Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012D0666

2012/666/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal- 25 ta’ Ottubru 2012 li temenda d-Deċiżjoni 2008/855/KE dwar il-miżuri ta’ kontroll tas-saħħa tal-annimali marbuta mad-deni klassiku tal-ħnieżer fl-Ungerija (notifikata bid-dokument numru C(2012) 7433) Test b’relevanza għaż-ŻEE

OJ L 299, 27.10.2012, p. 46–46 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Croatian: Chapter 03 Volume 061 P. 197 - 197

No longer in force, Date of end of validity: 15/12/2013; Imħassar b' 32013D0764

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2012/666/oj

27.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 299/46


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-25 ta’ Ottubru 2012

li temenda d-Deċiżjoni 2008/855/KE dwar il-miżuri ta’ kontroll tas-saħħa tal-annimali marbuta mad-deni klassiku tal-ħnieżer fl-Ungerija

(notifikata bid-dokument numru C(2012) 7433)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2012/666/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta’ Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 9(4) tiegħu,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar il-kontrolli veterinarji u zootekniċi applikabbli għall-kummerċ intraKomunitarju ta’ ċerti annimali ħajjin u ta’ prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(4) tagħha,

Billi,

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/855/KE tat-3 ta’ Novembru 2008 dwar il-miżuri ta’ kontroll tas-saħħa tal-annimali marbuta mad-deni klassiku tal-ħnieżer f’ċerti Stati Membri (3) tistipula ċerti miżuri ta’ kontroll għad-deni klassiku tal-ħnieżer fl-Istati Membri jew reġjuni tagħhom elenkati fl-Anness ma’ dik id-Deċiżjoni. Dik il-lista tinkludi l-kontea ta’ Nógrád fl-Ungerija.

(2)

L-Ungerija għarrfet lill-Kummissjoni dwar żviluppi riċenti fir-rigward ta’ deni klassiku tal-ħnieżer fit-territorju tal-kontea ta’ Nógrád elenkat fl-Anness mad-Deċiżjoni 2008/855/KE.

(3)

Dik l-informazzjoni tindika li d-deni klassiku tal-ħnieżer nqered fit-territorju tal-kontea ta’ Nógrád. Għaldaqstant, il-miżuri stipulati fid-Deċiżjoni 2008/855/KE ma għandhomx jibqgħu japplikaw għal dik il-kontea u r-referenza għal-kontea ta’ Nógrád fil-lista stipulata fil-Parti I tal-Anness tagħha għandha titħassar.

(4)

Id-Deċiżjoni 2008/855/KE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan.

(5)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fil-Parti I tad-Deċiżjoni 2008/855/KE, il-punt 3 hu mibdul b’li ġej:

“3.   L-Ungerija

It-territorju tal-kontea ta’ Pest li jinsab fit-tramuntana u fil-lvant tad-Danubju, fin-nofsinhar tal-fruntiera mas-Slovakkja, fil-punent tal-fruntiera mal-kontea ta’ Nógrád u fit-tramuntana tal-awtostrada E71.”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Ottubru 2012.

Għall-Kummissjoni

Maroš ŠEFČOVIČ

Viċi President


(1)  ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13.

(2)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.

(3)  ĠU L 302, 13.11.2008, p. 19.


Top