża l-istess lingwaġġ li jintuża fil-manwal tal-operatur tal-makkinarju mobbli jew tal-magni mhux tat-triq.

3.4.

L-istruzzjonijiet għandhom jispeċifikaw jekk ir-reaġenti konsumibbli għandhomx jimtlew mill-ġid mill-operatur tal-vettura bejn intervalli normali ta’ manutenzjoni. L-istruzzjonijiet għandhom jispeċifikaw ukoll il-kwalità meħtieġa tar-reaġent. Għandhom jindikaw ukoll kif l-operatur għandu jimla t-tank tar-reaġent mill-ġdid. L-informazzjoni għandha tindika wkoll rata probabbli ta’ konsum tar-reaġent għal dak it-tip ta’ vettura u kemm ta’ spiss it-tank tar-reaġent għandu jimtela mill-ġdid.

3.5.

L-istruzzjonijiet għandhom jispeċifikaw li l-użu ta’ reaġent, kif ukoll il-fatt li r-riforniment isir b’reaġent meħtieġ bl-ispeċifikazzjonijiet korretti, huma essenzjali sabiex jippermettu li l-magna tkun konformi mar-rekwiżiti għall-ħruġ tal-approvazzjoni tat-tip għal dak it-tip ta’ magna.

3.6.

L-istruzzjonijiet għandhom jispjegaw kif jaħdmu s-sistema ta’ twissija u s-sistema ta’ inċentiv għall-operatur. Barra minn hekk, għandhom jiġu spjegati l-konsegwenzi, fil-kuntest tal-prestazzjoni r-reġistrazzjoni ta’ malfunzjonament, ta’ nuqqas ta’ għoti ta’ attenzjoni lis-sistema ta’ twissija u li ma jsirx ir-riforniment tar-reaġent jew ma titteħidx azzjoni ta’ rimedju biex tiġi solvuta l-problema.

4.   Sistema ta’ twissija tal-operatur

4.1.

Il-makkinarju għandu jinkludi sistema ta’ twissija tal-operatur li tuża allarmi viżivi li jinfurmaw lill-operatur meta jkun hemm livell baxx ta’ reaġent, kwalità mhux korretta tar-reaġent, interruzzjoni tad-dożaġġ jew malfunzjoni tat-tip speċifikat fil-paragrafu 9 li jwassal għal attivazzjoni tas-sistema ta’ inċentiv tal-operatur jekk ma tiġix rettifikata fi żmien qasir. Is-sistema ta’ twissija għandha tibqa’ attiva wkoll meta tkun ġiet attivata s-sistema ta’ inċentiv tal-operatur deskritta fil-paragrafu 5.

4.2.

It-twissija ma għandhiex tkun l-istess bħat-twissija użata għall-iskopijiet ta’ twissija ta’ malfunzjoni jew manutenzjoni oħra tal-magna, għalkemm tista’ tuża l-istess sistema ta’ twissija.

4.3.

Is-sistema ta’ twissija tal-operatur tista’ tikkonsisti minn lampa waħda jew aktar, jew turi messaġġi qosra li jistgħu jinkludu, pereżempju, messaġġi li jindikaw b’mod ċar:

id-distanza jew il-ħin li jkun għad baqa’ qabel ma jiġu attivati l-inċentivi ta’ livell baxx u/jew qawwi,

l-ammont ta’ inċentiv ta’ livell baxx u/jew qawwi, pereżempju l-ammont ta’ tnaqqis tat-torque,

il-kundizzjonijiet li fihom jista’ jiġi mħassar l-imblukkar tal-funzjonament tal-makkinarju.

Fejn jintwerew il-messaġġi, is-sistema użata biex turi dawn il-messaġġi tista’ tkun l-istess waħda li tintuża għal skopijiet oħra ta’ manutenzjoni.

4.4.

Fuq għażla tal-manifattur, is-sistema ta’ twissija tista’ tinkludi komponent li jinstema’ li jiġbed l-attenzjoni tal-operatur. Għandha tkun permessal-kanċellazzjoni mill-operatur ta’ twissijiet li jinstemgħu.

4.5.

Is-sistema ta’ twissija tal-operatur għandha tiġi attivata kif speċifikat fil-paragrafi 2.3.3.1, 6.2, 7.2, 8.4, u 9.3 rispettivament.

4.6.

Is-sistema ta’ twissija għall-operatur għandha tiġi diżattivata meta l-kundizzjonijiet għall-attivazzjoni tagħha ma jkunux jeżistu aktar. Is-sistema ta’ twissija għall-operatur ma għandhiex tiġi diżattivata b’mod awtomatiku mingħajr ma tiġi rimedjata r-raġuni għall-attivazzjoni tagħha.

4.7.

Is-sistema ta’ twissija tista’ tiġi interrotta temporanjament minn sinjali oħra ta’ twissija li jipprovdu messaġġi importanti oħra relatati mas-sikurezza.

4.8.

Dettalji dwar il-proċeduri għall-attivazzjoni u d-diżattivazzjoni tas-sistema ta’ twissija tal-operatur huma deskritti fit-taqsima 11.

4.9.

Bħala parti mill-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip skont din id-Direttiva, il-manifattur għandu juri l-mod ta’ tħaddim tas-sistema ta’ twissija tal-operatur, kif speċifikat fit-taqsima 11.

5.   Sistema ta’ inċentiv tal-operatur

5.1.   Il-makkinarju għandu jinkorpora sistema ta’ inċentiv tal-operatur ibbażata fuq waħda mill-prinċipji li ġejjin:

5.1.1.

sistema ta’ inċentiv f’żewġ stadji li tibda b’livell ta’ inċentiv baxx (restrizzjoni tal-prestazzjoni) segwit minn livell ta’ inċentiv qawwi (twaqqif effettiv tal-operazzjoni tal-makkinarju);

5.1.2.

sistema ta’ inċentiv bi stadju wieħed (twaqqif effettiv tal-operazzjoni tal-makkinarju) attivata skont il-kundizzjonijiet ta’ sistema ta’ inċentiv b’livell baxx kif speċifikat fil-paragrafi 6.3.1, 7.3.1, 8.4.1, u 9.4.1.

5.2.   Bl-approvazzjoni minn qabel tal-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip, il-magna tista’ tiġi ffittjata sabiex twaqqaf l-inċentiv tal-operatur matul emerġenza ddikjarata minn gvern nazzjonali jew reġjonali, is-servizzi tagħhom tal-emerġenza jew is-servizzi armati tagħhom.

5.3.   Sistema ta’ inċentiv ta’ livell baxx

5.3.1.

Is-sistema ta’ inċentiv ta’ livell baxx għandha tiġi attivata wara li kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet speċifikati fil-paragrafi 6.3.1, 7.3.1, 8.4.1, u 9.4.1 tkun seħħet.

5.3.2.

Is-sistema ta’ inċentiv ta’ livell baxx għandha tnaqqas gradwalment is-saħħa massima disponibbli tat-torque tal-magna tul il-firxa tal-veloċità tal-magna b’tal-inqas 25 fil-mija bejn il-veloċità massima tat-torque u l-punt massimu tar-regolatur kif deskritt fil-figura 1. Ir-rata tat-tnaqqis tat-torque għandha tkun ta’ minimu ta’ 1 % kull minuta.

5.3.3.

Jistgħu jintużaw miżuri oħra ta’ inċentiv li jidhru fl-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip bħala dawk li għandhom l-istess livell jew ogħla ta’ qawwa.

Figura 1

Skema ta’ tnaqqis tat-torque ta’ inċentiv ta’ livell baxx

Image

5.4.   Sistema ta’ inċentiv qawwi

5.4.1.

Is-sistema ta’ inċentiv qawwi għandha tiġi attivata wara li tkun ġrat kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet speċifikati fil-paragrafi 2.3.3.2, 6.3.2, 7.3.2, 8.4.2, u 9.4.2.

5.4.2.

Is-sistema ta’ inċentiv qawwi għandha tnaqqas l-utilità tal-makkinarju għal livell li huwa biżżejjed oneruż biex iġiegħel lill-operatur jirrimedja kull problema relatata mat-taqsimiet 6 sa 9. L-istrateġiji li ġejjin huma aċċettabbli:

5.4.2.1.

Torque tal-magna bejn il-veloċità massima tat-torque u l-punt tal-qsim tar-regolatur għandhom jitnaqqsu gradwalment mit-torque ta’ inċentiv baxx fil-figura 1 b’tal-inqas 1 fil-mija kull minuta għal 50 fil-mija ta’ torque massimu jew anqas u veloċità tal-magna għandha titnaqqas gradwalment għal 60 fil-mija tal-veloċità stmata jew inqas fl-istess perjodu li fih jitnaqqas it-torque, kif jidher f’figura 2.

Figura 2

Skema ta’ tnaqqis qawwi tal-inċentiv tat-torque

Image

5.4.2.2.

Jistgħu jintużaw miżuri oħra ta’ inċentiv li jintwerew lill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip bħala dawk li għandhom l-istess livell jew ogħla ta’ qawwa.

5.5.   Sabiex jitqies it-tħassib dwar is-sikurezza u sabiex jippermettu għal djanjożi ta’ tiswija individwali, l-użu ta’ funzjoni ta’ eliminazzjoni ta’ inċentiv għar-rilaxx tas-saħħa sħiħa tal-magna huwa permess sakemm:

ikun attiv għal mhux aktar minn 30 minuta, u

ikun limitat għal 3 attivazzjonijiet matul kull perjodu li s-sistema ta’ inċentiv tal-operatur hija attiva.

5.6.   Is-sistema ta’ inċentiv tal-operatur għandha tiġi diżattivata meta l-kundizzjonijiet għall-attivazzjoni tagħha ma jeżistux aktar. Is-sistema ta’ inċentiv tas-sewwieq ma għandhiex tiġi diżattivata b’mod awtomatiku mingħajr ma tiġi rimedjata r-raġuni għall-attivazzjoni tagħha.

5.7.   Dettalji dwar il-proċeduri għall-attivazzjoni u għad-diżattivazzjoni ta’ inċentiv tas-sewwieq huma deskritti fit-taqsima 11.

5.8.   Bħala parti mill-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip skont din id-Direttiva, il-fabbrikant għandu juri l-mod ta’ tħaddim tas-sistema ta’ inċentiv tal-operatur, kif speċifikata fit-taqsima 11.

6.   Disponibilità tar-reaġent

6.1.   Indikatur tal-livell tar-reaġent

Il-makkinarju għandu jinkludi wkoll indikatur li jinforma b’mod ċar lill-operatur dwar il-livell tar-reaġent fit-tank tal-ħażna tar-reaġent. Il-livell minimu ta’ prestazzjoni aċċettabbli għall-indikatur tar-reaġent huwa li għandu jindika, b’mod kontinwu l-livell tar-reaġent waqt li s-sistema ta’ twissija tal-operatur imsemmija fil-paragrafu 4 tkun attivata. L-indikatur tar-reaġent jista’ jkun fil-forma viżwali ta’ tip analogu jew diġitali, u jista’ juri l-livell bħala proporzjon tal-kapaċità massima tat-tank, l-ammont tar-reaġent li baqa’, jew is-sigħat ta’ ħidma stmati li baqa’.

6.2.   Attivazzjoni tas-sistema ta’ twissija tal-operatur

6.2.1.

Is-sistema ta’ twissija tas-sewwieq speċifikata fil-paragrafu 4 għandha tiġi attivata meta l-livell tar-reaġent ikun ta’ inqas minn 10 % tal-kapaċità tat-tank tar-reaġent jew ta’ perċentwali ogħla stabbilit mill-manifattur.

6.2.2.

It-twissija li ġiet provduta għandha tkun biżżejjed ċara, flimkien mal-indikatur tar-reaġent, sabiex l-operatur jifhem li l-livell tar-reaġent qiegħed baxx. Meta s-sistema ta’ twissija tinkludi sistema b’wiri ta’ messaġġi, it-twissija viżwali għandha turi messaġġ li jindika livell baxx ta’ reaġent (pereżempju ‘livell baxx ta’ urea’, ‘livell baxx ta’ AdBlue’, jew ‘reaġent baxx’).

6.2.3.

Is-sistema ta’ twissija tal-operatur ma għandhiex bżonn tkun attivata kontinwament fil-bidu (pereżempju messaġġ ma jeħtieġx li jkun jidher kontinwament), madankollu l-attivazzjoni għandha tiżdied fl-intensità sabiex issir kontinwa filwaqt li l-livell tar-reaġent ikun kważi vojt u l-punt fejn is-sistema ta’inċentiv tal-operatur tidħol fis-seħħ tkun qed toqrob (pereżempju l-frekwenza li biha itteptep lampa). Is-sistema għandha twassal għal notifikazzjoni lill-operatur meta jintlaħaq livell magħżul mill-manifattur, iżda wieħed li jista’ jiġi nnutat aktar mill-punt fejn is-sistema ta’ inċentiv tal-operatur imsemmija fil-paragrafu 6.3 tidħol fis-seħħ milli meta ġiet attivata l-ewwel darba.

6.2.4.

It-twissija kontinwa ma għandhiex tkun ta’ tip li jista’ jiġi mitfi jew injorat faċilment. Meta s-sistema ta’ twissija tinkludi sistema b’wiri ta’ messaġġi, għandu jintwera messaġġ espliċitu (pereżempju. ‘imla l-urea’, ‘imla l-AdBlue’, jew ‘imla r-reaġent’). It-twissija kontinwa tista’ tiġi interrotta temporanjament minn sinjali oħra ta’ twissija li jipprovdu messaġġi importanti relatati mas-sigurtà.

6.2.5.

Ma għandux ikun possibbli li s-sistema ta’ twissija tal-operatur tintefa qabel ir-reaġent jerġa’ jimtela sa livell li ma jeħtieġx li tiġi attivata.

6.3.   Attivazzjoni tas-sistema ta’ twissija tal-operatur

6.3.1.

Is-sistema ta’ inċentiv ta’ livell baxx deskritta fil-paragrafu 5.3 għandha tiġi attivata jekk il-livell tar-reaġent fit-tank ikun ta’ inqas minn 2,5 % tal-kapaċità sħiħa nominali tiegħu, jew ta’ perċentwali ogħla stabbilit mill-fabbrikant.

6.3.2.

Is-sistema ta’ inċentiv qawwi deskritta fil-paragrafu 5.4 għandha tiġi attivata jekk it-tank tar-reaġent ikun vojt (jiġifieri, meta s-sistema ta’ dożaġġ ma tkunx tista’ tieħu aktar reaġent mit-tank) jew fi kwalunkwe livell b’inqas minn 2,5 % tal-kapaċità totali nominali tiegħu skont kif magħżul mill-manifattur.

6.3.3.

Ma għandux ikun possibbli li s-sistema ta’ inċentiv ta’ livell baxx jew is-sistema ta’ inċentiv ta’ livell qawwi jintfew qabel ir-reaġent jerġa’ jimtela sa livell li ma jeħtieġx l-attivazzjoni rispettiva tagħhom, ħlief sa fejn hu permessibbli fil-paragrafu 5.5.

7.   Monitoraġġ tal-kwalità tar-reaġent

7.1.   Il-magna jew il-makkinarju għandu jinkludi mezz biex tiġi ddeterminata l-preżenza ta’ reaġent mhux xieraq abbord makkinarju.

7.1.1.

Il-manifattur għandu jispeċifika konċentrazzjoni minima ta’ reaġent aċċettabbli CDmin, li jirriżulta f’emissjonijiet NOx tal-pajp tal-egżost li ma jaqbżux il-limitu stabbilit ta’ 0,9 g/kWh.

7.1.1.1.

Il-valur CDmin korrett għandu jintwera waqt l-approvazzjoni tat-tip skont il-proċedura definita fit-taqsima 12 u għandu jiġi rreġistrat fil-pakkett ta’ dokumentazzjoni estiża kif speċifikat fit-taqsima 8 tal-Anness I.

7.1.2.

Għall-finijiet tat-taqsima 7.1, kwalunkwe konċentrazzjoni tar-reaġent ta’ inqas minn CDmin għandha tiġi identifikata u kkunsidrata bħala reaġent mhux xieraq.

7.1.3.

Għandu jiġi attribwit apparat għall-għadd speċifiku (‘l-apparat għall-għadd speċifiku ta’ reaġent’) għall-kwalità ta’ reaġent. L-apparat għall-għadd speċifiku ta’ reaġent għandu jgħodd is-sigħat ta’ tħaddim tal-magna bl-użu ta’ reaġent mhux xieraq.

7.1.3.1.

B’mod mhux obbligatorju, il-manifattur jista’ jiggruppja f’daqqa l-falliment tal-kwalità tar-reaġent ma’ falliment wieħed jew aktar elenkati fit-taqsimiet 8 u 9 f’apparat wieħed għall-għadd.

7.1.4.

Dettalji rigward il-kriterji u l-mekkaniżmi għall-attivazzjoni u għad-diżattivazzjoni ta’ apparat għall-għadd speċifiku tal-kwalià ta’ reaġent huma deskritti fit-taqsima 11.

7.2.   Attivazzjoni tas-sistema ta’ twissija tal-operatur

Meta s-sistema ta’ monitoraġġ tikkonferma li l-kwalità tar-reaġent mhijiex korretta, għandha tiġi attivata s-sistema ta’ twissija tal-operatur deskritta fil-paragrafu 4. Meta s-sistema ta’ twissija tinkludi sistema b’wiri ta’ messaġġi, din għandha turi messaġġ li jindika r-raġuni għat-twissija (pereżempju ‘identifikata urea mhux xierqa’, ‘identifikat AdBlue mhux xieraq’, jew ‘identifikat reaġent mhux xieraq’).

7.3.   Attivazzjoni tas-sistema ta’ twissija tal-operatur

7.3.1.

Is-sistema ta’ inċentiv tal-operatur ta’ livell baxx deskritta fil-paragrafu 5.3 għandha tiġi attivata jekk il-kwalità tar-reaġent ma tiġix rimedjata fi żmien 10 sigħat ta’ tħaddim tal-magna wara li tkun ġiet attivata s-sistema ta’ twissija tal-operatur deskritta fil-paragrafu 7.2.

7.3.2.

Is-sistema ta’ inċentiv tal-operatur ta’ livell baxx deskritta fil-paragrafu 5.4 għandha tiġi attivata jekk il-kwalità tar-reaġent ma tiġix rimedjata fi żmien 20 siegħa ta’ tħaddim tal-magna wara li tkun ġiet attivata s-sistema ta’ twissija tal-operatur deskritta fl-paragrafu 7.2.

7.3.3.

L-għadd ta’ sigħat qabel l-attivazzjoni tas-sistemi ta’ inċentiv għandu jitnaqqas f’każ li l-malfunzjonament jibqa’ jseħħ, skont il-mekkaniżmu deskritt fit-taqsima 11.

8.   Attività ta’ dożaġġ tar-reaġent

8.1.   Il-magna għandha tinkludi mezzi sabiex tiġi determinata l-interruzzjoni tad-dożaġġ.

8.2.   Attività dwar l-għadd ta’ dożaġġ tar-reaġent

8.2.1.

Apparat għall-għadd speċifiku jista’ jiġi attribwit għall-attivita ta’ dożaġġ (l-‘apparat għall-attività ta’ dożaġġ’). L-apparat għall-għadd għandu jgħodd l-għadd ta’ sigħat ta’ tħaddim li jgħaddu bl-interruzzjoni tal-attività ta’ dożaġġ tar-reaġent. Dan mhuwiex meħtieġ meta l-interruzzjoni ssir mill-ECU tal-magna minħabba li l-kundizzjonijiet operattivi tal-makkinarju huma ta’ tali tip li l-prestazzjoni tal-emissjonijiet tal-makkinarju ma teħtieġx dożaġġ tar-reaġent.

8.2.1.1.

B’mod mhux obbligatorju, il-manifattur jista’ jiggruppja l-falliment ta’ dożaġġ tar-reaġent flimkien ma’ falliment wieħed jew aktar elenkati fit-taqsimiet 7 u 9 f’apparat għall-għadd wieħed.

8.2.2.

Dettalji rigward il-kriterji u l-mekkaniżmi għall-attivazzjoni u għad-diżattivazzjoni tal-apparat tal-għadd tad-dożaġġ tar-reaġent huma deskritti fit-taqsima 11.

8.3.   Attivazzjoni tas-sistema ta’ twissija tal-operatur

Is-sistema ta’ twissija tal-operatur deskritta fil-paragrafu 4. għandha tiġi attivata fil-każ ta’ interruzzjoni ta’ dożaġġ li jistabbilixxi l-apparat għall-għadd tal-attività ta’ dożaġġ skont il-paragrafu 8.2.1. Meta s-sistema ta’ twissija tinkludi sistema b’wirja tal-messaġġ, din għandha turi messaġġ li jindika r-raġuni tat-twissija (eż. ‘malfunzjoni tad-dożaġġ tal-urea’, ‘malfunzjoni tad-dożaġġ AdBlue’, jew malfunzjoni tad-dożaġġ tar-reaġent’).

8.4.   Attivazzjoni tas-sistema ta’ twissija tal-operatur

8.4.1.

Is-sistema ta’ inċentiv ta’ livell baxx deskritta fil-paragrafu 5.3 għandha tiġi attivata jekk l-interruzzjoni fid-dożaġġ tar-reaġent ma tiġix rimedjata fi żmien ta’ mhux aktar minn 10 sigħat ta’ tħaddim tal-magna wara li tkun ġiet attivata s-sistema ta’ twissija tal-operatur deskritta fil-paragrafu 8.3.

8.4.2.

Is-sistema ta’ inċentiv qawwi deskritta fil-paragrafu 5.4 għandha tiġi attivata jekk jekk l-interruzzjoni fid-dożaġġ tar-reaġent ma tiġix rimedjata fi żmien ta’ mhux aktar minn 20 siegħa ta’ tħaddim tal-magna wara li tkun ġiet attivata s-sistema ta’ twissija tal-operatur deskritta fil-paragrafu 8.3.

8.4.3.

L-għadd ta’ sigħat qabel l-attivazzjoni tas-sistemi ta’ inċentiv għandu jitnaqqas f’każ li l-malfunzjonament jibqa’ jseħħ, skont il-mekkaniżmu deskritt fit-taqsima 11.

9.   Falliment tal-monitoraġġ li jista’ jiġi attribwit għat-tbagħbis

9.1.   Flimkien mal-livell tar-reaġent fit-tank tar-reaġent, il-kwalità tar-reaġent, u l-interruzzjoni tad-dożaġġ, in-nuqqasijiet li ġejjin għandhom jiġu mmonitorjati minħabba li jistgħu jirriżultaw minħabba tbagħbis:

(i)

valvola EGR ostakolata;

(ii)

fallimenti tas-sistema Djanjostika ta’ Kontroll tal-NOx (NCD), kif deskritta fil-paragrafu 9.2.1.

9.2.   Rekwiżiti għall-monitoraġġ

9.2.1.   Is-sistema Djanjostika ta’ Kontroll tal-NOx (NCD) għandha tiġi tiġi mmonitorjata għal ħsarat elettriċi u għat-tneħħija jew id-diżattivazzjoni ta’ kwalunkwe senser li jżommha milli ssib u tidentifika kwalunkwe nuqqasijiet oħra msemmija fil-paragrafi 6 sa 8 (monitoraġġ tal-komponenti).

Lista mhux eżawrjenti ta’ sensers li jaffettwaw il-kapaċità dijanjostika huma dawk li jkejlu l-konċentrazzjoni NOx b’mod dirett, sensers tal-kwalità tal-urea, sensers tal-ambjent, u sensers li jintużaw għall-monitoraġġ tal-attività ta’ dożaġġ tar-reaġent, il-livell tar-reaġent, jew il-konsum tar-reaġent.

9.2.2.   Apparat għall-għadd tal-valvola EGR

9.2.2.1.

Għandu jiġi attribwit apparat għall-għadd speċifiku għal valvola EGR ostakolata. L-apparat għall-għadd tal-valvola EGR għandu jgħodd in-numru ta’ sigħat ta’ ħidma tal-magna meta d-DTC assoċjat ma’ valvola EGR ostakolata jkun ikkonfermat bħala attiv.

9.2.2.1.1.

B’mod mhux obbligatorju, il-manifattur jista’ jiggruppja f’daqqa l-falliment tal-valvola EGR ostakolata flimkien ma’ falliment wieħed jew aktar elenkati fit-taqsimiet 7, 8 u 9.2.3 f’apparat wieħed għall-għadd.

9.2.2.2.

Dettalji rigward il-kriterji u l-mekkaniżmi għall-attivazzjoni u għad-diżattivazzjoni ta’ apparat għall-għadd tal-valvola EGR huma deskritti fit-taqsima 11.

9.2.3.   Apparat(i) għall-għadd tas-sistema NCD

9.2.3.1.

Apparat għall-għadd għandu jiġi attribwit lil kull wieħed min-nuqqasijiet ta’ monitoraġġ ikkunsidrati fil-paragrafu 9.1 (ii). L-apparat għall-għadd tas-sistema tal-NCD għandu jgħodd in-numru ta’ sigħat ta’ tħaddim tal-magna meta d-DTC assoċjat ma’ malfunzjonament tas-sistema tal-NCD jiġi konfermat bħala li hu attiv. Bosta ħsarat jistgħu jitqiegħdu flimkien fi grupp għal apparat wieħed għall-għadd.

9.2.3.1.1.

B’mod mhux obbligatorju, il-manifattur jista’ jiggruppja f’daqqa l-falliment tas-sistema ta’ NCD ma’ falliment wieħed jew aktar elenkati fit-taqsimiet 7 u 8 u 9.2.2 f’apparat wieħed għall-għadd.

9.2.3.2.

Dettalji rigward il-kriterji u l-mekkaniżmi għall-attivazzjoni u għad-diżattivazzjoni ta’ apparat(i) għall-għadd tas-sistema ta’ NCD huma deskritti fit-taqsima 11.

9.3.   Attivazzjoni tas-sistema ta’ twissija tal-operatur

Is-sistema ta’ twissija tal-operatur deskritta fil-paragrafu 4. għandha tiġi attivata f’każ li jseħħ kwalunkwe wieħed mill-fallimenti speċifikati fil-paragrafu 9.1, u għandha tindika li hija meħtieġa tiswija urġenti. Meta s-sistema ta’ twissija tinkludi sistema b’wiri ta’ messaġġi, it-twissija viżwali għandha turi messaġġ li jindika r-raġuni għat-twissija (pereżempju, ‘valvola tad-dożaġġ tar-reaġent mhux imqabbda’, jew ‘ħsara kritika relatata mal-emissjonijiet’).

9.4.   Attivazzjoni tas-sistema ta’ twissija tal-operatur

9.4.1.   Is-sistema ta’ inċentiv ta’ livell baxx deskritta fil-paragrafu 5.3 għandha tiġi attivata jekk ħsara speċifikata fil-paragrafu 9.1 ma tiġix rimedjata fi żmien massimu ta’ 36 siegħa ta’ tħaddim tal-magna wara li tkun ġiet attivata s-sistema ta’ twissija tal-operatur deskritta fil-paragrafu 9.3.

9.4.2.   Is-sistema ta’ inċentiv qawwi deskritta fil-paragrafu 5.4 għandha tiġi attivata jekk ħsara speċifikata fil-paragrafu 9.1 ma tiġix rimedjata fi żmien massimu ta’ 100 siegħa ta’ tħaddim tal-magna wara li tkun ġiet attivata s-sistema ta’ twissija tal-operatur deskritta fil-paragrafu 9.3.

9.4.3.   L-għadd ta’ sigħat qabel l-attivazzjoni tas-sistemi ta’ inċentiv għandu jitnaqqas f’każ li l-malfunzjonament jibqa’ jseħħ, skont il-mekkaniżmu deskritt fit-taqsima 11.

9.5.   B’mod alternattiv għar-rekwiżiti fil-paragrafu 9.2, il-manifattur jista’ juża senser NOx li jinsab fil-gass tal-egżost. F’dan il-każ,

il-valur tal-NOx ma għandux ikun aktar mil-limitu stabbilit ta’ 0,9 g/kWh,

jista’ jsir użu minn ‘NOx għoli – kawża ewlenija mhux magħrufa’ ta’ ħsara unika

it-taqsima 9.4.1 għandha tkun ‘f’10 sigħat ta’ magna’,

it-taqsima 9.4.2 għandha tkun ‘f’20 siegħa ta’ magna’.

10.   Rekwiżiti ta’ dimostrazzjoni

10.1.   Ġenerali

Il-konformità mar-rekwiżiti ta’ dan l-Anness għandha tiġi murija waqt l-approvazzjoni tat-tip billi jitwettqu d-dimostrazzjonijiet li ġejjin, kif muri fit-Tabella 1 u kif speċifikat f’din it-taqsima

(a)

dimostrazzjoni ta’ kif tiġi attivata s-sistema ta’ twissija;

(b)

dimostrazzjoni ta’ kif tiġi attivata s-sistema ta’ inċentiv ta’ livell baxx, jekk applikabbli;

(c)

dimostrazzjoni ta’ kif tiġi attivata s-sistema ta’ inċentiv ta’ livell qawwi.

Tabella 1

Illustrazzjoni tat-kontenut tal-proċess ta’ dimostrazzjoni skont id-dispożizzjonijiet fit-taqsimiet 10.3 u 10.4 ta’ dan l-Appendiċi

Mekkaniżmu

Elementi ta’ dimostrazzjoni

Attivazzjoni ta’ sistema ta’ twissija speċifikata fit-taqsima 10.3 ta’ dan l-Appendiċi

2 testijiet ta’ attivazzjoni (inkl. nuqqas ta’ reaġent)

Elementi supplimentari tad-dimostrazzjoni, kif xieraq

Attivazzjoni ta’ inċentiv ta’ livell baxx speċifikat fit-taqsima 10.4 ta’ dan l-Appendiċi

2 testijiet ta’ attivazzjoni (inkl. nuqqas ta’ reaġent)

Elementi supplimentari tad-dimostrazzjoni, kif xieraq

test 1 ta’ tnaqqis tat-torque

Attivazzjoni ta’ inċentiv qawwi speċifikat fit-taqsima 10.4.6 ta’ dan l-Appendiċi

2 testijiet ta’ attivazzjoni (inkl. nuqqas ta’ reaġent)

Elementi supplimentari tad-dimostrazzjoni, kif xieraq

10.   2. Familji tal-magni u familji tal-magni NCD

Il-konformità ta’ familja ta’ magni jew familja ta’ magni NCD mar-rekwiżiti ta’ din it-taqsima 10 tista’ tintwera billi jiġi ttestjat wieħed mill-membri tal-familja li tkun qed tiġi kkunsidrata, sakemm il-manifattur juri lill-awtorità tal-approvazzjoni li s-sistemi ta’ monitoraġġ meħtieġa għall-konformità mar-rekwiżiti ta’ dan l-Anness huma simili għall-magni kollha tal-istess familja.

10.2.1.   Id-dimostrazzjoni li s-sistemi ta’ monitoraġġ għal membri oħra tal-familja NCD huma simili tista’ titwettaq billi jiġu ppreżentati dawn l-elementi bħall-algoritmi, analizi funzjonali, eċċ. lill-awtoritajiet tal-approvazzjoni.

10.2.2.   Il-magna għall-ittestjar tintgħażel mill-manifattur bi qbil mal-awtorità tal-approvazzjoni. Din tista’ tkun jew tista’ ma tkunx il-magna rappreżentattiva tal-familja li tkun qed tiġi kkunsidrata.

10.2.3.   F’każijiet fejn magni ta’ familja ta’ magni li huma parti minn familja ta’ magni NCD li tkun diġà ġiet approvata skont il-paragrafu 10.2.1 (Figura 3), il-konformità ta’ dik il-familja ta’ magni għandha titqies bħala li tkun ġiet murija mingħajr bżonn ta’ aktar testijiet, sakemm il-manifattur juri lill-awtorità li s-sistemi ta’ monitoraġġ meħtieġa għall-konformità mar-rekwiżiti ta’ dan l-Anness huma simili għall-magni kollha tal-istess familji u għall-magni tal-istess familji.

Figura 3

Konformità ta’ familja ta’ magni NCD murija qabel

Image

10.3.   Dimostrazzjoni tal-attivazzjoni tas-sistema ta’ twissija

10.3.1.   Il-konformità tal-attivazzjoni tas-sistema ta’ twissija għandha tintwera billi jsiru żewġ testijiet nuqqas ta’ reaġent, u kategorija waħda ta’ ħsara kkunsidrata fit-taqsima 7 sa 9 ta’ dan l-Anness.

10.3.2.   Għażla tal-ħsarat li għandhom jiġu ttestjati

10.3.2.1.   Għall-għan li tintwera l-attivazzjoni tas-sistema ta’ twissija f’każ ta’ kwalità ħażina ta’ reaġent, għandu jintgħażel reaġent b’konċentrazzjoni tal-ingredjent attiv ugwali għall-konċentrazzjoni kkomunikata mill-manifattur b’konformità mar-rekwiżiti tat-taqsima 7 ta’ dan l-Anness.

10.3.2.2.   Għall-għan li tintwera l-attivazzjoni tas-sistema ta’ twissija f’każ ta’ ħsarat ikkawżati minn tbagħbis, kif definnit fit-taqsima 9 ta’ dan l-Anness, l-għażla għandha ssir b’konformità mar-rekwiżiti li ġejjin:

10.3.2.2.1.

Il-manifattur għandu jipprovdi lill-awtorità tal-approvazzjoni b’lista ta’ ħsarat possibbli ta’ dan it-tip.

10.3.2.2.2.

Il-ħsara li għandha tiġi kkunsidrata fit-test għandha tintgħażel mill-awtorità tal-approvazzjoni mil-lista msemmija fit-taqsima 10.3.2.2.1.

10.3.3.   Dimostrazzjoni

10.3.3.1.   Għall-iskop ta’ din id-dimostrazzjoni, għandu jsir test separat għal kull waħda mill-ħsarat fit-taqsima 10.3.1.

10.3.3.2.   Waqt li jkun qed isir test, ma għandu jkun hemm preżenti l-ebda ħsara oħra għajr dik indirizzata mit-test.

10.3.3.3.   Qabel ma jibda test, għandhom jitħassru d-DTC kollha.

10.3.3.4.   Fuq talba tal-manifattur, u bi qbil mal-awtorità tal-approvazzjoni, il-ħsarat soġġetti għall-ittestjar jistgħu jiġu simulati.

10.3.3.5.   Sejbien ta’ ħsarat għajr dawk tan-nuqqas tar-reaġent

Għal ħsarat għajr dawk ta’ nuqqas ta’ reaġent, ladarba l-ħsara installata jew simulata, is-sejbien ta’ dik il-ħsara għandu jitwettaq kif ġej:

10.3.3.5.1.

Is-sistema NCD għandha twieġeb għall-introduzzjoni ta’ ħsara magħżula bħala xierqa mill-awtorità għall-approvazzjoni tat-tip f’konfromità mad-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Appendiċi. Dan hu meqjus li jintwera jekk l-attivazzjoni ssir fi żmien żewġ ċikli konsekuttivi ta’ testijiet NCD skont il-paragrafu 10.3.3.7 ta’ dan l-Appendiċi.

Meta jkun speċifikat fid-deskrizzjoni tal-monitoraġġ u jkun intlaħaq ftehim mill-Awtorità tal-Appovazzjoni li monitur speċifiku jeħtieġ aktar minn żewġ ċikli ta’ testijiet NCD biex itemm il-monitoraġġ tiegħu, in-numru ta’ ċikli tat-test NCD jista’ jiżdied għal 3 ċikli ta’ testijiet NCD.

Kull ċiklu tat-test individwali NCD fid-demostrazzjoni tat-test jista’ jiġi separat permezz ta’ tifi tal-magna. Il-ħin sal-istartjar li jmiss għandu jikkunsidra kwalunkwe monitoraġġ li jista’ jiġri wara tifi tal-magna u kwalunkwe kundizzjoni meħtieġa li jeħtieġ tkun preżenti biex iseħħ il-monitoraġġ fl-istartjar li jmiss.

10.3.3.5.2.

Id-dimostrazzjoni tal-attivazzjoni tas-sistema ta’ twissija għandha titqies bħala li tkun ġiet ikkompletata jekk, fl-aħħar ta’ kull test ta’ dimostrazzjoni mwettaq skont it-taqsima 10.3.2.1, is-sistema ta’ twissija tkun ġiet attivata b’mod xieraq u d-DTC għall-ħsara magħżula jingħata l-istatus ta’ ‘ikkonfermat u attiv’.

10.3.3.6.   Sejbien f’każ ta’ nuqqas ta’ reaġent

Għall-għan li tintwera l-attivazzjoni tas-sistema ta’ twissija f’każ ta’ nuqqas ta’ reaġent, is-sistema tal-magna għandha titħaddem fuq ċiklu wieħed jew aktar ta’ testijiet NCD skont kif magħżul mill-manifattur.

10.3.3.6.1.

Id-dimostrazzjoni għandha tibda bil-livell tar-reaġent fit-tank li għandu jkun hemm qbil dwaru bejn il-manifattur u l-awtorità tal-approvazzjoni, iżda li għandu jirrappreżenta mhux inqas minn 10 fil-mija tal-kapaċità nominali tat-tank.

10.3.3.6.2.

Is-sistema ta’ twissija għandha titqies bħala li tkun ħadmet kif suppost jekk il-kundizzjonijiet li ġejjin jiġu sodisfatti fl-istess ħin:

(a)

is-sistema ta’ twissija tkun ġiet attivata b’disponibilità tar-reaġent ta’ aktar minn jew daqs 10 fil-mija tal-kapaċità tat-tank tar-reaġent, u

(b)

is-sistema ta’ twissija ‘kontinwa’ tkun ġiet attivata b’disponibilità tar-reaġent ta’ aktar minn jew ugwali għall-valur iddikjarat mill-manifattur skont id-dispożizzjonijiet tat-taqsima 6 ta’ dan l-Anness.

10.3.3.7.   Ċiklu tat-test NCD

10.3.3.7.1.

Iċ-ċiklu tat-test NCD ikkunsidrat f’din it-taqsima 10 għad-dimostrazzjoni tal-prestazzjoni korretta tas-sistema NCD huwa ċ-ċiklu NRTC sħun.

10.3.3.7.2.

Fuq talba tal-manifattur u wara l-approvazzjoni tal-Awtorità tal-Approvazzjoni, jista’ jintuża ċiklu tat-test NCD alternattiv (eż. l-NRSC) għal moniter speċifiku. It-talba għandu jkun fiha elementi (kunsiderazzjonijiet tekniċi, simulazzjoni, riżultati tat-test, eċċ.) li juru:

(a)

ir-riżultati taċ-ċiklu tat-test mitluba f’monitur li se jaħdem fid-dinja reali tas-sewqan, u

(b)

iċ-ċiklu tat-test NCD applikabbli speċifikat fil-paragrafu 10.3.3.7.1 jidher li huwa inqas xieraq għall-monitoraġġ ikkunsidrat.

10.3.4.   Id-dimostrazzjoni tal-attivazzjoni tas-sistema ta’ twissija għandha titqied bħala li tkun ġiet ikkompletata jekk, fl-aħħar ta’ kull test ta’ dimostrazzjoni mwettaq skont it-taqsima 10.3.3, is-sistema ta’ twissija tkun ġiet attivata b’mod xieraq.

10.4.   Dimostrazzjoni tal-attivazzjoni tas-sistema ta’ inċentiv

10.4.1.   Id-dimostrazzjoni tal-attivazzjoni tas-sistema ta’ inċentiv għandha ssir permezz ta’ testijiet imwettqa fuq bank tat-test għall-magni.

10.4.1.1.   Kwalunkwe komponent jew subsistemi li mhumiex armati fiżikament fuq is-sistema tal-magna bħal, iżda mhux limitati għal sensers tat-temperatura ambjentali, sensers tal-livell, u sistemi ta’ twissija u informazzjoni tal-operatur, li huma meħtieġa biex iwettqu d-dimostrazzjonijiet għandhom ikunu mqabbda mas-sistema tal-magna għal dak il-għan, jew għandhom ikunu simulati, għas-sodisfazzjoni tal-awtorità tal-approvazzjoni.

10.4.1.2.   Jekk il-manifattur jagħżel hekk, u soġġett għal qbil mal-awtorità tal-approvazzjoni, it-testijiet ta’ dimostrazzjoni jistgħu jitwettqu fuq makkinarju komplut jew billi l-makkinarju jiġi mmuntat fuq pjattaforma għall-ittestjar xierqa, jew billi tiġi misjuqa fuq mogħdija għall-ittestjar f’kundizzjonijiet ikkontrollati.

10.4.2.   Is-sekwenza tat-test għandha turi l-attivazzjoni tas-sistema ta’ inċentiv fil-każ ta’ nuqqas ta’ reaġent u fil-każ ta’ wieħed mill-ħsarat definiti fit-taqsimiet 7, 8, jew 9.

10.4.3.   Għall-għan ta’ din id-dimostrazzjoni:

(a)

flimkien man-nuqqas tar-reaġent, l-awtorità tal-approvazzjoni għandha tagħżel waħda mill-ħsarat definiti fit-taqsimiet 7, 8 jew 9 ta’ dan l-Anness li jkun intuża qabel għad-dimostrazzjoni tal-attivazzjoni tas-sistema ta’ twissija;

(b)

il-manifattur għandu jingħata permess biex jaċċellera t-test billi jagħmel simulazzjoni, tal-ksib ta’ ċertu għadd ta’ sigħat ta’ tħaddim;

(c)

il-ksib tat-tnaqqis tat-torque meħtieġ għall-inċentiv ta’ livell baxx jista’ jintwera fl-istess ħin tal-proċess ta’ approvazzjoni tal-prestazzjoni ġenerali tal-magna mwettaq skont din id-Direttiva. F’dan il-każ, mhuwiex meħtieġ kejl separat tat-torque waqt id-dimostrazzjoni tas-sistema ta’ inċentiv;

(d)

l-inċentiv qawwi għandu jintwera skont ir-rekwiżiti tat-taqsima 10.4.6 ta’ dan l-Appendiċi.

10.4.4.   Il-manifattur għandu barra minn hekk juri l-operazzjoni tas-sistema ta’ inċentiv f’dawk il-kundizzjonijiet ta’ ħsara definiti fit-taqsimiet 7, 8 jew 9 ta’ dan l-Anness li ma jkunux intgħażlu għall-użu fit-testijiet ta’ dimostrazzjoni deskritti fit-taqsimiet 10.4.1 sa 10.4.3.

Dawn id-dimostrazzjonijiet addizzjonali jistgħu jitwettqu billi l-awtorità tal-approvazzjoni tiġi ppreżentata b’każ tekniku li fih ikun sar użu minn evidenza bħal algoritmi, analiżi funzjonali, u r-riżultati ta’ testijiet li jkunu saru qabel.

10.4.4.1.   Dawn id-dimostrazzjonijiet addizzjonali għandhom juru, b’mod partikolari, għas-sodisfazzjon tal-awtorità tal-approvazzjoni, l-inklużjoni tal-mekkaniżmu xieraq tat-tnaqqis tal-forza fl-ECU tal-magna.

10.4.5.   Test ta’ dimostrazzjoni tas-sistema ta’ inċentiv ta’ livell baxx.

10.4.5.1.   Din id-dimostrazzjoni tibda meta s-sistema ta’ twissija, jew meta s-sistema ta’ twissija ‘kontinwa’ xierqa, tkun ġiet attivata bħala riżultat tas-sejba ta’ ħsara magħżula mill-awtorità tal-approvazzjoni.

10.4.5.2.   Meta s-sistema tkun qed tiġi kkontrollata għar-reazzjoni tagħha f’każ ta’ nuqqas ta’ reaġent fit-tank, is-sistema tal-magna għandha titħaddem sakemm id-disponibilità tar-reaġent tilħaq valur ta’ 2,5 fil-mija tal-kapaċità sħiħa nominali, jew il-valur iddikjarat mill-fabbrikant skont it-taqsima 6.3.1, li fih hija maħsuba biex topera s-sistema ta’ inċentiv ta’ livell baxx.

10.4.5.2.1.

Il-manifattur jista’, bi qbil mal-awtorità tal-approvazzjoni, jagħmel simulazzjoni ta’ tħaddim kontinwu billi joħroġ ir-reaġent mit-tank, jew waqt li l-magna tkun qed taħdem jew waqt li tkun wieqfa.

10.4.5.3.   Meta s-sistema tiġi kkontrollata għar-reazzjoni tagħha fil-każ ta’ nuqqas għajr dak ta’ nuqqas ta’ reaġent fit-tank, is-sistema tal-magna għandha titħaddem għan-numru rilevanti ta’ sigħat operattivi indikati fit-Tabella 3 ta’ dan l-Appendiċi jew, jekk jagħżel hekk il-manifattur, sakemm l-apparat għall-għadd rilevanti jilħaq il-valur li fih tiġi attivata s-sistema ta’ inċentiv ta’ livell baxx.

10.4.5.4.   Id-dimostrazzjoni tas-sistema ta’ inċentiv ta’ livell baxx għandha titqies bħala li tkun ġiet ikkompletata jekk, fl-aħħar ta’ kull test ta’ dimostrazzjoni mwettaq skont it-taqsimiet 10.4.5.2 u 10.4.5.3, il-manifattur ikun wera lill-awtorità tal-approvazzjoni li l-ECU tal-magna jkun attiva l-mekkaniżmu tat-tnaqqis tat-torque.

10.4.6.   Test ta’ dimostrazzjoni tas-sistema ta’ inċentiv ta’ livell qawwi.

10.4.6.1.   Din id-dimostrazzjoni għandha tibda minn kundizzjoni fejn is-sistema ta’ inċentiv ta’ livell baxx tkun ġiet attivata minn qabel, u tista’ ssir bħala kontinwazzjoni tat-testijiet li jkunu twettqu biex tintwera s-sistema ta’ inċentiv ta’ livell baxx.

10.4.6.2.   Meta s-sistema tiġi ċċekkjata għar-reazzjoni tagħha fil-każ ta’ nuqqas ta’ reaġent fit-tank, is-sistema tal-magna għandha taħdem sakemm it-tank tar-reaġent ikun vojt, jew ikun laħaq il-livel ta’ taħt it-2,5 fil-mija tal-kapaċità nominali sħiħa tat-tank li biha l-manifattur ikun iddikjara biex jattiva s-sistema ta’ inċentiv qawwi.

10.4.6.2.1.

Il-manifattur jista’, bi qbil mal-awtorità tal-approvazzjoni, jagħmel simulazzjoni ta’ tħaddim kontinwu billi joħroġ ir-reaġent mit-tank, jew waqt li l-magna tkun qed taħdem jew waqt li tkun wieqfa.

10.4.6.3.   Meta s-sistema tiġi ċċekkjata għar-reazzjoni tagħha fil-każ ta’ ħsara li mhuwiex dak ta’ nuqqas operattiv ta’ reaġent fit-tank, is-sistema tal-magna għandha titħaddem għan-numru rilevanti ta’ sigħat operattivi indikati fit-Tabella 3 ta’ dan l-Appendiċi jew, jekk jagħżel hekk il-manifattur, sakemm l-apparat għall-għadd rilevanti jilħaq l-valur li fih tiġi attivata s-sistema ta’ inċentiv ta’ livell qawwi.

10.4.6.4.   Id-dimostrazzjoni tas-sistema ta’ inċentiv ta’ livell qawwi għandha titqies bħala li tkun ġiet ikkompletata jekk, fl-aħħar ta’ kull test ta’ dimostrazzjoni mwettaq skont il-paragrafi 10.4.6.2. u 10.4.6.3, il-manifattur ikun wera lill-awtorità tal-approvazzjoni li l-mekkaniżmu ta’ inċentiv ta’ livell qawwi kkunsidrat f’dan l-Anness ġie attivat.

10.4.7.   B’mod alternattiv, jekk il-manifattur jagħżel hekk, u soġġett għall-awtorità tal-approvazzjoni, id-dimostrazzjoni tal-mekkaniżmi ta’ inċentiv jistgħu jitwettqu fuq makkinarju sħiħ b’konformità mar-rekwiżiti tat-taqsima 5.4, jew billi l-vettura tiġi mmuntata fuq pjattaforma għall-ittestjar xierqa, jew billi tiġi misjuqa fuq mogħdija għall-ittestjar f’kundizzjonijiet ikkontrollati.

10.4.7.1.   Il-makkinarju għandu jitħaddem sakemm l-indikatur assoċjat man-nuqqas magħżul jilħaq l-għadd rilevanti ta’ sigħat operattivi indikati fit-Tabella 3 ta’ dan l-Appendiċi jew, kif xieraq, sakemm it-tank tar-reaġent ikun vojt, jew ikun laħaq il-livell li hu ta’ inqas minn 2,5 fil-mija tal-kapaċità sħiħa nominali tat-tank, li l-manifattur ikun għażel bħala l-punt li fih għandha tiġi attivata s-sistema ta’ inċentiv ta’ livell qawwi.

11.   Deskrizzjoni tal-mekkaniżmi għall-attivazzjoni u d-diżattivazzjoni ta’ twissija u ta’ inċentiv tal-operatur

11.1.   Biex jikkumplimentaw ir-rekwiżiti speċifikati f’dan l-Anness rigward il-mekkaniżmi għall-attivazzjoni u d-diżattivazzjoni ta’ twissija u ta’ inċentiv, din it-taqsima 11 tispeċifika r-rekwiżiti tekniċi għal implimentazzjoni ta’ dawk il-mekkaniżmi għall-attivazzjoni u d-diżattivazzjoni.

11.2.   Il-mekkaniżmi għall-attivazzjoni u d-diżattivazzjoni tas-sistema ta’ twissija

11.2.1.   Is-sistema ta’ twissija tal-operatur għandha tiġi attivata meta l-kodiċi dijanjostiku tal-problemi (DTA) assoċjat ma’ NCM li tiġġustifika l-attivazzjoni tagħha jkollu l-istatus definit fit-Tabella 2 ta’ dan l-Appendiċi.

Tabella 2

Attivazzjoni tas-sistema ta’ twissija tal-operatur

Tip ta’ falliment

Status tad-DTC għall-attivazzjoni tas-sistema ta’ twissija

Kwalità fqira tar-reaġent

ikkonfermat u attiv

interruzzjoni tad-dożaġġ

ikkonfermat u attiv

valvola EGR ostakolata

ikkonfermat u attiv

malfunzjoni tas-sistema ta’ monitoraġġ

ikkonfermat u attiv

Limitu stabbilit tal-NOx, jekk applikabbli

ikkonfermat u attiv

11.2.2.   Is-sistema ta’ twissija tal-operatur għandha tiġi diżattivata meta s-sistema dijanjostika tikkonkludi li l-malfunzjoni rilevanti għal dik it-twissija ma għadhiex preżenti jew meta l-informazzjoni li tiġġustifika l-attivazzjoni tagħha, u li tinkludi DTCs relatati mal-ħsarat operattivi, tiġi mħassra permezz ta’ għodda għall-iskanjar.

11.2.2.1.   Rekwiżiti għat-tħassir ta’ ‘informazzjoni dwar il-kontroll ta’ NOx

11.2.2.1.1.   Tħassir/issettjar mill-ġdid tal-‘informazzjoni dwar il-kontroll ta’ NOx’ permezz ta’ għodda għall-iskanjar.

Fuq talba tal-għodda tal-iskannjar, id-dejta li ġejja għandha titħassar jew tiġi ssettjata mill-ġdid għall-valur speċifikat f’dan l-Appendiċi mill-memorja tal-kompjuter (ara t-Tabella 3).

Tabella 3

Tħassir/issettjar mill-ġdid tal-‘informazzjoni dwar il-kontroll ta’ NOx’ permezz ta’ għodda għall-iskanjar

Informazzjoni dwar il-kontroll ta’ NOx

Tista’ titħassar

Tista’ tiġi ssettjata mill-ġdid

Id-DTCs kollha

X

 

Il-valur l-apparat għall-għadd bl-ogħla numru ta’ sigħat ta’ tħaddim tal-magna

 

X

In-numru ta’ sigħat ta’ tħaddim tal-magna mill-apparat(i) għall-għadd NCD

 

X

11.2.2.1.2.   L-informazzjoni dwar il-kontroll tal-NOx ma għandhiex titħassar bl-iskonnettjar tal-batterija(i) tal-makkinarju.

11.2.2.1.3.   It-tħassir ta’ ‘informazzjoni dwar il-kontroll tal-NOx’ għandu jkun possibbli biss f’kundizzjonijiet ta’ ‘magna mitfija’.

11.2.2.1.4.   Meta ‘l-informazzjoni dwa il-kontroll tal-NOx’ inklużi d-DTCs jitħassru, kwalunkwe apparat li jaqra l-għadd assoċjat ma’ dawn il-ħsarat u li huwa speċifikat f’dan l-Anness ma għandux jitħassar, iżda jiġi ssettjat mill-ġdid bil-valur speċifikat fit-taqsima x-xierqa ta’ dan l-Anness.

11.3.   Il-mekkaniżmi għall-attivazzjoni u d-diżattivazzjoni tas-sistema ta’ inċentiv tal-operatur

11.3.1.   Is-sistema ta’ inċentiv tal-operatur għandha tiġi attivata meta s-sistema ta’ twissija tkun attiva u meta l-apparat rilevanti għall-għadd għat-tip ta’ NCM li jiġġustifika l-attivazzjoni tagħha jilħaq il-valur speċifikat fit-Tabella 4 ta’ dan l-Appendiċi.

11.3.2.   Is-sistema ta’ inċentiv tal-operatur għandha tiġi diżattivata meta s-sistema ma tibqax tidentifika malfunzjoni li tiġġustifika l-attivazzjoni tagħha, jew jekk l-informazzjoni, inklużi d-DTCs, relatati mal-NCMs li jiġġustifikaw l-attivazzjoni tagħha jkunu tħassru permezz ta’ għodda għall-iskanjar jew permezz ta’ għodda għall-manutenzjoni.

11.3.3.   Is-sistemi ta’ twissija u ta’ inċentiv tal-operatur għandhom jiġu attivati jew diżattivati immedjatament kif xieraq skont id-dispożizzjonijiet tat-taqsima 6 ta’ dan l-Anness wara li tkun saret evalwazzjoni tal-kwantità tar-reaġent fit-tank tar-reaġent. F’dak il-każ, il-mekkaniżmi ta’ attivazzjoni jew ta’ diżattivazzjoni ma għandhomx jiddependu fuq l-istatus tal-ebda DTC assoċjat.

11.4.   Mekkaniżmu tal-apparat għall-għadd

11.4.1.   Ġenerali

11.4.1.1.   Biex tkun konformi mar-rekwiżiti ta’ dan l-Anness, is-sistema għandha tinkludi mill-inqas 4 apparati għall-għadd biex jirreġistraw in-numru ta’ sigħat ta’ tħaddim tal-magna waqt li s-sistema tkun identifikat kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

kwalità mhux xierqa tar-reaġent;

(b)

interruzzjoni tal-attività ta’ dożaġġ tar-reaġent;

(c)

valvola EGR ostakolata;

(d)

ħsara fis-sistema tal-NCD skont it-taqsima 9.1 (ii) ta’ dan l-Anness.

11.4.1.1.1.   B’mod alternattiv, il-manifattur jista’ juża apparat wieħed jew aktar għall-għadd biex jiggruppja l-ħsarat indikati fit-taqsima 11.4.1.1.

11.4.1.2.   Kull wieħed minn dawn l-apparati għall-għadd għandu jgħodd sal-valur massimu stipulat f’apparat għall-għadd tat-tip 2 byte b’riżoluzzjoni ta’ siegħa (1h), u għandu jżomm dak il-valur sakemm ma jiġux sodisfatti l-kundizzjonijiet li jippermettu li l-indikatur jiġi ssettjat mill-ġdid għal żero.

11.4.1.3.   Fabbrikant jista’ juża apparat wieħed jew multiplu għall-għadd tas-sistema tal-NCD. L-apparat għall-għadd jista’ jakkumula n-numru ta’ sigħat ta’ 2 malfunzjonijiet differenti jew aktar, rilevanti għal dak it-tip ta’ apparat għall-għadd filwaqt li l-ebda waħda minnhom ma tkun laħqet il-ħin indikat mill-apparat għall-għadd.

11.4.1.3.1.   Meta l-fabbrikant jiddeċiedi li juża diversi apparati għall-għadd tas-sistema tal-NCD, is-sistema għandha tkun tista’ talloka sistema speċifika ta’ monitoraġġ lil kull malfunzjonament li huwa rilevanti għal dak it-tip ta’ apparat għall-għadd, b’konformità ma’ dan l-Anness.

11.4.2.   Prinċipji tal-mekkaniżmu tal-apparat għall-għadd

11.4.2.1.   Kull wieħed mill- apparati għall-għadd għandu jopera kif ġej:

11.4.2.1.1.

Jekk jibda minn żero, l-apparat għall-għadd għandu jibda jgħodd malli tiġi identifikata malfunzjoni rilevanti għal dak l-apparat għall-għadd u l-kodiċi dijanjostiku tal-problemi (DTC) korrispondenti jkollu l-istatus deskritt fit-Tabella 2.

11.4.2.1.2.

F’każ ta’ ħsarat ripetuti, wieħed mid-dispożizzjonijiet li ġejjin għandu japplika skont l-għażla tal-manifattur

(i)

L-apparat għall-għadd għandu jitwaqqaf u jżomm il-valur attwali tiegħu jekk iseħħ avveniment wieħed ta’ monitoraġġ u l-malfunzjonament li oriġinarjament ikun attiva l-apparat għall-għadd ma jibqax jiġi identifikat jew jekk il-ħsara tkun ġiet imħassra permezz ta’ għodda għall-iskanjar jew permezz ta’ għodda għall-manutenzjoni. Jekk l-apparat għall-għaddjieqaf jgħodd meta s-sistema ta’ inċentiv qawwi hija attiva, l-apparat għall-għadd għandu jinżamm kif ikun bil-valur definit fit-Tabella 4 ta’ dan l-Appendiċi jew b’valur ikbar jew daqs il-valur tal-apparat tal-għadd għal inċentiv qawwi b’inqas minn 30 minuta.

(ii)

L-apparat għall-għadd għandu jinżamm kif inhu bil-valur definit fit-Tabella 4 ta’ dan l-Appendiċi jew valur akbar jew daqs il-valur tal-apparat għall-għadd għal inċentiv qawwi b’inqas minn 30 minuta.

11.4.2.1.3.

Fil-każ ta’ apparat għall-għadd ta’ sistema ta’ monitoraġġ wieħed, dak l-apparat għall-għadd għandu jkompli jgħodd f’każ li tiġi identifikata NCM rilevanti u l-kodiċi dijanjostiku tal-problemi (DTC) tiegħu jkollu l-istatus ‘ikkonfermat u attiv’. Dan għandu jieqaf u jżomm wieħed mill-valuri speċifikat fit-taqsima 11.4.2.1.2, jekk ma jiġi identifikat l-ebda NCM li jiġġustifika l-attivazzjoni tal-apparat għall-għadd jew jekk il-ħsarat kollha rilevanti għal dak l-apparat għall-għadd jiġu mħassra permezz ta’ għodda għall-iskanjar jew permezz ta’ għodda għall-manutenzjoni.

Tabella 4

Indikaturi u inċentiv

 

Status tad-DTC għall-ewwel attivazzjoni tal-apparat għall-għadd

valur tal-apparat għall-għadd għal inċentiv ta’ livell baxx

valur tal-apparat għall-għadd għal inċentiv ta’ livell qawwi

Valur wieqaf, miżmum mill-apparat għall-għadd

Apparat għall-għadd tal-kwalità tar-reaġent

ikkonfermat u attiv

≤ 10 sigħat

≤ 20 siegħa

≥ 90 % valur tal-apparat għall-għadd għal inċentiv ta’ livell qawwi

Apparat għall-għadd tad-dożaġġ

ikkonfermat u attiv

≤ 10 sigħat

≤ 20 siegħa

≥ 90 % valur tal-apparat għall-għadd għal inċentiv ta’ livell qawwi

Apparat għall-għadd tal-valvola EGR

ikkonfermat u attiv

≤ 36 siegħa

≤ 100 siegħa

≥ 95 % valur tal-apparat għall-għadd għal inċentiv ta’ livell qawwi

Apparat għall-għadd tas-sistema ta’ monitoraġġ

ikkonfermat u attiv

≤ 36 siegħa

≤ 100 siegħa

≥ 95 % valur tal-apparat għall-għadd għal inċentiv ta’ livell qawwi

Limitu stabbilit tal-NOx jekk applikabbli

ikkonfermat u attiv

≤ 10 sigħat

≤ 20 siegħa

≥ 90 % valur tal-apparat għall-għadd għal inċentiv ta’ livell qawwi

11.4.2.1.4.

Ladarba jitwaqqaf, l-apparat għall-għadd għandu jiġi ssettjat mill-ġdid fuq żero meta l-moniters rilevanti għal dak l-apparat għall-għadd ikunu temmew iċ-ċiklu tagħom ta’ monitoraġġ mill-inqas darba mingħajr ma jkunu identifikaw malfunzjoni u ma tkun ġiet identifikata l-ebda ħsara rilevanti għal dak l-apparat għall-għadd matul 40 siegħa ta’ tħaddim tal-magna minn mindu l-apparat għall-għadd ikun ġie mwaqqaf l-aħħar (ara l-Figura 4).

11.4.2.1.5.

L-apparat għall-għadd għandu jkompli jgħodd mill-punt li fih ikun ġie mwaqqaf jekk jiġi identifikat malfunzjonament rilevanti għal dak l-apparat għall-għadd matul perjodu li fih ikun twaqqaf l-apparat għall-għadd (ara d-Dijagramma 4).

11.5.   L-illustrazzjoni tal-attivazzjoni u d-diżattivazzjoni u tal-mekkaniżmi tal-apparat għall-għadd

11.5.1.   Dan il-paragrafu juri l-attivazzjoni u d-diżattivazzjoni u l-mekkaniżmi tal-apparat għall-għadd għal xi każijiet tipiċi. Id-dijagrammi u d-deskrizzjonijiet mogħtija fil-paragrafi 11.5.2, 11.5.3 u 11.5.4 huma pprovduti għal finijiet ta’ spjegazzjoni biss u ma għandhomx jintużaw bħala eżempji kemm tar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva jew bħala stqarrijiet definittivi tal-proċessi involuti. L-apparat għall-għadd fil-figuri 6 u 7 jirreferu għall-valuri massimi ta’ inċentiv qawwi fit-Tabella 4. Għal skopijiet ta’ simplifikazzjoni, pereżempju, il-fatt li s-sistema ta’ twissija tkun attiva wkoll meta s-sistema ta’ inċentiv hija attiva ma ssemmitx fl-illustrazzjonijiet mogħtija.

Figura 4

Attivazzjoni mill-ġdid u ssettjar mill-ġdid għal żero ta’ apparat għall-għadd wara perjodu meta l-valur tiegħu ikun ġie mwaqqaf

Image

11.5.2.   Id-Dijagramma 5 turi l-ħidma tal-mekkaniżmi ta’ attivazzjoni u ta’ diżattivazzjoni meta jkun qed isir il-monitoraġġ tad-disponibilità tar-reaġent għal ħames każijiet:

każ ta’ użu 1: l-operatur ikompli juża l-makkinarju minkejja t-twissija sakemm it-tħaddim tal-makkinarju jiġi diżattivat,

każ ta’ riforniment 1 (riforniment ‘xieraq’): l-operatur jimla t-tank tar-reaġent mill-ġdid sabiex jintlaħaq livell ogħla mil-limitu stabbilit ta’ 10 %. Jiġu diżattivati s-sistemi ta’ twissija u ta’ inċentiv,

każijiet ta’ riforniment 2 u 3 (riforniment ‘mhux xieraq’): Tiġi attivata s-sistema ta’ twissija. Il-livell ta’ twissija jiddependi fuq l-ammont disponibbli tar-reaġent,

każ ta’ riforniment 4 (riforniment ‘mhux xieraq għal kollox’): L-inċentiv ta’ livell baxx jiġi attivat immedjatament.

Figura 5

Disponibilità tar-reaġent

Image

11.5.3.   Id-dijagramma 6 turi tliet każijiet ta’ kwalità mhux xierqa tar-reaġent:

każ ta’ użu 1: l-operatur ikompli juża l-makkinarju minkejja t-twissija sakemm it-tħaddim tal-makkinarju jiġi diżattivat,

każ ta’ tiswija 1 (tiswija ‘ħażina’ jew ‘diżonesta’): wara li l-makkinarju jiġi diżattivat, l-operatur ibiddel il-kwalità tar-reaġent, iżda, eżatt wara, jibdilha darb’oħra b’dik ta’ reaġent ta’ kwalità ħażina. Is-sistema ta’ inċentiv tiġi attivata mill-ġdid immedjatament u t-tħaddim tal-makkinarju jitwaqqaf wara li l-magna tkun tħaddmet għal sagħtejn (2),

każ ta’ tiswija 2 (tiswija ‘tajba’): wara li l-makkinarju jiġi diżattivat, l-operatur jirrettifika l-kwalità tar-reaġent. Madankollu, ftit tal-ħin wara, jimla għal darb’oħra b’reaġent ta’ kwalità ħażina. Il-proċessi ta’ twissija, ta’ inċentiv u tal-għadd għandhom jerġgħu jibdew minn żero.

Figura 6

Riforniment b’reaġent ta’ kwalità ħażina

Image

11.5.4.   Id-dijagramma 7 turi tliet każijiet ta’ ħsara tas-sistema ta’ dożaġġ tal-urea. Din id-dijagramma turi wkoll il-proċess li japplika fil-każ tan-nuqqasijiet ta’ monitoraġġ deskritti fit-taqsima 9 ta’ dan l-Anness.

każ ta’ użu 1: l-operatur ikompli juża l-makkinarju minkejja t-twissija sakemm it-tħaddim tal-makkinarju jiġi diżattivat,

każ ta’ tiswija 1 (tiswija ‘tajba’): wara li l-makkinarju jiġi diżattivat, l-operatur isewwi s-sistema ta’ dożaġġ. Madankollu, ftit tal-ħin wara, is-sistema ta’ dożaġġ terġa’ tiżviluppa ħsara. Il-proċessi ta’ twissija, ta’ inċentiv u tal-għadd għandhom jerġgħu jibdew minn żero,

każ ta’ tiswija 2 (tiswija ‘ħażina’): waqt il-perjodu ta’ inċentiv ta’ livell baxx (tnaqqis tat-torque), l-operatur isewwi s-sistema ta’ dożaġġ. Madankollu, eżatt wara, is-sistema ta’ dożaġġ terġa’ tiżviluppa ħsara. Is-sistema ta’ inċentiv ta’ livell baxx tiġi attivata mill-ġdid immedjatament u l-apparat għall-għadd jerġa’ jibda mill-valur li kien qed juri fil-ħin meta saret it-tiswija.

Figura 7

Ħsara fis-sistema ta’ dożaġġ tar-reaġent

Image

12.   Dimostrazzjoni tal-konċentrazzjoni minima aċċettabbli tal-konċentrazzjoni tar-reaġent cdmin

12.1.

Il-manifattur għandu juri l-valur korrett ta’ CDmin waqt l-approvazzjoni tat-tip billi jwettaq l-parti sħuna taċ-ċiklu tal-NRTC billi juża reaġent bil-konċentrazzjoni CDmin.

12.2.

It-test għandu jsegwi ċ-ċiklu(i) xieraq/xierqa tal-NCD jew iċ-ċiklu definit ta’ kundizzjonament minn qabel tal-manifattur, u jippermetti li sistema ta’ kontroll tan-NOx b’ċiklu magħluq twettaq adattament tal-kwalità tar-reaġent bil-konċentrazzjoni CDmin.

12.3.

L-emissjonijiet li jniġġsu li jirriżultaw minn dan it-test għandhom ikunu inqas mil-limiti stabbiliti tal-NOx speċifikati fit-taqsima 7.1.1 ta’ dan l-Anness.

Appendiċi 2

Rekwiżiti għaż-Żona ta’ Kontroll għal magni tal-istadju IV

1.   Żona ta’ kontroll tal-magna

Iż-żona ta’ kontroll (ara d-Dijagramma 1) hija definita kif ġej:

il-firxa tal-veloċità: il-veloċità A għal veloċità għolja

fejn:

il-veloċità A = veloċità baxxa + 15 % (veloċità għolja – veloċità baxxa);

Veloċità għolja u veloċità baxxa kif definiti fl-Anness III jew, jekk il-manifattur, ibbażat fuq l-għażla indikata fit-taqsima 1.2.1. ta’ dan l-Anness III, jagħżel li juża l-proċedura tal-Anness 4B tar-Regolament UNECE Nru 96.03 serje ta’ emendi d-definizzjoni tal-paragrafi 2.1.33 u 2.1.37 tar-Regolament UNECE Nru 96.03 serje ta’ emendi għandu jintuża.

Jekk il-veloċità A mkejla tal-magna, hija bejn ± 3 % tal-veloċità tal-magna ddikjarata mill-manifattur, għandha tintuża l-veloċità dikjarata tal-magna. Jekk tinqabeż it-tolleranza għal xi waħda mill-veloċitajiet li ġew ittestjati, il-veloċitajiet mkejla tal-magna għandhom jintużaw.

2.   Il-kundizzjonijiet operattivi li ġejjin tal-magna għandhom jiġu esklużi mill-ittestjar:

(a)

punti taħt it-30 % tat-torque massimu;

(b)

punti taħt it-30 % tas-saħħa massima.

Il-manifattur jista’ jitlob li s-Servizzi Tekniċi jeskludu l-punti ta’ tħaddim miż-żona ta’ kontroll definita fit-taqsima 1 u 2 ta’ dan l-Appendiċi matul l-approvazzjoni taċ-ċertifikazzjoni/tat-tip. Soġġett għall-opinjoni pożittiva tal-Awtorità għall-Approvazzjoni, is-Servizz Tekniku jista’ jaċċetta din l-esklużjoni jekk il-manifattur ikun jista’ juri li l-magna ma tkun qatt kapaċi li taħdem f’tali punti meta tintuża fi kwalunkwe kombinazzjoni ta’ makkinarju.

Figura 1

Żona ta’ kontroll

Image

ANNESS II

L-Anness II għad-Direttiva 97/68/KE huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Appendiċi 1 huwa emendat kif ġej:

(a)

It-titlu tat-taqsima 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“FORNIMENT TAL-KARBURANT GĦAL MAGNI DIESEL”

(b)

it-taqsima 4 hija sostitwita b’dan li ġej:

“4.   FORNIMENT TAL-KARBURANT GĦAL MAGNI PETROL (*)

4.1.   Karburatur: …

4.1.1.   L-għamla(/iet): …

4.1.2.   It-tip(i): …

4.2.   Port fuel injection: f’punt wieħed jew f’diversi punti): …

4.2.1.   L-għamla(/iet): …

4.2.2.   It-tip(i): …

4.3.   Injezzjoni diretta: …

4.3.1.   L-għamla(/iet): …

4.3.2.   It-tip(i): …

4.4.   Rata ta’ twassil tal-karburant [g/h] u l-proporzjon tal-arja/karburant b’veloċità stmata u bl-aċċelleratur miftuħ kompletament:Lift massimu u angoli tal-ftuħ u l-għeluq skont iċ-ċentru assolut jew dejta ekwivalenti:”

(c)

it-taqsimiet 5, 6 u 7 li ġejjin huma miżjuda:

“5.   TIMING TAL-VALVIJIET

5.1.   Lift massimu u angoli tal-ftuħ u l-għeluq skont iċ-ċentru assolut jew dejta ekwivalenti: …

5.2.   Firxiet ta’ referenza u/jew tal-issettjar (*)

5.3.   Sistema ta’ valv timing varjabbli (jekk applikabbli u fejn intake u/jew egżost)

5.3.1.   Tip: kontinwu jew mixgħul/mitfi (*)

5.3.2.   Angolu taċ-ċaqliq tal-fażi tal-cams: …

6.   KONFIGURAZZJONI TAL-PORTIJIET

6.1.   Pożizzjoni, daqs u numru:

7.   SISTEMA TAL-IGNIXIN

7.1.   Il-kojl tal-ignixin

7.1.1.   L-għamla(/iet): …

7.1.2.   It-tip(i): …

7.1.3.   Numru: …

7.2.   Spark plug(s) …

7.2.1.   L-għamla(/iet): …

7.2.2.   It-tip(i): …

7.3.   Magneto: …

7.3.1.   L-għamla(/iet): …

7.3.2.   It-tip(i): …

7.4.   Tajming tal-ignixin …

7.4.1.   Avvanz statiku f’dak li għandu x’jaqsam mat-top dead centre [gradi tal-angolu tal-crank] …

7.4.2.   Kurva ta’ avvanz, jekk applikabbli: …

(*)  Aqta’ barra dak li ma japplikax."

(*)  Aqta’ barra dak li ma japplikax."

(2)

L-Appendiċi 2 huwa emendat kif ġej:

(a)

it-taqsima 1.8 hija sostitwita b’ dan li ġej:

1.8.   Sistemi ta’ trattament wara l-egżost (**): …

(**)  Jekk ma japplikax, immarka ‘mhux applikabbli’”"

(b)

it-tabella fit-taqsima 2.2 hija sostitwita b’dan li ġej:

 

“Magna Ġenitur (***)

Magni f’familja (****)

Tip ta’ Magna

 

 

 

 

 

Numru ta’ ċilindri

 

 

 

 

 

Veloċità stmata (min-1)

 

 

 

 

 

It-twassil tal-karburant għal kull stroke (mm3) għal magni diesel, fluss tal-karburant (g/h) għal magni petrol, b’saħħa nett stmata

 

 

 

 

 

Saħħa nett stmata (kW)

 

 

 

 

 

Veloċità massima tas-saħħa (min-1)

 

 

 

 

 

Is-saħħa massima net (kW)

 

 

 

 

 

Veloċità massima tat-torque (min-1)

 

 

 

 

 

It-twassil tal-karburant għal kull stroke(mm3) għal magni diesel, fluss tal-karburant (g/h) għal magni petrol, b’torque massimu

 

 

 

 

 

Torque massimu (Nm)

 

 

 

 

 

Veloċità baxxa mhux ingranata (min-1)

 

 

 

 

 

Ċaqliq fiċ-ċilindru (f’% tal-magna ġenitur)

100

 

 

 

 


(***)  Għad-dettalji kollha ara l-Appendiċi 1.

(****)  Għad-dettalji kollha ara l-Appendiċi 3.”


ANNESS III

L-Anness III għad-Direttiva 97/68/KE huwa emendat kif ġej:

(1)

it-taqsima 1.2 hija sostitwita b’dan li ġej:

“1.2.   Għażla tal-proċedura tat-test

It-test għandu jitwettaq bil-magna mtella’ fuq il-bank tat-test u mqabbda mad-dinamometru.

1.2.1.   Proċedura tat-test għal stadji I, II, IIA, IIIB u IV

It-test għandu jsir f’konformita mal-proċedura f’dan l-Anness jew, skont l-għażla tal-manifattur, għandha tiġi applikata l-proċedura tat-test kif speċifikata fl-Anness 4B tar-Regolament UNECE Nru 96.03 serje ta’ emendi.

Barra minn hekk, ir-rekwiżiti li ġejjin japplikaw:

(i)

rekwiżiti tad-durabilità kif stipulati fl-Appendiċi 5 ta’ dan l-Anness;

(ii)

id-dispożizzjonijiet tal-erja tal-kontroll tal-magna kif stabbiliti fit-taqsima 8.6 tal-Anness I (magni tal-stadju IV biss);

(iii)

Ir-rekwiżiti għar-rappurtar tas-CO2 kif inhuma stabbiliti fl-Appendiċi 6 ta’ dan l-Anness għal magni ttestjati skont il-proċedura f’dan l-Anness. F’każ ta’ magni ttestjati skont il-proċedura fl-Anness 4B tar-Regolament UNECE Nru 96.03 serje ta’ emendi, l-Appendiċi 7 ta’ dan l-Anness għandu japplika;

(iv)

il-karburant ta’ referenza fl-Anness V ta’ din id-Direttiva għandu jintuża għal magni ttestjati skont ir-rekwiżiti f’dan l-Anness. Il-karburant ta’ referenza fl-Anness V ta’ din id-Direttiva għandu jintuża għal magni ttestjati skont ir-rekwiżiti fl-Anness 4B tar-Regolament Nru 96.03 serje ta’ emendi.

1.2.1.1.

F’każ li l-manifattur jagħżel skont l-Anness I, it-taqsima 8.6.2 biex juża l-proċedura tat-rest speċifikata fl-Anness 4B tar-Regolament Nru 96.03 serje ta’ emendi għall-ittestjar tal-magni tal-istadji I, II, IIIA jew IIIB, għandhom jintużaw iċ-ċikli tat-test speċifikati fit-taqsima 3.7.1”

(2)

L-Appendiċi 5 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Appendiċi 5

Ħtiġijiet tad-durabilità

1.   VERIFIKA TAD-DURABILITÀ TAL-MAGNI FL-ISTADJU IIIA U L-ISTADJU IIIB CI

Dan l-Appendiċi għandu japplika għal magni CI fl-Istadju IIIA u IIIB biss.

1.1.   Il-manifatturi għandhom jiddeterminaw il-valur tal-Fattur tad-Deterjorazzjoni (DF) għal kull materjal tat-tniġġiż regolat għall-familji tal-magni fl-Istadju IIIA u IIIB kollha. Dawn id-DFs għandhom jintużaw għall-approvazzjoni tat-tip u ttestjar tal-linja tal-produzzjoni.

1.1.1.   Test sabiex jistabbilixxi DFs għandu jitwettaq kif ġej:

1.1.1.1.

Il-manifattur għandu jwettaq testijiet tad-durabilità sabiex jakkumula s-sigħat operattivi tal-magna skont skeda ta’ test li tkun magħżula fuq il-bażi ta’ ġudizzju ta’ inġinerija tajba li għandha tkun rappreżentattiva tal-operat ta’ magna fl-użu fir-rigward tal-karetterizzar tad-deterjorazzjoni fil-prestazzjoni tal-emissjoni. Il-perjodu tat-test tad-durabilità għandu b’mod tipiku jirrappreżenta l-ekwivalenza ta’ mill-anqas kwart tal-perjodu tad-durabilità tal-emissjoni (EDP).

Akkumulazzjoni tas-sigħat operattivi fl-użu jistgħu jinkisbu permezz tal-ħidm tal-magni fuq bank tat-test dinamometriku jew mill-ħidma tal-magna waqt l-użu attwali. Testijiet imħaffa tad-durabilità jistgħu jkunu applikati hekk li l-iskeda tal-akkumulazzjoni ras-servizz waqt l-użu titwettaq b’fattur ta’ tagħbija ogħla minn dik tipikament esperjenzata waqt l-użu. Il-fattur tal-aċċellerazzjoni li jirrigwardja n-numru ta’ sigħat tat-test tad-durabilità ta’ magna man-numru ekwivalenti tas-sigħat EDP għandhom ikunu determinati mill-manifattur tal-magna ibbażati fuq il-ġudizzju ta’ inġinerija tajba.

Matul il-perijodu tat-test tad-durabilità, l-ebda komponenti sensittivi għall-emissjoni m’għandhom ikunu mantenuti jew mibdula ma oħrajn apparti milli waqt il-manutenzjoni fl-iskeda rakkommandata mill-manifattur.

Il-magna, is-subsistemi, jew il-komponenti tat-test li għandhom ikunu użati biex jiddeterminaw l-emissjonijiet DFs tal-egżost għal familja ta’ magna, jew għal familji ta’ magna ta’ teknoloġija ta’ sistema ta’ kontroll ekwivalenti tal-emissjoni, għandhom jintgħażlu mill-manifattur tal-magna fuq il-bażi tal-ġudizzju ta’ inġinerija tajba. Il-kriterju huwa li l-magna tat-test għandha tirrappreżenta l-karatteristiċi tad-deterjorazzjoni tal-emissjoni tal-familji ta’ magna li jkunu applikabbli għall-valuri DF riżultanti għall-approvazzjoni taċ-ċertifikazzjoni. Magni bil-bore jew bi stroke differenti, konfigurazzjoni differenti, sistemi tal-amministrazzjoni tal-arja differenti, sistemi tal-karburant differenti, jistgħu jiġu kkunsidrati bħala ekwivalenti fir-rigward tal-karatteristiċi tad-deterjorazzjoni tal-emeissjonijiet jekk ikun hemm bażi teknika raġjonevoli għal tali determinazzjoni.

Il-valuri DF minn manifattur ieħor jistgħu ikunu applikati jekk ikun hemm bażi raġjonevoli għall-konsiderazzjoni ta’ teknoloġija ekwivalenti fir-rigward tad-deterjorazzjoni tal-emissjonijiet, u evidenza li t-testijiet ikunu twettqu skont il-ħtiġijiet speċifikati. It-testijiet tal-emissjonijiet għandhom jitwettqu skont il-proċeduri definiti f’din id-Direttiva għall-magna tat-test wara tħaddim inizjali imma qabel xi test dwar l-akkumulazzjoni tal-użu, u t-test tat-twettieq tad-durabilità. It-testijiet tal-emissjoni jistgħu jitwettqu wkoll f’intervalli matul l-akkumulazzjoni tal-perjodu tat-test waqt l-użu, u jkunu applikati fid-determinazzjoni tat-tendenza tad-deterjorazzjoni.

1.1.1.2.

It-testijiet tal-akkumulazzjoni ta’ waqt l-użu jew it-testijiet tal-emissjonijiet imwettqa għad-determinazzjoni tad-deterjorazzjoni ma jeħtieġx ikollhom ix-xhieda tal-awtorità tal-approvazzjoni.

1.1.1.3.

Determinazzjoni tal-valuri DF minn testijiet tad-durabilità

DF addittiv huwa definit bħala l-valur miksub bit-tnaqqis tad-determinazzjoni tal-valur tal-emissjoni fil-bidu tal-EDP, mid-determinazzjoni tal-valur tal-emissjonijiet sabiex jirrappreżenta l-prestazzjoni tal-emissjoni fit-tmiem tal-EDP.

DF multiplikattiv huwa definit bħala d-determinazzjoni tal-livell tal-emissjoni għat-tmiem tal-EDP diviż bil-valur tal-emissjoni kif irreġistrat fil-bidu tal-EDP.

Valuri DF separati għandhom ikunu stabbiliti għal kull wieħed mill-materjali ta’ tniġġiz koperti bil-leġislazzjoni. Fil-każ tal-istabbiliment ta’ valur DF relattiv għall-istandard tal-NOx + HC, għal DF addittiv, dan huwa determinat fuq il-bażi tas-somma tal-inkwinant minkejja li deterjorazzjoni negattiva għal inkwinant wieħed ma tistax tagħmel tajjeb għad-deterjorazzjoni mill-ieħor. Għal NOx + HC DF multiplikattiv, HC u NOx DF separati għandhom ikunu determinati u applikati b’mod separat meta jkunu kalkulati l-livelli tal-emissjonijiet deterjorati mir-riżultat tat-test tal-emissjonijiet qabel ma jitħallat ir-riżultat tal-valuri NOx u HC deterjorat sabiex jistabbilixxi konformità mall-istandard.

F’każijiet meta l-ittestjar ma jkunx imwettaq għall-valuri tal-emissjoni EDP sħiħa fit-tmiem tal-EDP huwa determinat bl-estrapolazzjoni tat-tendenza tad-deterjorazzjoni tal-emissjoni stabbilit għall-perjodu tat-test, lejn l-EDP sħiħ.

Meta r-riżultati tat-test tal-emissjonijiet ikunu ġew irreġistrati perjodikament matul l-akkumulazzjoni tal-użu tal-ittestjar tad-durabilità, tekniki standard għall-ipproċessar tal-istatistika bbażati fuq il-prattika tajba għandhom jiġu applikati għad-determinazzjoni tal-livelli tal-emissjonijiet fit-tmiem tal-EDP; testjar statistikali ta’ sinifikat jista jkun applikat fid-determinazzjoni tal-valuri finali tal-emissjonijiet.

Jekk il-kalkolu jirrizulta f’valur ta’ anqas minn 1,00 għal DF multiplikattiv, jew anqas minn 0,00 għal addittiv DF, allura d-DF għandu jkun 1,0 jew 0,00, rispettivament.

1.1.1.4.

Manifattur jista’, bl-approvazzjoni tal-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip, juża valuri DF stabbiliti mir-riżultati tat-testijiet tad-durabilità mwettqa sabiex jakkwista valuri DF għaċ-ċertifikazzjoni tal-magni on-road HD CI. Dan għandu jkun permess jekk ikun hemm ekwivalenza teknoloġika bejn it-test tal-magna fit-triq u l-familji tal-magni mhux-tat-triq li japplikaw il-valuri DF għaċ-ċertifikazzjoni. Il-valuri DF li ġejjin minn riżultati tat-test tad-durabilità tal-emissjonijiet tal-magna tat-triq, għandhom ikunu kalkolati fuq il-bażi tal-valuri EDP definiti fit-taqsima 3.

1.1.1.5.

Fil-każ meta familja ta’ magna tuża teknoloġija stabbilita, analiżi bażata fuq il-prattika ta’ inġinerija tajba tista’ tkun użata minflok it-testijiet għad-determinazzjoni tal-fattur tad-deterjorazzjoni għal dik il-familja ta’ magna suġġetta għall-approvazzjoni tal-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip.

1.2.   Informazzjoni DF fl-applikazzjoni tal-approvazzjoni

1.2.1.   DFs addittivi għandhom ikunu speċifikati għal kull materjal tat-tniġġiż fl-applikazzjoni tal-approvazzjoni ta’ familja ta’ magna għal magni CI li ma jużawx apparat ta’ wara t-trattament.

1.2.2.   DFs multiplikattivi għandhom ikunu speċifikati għal kull materjal tat-tniġġiż fl-applikazzjoni taċ-ċertifikazzjoni ta’ familja ta’ magna għal magni CI li ma jużawx apparat ta’ wara t-trattament.

1.2.3.   Il-manifattur għandu, fuq talba, jforni lill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip bl-informazzjoni bħala sostenn għall-valuri DF. Dan għandu tipikament jinkludi r-riżultati tat-test tal-emissjoni, skeda tal-akkumulazzjoni tal-użu, proċeduri ta’ manutenzjoni, flimkien mal-informazzjoni għas-sostenn tal-ġudizzji tal-inġinerija ta’ ekwivalenza teknoloġika, jekk applikabbli.

2.   VERIFIKA TAD-DURABILITÀ TA’ MAGNI CI FL-ISTADJU IV

2.1.   Ġenerali

2.1.1.   Din it-taqsima għandha tapplika għal magni CI tal-Istadju IV. Fuq talba tal-manifattur jista’ jiġi applikat ukoll għal magni CI tal-istadju IIIA u IIIB bħala alternattiv għar-rekwiżiti fit-taqsima 1 ta’ dan l-Appendiċi.

2.1.2.   Din it-taqsima 2 tagħti dettalji dwar il-proċeduri għall-għażla tal-magni li għandhom jiġu ttestjati skont skeda ta’ akkumulazzjoni tas-servizz għall-iskopijiet li jiddeterminaw fatturi ta’ deterjorazzjoni għal magni tal-Istadju IV tal-approvazzjoni tat-tip u l-konformità tal-valutazzjonijiet tal-produzzjoni. Il-fatturi ta’ deterjorazzjoni għandhom jiġu applikati skont il-paragrafu 2.4.7 għall-emissjonijiet mkejla skont l-Anness III ta’ din id-Direttiva.

2.1.3.   It-testijiet tal-akkumulazzjoni ta’ waqt l-użu jew it-testijiet tal-emissjonijiet imwettqa għad-determinazzjoni tad-deterjorazzjoni m’għandhomx ikollhom ix-xhieda tal-awtorità tal-approvazzjoni.

2.1.4.   Din it-taqsima 2 tiddeskrivi wkoll il-manutenzjoni relatata u dik mhux relatata mal-emissjoni li għandha jew li tista’ titwettaq fuq magni li qed issirilhom skeda ta’ akkumulazzjoni tas-servizz. Manutenzjoni ta’ dan it-tip għandha tkun konformi mal-manutenzjoni mwettqa fuq magni fis-servizz u għandha tiġi komunikata lis-sidien ta’ magni ġodda.

2.1.5.   Fuq talba tal-manifattur, l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip tista’ tippermetti l-użu ta’ fatturi ta’ deterjorazzjoni li ġew stabbiliti bl-użu ta’ proċeduri alternattivi għal dawk speċifikati fit-taqsimiet 2.4.1 sa 2.4.5 F’dan il-każ, il-manifattur għandu juri għas-sodisfazzjoni tal-awtorità tal-approvazzjoni li l-proċeduri alternattivi li ntużaw mhumiex anqas strettu minn dawk li jinsabu fit-taqsimiet 2.4.1 sa 2.4.5.

2.2.   Definizzjonijiet

Applikabbli għat-taqsima 2 tal-Appendiċi 5.

2.2.1.   ‘Ċiklu ta’ tiqdim’ tfisser it-tħaddim tal-makkinarju jew tal-magna (veloċità, tagħbija, saħħa) li għandu jiġi eżegwit matul il-perjodu ta’ akkumulazzjoni tas-servizz;

2.2.2.   ‘Komponenti relatati mal-emissjonijiet kritiċi’ tfisser il-komponenti li huma maħsuba primarjament għall-kontroll ta’ emissjonijiet, jiġifieri, kwalunkwe sistema ta’ trattament ta’ wara tal-egżost, ‘ECU’ u s-sensers u l-azzjonaturi assoċjati magħha, u s-sistema tal-EGR inklużi l-filtri, it-tagħmir għat-tkessiħ, il-valvoli ta’ kontroll u t-tubatura kollha relatati;

2.2.3.   ‘Manutenzjoni relatata mal-emissjonijiet kritiċi’ tfisser il-manutenzjoni li għandha titwettaq fuq komponenti relatati mal-emissjonijiet kritiċi;

2.2.4.   ‘manutenzjoni relatata mal-emissjonijiet’ tfisser il-manutenzjoni li taffettwa b’mod sostanzjali l-emissjonijiet jew li x’aktarx taffettwa d-deterjorament tal-emissjonijiet tal-vettura jew tal-magna waqt tħaddim normali;

2.2.5.   ‘Familja tas-sistema ta’ trattament ta’ wara tal-magna’ tfisser l-iggruppjar tal-manifattur tal-magni li jikkonformaw mad-definizzjoni ta’ familja ta’ magni, iżda li jkomplu jiġu raggruppati f’familja ta’ familji ta’ magni li jużaw sistema simili ta’ trattament ta’ wara tal-egżost;

2.2.6.   ‘Manutenzjoni mhux relatata mal-emissjonijiet’ tfisser manutenzjoni li ma taffetwax l-emissjonijiet b’mod sostanzjali u li ma għandhiex effett dejjiemi fuq id-deterjorament tal-prestazzjoni tal-emissjonijiet tal-makkinarju jew tal-magna waqt it-tħaddim normali wara li tkun twettqet il-manutenzjoni;

2.2.7.   ‘Skeda ta’ akkumulazzjoni tas-servizz’ tfisser iċ-ċiklu ta’ tiqdim u l-perjodu ta’ akkumulazzjoni tas-servizz għad-determinazzjoni tal-fatturi ta’ deterjorament għall-familja tas-sistema ta’ trattament ta’ wara tal-magna;

2.3.   Għażla ta’ magni biex jiġu stabbiliti fatturi ta’ deterjorazzjoni tal-perjodu ta’ durabilità tal-emissjoni

2.3.1.   Il-magni għandhom jintagħżlu mill-magni tal-familja definita fit-taqsima 6 tal-Anness I ta’ din id-Direttiva għall-ittestjar tal-emissjoni biex jiġu stabbiliti fatturi ta’ deterjorazzjoni tal-perjodu ta’ durabilità tal-emissjoni.

2.3.2.   Magni minn familji differenti ta’ magni jistgħu wkoll jiġu magħquda flimkien f’familji skont it-tip ta’ sistema ta’ trattament ta’ wara l-egżost li tintuża. Sabiex magni b’għadd ta’ ċilindri b’konfigurazzjonijiet differenti, iżda li għandhom l-istess speċifikazzjonijiet tekniċi u l-istess installazzjoni għas-sistemi tat-trattament ta’ wara tal-egżost jiġu fl-istess familja tas-sistema ta’ trattament ta’ wara tal-magna, il-manifattur għandu jipprovdi dejta lill-awtorità tal-approvazzjoni li turi li l-prestazzjoni tat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ sistemi ta’ magni ta’ dak it-tip hija simili.

2.3.3.   Magna waħda li tirrappreżenta l-familja tas-sistema ta’ trattament ta’ wara tal-magna kif determinat skont il-paragrafu 2.3.2, għandha tintgħażel mill-manifattur tal-magna għall-ittestjar tul l-iskeda ta’ akkumulazzjoni tas-servizz definita fil-paragrafu 2.4.2, u għandha tiġi rrappurtata lill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip qabel jinbdew it-testijiet.

2.3.3.1.   Jekk l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip tiddeċiedi li l-agħar każ ta’ emissjoni tal-familja ta’ sistema ta’ trattament ta’ wara tal-magni jista’ jiġi kkaratterizzat aħjar b’magna oħra, il-magna tat-test mbagħad tingħażel mill-awtorita’ tal-approvazzjoni tat-tip flimkien mal-manifattur tal-magna.

2.4.   Jiġu stabbilit fatturi ta’ deterjorazzjoni tal-perjodu ta’ durabilità tal-emissjoni.

2.4.1.   Ġenerali

Fatturi ta’ deterjorament applikabbli għal familja tas-sistema ta’ trattament ta’ wara tal-magni huma żviluppati mill-magni magħżula skont skeda ta’ akkumulazzjoni tas-servizz li tinkludi testijiet perjodiċi għal emissjonijiet partikulati u gassużi tul it-testijiet NRSC u NRTC.

2.4.2.   Skeda ta’ akkumulazzjoni tas-servizz

Skedi ta’ akkumulazzjoni tas-servizz jistgħu jitwettqu skont l-għażla tal-fabbrikant billi vettura mgħammra bil-magna magħżula titħaddem fuq skeda ta’ akkumulazzjoni ta’ waqt is-servizz, jew billi l-magna magħżula titħaddem fuq skeda ta’ akkumulazzjoni tad-dinamometru.

2.4.2.1.   Akkumulazzjoni fis-servizz u akkumulazzjoni tas-servizz tad-dinamometru

2.4.2.1.1.

Il-manifattur għandu jiddetermina l-forma u d-durabilità tal-akkumulazzjoni tas-servizz u ċ-ċiklu ta’ tiqdim għall-magni, b’mod konsistenti mal-prattika tajba tal-inġinerija.

2.4.2.1.2.

Il-manifattur għandu jiddetermina l-punti tat-test fejn ikunu se jitkejlu emissjonijiet gassużi u partikulati tul it-testijiet NRTC u NRSC sħan. In-numru minimu ta’ punti għall-ittestjar għandu jkun tlieta, wieħed fil-bidu, wieħed viċin in-nofs u ieħor fl-aħħar tal-iskeda ta’ akkumulazzjoni tas-servizz.

2.4.2.1.3.

Il-valuri tal-emissjoni fil-bidu u fit-miem tal-perjodu ta’ durabilità tal-emissjoni kkalkulati f’konformità mal-paragrafu 2.4.5.2 għandhom ikunu fil-limitu tal-valuri applikabbli għall-familja tal-magna, iżda riżultati individwali tal-emissjoni mill-punti tat-test jistgħu jaqbżu dawk il-valuri limiti.

2.4.2.1.4.

Fuq talba tal-manifattur, u bi qbil mal-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip, jeħtieġ li jsir ċiklu ta’ ttestjar wieħed biss (jew dak NRTC imsaħħan jew dak taċ-ċiklu NRSC) f’kull punt tal-ittestjar, u ċ-ċiklu l-ieħor tat-test isir biss fil-bidu u fit-tmiem tal-iskeda ta’ akkumulazzjoni tas-servizz.

2.4.2.1.5.

F’każ ta’ magni b’veloċità kostanti, magni b’inqas minn 19 kW, magni b’aktar minn 560 kW, magni maħsuba biex jintużaw f’dgħajjes ta’ fuq il-kanali interni u magni għall-propulsjoni ta’ vaguni tal-ferrovija u lokomottivi, iċ-ċiklu NRSC biss għandu jsir f’kull punt tat-test.

2.4.2.1.6.

Skedi ta’ akkumulazzjoni tas-servizz jistgħu jkunu differenti għal familji differenti ta’ sistemi ta’ trattament ta’ wara tal-magni.

2.4.2.1.7.

Skedi ta’ akkumulazzjoni tas-servizz jistgħu jkunu iqsar mill-perjodu ta’ durabilità tal-emissjoni, iżda ma għandhomx ikunu iqsar mill-ekwivalenti ta’ minn tal-inqas kwart tal-perjodu ta’ durabilità tal-emissjoni rilevanti speċifikata fit-taqsima 3 ta’ dan l-Appendiċi.

2.4.2.1.8.

Tiqdim aċċellerat huwa permess permezz tal-aġġustament tal-iskeda ta’ akkumulazzjoni tas-servizz fuq bażi ta’ konsum tal-karburant. L-aġġustament għandu jkun ibbażat fuq il-proporzjon bejn il-konsum tipiku tal-karburant waqt l-użu u l-konsum tal-karburant fuq il-ċiklu ta’ tiqdim, iżda l-konsum tal-karburant waqt iċ-ċiklu ta’ tiqdim ma għandux jaqbeż il-konsum tipiku tal-karburant waqt l-użu b’aktar minn 30 %.

2.4.2.1.9.

Fuq talba tal-manifattur, u bi qbil mal-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip, metodi alternattivi ta’ tiqdum aċċellera jistgħu jkunu permessi.

2.4.2.1.10.

L-iskeda tal-akkumulazzjoni tas-servizz għandha tiġi deskritta kompletament fl-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip u mgħarrfa lill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip qabel jibda kwalunkwe ttestjar.

2.4.2.2.   Jekk l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip tiddeċiedi li jkun hemm bżonn ta’ kejl addizzjonali bejn il-punti magħżula mill-manifattur, hija għandha tinnotifika lill-manifattur. L-iskeda ta’ akkumulazzjoni tas-servizz riveduta għandha tiġi ppreparata mill-manifattur u jkun intlaħaq qbil dwarha mill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip.

2.4.3.   Ittestjar tal-magna

2.4.3.1.   Stabilizzazzjoni tas-sistemi tal-magna

2.4.3.1.1.

Għal kull familja tas-sistema ta’ trattament tal-magna, il-fabbrikant għandu jiddetermina n-numru ta’ sigħat tat-tħaddim tal-makkinarju jew tal-magna li warajhom jiġi stabbilizzat it-tħaddim tas-sistema ta’ trattament ta’ wara tal-magna. Jekk mitlub mill-awtorità tal-approvazzjoni, il-manifattur għandu jagħmel disponibbli d-dejta u l-analiżi li tkun intużat biex issir din id-determinazzjoni. Bħala alternattiva, il-manifattur jista’ jagħżel li jħaddem il-magna jew il-makkinarju għal bejn 60 u 125 siegħa jew il-ħin ekwivalenti fuq iċ-ċiklu ta’ tiqdim biex jistabbilizza s-sistema tat-trattament ta’ wara tal-magna.

2.4.3.1.2.

It-tmiem tal-perjodu ta’ stabilizzazzjoni stipulat fit-taqsima 2.4.3.1.1 għandu jitqies bħala l-bidu tal-iskeda ta’ akkumulazzjoni tas-servizz.

2.4.3.2.   Ittestjar tal-akkumulazzjoni tas-servizz

2.4.3.2.1.

Wara l-istabilizzazzjoni, il-magna għandha taħdem fl-iskeda ta’ akkumulazzjoni tas-servizz magħżula mill-manifattur, kif deskritt fit-taqsima 2.3.2. Fl-intervalli perjodiċi fl-iskeda tal-akkumulazzjoni tas-servizz, determinat mill-manifattur, u, fejn xieraq, stipulat ukoll mill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip, skont it-taqsima 2.4.2.2, il-magna għandha tiġi ttestjata għal emissjonijiet gassużi u partikulati tul iċ-ċikli NRTC u NRSC sħan.

Il-manifattur jista’ jagħżel li jkejjel l-emissjonijiet tal-inkwinant qabel kwalunkwe sistema ta’ trattament ta’ wara l-egżost separatament mill-emissjonijiet tal-inkwinant wara sistema ta’ trattament ta’ wara l-egżost.

Skont it-taqsima 2.4.2.1.4, jekk ikun ġie

F’konformità mat-taqsima 2.4.2.1.5, fil-każ ta’ miftiehem li għandu jsir ċiklu ta’ ttestjar wieħed biss (NRTC jew NRSC sħun) f’kull punt ta’ ttestjar, iċ-ċiklu l-ieħor ta’ ttestjar (NRTC jew NRSC sħun) għandu jsir biss fil-bidu u t-tmiem tal-iskeda ta’ akkumulazzjoni tas-servizz.magni b’veloċita kostanti, magni b’inqas minn 19 kW, magni b’aktar minn 560 kW, magni maħsuba biex jintużaw f’dgħajjes ta’ fuq il-kanali interni u magni għall-propulsjoni ta’ vaguni tal-ferrovija u lokomottivi, iċ-ċiklu NRSC għandu jsir f’kull punt tal-ittestjar.

2.4.3.2.2.

Matul l-iskeda tal-akkumulazzjoni tas-servizz, għandha ssir manutenzjoni fuq il-magna skont it-taqsima 2.5.

2.4.3.2.3.

Matul l-iskeda tal-akkumulazzjoni tas-servizz, tista’ titwettaq manutenzjoni mhux skedata fuq il-magna jew il-makkinarju, pereżempju jekk is-sistema djanjostika normali tal-manifattur tkun sabet problema li tkun indikat lill-operatur tal-makkinarju li hemm ħsara.

2.4.4.   Rappurtar

2.4.4.1.   Ir-riżultati tat-testijiet kollha ta’ emissjoni (NRTC u NRSC sħan) li jsiru waqt l-iskeda ta’ akkumulazzjoni tas-servizz għandhom ikunu disponibbli għall-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip. Jekk test tal-emissjonijiet jiġi ddikjarat null, il-manifattur għandu jipprovdi spjegazzjoni għaliex it-test ikun ġie ddikjarat null. F’każ bħal dan, għandha titwettaq serje oħra ta’ testijiet tal-emissjonijiet fil-100 siegħa ta’ akkumulazzjoni tas-servizz li jsegwu.

2.4.4.2.   Il-manifattur għandu jżomm rekords tal-informazzjoni kollha dwar it-testijiet u l-manutenzjoni relatati mal-emissjonijiet imwettqa fuq il-magna matul l-iskeda ta’ akkumulazzjoni tas-servizz. Din l-informazzjoni għandha tiġi ppreżentata lill-awtorità tal-approvazzjoni flimkien mar-riżultati tat-testijiet tal-emissjonijiet imwettqa matul l-iskeda ta’ akkumulazzjoni tas-servizz.

2.4.5.   Determinazzjoni tal-fatturi ta’ deterjorament

2.4.5.1.   Għal kull inwkinant imkejjel fuq iċ-ċikli NRTC u NRSC sħan f’kull punt tat-test waqt l-iskeda tal-akkumulazzjoni tas-servizz, trid issir analiżi ta’ rigressjoni lineari tal-“aħjar riżultat” fuq il-bażi tar-riżultati kollha tat-test. Ir-riżulati ta’ kull test għal kull inkwinant għandhom jiġu espressi sal-istess numru ta’ punti deċimali bħall-valur ta’ limitu għal dan l-inkwinant, kif inhu applikabbli għall-familja tal-magni, flimkien ma punt deċimali ieħor.

F’konformità mat-taqsima 2.4.2.1.4 jew it-taqsima 2.4.2.1.5, jekk ikun sar ċiklu wieħed biss tat-test (NRTC jew NRSC sħan) f’kull punt tat-test, l-analiżi ta’ rigressjoni għandha ssir fuq il-bażi tar-riżultati tat-test miċ-ċiklu tat-test li jkun sar f’kull punt tat-test.

Fuq talba tal-manifattur, u bl-approvazzjoni minn qabel tal-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip, mhux permess li ssir rigressjoni mhux lineari.

2.4.5.2.   Il-valuri tal-emissjonijiet għal kull inkwinant fil-bidu tal-iskeda ta’ akkumulazzjoni tas-servizz u fil-punt tat-tmiem tal-perjodu ta’ durabilità tal-emissjoni li huma applikabbli għall-magna li tkun qed tiġi ttestjata għandhom jiġu kkalkulati mill-ekwazzjoni ta’ rigressjoni. Jekk l-iskeda ta’ akkumulazzjoni tas-servizz hija iqsar mill-perjodu ta’ durabilità tal-emissjoni, il-valuri tal-emissjonijiet fil-punt tat-tmiem tal-perjodu ta’ durabilità tal-emissjoni għandhom jiġu determinati permezz ta’ estrapolazzjoni tal-ekwazzjoni ta’ rigressjoni, kif stipulat fit-taqsima 2.4.5.1.

Fil-każ li l-valuri tal-emissjonijiet jintużaw għal familji tal-magni fl-istess familja ta’ trattament ta’ wara tal-magna iżda b’perjodi differenti ta’ durabilità tal-emissjoni, imbagħad il-valuri tal-emissjonijiet fi tmiem il-perjodu ta’ durabilità għandhom jiġu kkalkulati mill-ġdid għal kull perjodu ta’ durabilità permezz ta’ estrapolazzjoni jew interpolazzjoni tal-ekwazzjoni ta’ rigressjoni kif stabbilita fit-taqsima 2.4.5.1.

2.4.5.3.   Il-fattur ta’ deterjorament (DF) għal kull inkwinant huwa definit bħala l-proporzjon tal-valuri tal-emissjonijiet applikati fil-punt tat-tmiem tal-perjodu ta’ durabilità u fil-bidu tal-iskeda ta’ akkumulazzjoni tas-servizz (fattur ta’ deterjoramenti multiplikattiv).

Fuq talba tal-manifattur u bl-approvazzjoni minn qabel tal-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip, jista’ jiġi applikat DF ta’ addizzjoni għal kull inkwinant. Id-DF ta’ addizzjoni għandu jitqies bħala d-differenza bejn il-valuri tal-emissjonijiet ikkalkulati fil-punt tat-tmiem tal-perjodu ta’ durabilità u fil-bidu tal-iskeda ta’ akkumulazzjoni tas-servizz.

Eżempju għad-DFs permezz tal-użu ta’ rigressjoni lineari qed jintwera fid-Dijagramma 1 għall-emissjoni NOx.

Ma għandux ikun permess it-taħlit ta’ DFs multiplikattivi u ta’ addizzjoni f’sett wieħed ta’ inkwinanti.

Jekk il-kalkolu jirriżulta f’valur ta’ inqas minn 1,00 għal DF multiplikattiv, jew inqas minn 0,00 għal DF ta’ addizzjoni, il-fattur ta’ deterjorament għandu jkun ta’ 1,0 jew 0,00 rispettivament.

Skont it-taqsima 2.4.2.1.4, jekk ikun ġie miftiehem li għandu jsir ċiklu wieħed biss ta’ ttestjar (NRTC jew NRSC sħun) f’kull punt tat-test, u li ċ-ċiklu l-ieħor ta’ ttestjar (NRTC jew NRSC sħun) isir biss fil-bidu u t-tmiem tal-iskeda ta’ akkumulazzjoni tas-servizz, il-fattur ta’ deterjorament ikkalkulat għaċ-ċiklu tal-ittestjar li jkun sar f’kull punt tal-ittestjar għandu jkun applikabbli wkoll għaċ-ċiklu tal-ittestjar l-ieħor.

Figura 1

Eżempju ta’ determinant tad-DF

Image

2.4.6.   Fatturi ta’ deterjorament assenjati

2.4.6.1.   Bħala alternattiva għall-użu ta’ skeda ta’ akkumulazzjoni tas-servizz biex jiġu determinati d-DFs, il-manifatturi tal-magni jistgħu jagħżlu li jużaw id-DFs multiplikattivi li ġejjin:

Iċ-ċiklu tat-test

CO

HC

NOx

PM

NRTC

1,3

1,3

1,15

1,05

NRSC

1,3

1,3

1,15

1,05

DFs ta’ addizzjoni assenjati ma jingħatawx. Mhuwiex permess li DFs multiplikattivi assenjati jiġu trasformati f’DFs addittivi

Meta jintużaw DFs assenjati, il-manifattur għandu jippreżenta lill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip evidenza robusta li l-komponenti ta’ kontroll tal-emissjoni jistgħu jkunu mistennija li jkollhom durabilità tal-emissjoni b’mod raġonevoli, marbuta ma’ dawk il-fatturi assenjati. Din l-evidenza tista’ tkun ibbażata fuq analiżi mfassla, jew testijiet, jew taħlita tat-tnejn;

2.4.7.   Applikazzjoni ta’ fatturi ta’ deterjorazzjoni

2.4.7.1.   Il-magni għandhom jissodifaw il-limiti rispettivi tal-emissjonijiet għal kull inkwinant, kif applikabbli għall-familja tal-magna, wara l-applikazzjoni tal-fatturi ta’ deterjorazzjoni għar-riżultat tat-test kif imkejjel f’konformità mal-Anness III (ċiklu peżat emissjoni speċifika għal partikulat u kull gass individwali). Id-dispożizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw skont it-tip ta’ DF:

Multiplikattiv: ċiklu peżat emissjoni speċifika għal partikulat u kull gass individwali).

Addittiv (ċiklu peżat emissjoni speċifika għal partikulat u kull gass individwali. + DF ≤ limitu tal-emissjoni

Jekk il-manifattur, abbażi tal-għażla indikata fit-taqsima 1.2.1 ta’ dan l-Anness, jagħżel li juża l-proċedura tal-Anness 4B tar-Regolament Nru 96.03 serje ta’ emendi, ċiklu peżat emissjoni speċifika jista’ jinkludi l-aġġustament għal riġenerazzjoni mhux frekwenti, meta jkun applikabbli.

2.4.7.2.   Għal NOx + HC DF, multiplikattiv, HC u NOx DFs separati għandhom ikunu determinati u applikati b’mod separat meta jkunu kalkolati l-livelli tal-emissjonijiet deterjorati mir-riżultat tat-test tal-emissjonijiet qabel ma jkun tħallat ir-riżultat tal-valuri NOx u HC deterjorati sabiex jistabbilixxi konformità mal-limiti tal-emissjoni.

2.4.7.3.   Il-manifattur jista’ jagħżel li jagħmel użu mid-DFs stabbiliti għal familja ta’ sistemi ta’ trattament ta’ wara tal-magni għal sistema ta’ magni li mhijiex kategorizzata fl-istess familja ta’ sistemi ta’ trattament ta’ wara tal-magni. F’każijiet bħal dawn, il-manifattur għandu juri lill-awtorità tal-approvazzjoni li s-sistema tal-magna li għaliha l-familja tas-sistema ta’ trattament ta’ wara kienet ġiet oriġinarjament ttestjata u s-sistema tal-magna li għaliha qed jintużaw id-DFs għandhom l-istess speċifikazzjonijiet tekniċi u rekwiżiti ta’ installazzjoni fuq il-vettura, u li l-emissjonijiet tal-magna jew tas-sistema tal-magna huma simili.

Fil-każ ta’ DFs li jsiru għal sistema ta’ magna b’perjodu differenti tad-durabilita tal-emissjoni, id-DFs għandhom ikunu kkalkulati mill-ġdid għal perjodu ta’ durabilità tal-emissjoni minn estrapolazzjoni jew interpolazzjoni tal-ekwazzjoni ta’ rigressjoni kif determinat fit-taqsima 2.4.5.1.

2.4.7.4.   Id-DF għal kull inkwinant għal kull ċiklu tat-test applikabbli għandu jiġi rrekordjat fis-sett tad-dokument tar-riżultat tat-test stipulat fl-Appendiċi 1 tal-Anness VII.

2.4.8.   Verifikar tal-konformità tal-produzzjoni

2.4.8.1.   Il-konformità tal-produzzjoni għall-konformità tal-emissjonijiet hija ċċekkjata fuq il-bażi tat-taqsima 5 ta’ dan l-Anness.

2.4.8.2.   Il-manifattur jista’ jagħżel li jkejjel l-emissjonijiet tal-inkwinanti qabel ma jaslu fis-sistema ta’ trattament ta’ wara tal-egżost fl-istess waqt li tkun qed issir il-prestazzjoni tat-test tal-approvazzjoni tat-tip. Meta jagħmel hekk, il-manifattur jista’ jiżviluppa DFs informali separatament għall-magna u għas-sistema ta’ trattament ta’ wara li tista’ tintuża mill-fabbrikant bħala għajnuna sa tmiem il-verifika tal-linja ta’ produzzjoni.

2.4.8.3.   Għall-iskopijiet tal-approvazzjoni tat-tip, id-DFs dteterminati skont il-paragrafu 2.4.5 jew 2.4.6 biss għandhom jitniżlu fid-dokument tar-riżultat tat-test stabbilit fl-Appendiċi 1 tal-Anness VII.

2.5.   Manutenzjoni

Għall-iskop tal-iskeda ta’ akkumulazzjoni tas-servizz, il-manutenzjoni għandha ssir skont il-manwal tal-manifattur għas-servizz u l-manutenzjoni.

2.5.1.   Manutenzjoni skedata relatata mal-emissjonijiet

2.5.1.1.   Il-manutenzjoni skedata relatata mal-emissjonijiet waqt it-tħaddim tal-magna,għall-finijiet tat-twettiq ta’ skeda ta’ akkumulazzjoni tas-servizz għandha sseħħ fl-istess intervalli ekwivalenti għal dawk speċifikati fl-istruzzjonijiet tal-manifattur għall-manutenzjoni mogħtija lil sid il-makkinarju jew lil sid il-magna. Din l-iskeda ta’ manutenzjoni tista’ tiġi aġġornata kif meħtieġ matul l-iskeda ta’ akkumulazzjoni tas-servizz bil-kundizzjoni li ma tiġi mħassra l-ebda operazzjoni mill-iskeda ta’ manutenzjoni wara li tkun ġiet imwettqa l-operazzjoni fuq il-magna għall-ittestjar.

2.5.1.2.   Il-manifattur tal-magna għandu jispeċifika l-aġġustament għall-iskeda ta’ akkumulazzjoni tas-servizz, it-tindif u l-manutenzjoni (fejn meħtieġ) u l-iskambju skedat tal-oġġetti li ġejjin:

filtri u kontenitur għat-tkessiħ fis-sistema taċ-ċirkolazzjoni mill-ġdid tal-gass tal-egżost,

il-valvola ta’ ventilazzjoni pożittiva tal-crankcase, jekk applikabbli,

il-punti tal-injettatur tal-karburant (tindif biss huwa permess),

injettaturi tal-karburant,

turbocharger,

l-unità elettronika għall-kontroll tal-magna u s-sensers u t-tagħmir li jazzjona (actuators) assoċjati magħhom,

sistema ta’ filtru tal-partikuli wara t-trattament (inklużi l-komponenti relatati),

sistema ta’ wara t-trattament tal-NOx (inklużi l-komponenti relatati),

sistema ta’ ċirkolazzjoni mill-ġdid ta’ gass tal-egżost, inklużi valvi u tubi kollha relatati mal-kontroll,

kull sistema oħra ta’ trattament ta’ wara tal-egżost.

2.5.1.3.   Manutenzjoni kritika skedata marbuta mal-emissjonijiet għandha titwettaq biss jekk hi maħsuba li twettaq waqt l-użu u r-rekwiżit biex titwettaq din il-manutenzjoni għandu jiġi komunikar lil sid il-makkinarju.

2.5.2.   Tibdil fil-manutenzjoni skedata

2.5.2.1.   Il-manifattur għandu jippreżenta talba lill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għall-approvazzjoni ta’ kwalunkwe manutenzjoni skedata ġdida li jixtieq iwettaq matul l-iskeda ta’ akkumulazzjoni tas-servizz u li jkun biħsiebu sussegwentament jirrakkomanda lil sidien ta’ makkinarji jew magni. It-talba għandha tkun akkumpanjata minn dejta li turi l-ħtieġa għall-manutenzjoni skedata l-ġdida u għall-intervall ta’ manutenzjoni.

2.5.3.   Manutenzjoni skedata mhux relatata mal-emissjonijiet

2.5.3.1.   Manutenzjoni skedata mhux relatata ma’ emissjoni li hija raġonevoli u teknikament meħtieġa (pereżempju bdil ta’ żejt, bdil ta’ filtru taż-żejt, bdil ta’ filtru tal-karburant, bdil ta’ filtru tal-arja, manutenzjoni ta’ sistema ta’ tkessiħ, aġġustament tal-veloċità mhux ingranata, it-tagħmir li jikkontrolla (governor), torque tal-bolt tal-magna, il-lash tal-valvola, il-lash tal-injettur, l-aġġustament tat-tensjoni ta’ kwalunkwe ċinturin tas-sewqan, eċċ.) tista’ ssir fuq magni jew makkinarji magħżula għall-iskeda ta’ akkumulazzjoni tas-servizz fl-inqas intervalli frekwenti rrakkomandati mill-manifattur lis-sid (eż. mhux fl-intervalli rrakkomandati għal servizz serju).

2.5.4.   Tiswija

2.5.4.1.   Tiswijiet tal-komponenti ta’ sistema tal-magna magħżula għall-ittestjar fuq skeda ta’ akkumulazzjoni tas-servizz għandha titwettaq biss bħala riżultat ta’ ħsara tal-komponent jew malfunzjoni tas-sistema tal-magna. Tiswija tal-magna nnifisha, is-sistema ta’ kontroll tal-emissjoni jew is-sistema tal-karburant mhijiex permessa ħlief sa fejn hu definit fil-paragrafu 2.5.4.2.

2.5.4.2.   Jekk il-magna nnifisha, is-sistema ta’ kontroll tal-emissjoni jew is-sistema tal-karburant tfalli matul l-iskeda tal-akkumulazzjoni tas-servizz, l-akkumulazzjoni tas-servizz għandha titqies nulla, u għandha tinbeda akkumulazzjoni ġdida tas-servizz b’sistema tal-magna ġdida, sakemm il-komponenti li mhux jaħdmu huma sostitwiti b’komponenti ekwivalenti li kienu soġġett għal numru simili ta’ sigħat ta’ akkumulazzjoni tas-servizz.

3.   PERJODI TAD-DURABILITÀ TA’ EMISSJONI GĦALL-MAGNI TAL-ISTADJU IIIA, IIIB U IV

3.1.   Manifatturi għandhom jutizzaw il-perjodu ta’ durabilità tal-emissjoni fit-Tabella 1 ta’ din it-taqsima.

Tabella 1

Perjodu ta’ durabilità tal-emissjoni għal Magni CI tal-Istadju IIIA, IIIB u IV (sigħat)

Kategorija (medda tas-saħħa)

Perjodu ta’ durabilità tal-emissjoni (sigħat)

≤ 37 kW

(magni b’veloċità kostanti)

3 000

≤ 37 kW

(magni b’veloċità varjabbli)

5 000

> 37 kW

8 000

Magni għall-propulzjoni tad-dgħajjes ta’ fuq il-kanali interni

10 000

Magni tal-vagun tal-ferrovija u Lokomottivi

10 000 ”

(3)

jiżdiedu l-Appendiċijiet 6 u 7 kif gej:

Appendiċi 6

Determinazzjoni tal-emissjonijiet CO2 għal magni tal-istadju I, ii, iiiA, iiib u iv

1.   Introduzzjoni

1.1.   Dan l-Appendiċi jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet u l-proċeduri tat-test għall-irrappurtar tal-emissjonijiet CO2 għall-istadji kollha minn I sa IV. Jekk il-manifattur, abbażi tal-għażla indikata fit-taqsima 1.2.1 ta’ dan l-Anness, jagħżel li juża l-proċedura tal-Anness 4B tar-Regolament Nru 96.03 serje ta’ emendi, l-Appendiċi 7 ta’ dan l-Anness għandu japplika.

2.   Rekwiżiti ġenerali

2.1.   L-emissjonijiet CO2 għandhom ikunu determinati skont iċ-ċiklu tat-test applikabbli speċifikat fit-taqsima 1.1 tal-Anness III skont it-taqsima 3 (NRSC) jew it-taqsima 4 (NRTC bi startjar sħun), rispettivament, tal-Anness III. Għal emissjonijiet CO2 tal-Istadju IIIB għandhomj jiġu determinati skont iċ-ċiklu tat-test NRTC ta’ startjar sħun.

2.2.   Ir-riżultati tat-test għandhom jiġu rrappurtati bħala valuri medji taċ-ċiklu speċifiċi għall-qawwa tal-magna u espressi permezz tal-unità g/kWh.

2.3.   Jekk, skont l-għażla tal-manifattur, l-NRSC jitħaddem bħala ramped modal cycle, jew ir-referenzi għall-NRTC stabbiliti f’dan l-Appendiċi, jew ir-rekwiżiti tal-Appendiċi 7 għall-Anness III għandhom japplikaw.

3.   Id-determinazzjoni tal-emissjonijiet CO2

3.1.   Kejl mhux trattat

Din it-taqsima tapplika jekk is-CO2 jitkejjel fil-gass tal-egżost mhhux trattat.

3.1.1.   Kejl

CO2 fil-gass tal-egżost mhux trattat maħruġ mill-magna sottomess għall-ittestjat għandu jitkejjel b’analizzatur tal-infraaħmar mhux dispersiv (NDIR) skont it-taqsima 1.4.3.2 (NRSC) jew it-taqsima 2.3.3.2 (NRTC), rispettivament, tal-Appendiċi 1 tal-Anness III.

Is-sistema ta’ kejl għandha tissodisfa r-rekwiżiti lineari tat-taqsima 1.5 tal-Appendiċi 2 tal-Anness III.

Is-sistema ta’ kejl għandha tissodisfa r-rekwiżiti tat-taqsima 1.4.1 (NRSC) jew it-taqsima 2.3.1 (NRTC), rispettivament, tal-Appendiċi 1 tal-Anness III.

3.1.2.   Evalwazzjoni tad-dejta

Id-dejta rilevanti għandha tiġi rreġistrata u maħżuna skont it-taqsima 3.7.4 (NRSC) jew it-taqsima 4.5.7.2 (NRTC), rispettivament, tal-Anness III.

3.1.3.   Kalkolu ta’ emissjonijiet medji taċ-ċiklu

Jekk imkejjel fuq bażi xotta, il-korezzjoni xotta/imxarrba skont it-taqsima 1.3.2 (NRSC) jew it-taqsuma 2.1.2.2 (NRTC), rispettivament, tal-Appendiċi 3 tal-Anness III għandu japplika.

Għall-NRSC, il-massa ta’ CO2 (g/h) għandha tiġi kkalkulata għal kull modalità individwali skont it-taqsima 1.3.4 tal-Appendiċi 3 tal-Anness III. Il-fluss tal-gass tal-egżost għandu jiġi determinat skont it-taqsimiet 1.2.1 sa 1.2.5 tal-Appendiċi 1 tal-Anness III.

Għall-NRTC, il-massa ta’ CO2 (g/test) għandha tiġi kkalkulata skont it-taqsima 2.1.2.1 tal-Appendiċi 3 tal-Anness III. Il-fluss tal-gass tal-egżost għandu jiġi determinat skont it-taqsima 2.2.3 tal-Appendiċi 1 tal-Anness III.

3.2.   Kejl ta’ gass dilwit

Din it-taqsima tapplika jekk is-CO2 jitkejjel fil-gass tal-egżost dilwit.

3.2.1.   Kejl

CO2 fil-gass tal-egżost dilwit maħruġ mill-magna sottomessa għall-ittestjat għandu jitkejjel b’analizzatur infraaħmar mhux dispersiv (NDIR) skont it-taqsima 1.4.3.2 (NRSC) jew it-taqsima 2.3.3.2 (NRTC), rispettivament, tal-Appendiċi 1 tal-Anness III. Id-dilwizzjoni tal-egżost għandha ssir b’arja ambjentali ffiltrata, arja sintetika jew nitroġenu. Il-kapaċità tal-fluss tas-sistema sħiħa ta’ fluss għandha tkun kbira biżżejjed sabiex telimina kompletament il-kondensazzjoni tal-ilma fis-sistemi ta’ dilwizzjoni u ta’ teħid ta’ kampjuni.

Is-sistema ta’ kejl għandha tissodisfa r-rekwiżiti lineari tat-taqsima 1.5 tal-Appendiċi 2 tal-Anness III.

Is-sistema ta’ kejl għandha tissodisfa r-rekwiżiti tat-taqsima 1.4.1 (NRSC) jew it-taqsima 2.3.1 (NRTC), rispettivament, tal-Appendiċi 1 tal-Anness III.

3.2.2.   Evalwazzjoni tad-dejta

Id-dejta rilevanti għandha tiġi rreġistrata u maħżuna skont it-taqsima 3.7.4 (NRSC) jew it-taqsima 4.5.7.2 (NRTC), rispettivament, tal-Anness III.

3.2.3.   Kalkolu ta’ emissjonijiet medji taċ-ċiklu

Jekk imkejjel fuq bażi xotta, il-korezzjoni xotta/imxarrba skont it-taqsima 1.3.2 (NRSC) jew it-taqsuma 2.1.2.2 (NRTC), rispettivament, tal-Appendiċi 3 tal-Anness III għandu japplika.

Għall-NRSC, il-massa ta’ CO2 (g/h) għandha tiġi kkalkulata għal kull modalità individwali skont it-taqsima 1.3.4 tal-Appendiċi 3 tal-Anness III. Il-flussi tal-gass tal-egżost dilwit għandu jiġi determinat skont it-taqsima 1.2.6 tal-Appendiċi 1 tal-Anness III.

Għall-NRTC, il-massa ta’ CO2 (g/test) għandha tiġi kkalkulata skont it-taqsima 2.2.3 tal-Appendiċi 3 tal-Anness III. Il-fluss tal-gass tal-egżost dilwit għandu jiġi determinat skont it-taqsima 2.2.1 tal-Appendiċi 3 tal-Anness III.

Korrezzjoni tal-isfond għandha tiġi applikata skont it-taqsima 2.2.3.1.1 tal-Appendiċi 3 tal-Anness III.

3.3.   Kalkolazzjoni tal-emissjonijiet speċifiċi tal-brejk

3.3.1.   NRSC

L-emissjonijiet speċifiċi tal-brejk e CO2(g/kWh) għandhom jiġu kalkulati kif ġej:

Formula

fejn

Formula

u

CO2 mass,i

hija l-massa ta’ CO2 tal-modalità individwali (g/h)

Pm,i

hija s-saħħa mkejla tal-modalità individwali (kW)

PAE,i

huwa l-poter tal-awżiljari tal-modalità individwali (kW)

WF,i

huwa l-fattur tal-piż tal-modalità individwali

3.3.2.   NRTC

Ix-xogħol taċ-ċiklu meħtieġ għall-kalkolazzjoni ta’ emissjonijiet ta’ CO2 speċifiċi għall-brejk għandu jiġi stabbilit b’konformità mat-taqsima 4.6.2 tal-Anness III.

L-emissjonijiet speċifiċi tal-brejk e CO2(g/kWh) għandhom jiġu kalkulati kif ġej:

Formula

fejn

m CO2, sħun

huwa l-emissjonijiet tal-massa tas-CO2 tal-istartjar sħun NRTC (g)

W att, sħun

hija l-prestazzjoni taċ-ċiklu proprju tal-istartjar sħun NRTC (kWh).

Appendiċi 7

Determinazzjoni alternattiva ta’ emissjonijiet ta’ CO2

1.   Introduzzjoni

Jekk il-manifattur, ibbażat fuq l-għażla indikata fit-taqsima 1.2.1 ta’ dan l-Anness, jagħżel li juża l-proċedura tal-Anness 4B tar-Regolament UNECE Nru 96.03 serje ta’ emendi, id-dispożizzjonijiet u l-proċeduri tat-test għall-irappurtar tal-emissjonijiet tas-CO2 stabbiliti f’dan l-Appendiċi għanhom japplikaw.

2.   Rekwiżiti ġenerali

2.1.   Emissjonijiet CO2 għandhom jiġu determinati fuq it-test taċ-ċiklu NRTC ta’ startjar sħun skont it-taqsima 7.8.3 tal-Anness 4B tar-Regolament UNECE Nru 96.03 serje ta’ emendi.

2.2.   Ir-riżultati tat-test għandhom jiġu reġistrati bħala valuri medji taċ-ċiklu speċifiċi għall-brejk u espressi permezz tal-unità g/kWh.

3.   Id-determinazzjoni tal-emissjonijiet CO2

3.1.   Kejl mhux trattat

Din it-taqsima tapplika jekk is-CO2 jitkejjel fil-gass tal-egżost mhux trattat.

3.1.1.   Kejl

Is-CO2 fil-gass tal-egżost mhux trattat li joħroġ mill-magna li jiġi ppreżentat għall-ittestjar għandu jitkejjel permezz ta’ analizzatur infraaħmar mhux dispersiv (NDIR) skont it-taqsima 9.4.6 tal-Anness 4B tar-Regolament UNECE Nru 96.03 serje ta’ emendi.

Is-sistema ta’ kejl għandha tissodisfa r-rekwiżiti lineari tat-taqsima 8.1.4 tal-Anness 4B tar-Regolament UNECE Nru 96.03 serje ta’ emendi.

Is-sistema ta’ kejl għandha tissodisfa r-rekwiżiti tat-taqsima 8.1.9 tal-Anness 4B tar-Regolament UNECE Nru 96.03 serje ta’ emendi.

3.1.2.   Evalwazzjoni tad-dejta

Id-dejta rilevanti għandha tiġi rreġistrata u maħżuna skont it-taqsima 7.8.3.2 tal-Anness 4B tar-Regolament UNECE Nru 96.03 serje ta’ emendi.

3.1.3.   Kalkolu ta’ emissjonijiet medji taċ-ċiklu

Jekk jitkejjel fuq bażi xotta, il-korrezzjoni xott/imxarrab skont it-taqsima A.8.2.2 tal-Appendiċi 8 jew tat-taqsima A.7.3.2 tal-Appendiċi 7 tal-Anness 4B tar-Regolament UNECE Nru 96.03 serje ta’ emendi għandu japplika għall-valuri ta’ konċentrazzjoni istantanja qabel ma jsiru kalkoli ulterjuri.

Il-massa ta’ CO2 (g/test) għandha tiġi kkalkulata permezz ta’ multiplikazzjoni tal-ħin allinjat instantanjament tal-konċentrazzjonijiet CO2 u flussi tal-gass tal-egżost u integrazzjoni fiċ-ċiklu tat-test f’konformità ma’ wieħed minn dawn li ġejjin:

(a)

it-taqsima A.8.2.1.2 u t-taqsima A.8.2.5 tal-Appendiċi 8 tal-Anness 4B tar-Regolament UNECE Nru 96.03 serje ta’ emendi, billi jintużaw il-valvi u ta’ CO2 mit-tabella A.8.1 jew jiġu kkalkulati l-valvi u skont it-taqsima a.8.2.4.2 tal-Appendiċi 8 tal-Anness 4B tar-Regolament UNECE Nru 96.03 serje ta’ emendi;

(b)

it-taqsima A.7.3.1 u t-taqsima A.7.3.3 tal-Appendiċi 7 tal-Anness 4B tar-Regolament UNECE Nru 96.03 serje ta’ emendi.

3.2.   Kejl ta’ gass dilwit

Din it-taqsima tapplika jekk is-CO2 jitkejjel fil-gass tal-egżost dilwit.

3.2.1.   Kejl

Is-CO2 fil-gass tal-egżost dilwit li joħroġ mill-magna sottomess għall-ittestjar għandu jitkejjel permezz ta’ analizzatur infraaħmar mhux dispersiv (NDIR) skont it-taqsima 9.4.6 tal-Anness 4B tar-Regolament UNECE Nru 96.03 serje ta’ emendi. Id-dilwizzjoni tal-egżost għandha ssir b’arja ambjentali ffiltrata, arja sintetika jew nitroġenu. Il-kapaċità tal-fluss tas-sistema sħiħa ta’ fluss għandha tkun kbira biżżejjed sabiex telimina kompletament il-kondensazzjoni tal-ilma fis-sistemi ta’ dilwizzjoni u ta’ teħid ta’ kampjuni.

Is-sistema ta’ kejl għandha tissodisfa r-rekwiżiti lineari tat-taqsima 8.1.4 tal-Anness 4B tar-Regolament UNECE Nru 96.03 serje ta’ emendi.

Is-sistema ta’ kejl għandha tissodisfa r-rekwiżiti tat-taqsima 8.1.9 tal-Anness 4B tar-Regolament UNECE Nru 96.03 serje ta’ emendi.

3.2.2.   Evalwazzjoni tad-dejta

Id-dejta rilevanti għandha tiġi rreġistrata u maħżuna skont it-taqsima 7.8.3.2 tal-Anness 4B tar-Regolament UNECE Nru 96.03 serje ta’ emendi.

3.2.3.   Kalkolu ta’ emissjonijiet medji taċ-ċiklu

Jekk jitkejjel fuq bażi xotta, il-korrezzjoni xott/imxarrab skont it-taqsima A.8.3.2 tal-Appendiċi 8 jew tat-taqsima A.7.4.2 tal-Appendiċi 7 tal-Anness 4B tar-Regolament UNECE Nru 96.03 serje ta’ emendi għandu japplika għall-valuri ta’ konċentrazzjoni istantanja qabel ma jsiru kalkoli ulterjuri.

Il-massa ta’ CO2 (g/test) għandha tiġi kkalkulata permezz ta’ multiplikazzjoni tal-konċentrazzjonijiet CO2 u flussi tal-gass tal-egżost f’konformità ma’ wieħed minn dawn li ġejjin:

(a)

it-taqsima A.8.3.1 u t-taqsima A.8.3.4 tal-Appendiċi 8 tal-Anness 4B tar-Regolament UNECE Nru 96.03 serje ta’ emendi, billi jintużaw il-valvi u ta’ CO2 mit-tabella A.8.2 jew jiġu kkalkulati l-valvi u skont it-taqsima a.8.3.3 tal-Appendiċi 8 tal-Anness 4B tar-Regolament UNECE Nru 96.03 serje ta’ emendi;

(b)

it-taqsima A.7.4.1 u t-taqsima A.7.4.3 tal-Appendiċi 7 tal-Anness 4B tar-Regolament UNECE Nru 96.03 serje ta’ emendi.

Korrezzjoni tal-isfond għandha tiġi applikata skont it-taqsima A.8.3.2.4 tal-Appendiċi 8 jew tat-taqsima A.7.4.1 tal-Apendiċi 8 tal-Anness 4B tar-Regolament UNECE Nru 96.03 serje ta’ emendi.

3.3.   Kalkolazzjoni tal-emissjonijiet speċifiċi tal-brejk

Ix-xogħol taċ-ċiklu meħtieġ għall-kalkolazzjoni ta’ emissjonijiet ta’ CO2 speċifiċi għall-brejk għandu jiġi stabbilit b’konformità mat-taqsima 7.8.3.4 tal-Anness 4B tar-Regolament UNECE Nru 96.03 serje ta’ emendi.

L-emissjonijiet speċifiċi tal-brejk eCO2(g/kWh) għandhom jiġu kalkulati kif ġej:

Formula

fejn

mCO2, sħun

huwa l-emissjonijiet tal-massa tas-CO2 tal-istartjar sħun NRTC (g)

Watt, sħun

hija l-prestazzjoni taċ-ċiklu proprju tal-istartjar sħun NRTC (kWh).


ANNESS IV

Fl-Anness VI tad-Direttiva 97/68/KE it-taqsima 1.a li ġejja hija miżjuda:

“1.a.

Dan l-Anness japplika kif ġej:

(a)

għall-istadji I, II, IIIA, IIIB u IV għandhom japplikaw ir-rekwiżiti tat-taqsima 1 ta’ dan l-Anness VI;

(b)

jekk il-manifattur, abbażi tal-għażla indikata fit-taqsima 1.2.1 ta’ dan l-Anness, jagħżel li juża l-proċedura tal-Anness 4B tar-Regolament UNECE Nru 96.03 serje ta’ emendi, it-taqsima 9 tal-Anness 4B tar-Regolament UNECE Nru 96.03 serje ta’ emendi għandu japplika.”


ANNESS V

Fl-Anness VII tad-Direttiva 97/68/KE l-Appendiċi 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Appendiċi 1

Rapport tat-test għal magni b’ignixin b’kompressjoni riżultati tat-test  (1)

Informazzjoni dwar il-magna tat-test

Tip ta’ magna:. …

Numru ta’ identifikazzjoni tal-magna:. …

1.   Informazzjoni dwar it-tmexxija tat-test:. …

1.1.   Karburant ta’ referenza użat għat-test

1.1.1.   Numru tas-cetane:. …

1.1.2.   Kontenut tal-kubrit. …

1.1.3.   Densità:. …

1.2.   Lubrikant

1.2.1.   Għamla(/iet):. …

1.2.2.   Tip(i):. …

(perċentwali tal-istat taż-żejt fit-taħlita jekk jitħalltu l-lubrikant u l-karburant)

1.3.   Tagħmir imħaddem mill-magna (jekk applikabbli)

1.3.1.   Enumerazzjoni u dettalji ta’ identifikazzjoni: …

1.3.2.   Saħħa assorbita f’veloċitajiet tal-magna indikati (kif speċifikat mill-manifattur):

 

Is-saħħa PAE (kW) assorbita f’bosta veloċitajiet tal-magna (2), (3)), filwaqt li tikkundisdra l-Appendiċi 3 ta’ dan l-Anness

Tagħmir

Veloċità intermedja

(jekk applikabbli)

Veloċità b’saħħa massima

(jekk differenti mir-rata stmata)

Veloċità stmata (4)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Total:

 

 

 

1.4.   Il-prestazzjoni tal-magna

1.4.1.   Il-veloċitajiet tal-magna:

Tħaddim ta’ magna li mhix ingranata: … min–1

Intermedju: … min–1

Saħħa massima: … min–1

Stmata (5) … min–1

1.4.2.   Is-saħħa tal-magna (6)

 

Issettjar tas-saħħa (kW) f’veloċitajiet differenti tal-magna

Kundizzjoni

Veloċità intermedja

(jekk applikabbli)

Veloċità b’saħħa massima

(jekk differenti mir-rata stmata)

Veloċità stmata (7)

Saħħa massima mkejla b’veloċità speċifika tat-test (PM) (kW) (a)

 

 

 

Is-saħħa totali assorbita permezz ta’ tagħmir immexxi mill-magna skont il-paragrafu 1.3.2. ta’ dan l-Appendiċi filwaqt li jiġi kkunsidrat l-Appendiċi 3 (kW) (b)

 

 

 

Saħħa nett tal-magna kif speċifikata fit-taqsima 2.4 tal-Anness I (kW) (c)

 

 

 

Formula

 

 

 

2.   Informazzjoni dwar it-tmexxija tat-test NRSC:

2.1.   Issettjar tad-dinamometru (kW)

 

Issettjar tad-dinamometru (kW) f’veloċitajiet differenti tal-magna

Tagħbija kull mija

Veloċità intermedja

(jekk applikabbli)

63 %

(jekk applikabbli)

80 %

(jekk applikabbli)

91 %

(jekk applikabbli)

Veloċità stmata (8)

10

(jekk applikabbli)

 

 

 

 

 

25

(jekk applikabbli)

 

 

 

 

 

50

 

 

 

 

 

75

(jekk applikabbli)

 

 

 

 

 

100

 

 

 

 

 

2.2.   Riżultati tal-emissjonijiet tal-magna/magna ġenitur (9)

Fattur ta’ Deterjorazzjoni (DF): ikkalkulat/fiss (9)

Speċifika l-valuri DF u r-riżultati tal-emissjonijiet fit-tabella (9) li ġejja:

Test NRSC

DF

mult/żid3

CO

HC

NOx

HC + NOx

PM

 

 

 

 

 

 

Emissjonijiet

CO

(g/kWh)

HC

(g/kWh)

NOx

(g/kWh)

HC + NOx

(g/kWh)

PM

(g/kWh)

CO2

(g/kWh)

Riżultat tat-test

 

 

 

 

 

 

Riżultat finali tat-test bid-DF

 

 

 

 

 

 


Punti addizzjonali tat-test taż-żona ta’ kontroll (jekk applikabbli)

Emissjonijiet fil-punt tat-test

Veloċità tal-magna

Tagħbija

(%)

CO

(g/kWh)

HC

(g/kWh)

NOx

(g/kWh)

PM

(g/kWh)

Riżultat tat-test 1

 

 

 

 

 

 

Riżultat tat-test 2

 

 

 

 

 

 

Riżultat tat-test 3

 

 

 

 

 

 

2.3.   Sistema ta’ teħid ta’ kampjuni għat-test NRSC:

2.3.1.   Emissjonijiet gassużi (10). …

2.3.2.   PM (10):. …

2.3.2.1.   Metodu (11) filter uniku/bosta filtri

3.   Informazzjoni dwar it-tmexxija tat-test NRTC (jekk applikabbli):

3.1.   Riżultati tal-emissjonijiet tal-magna/magna ġenitur (11)

Fattur ta’ Deterjorazzjoni (DF): ikkalkulat/fiss (12)

Speċifika l-valuri DF u r-riżultati tal-emissjonijiet fit-tabella (12) li ġejja:

Dejta marbuta mar-riġenerazzjoni tista’ tiġi rappurtata għal magni tal-Istadju IV.


Test NRTC

DF

mult/żid (12)

CO

HC

NOx

HC + NOx

PM

 

 

 

 

 

 

Emissjonijiet

CO

(g/kWh)

HC

(g/kWh)

NOx

(g/kWh)

HC + NOx

(g/kWh)

PM

(g/kWh)

Bidu kiesaħ

 

 

 

 

 

Emissjonijiet

CO

(g/kWh)

HC

(g/kWh)

NOx

(g/kWh)

HC + NOx

(g/kWh)

PM

(g/kWh)

CO2

(g/kWh)

Bidu sħun mingħajr riġenerazzjoni

 

 

 

 

 

 

Bidu sħun bir-riġenerazzjoni (12)

 

 

 

 

 

 

kr,u

(mult/żid) (12)

kr,u

(mult/żid) (12)

 

 

 

 

 

Riżultat tat-test peżat

 

 

 

 

 

Riżultat finali tat-test bid-DF

 

 

 

 

 

Ħidma f’ċiklu għal bidu sħun mingħajr riġenerazzjoni kWh

3.2.   Sistema ta’ teħid ta’ kampjuni użata għat-test NRSC:

Emissjonijiet gassużi (13). …

PM (13):. …

Metodu (14) filter uniku/bosta filtri


(1)  Għall-każ ta’ bosta magni ġenitur, dan li ġej għandu jiġi indikat għal kull waħda minnhom

(2)  Ħassar kif xieraq.

(3)  Ma għandux ikun akbar minn 10 fil-mija tas-saħħa mkejla matul it-test.

(4)  Daħħal il-valuri bil-veloċità tal-magna li jikkorrispondu għal veloċità normalizzata ta’ 100 % jekk it-test NRSC juża din il-veloċità.

(5)  Daħħal il-veloċità tal-magna li tikkorrispondi mal-veloċità normalizzata ta’ 100 % jekk it-test NRSC juża din il-veloċità.

(6)  Saħħa mhux korretta mkejla skont it-taqsima 2.4 tal-Anness I.

(7)  Issostittwixxi bil-valuri tal-veloċità tal-magna li jikkorrispondu mal-veloċità normalizzata ta’ 100 % jekk it-test NRSC juża din il-veloċità.

(8)  Issostittwixxi bil-valuri tal-veloċità tal-magna li jikkorrispondu mal-veloċità normalizzata ta’ 100 % jekk it-test NRSC juża din il-veloċità.

(9)  Ħassar kif xieraq.

(10)  Indika numru f’figura ta’ sistema użata kif definit fl-Anness VI taqsima 1 jew taqsima 9 tal-Anness 4B tal-ECE R96 03 serje ta’ emendi, kif applikabbli

(11)  Ħassar kif xieraq.

(12)  Ħassar kif xieraq.

(13)  Indika numru f’figura ta’ sistema użata kif definit fl-Anness VI taqsima 1 jew taqsima 9 tal-Anness 4B tal-ECE R96 03 serje ta’ emendi, kif applikabbli

(14)  Ħassar kif xieraq.”


ANNESS VI

“ANNESS XI

KARTA TA’ DEJTA B’MAGNI B’APPROVAZZJONI TAT-TIP

1.   Magni SI

Image

Approvazzjoni tat-tip tal-magna rappurtata

1

2

3

4

Numru tal-approvazzjoni tat-tip

 

 

 

 

Data tal-approvazzjoni

 

 

 

 

Isem il-manifattur

 

 

 

 

Tip ta’ magna/familja

 

 

 

 

Deskrizzjoni tal-magna

Informazzjoni ġenerali (1)

 

 

 

 

Metodu ta’ tkessiħ (1)

 

 

 

 

Numru ta’ ċilindri

 

 

 

 

Ċilindrata (cm3)

 

 

 

 

Tip ta’ trattament ta’ wara (2)

 

 

 

 

Veloċità stmata (min–1)

 

 

 

 

Saħħa netta stmata (kW)

 

 

 

 

Emissjonijiet (g/kWh)

CO

 

 

 

 

HC

 

 

 

 

NOx

 

 

 

 

PM

 

 

 

 

2.   Magni CI  (3)  (4)

Image

2.1.   Informazzjoni ġenerali dwar il-magna

Approvazzjoni tat-tip tal-magna rrappurtata

1

2

3

4

Numru tal-approvazzjoni tat-tip

 

 

 

 

Data tal-approvazzjoni tat-tip

 

 

 

 

Isem il-manifattur

 

 

 

 

Tip ta’ magna/familja

 

 

 

 

Deskrizzjoni tal-magna

Informazzjoni ġenerali (5)

 

 

 

 

Metodu ta’ tkessiħ (6)

 

 

 

 

Numru ta’ ċilindri

 

 

 

 

Ċilindrata (cm3)

 

 

 

 

Tip ta’ trattament ta’ wara (7)

 

 

 

 

Veloċità stmata (min–1)

 

 

 

 

Veloċità massima tas-saħħa (min–1)

 

 

 

 

Saħħa netta stmata (kW)

 

 

 

 

Is-saħħa massima nett (kW)

 

 

 

 

2.2.   Riżultat finali tal-emissjoni

Approvazzjoni tat-tip tal-magna rrappurtata

1

2

3

4

Riżultat finali tat-test NRSC inluż id-DF (g/kWh)

CO

 

 

 

 

HC

 

 

 

 

NOx

 

 

 

 

HC + NOx

 

 

 

 

PM

 

 

 

 

NRSC CO2 (g/kWh)

 

 

 

 

Riżultat finali tat-test NRSC inluż id-DF (g/kWh)

CO

 

 

 

 

HC

 

 

 

 

NOx

 

 

 

 

HC + NOx

 

 

 

 

PM

 

 

 

 

Ċiklu sħun NRTC tas-CO2 (g/kWh)

 

 

 

 

Tħaddim taċ-ċiklu sħun NRTC (kWh)

 

 

 

 

2.3.   Fatturi ta’ deterjorazzjoni tal-NRSC u riżultati tat-test tal-emissjoni

Approvazzjoni tat-tip tal-magna rrappurtata

1

2

3

4

DF mult/żid (8)

CO

 

 

 

 

HC

 

 

 

 

NOx

 

 

 

 

HC + NOx

 

 

 

 

PM

 

 

 

 

Riżultati tat-test NRSC esklussiv tad-DF (g/kWh)

CO

 

 

 

 

HC

 

 

 

 

NOx

 

 

 

 

HC + NOx

 

 

 

 

PM

 

 

 

 

2.4.   Fatturi ta’ deterjorazzjoni NRTC u riżultati tat-test tal-emissjoni

Approvazzjoni tat-tip tal-magna rrappurtata

1

2

3

4

DF mult/żid (9)

CO

 

 

 

 

HC

 

 

 

 

NOx

 

 

 

 

HC + NOx

 

 

 

 

PM

 

 

 

 

Riżultat tat-test NRTC ta’ startjar kiesaħ esklussiv tad-DF (g/kWh)

CO

 

 

 

 

HC

 

 

 

 

NOx

 

 

 

 

HC + NOx

 

 

 

 

PM

 

 

 

 

Riżultat tat-test NRTC ta’ startjar sħun esklussiv tad-DF (g/kWh)

CO

 

 

 

 

HC

 

 

 

 

NOx

 

 

 

 

HC + NOx

 

 

 

 

PM

 

 

 

 

2.5.   Riżultati tat-test tal-emissjoni NRTC ta’ startjar sħun

Dejta marbuta mar-riġenerazzjoni tista’ tiġi rappurtata għal magni tal-Istadju IV.

Approvazzjoni tat-tip tal-magna rrappurtata

1

2

3

4

Startjar NRTC sħun mingħajr riġenerazzjoni (g/kWh)

CO

 

 

 

 

HC

 

 

 

 

NOx

 

 

 

 

HC + NOx

 

 

 

 

PM

 

 

 

 

Startjar NRTC sħun b’riġenerazzjoni (g/kWh)

CO

 

 

 

 

HC

 

 

 

 

NOx

 

 

 

 

HC + NOx

 

 

 

 

PM”

 

 

 

 


(1)  Likwidu jew arja.

(2)  Qassar: CAT = katalist, PT = nassa partikulata, SCR = riduzzjoni katalitika selettiva.

(3)  F’każ ta’ familja ta’ magni, daħħal id-dettalji tal-magna ġenitur.

(4)  Imla l-oġġetti kollha li huma applikabbli għall-magna tat-tip/familja.

(5)  Qassar: DI = injezzjoni diretta, PC = kabinett ta’ qabel/tat-tidwir, NA = aspirat b’mod naturali, TC = turbocharged inkluż tkessiħ ta’ wara, EGR = riċirkolazzjoni tal-gass tal-egżost. Eżempji: PC NA, DI TCA EGR.

(6)  Likwidu jew arja.

(7)  Qassar: CAT = katalist, PT = nassa partikulata, SCR = riduzzjoni katalitika selettiva.

(8)  Ħassar kif xieraq.

(9)  Ħassar kif xieraq.


ANNESS VII

“ANNESS XII

RIKONOXXIMENT TA’ APPROVAZZJONIJIET TAT-TIP ALTERNATTIVI

1.

L-approvazzjonijiet tat-tip li ġejjin u, fejn applikabbli, il-marki ta’ approvazzjoni tagħhom huma rikonoxxuti bħala ekwivalenti għal approvazzjoni ta’ din id-Direttiva għal magni ta’ kategoriji A, B u C kif definit fl-Artikolu 9(2):

1.1.

L-approvazzjonijiet tat-tip tad-Direttiva 2000/25/KE;

1.2.

L-approvazzjonijiet tat-tip tad-Direttiva 88/77/KEE, li huma konformi mar-rekwiżiti tal-istadji A jew B fir-rigward tal-Artikolu 2 u l-Anness I, it-taqsima 6.2.1 tad-Direttiva 88/77/KEE jew ir-Regolament UNECE Nru 49.02 serje ta’ emendi, korriġena I/2;

1.3.

Approvazzjonijiet tat-tip skont ir-Regolament UNECE Nru 96.

2.

Għal kategoriji tal-magni D, E, F u G (stadju II) kif definit fl-Artikolu 9(3), l-approvazzjonijiet tat-tip li ġejjin, u fejn applikabbli, il-marki tal-approvazzjoni tagħjom huma rikonoxxuti bħala ekwivalenti għal approvazzjoni għal din id-Direttiva:

2.1.

Id-Direttiva 2000/25/KE, approvazzjonijiet tal-istadju II;

2.2.

Approvazzjonijiet tat-tip tad-Direttiva 88/77/KEE kif emendata bid-Direttiva 99/96/KE li huma konformi mal-istadji A, B1, B2 jew C stipulati fl-Artikolu 2 u t-taqsima 6.2.1 tal-Anness I ta’ dik id-Direttiva;

2.3.

Approvazzjonijiet tat-tip tar-Regolament UNECE Nru 49.03 serje ta’ emendi;

2.4.

Ir-Regolament UNECE Nru 96 l-approvazzjonijiet tal-istadjiD, E,F u G skont il-paragrafu 5.2.1 tas-serje ta’ emendi 01 tar-Regolament Nru 96.

3.

Għal kategoriji tal-magni H, I, J u K (stadju IIIA) kif definit fl-Artikolu 9(3a) u l-Artikolu 9(3b), l-approvazzjonijiet tat-tip li ġejjin, u fejn applikabbli, il-marki tal-approvazzjoni tagħhom huma rikonoxxuti bħala ekwivalenti għal approvazzjoni għal din id-Direttiva:

3.1.

Approvazzjonijiet tat-tip tad-Direttiva 2005/55/KE kif emendata bid-Direttivi 2005/78/KE u 2006/51/KE li huma konformi mal-istadji B1, B2 jew C stipulati fl-Artikolu 2 u t-taqsima 6.2.1 tal-Anness I ta’ dik id-Direttiva;

3.2.

L-approvazzjonijiet tat-tip tar-Regolament UNECE Nru 49.05 serje ta’ emendi, li huma konformu mal-istadji B1, B2 u C stipulati fil-paragrafu 5.2 ta’ dak ir-regolament;

3.3.

Ir-Regolament UNECE Nru 96 l-approvazzjonijiet tal-istadji H, I, J u K skont il-paragrafu 5.2.1 tas-serje ta’ emendi 02 tar-Regolament Nru 96.

4.

Għal kategoriji tal-magni L, M, N u P (stadju IIIB) kif definit fl-Artikolu 9(3c) u l-approvazzjonijiet tat-tip li ġejjin, u fejn applikabbli, il-marki tal-approvazzjoni tagħhom huma rikonoxxuti bħala ekwivalenti għal approvazzjoni għal din id-Direttiva:

4.1.

Approvazzjonijiet tat-tip tad-Direttiva 2005/55/KE kif emendata bid-Direttivi 2005/78/KE u 2006/51/KE li huma konformi mal-istadji B2 jew C stipulati fl-Artikolu 2 u t-taqsima 6.2.1 tal-Anness I ta’ dik id-Direttiva;

4.2.

L-approvazzjonijiet tat-tip tar-Regolament UNECE Nru 49.05 serje ta’ emendi, li huma konformi mal-istadji B2 jew C stipulati fil-paragrafu 5.2 ta’ dak ir-regolament;

4.3.

Ir-Regolament UNECE Nru 96 l-approvazzjonijiet tal-istadji L, M, N u P skont il-paragrafu 5.2.1 tas-serje ta’ emendi 03 tar-Regolament Nru 96.

5.

Għal kategoriji tal-magni Q, u R (stadju IV) kif definit fl-Artikolu 9(3d), l-approvazzjonijiet tat-tip li ġejjin, u fejn applikabbli, il-marki tal-approvazzjoni tagħhom huma rikonoxxuti bħala ekwivalenti għal approvazzjoni għal din id-Direttiva:

5.1.

L-approvazzjonijiet tat-tip tar-Regolament (KE) Nru 595/2009 u l-miżuri ta’ implimentazzjoni tiegħu, jekk huwa konfermat permezz ta’ servizz tekniku li l-magni jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Anness I it-taqsima 8.5 ta’ din id-Direttiva;

5.2.

L-approvazzjonijiet tat-tip tar-Regolament UNECE Nru 49.06 serje ta’ emendi, jekk huwa konfermat permezz ta’ servizz tekniku li l-magni jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Anness I it-taqsima 8.5 ta’ din id-Direttiva.”


Top