EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012D0634

Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/634/PESK tal- 15 ta’ Ottubru 2012 li temenda d-Deċiżjoni 2011/782/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja

OJ L 282, 16.10.2012, p. 50–57 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 29/11/2012; Imħassar b' 32012D0739

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2012/634/oj

16.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 282/50


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2012/634/PESK

tal-15 ta’ Ottubru 2012

li temenda d-Deċiżjoni 2011/782/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-1 ta' Diċembru 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/782/PESK (1).

(2)

Fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni fis-Sirja, għandhom jiġu imposti miżuri restrittivi addizzjonali.

(3)

Għandu jiġi pprojbit ix-xiri, l-importazzjoni jew it-trasport ta' armi mis-Sirja, kif ukoll il-provvista ta' finanzjament jew għajnuna finanzjarja relatata.

(4)

Barra minn hekk, it-titjiriet operati mis-Syrian Arab Airlines m'għandhomx jingħataw aċċess għall-ajruporti tal-Istati Membri, mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri taħt id-dritt internazzjonali, b'mod partikolari l-ftehimiet internazzjonali rilevanti dwar l-avjazzjoni ċivili.

(5)

Għandu jiġi speċifikat li l-projbizzjoni kontra li fondi jew riżorsi ekonomiċi għas-Syrian Arab Airlines isiru disponibbli ma tapplikax għal atti jew transazzjonijiet imwettqa għall-iskop waħdieni tal-evakwazzjoni ta' ċittadini tal-Unjoni u l-membri tal-familja tagħhom mis-Sirja.

(6)

Barra minn hekk, aktar persuni u entitajiet għandhom jiġu inklużi fil-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi kif tinsab fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2011/782/PESK. B'mod partikolari, il-Ministri kollha tal-Gvern Sirjan għandhom jiġu nominati fid-dawl tar-responsabbiltà kollettiva tagħhom għar-repressjoni vjolenti kontra l-popolazzjoni ċivili fis-Sirja.

(7)

Il-miżuri restrittivi għandhom jinżammu kontra ex-ministri tal-Gvern Sirjan peress li huma jistgħu jibqgħu jitqiesu assoċjati mar-reġim u r-repressjoni vjolenti tiegħu kontra l-popolazzjoni ċivili. Għaldaqstant l-entrati għal dawk il-persuni għandhom jiġu emendati.

(8)

Barra minn hekk, għandhom jitneħħew żewġ persuni u entità waħda mil-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi.

(9)

Hija meħtieġa aktar azzjoni mill-Unjoni sabiex jiġu implimentati ċerti miżuri f'din id-Deċiżjoni.

(10)

Għaldaqstant id-Deċiżjoni 2011/782/PESK għandha tiġi emendata kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2011/782/PESK hija b'dan emendata kif ġej:

(1)

Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 2a

1.   Għandu jiġi pprojbit ix-xiri, l-importazzjoni jew it-trasport ta' armi u materjal relatat ta' kull tip, inklużi armi u munizzjon, vetturi u tagħmir militari, tagħmir paramilitari u partijiet ta' sostituzzjoni għal dawn ta' qabel, mis-Sirja, jew li joriġinaw mis-Sirja.

2.   Għandu jiġi pprojbit li jingħata, direttament jew indirettament, finanzjament jew għajnuna finanzjarja, inklużi derivattivi finanzjarji, kif ukoll assigurazzjoni u riassigurazzjoni, u servizzi ta' senserija relatati ma' assigurazzjoni u riassigurazzjoni, għal kwalunkwe xiri, importazzjoni jew trasport tal-oġġetti msemmijin fil-paragrafu 1, mis-Sirja jewli joriġinaw mis-Sirja.".

(2)

L-Artikolu 17a huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 17a

1.   L-Istati Membri, skont il-leġislazzjoni nazzjonali tagħhom u b’mod konsistenti mad-dritt internazzjonali, partikolarment ma' ftehimiet internazzjonali rilevanti dwar l-avjazzjoni ċivili, għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jipprevjenu l-aċċess għall-ajruporti taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom tat-titjiriet kollha esklużivi għall-merkanzija operati minn trasportaturi Sirjani u t-titjiriet kollha operati mis-Syrian Arab Airlines.

2.   Il-paragrafu 1 m'għandux japplika għall-aċċess għal ajruporti taħt il-ġurisdizzjoni ta' Stati Membri ta' titjiriet operati mis-Syrian Arab Airlines, neċessarji għall-iskop waħdieni tal-evakwazzjoni ta' ċittadini tal-Unjoni u l-membri tal-familja tagħhom mis-Sirja.".

(3)

Fl-Artikolu 19, għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“11.   Il-paragrafi 1 u 2 m'għandhomx japplikaw għal atti jew transazzjonijiet imwettqa fir-rigward tas-Syrian Arab Airlines, għall-iskop waħdieni tal-evakwazzjoni ta' ċittadini tal-Unjoni u l-membri tal-familja tagħhom mis-Sirja.".

Artikolu 2

L-Anness I għad-Deċiżjoni 2011/782/PESK għandu jiġi emendat kif jidher fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fil-Lussemburgu, il-15 ta’ Ottubru 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ASHTON


(1)  ĠU L 319, 2.12.2011, p. 56.


ANNESS

I.

Il-persuni u l-entitajiet elenkati hawn taħt għandhom jiżdiedu mal-lista ta' persuni u entitajiet li tinsab fl-Anness għad-Deċiżjoni 2011/782/PESK

A.   Persuni

 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

Data ta' elenkar

1.

Dr. Qadri Jameel

 

Viċi Prim Ministru tal-Affarijiet Ekonomiċi, Ministru tal-Kummerċ Domestiku u l-Ħarsien tal-Konsumatur. Bħala Ministru tal-Gvern, huwa jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

16.10.2012

2.

Waleed Al Mo’allem

 

Viċi Prim Ministru, Ministru tal-Affarijiet Barranin u ta' Persuni li qed Jgħixu Barra minn Pajjiżhom. Bħala Ministru tal-Gvern, huwa jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

16.10.2012

3.

Maġġur Ġenerali Fahd Jassem Al Freij

 

Ministru tad-Difiża u kmandant militari. Bħala Ministru tal-Gvern, huwa jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

16.10.2012

4.

Dr. Mohammad Abdul Sattar Al Sayed

 

Ministru tad-Doti Reliġjużi. Bħala Ministru tal-Gvern, huwa jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

16.10.2012

5.

Inġ. Hala Mohammad Al Nasser

 

Ministru tat-Turiżmu. Bħala Ministru tal-Gvern, huwa jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

16.10.2012

6.

Inġ. Bassam Hanna

 

Ministru tar-Riżorsi tal-Ilma. Bħala Ministru tal-Gvern, huwa jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

16.10.2012

7.

Inġ. Subhi Ahmad Al Abdallah

 

Ministru tal-Agrikoltura u r-Riforma Agrarjana. Bħala Ministru tal-Gvern, huwa jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

16.10.2012

8.

Dr. Mohammad Yahiya Mo’alla

 

Ministru tal-Edukazzjoni Għolja. Bħala Ministru tal-Gvern, huwa jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

16.10.2012

9.

Dr. Hazwan Al Wez

 

Ministru tal-Edukazzjoni. Bħala Ministru tal-Gvern, huwa jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

16.10.2012

10.

Dr. Mohamad Zafer Mohabak

 

Ministru tal-Ekonomija u l-Kummerċ Barrani. Bħala Ministru tal-Gvern, huwa jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

16.10.2012

11.

Dr. Mahmud Ibraheem Sa’iid

 

Ministru tat-Trasport. Bħala Ministru tal-Gvern, huwa jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

16.10.2012

12.

Dr. Safwan Al Assaf

 

Ministru tad-Djar u l-Iżvilupp Urban. Bħala Ministru tal-Gvern, huwa jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

16.10.2012

13.

Inġ. Yasser Al Siba’ii

 

Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi. Bħala Ministru tal-Gvern, huwa jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

16.10.2012

14.

Inġ. Sa’iid Ma’thi Hneidi

 

Ministru taż-Żejt u r-Riżorsi Minerali. Bħala Ministru tal-Gvern, huwa jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

16.10.2012

15.

Dr. Lubana Mushaweh

 

Ministru tal-Kultura. Bħala Ministru tal-Gvern, huwa jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

16.10.2012

16.

Dr. Jassem Mohammad Zakaria

 

Ministru tax-Xogħol u l-Affarijiet Soċjali. Bħala Ministru tal-Gvern, huwa jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

16.10.2012

17.

Omran Ahed Al Zu’bi

 

Ministru tal-Informazzjoni. Bħala Ministru tal-Gvern, huwa jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

16.10.2012

18.

Dr. Adnan Abdo Al Sikhny

 

Ministru tal-Industrija. Bħala Ministru tal-Gvern, huwa jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

16.10.2012

19.

Najm Hamad Al Ahmad

 

Ministru tal-Ġustizzja. Bħala Ministru tal-Gvern, huwa jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

16.10.2012

20.

Dr. Abdul Salam Al Nayef

 

Ministru tas-Saħħa. Bħala Ministru ta,l-Gvern huwa jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

16.10.2012

21.

Dr. Ali Heidar

 

Ministru tal-Istat għall-Kwistjonijiet Nazzjonali ta' Rikonċiljazzjoni. Bħala Ministru tal-Gvern, huwa jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

16.10.2012

22.

Dr. Nazeera Farah Sarkees

 

Ministru tal-Istat għall-Affarijiet Ambjentali. Bħala Ministru tal-Gvern, huwa jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

16.10.2012

23.

Mohammad Turki Al Sayed

 

Ministru tal-Istat. Bħala Ministru tal-Gvern, huwa jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

16.10.2012

24.

Najm-eddin Khreit

 

Ministru tal-Istat. Bħala Ministru tal-Gvern, huwa jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

16.10.2012

25.

Abdullah Khaleel Hussein

 

Ministru tal-Istat. Bħala Ministru tal-Gvern, huwa jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

16.10.2012

26.

Jamal Sha’ban Shaheen

 

Ministru tal-Istat. Bħala Ministru tal-Gvern, huwa jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

16.10.2012

27.

Suleiman Maarouf

(magħruf ukoll bħala Sulayman Mahmud Ma’ruf, Sleiman Maarouf, Mahmoud Soleiman Maarouf)

Passaport: għandu fil-possessjoni tiegħu passaport tar-Renju Unit

Negozjant qrib tal-familja tal-President Al-Assad. Għandu ishma fl-istazzjon televiżiv elenkat Dounya TV. Qrib ta' Muhammad Nasif Khayrbik, li ġie nominat. Jappoġġa r-reġim Sirjan.

16.10.2012

28.

Raza Othman

Il-mara ta' Rami Makhlouf

Hija għandha relazzjonijiet personali u finanzjarji mill-qrib ma' Rami Makhlouf, il-kuġin tal-president Bashar Al-Assad u l-finanzjatur ewlieni tar-reġim, li ġie nominat. F'din il-pożizzjoni, hija assoċjata mar-reġim Sirjan, u qed tibbenefika minnu.

16.10.2012

B.   Entitajiet

 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

Data ta' elenkar

1.

Megatrade

Indirizz:

Triq Aleppo

Kaxxa Postali 5966

Damasku, is-Sirja

Fax: 963114471081

Taġixxi f'isem l-Istitut ta' riċerka Militari Xjentifika (SSRC), li huwa elenkat. Involuta fil-kummerċ ta' prodotti b'użu doppju pprojbiti minn sanzjonijiet tal-UE għall-gvern Sirjan.

16.10.2012

2.

Expert Partners

Indirizz:

Triq Rukn Addin

Saladin, Bini Nru 5

Kaxxa Postali 7006 7006

Damasku, is-Sirja

Taġixxi f'isem l-Istitut ta' riċerka Militari Xjentifika (SSRC), li huwa elenkat. Involuta fil-kummerċ ta' prodotti b'użu doppju pprojbiti minn sanzjonijiet tal-UE għall-gvern Sirjan.

16.10.2012

II.

L-entrati għall-persuni u l-entitajiet li jinsabu fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2011/782/PESK elenkati hawn taħt għandhom jiġu sostitwiti mill-entrati t'hawn taħt.

 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

Data ta' elenkar

1.

Dr. Wael Nader Al –Halqi

Twieled fl-1964 fil-Provinċja ta' Daraa

Prim Ministru u ex-Ministru tas-Saħħa. Bħala Prim Ministru, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

27.2.2012

2.

Muhammad Ibrahim Al-Sha’ar

(magħruf ukoll bħala Mohammad Ibrahim Al-Chaar)

Twieled fl-1956 f'Aleppo

Ministru tal-Intern. Bħala Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

1.12.2011

3.

Dr. Mohammad Al-Jleilati

Twieled fl-1945 f'Damasku

Ministru tal-Finanzi. Bħala Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

1.12.2011

4.

Imad Mohammad Deeb Khamis

(magħruf ukoll bħala Imad Mohammad Dib Khamees)

Twieled fl-1 ta' Awwissu 1961 viċin Damasku

Ministru tad-Dawl. Bħala Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

23.3.2012

5.

Omar Ibrahim Ghalawanji

Twieled fl-1954 f'Tartus

Viċi Prim Ministru għall-Affarijiet tas-Servizzi, Ministru tal-Amministrazzjoni Lokali. Bħala Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

23.3.2012

6.

Joseph Suwaid

(magħruf ukoll bħala Joseph Jergi Sweid)

Twieled fl-1958 f'Damasku

Ministru tal-Istat. Bħala Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

23.3.2012

7.

Eng Hussein Mahmoud Farzat

(magħruf ukoll bħala Hussein Mahmud Farzat)

Twieled fl-1957 f'Hama

Ministru tal-Istat. Bħala Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

23.3.2012

8.

Mansour Fadlallah Azzam

(magħruf ukoll bħala Mansur Fadl Allah Azzam)

Twieled fl-1960 fil-Provinċja ta' Sweida

Ministru għall-Affarijiet tal-Presidenza. Bħala Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

27.2.2012

9.

Dr. Emad Abdul-Ghani Sabouni

(magħruf ukoll bħala Imad Abdul Ghani Al Sabuni)

Twieled fl-1964 f'Damasku

Ministru tat-Telekomunikazzjoni u t-Teknoloġija. Bħala Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

27.2.2012

10.

Ġeneral Ali Habib Mahmoud

Twieled fl-1939 f'Tartous

Ex-Ministru tad-Difiża. Assoċjat mar-reġim Sirjan u l-militar Sirjan, u r-repressjoni vjolenti tiegħu kontra l-popolazzjoni ċivili.

1.8.2011

11.

Tayseer Qala Awwad

Twieled fl-1943 f'Damasku

Ex-Ministru tal-Ġustizzja. Assoċjat mar-reġim Sirjan u r-repressjoni vjolenti tiegħu kontra l-popolazzjoni ċivili.

23.9.2011

12.

Dr. Adnan Hassan Mahmoud

Twieled fl-1966 f'Tartous

Ex-Ministru tal-Informazzjoni Assoċjat mar-reġim Sirjan u r-repressjoni vjolenti tiegħu kontra l-popolazzjoni ċivili.

23.9.2011

13.

Dr. Mohammad Nidal Al-Shaar

Twieled fl-1956 f'Aleppo

Ex-Ministru tal-Ekonomija u l-Kummerċ. Assoċjat mar-reġim Sirjan u r-repressjoni vjolenti tiegħu kontra l-popolazzjoni ċivili.

1.12.2011

14.

Sufian Allaw

Twieled fl-1944 f'al-Bukamal, Deir Ezzor

Ex-Ministru taż-Żejt u r-Riżorsi Minerali. Assoċjat mar-reġim u r-repressjoni vjolenti tiegħu kontra l-popolazzjoni ċivili.

27.2.2012

15.

Dr. Adnan Slakho

Twieled fl-1955 f'Damasku

Ex-Ministru tal-Industrija. Assoċjat mar-reġim u r-repressjoni vjolenti tiegħu kontra l-popolazzjoni ċivili.

27.2.2012

16.

Dr. Saleh Al-Rashed

Twieled fl-1964 fil-Provinċja t'Aleppo

Ex-Ministru tal-Edukazzjoni. Assoċjat mar-reġim u r-repressjoni vjolenti tiegħu kontra l-popolazzjoni ċivili.

27.2.2012

17.

Dr. Fayssal Abbas

Twieled fl-1955 fil-Provinċja ta' Hama

Ex-Ministru tat-Trasport. Assoċjat mar-reġim u r-repressjoni vjolenti tiegħu kontra l-popolazzjoni ċivili.

27.2.2012

18.

Ghiath Jeraatli

Twieled fl-1950 f'Salamiya

Ex-Ministru tal-Istat. Assoċjat mar-reġim u r-repressjoni vjolenti tiegħu kontra l-popolazzjoni ċivili.

23.3.2012

19.

Yousef Suleiman Al- Ahmad

Twieled fl-1956 f' Hasaka

Ex-Ministru tal-Istat. Assoċjat mar-reġim u r-repressjoni vjolenti tiegħu kontra l-popolazzjoni ċivili.

23.3.2012

20.

Hassan al-Sari

Twieled fl-1953 f'Hama

Ex-Ministru tal-Istat. Assoċjat mar-reġim u r-repressjoni vjolenti tiegħu kontra l-popolazzjoni ċivili.

23.3.2012

III.

Il-persuni u l-entitajiet elenkati hawn taħt għandhom jitneħħew mil-lista ta' persuni u entitajiet li tinsab fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2011/782/PESK.

1.

Salim Altoun

2.

Youssef Klizli

3.

Altoun Group


Top