This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32012H0128
2012/128/EU: Council Recommendation of 21 February 2012 concerning the discharge to be given to the Commission in respect of the implementation of the operations of the European Development Fund (ninth EDF) for the financial year 2010
2012/128/UE: Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal- 21 ta’ Frar 2012 dwar il-kwittanza li trid tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (id-disa’ EDF) għas-sena finanzjarja 2010
2012/128/UE: Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal- 21 ta’ Frar 2012 dwar il-kwittanza li trid tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (id-disa’ EDF) għas-sena finanzjarja 2010
ĠU L 55, 29.2.2012, p. 33–33
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
29.2.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 55/33 |
RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUNSILL
tal-21 ta’ Frar 2012
dwar il-kwittanza li trid tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (id-disa’ EDF) għas-sena finanzjarja 2010
(2012/128/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta’ Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat f’Cotonou fit-23 ta’ Ġunju 2000 (1) u emendat bil-Ftehim iffirmat fil-Lussemburgu fil-25 ta’ Ġunju 2005 (2),
Wara li kkunsidra l-Ftehim Intern bejn ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fil-Kunsill, dwar il-Finanzjament u l-Amministrazzjoni tal-Għajnuna Komunitarja taħt il-Protokoll Finanzjarju għall-Ftehim ta’ Sħubija bejn l-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħhas iffirmat f’Cotonou (Benin) fit-23 ta’ Ġunju 2000 u l-allokazzjoni ta’ assistenza finanzjarja għall-Pajjiżi u t-Territorji Extra-Ewropej li għalihom tapplika l-Parti Erbgħa tat-Trattat KE (3) (“il-Ftehim Intern”), li jistabbilixxi, fost oħrajn, id-disa’ Fond Ewropew għall-Iżvilupp (id-disa’ EDF), u b’mod partikolari l-Artikolu 32(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament Finanzjarju tas-27 ta’ Marzu 2003 applikabbli għad-Disa’ Fond ta' Żvilupp Ewropew (4), u b’mod partikolari l-Artikoli 96 sa 103 tiegħu,
Wara li eżamina l-kont tad-dħul u tal-infiq u l-karta tal-bilanċ relatati mal-operazzjonijiet tad-disa’ EDF kif kienu fil-31 ta’ Diċembru 2010 u r-Rapport Annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-attivitajiet iffinanzjati mit-tmien, id-disa’ u l-għaxar Fond Ewropew għall-Iżvilupp (EDFs) (5), dwar is-sena finanzjarja 2010, flimkien mat-tweġibiet tal-Kummissjoni li jinsabu fir-Rapport Annwali,
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 32(3) tal-Ftehim Intern, il-kwittanza għall-amministrazzjoni finanzjarja tad-disa’ EDF trid tingħata lill-Kummissjoni mill-Parlament Ewropew fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill. |
(2) |
L-implimentazzjoni ġenerali mill-Kummissjoni tal-operazzjonijiet tad-disa’ EDF matul is-sena finanzjarja 2010 kienet sodisfaċenti, |
B’DAN JIRRAKKOMANDA li l-Parlament Ewropew jagħti lill-Kummissjoni kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet tad-disa’ EDF għas-sena finanzjarja 2010.
Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Frar 2012.
Għall-Kunsill
Il-President
M. VESTAGER
(1) ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3.
(2) ĠU L 287, 28.10.2005, p. 4.
(3) ĠU L 317, 15.12.2000, p. 355.
(5) ĠU C 326, 10.11.2011, p. 251.