EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012D0512

2012/512/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal- 21 ta’ Settembru 2012 deċiżjoni dwar id-data minn meta s-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) għandha tibda topera fit-tielet reġjun

OJ L 256, 22.9.2012, p. 21–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Croatian: Chapter 19 Volume 012 P. 205 - 206

In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2012/512/oj

22.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 256/21


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-21 ta’ Settembru 2012

deċiżjoni dwar id-data minn meta s-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) għandha tibda topera fit-tielet reġjun

(2012/512/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 767/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 dwar is-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) u l-iskambju ta’ dejta bejn l-Istati Membri dwar viżi għal perjodu qasir (Regolament dwar il-VIS) (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 48(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/49/KE tat-30 ta’ Novembru 2009 li tiddetermina l-ewwel reġjuni għall-bidu tal-attivitajiet tas-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) (2), it-tielet reġjun fejn il-ġbir u t-trażmissjoni tad-dejta lill-VIS għall-applikazzjonijiet kollha għandha tibda tħaddan fiha l-Afganistan, il-Baħrejn, l-Iran, l-Iraq, il-Kuwajt, l-Oman, il-Qatar, l-Arabja Sawdija, l-Emirati Għarab Magħquda u l-Jemen.

(2)

L-Istati Membri nnotifikaw lill-Kummissjoni li huma għamlu l-arranġamenti tekniċi u legali meħtieġa biex jiġbru u jitrażmettu d-dejta li għaliha qed issir referenza fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament tal-VIS lill-VIS għall-applikazzjonijiet kollha f’dak ir-reġjun, inklużi arranġamenti għall-ġbir u/jew it-trażmissjoni tad-dejta f’isem Stat Membru ieħor.

(3)

Il-kundizzjoni stabbilita fl-ewwel sentenza tal-Artikolu 48(3) tar-Regolament tal-VIS għalhekk hija sodisfatta, huwa għalhekk neċessarju li tkun iddeterminata d-data meta l-VIS għanda tibda topera fit-tielet reġjun.

(4)

Fid-dawl tal-ħtieġa sabiex tiġi stipulata data għall-bidu tal-VIS fil-futur qrib, din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ dakinhar stess li tiġi ppublikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(5)

Ġaladarba r-Regolament dwar il-VIS jibni fuq l-acquis ta’ Schengen, id-Danimarka nnotifikat l-implimentazzjoni tar-Regolament dwar il-VIS fil-liġi nazzjonali tagħha skont l-Artikolu 5 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, annessa mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea. Id-Danimarka, hija għaldaqstant marbuta bil-liġi internazzjonali biex timplimenta din id-Deċiżjoni.

(6)

Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen li fihom ir-Renju Unit ma jiħux sehem, skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE tad-29 ta’ Mejju 2000 dwar it-talba tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq biex jieħu sehem f’xi wħud mid-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen (3). Għaldaqstant ir-Renju Unit mhux marbut biha u lanqas ma huwa soġġett għall-applikazzjoni tagħha.

(7)

Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen li fihom l-Irlanda mhijiex tieħu sehem skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta’ Frar 2002 dwar it-talba tal-Irlanda biex tieħu sehem f’xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen (4). Għaldaqstant l-Irlanda mhijiex marbuta biha u lanqas ma hija soġġetta għall-applikazzjoni tagħha.

(8)

Fir-rigward tal-Islanda u n-Norveġja, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen fit-tifsira tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Islanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta’ dawn tal-aħħar mal-implementazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (5), li jaqgħu fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, il-punt B tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar ċerti arranġamenti għall-applikazzjoni ta’ dak il-Ftehim (6).

(9)

Fir-rigward tal-Isvizzera, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen fit-tifsira tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (7), li jaqgħu fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, il-punt B tad-Deċiżjoni 1999/437/KE moqri flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/146/KE (8).

(10)

Fir-rigward ta’ Liechtenstein, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp fid-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen, skont it-tifsira tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Svizzera u l-Prinċipat ta’ Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat ta’ Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera fl-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen, li jaqgħu fl-ambitu msemmi fl-Artikolu 1, il-punt B tad-Deċiżjoni 1999/437/KE moqri flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/350/UE (9).

(11)

Fir-rigward ta’ Ċipru, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi att li jkompli jiżviluppa jew li hu b’xi mod ieħor relatat mal-acquis ta’ Schengen fis-sens tal-Artikolu 3(2) tal-Att ta’ Adeżjoni tal-2003.

(12)

Fir-rigward tal-Bulgarija u r-Rumanija, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi att li jkompli jiżviluppa„ jew li hu b’xi mod ieħor relatat, mal-acquis ta’ Schengen skont it-tifsira tal-Artikolu 4(2) tal-Att tal-Adeżjoni tal-2005,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Sistema ta’ Informzzjoni dwar il-Viża għandha tibda topera fit-tielet reġjun skont id-Deċiżjoni 2010/49/KE tal-2 ta’ Ottubru 2012.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika b’mod konformi mat-Trattati.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Settembru 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 218, 13.8.2008, p. 60.

(2)  ĠU L 23, 27.1.2010, p. 62.

(3)  ĠU L 131, 1.6.2000, p. 43.

(4)  ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20.

(5)  ĠU L 176, 10.7.1999, p. 36.

(6)  ĠU L 176, 10.7.1999, p. 31.

(7)  ĠU L 53, 27.2.2008, p. 52.

(8)  ĠU L 53, 27.2.2008, p. 1.

(9)  ĠU L 160, 18.6.2011, p. 19.


Top