EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012D0506

2012/506/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat- 8 ta’ Awwissu 2012 li temenda d-Deċiżjoni 2002/253/KE li tistabbilixxi d-definizzjonijiet tal-każ għar-rapurtaġġ ta’ mard li jinxtered fin-netwerk tal-Komunità permezz tad-Deċiżjoni Nru 2119/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (notifikata bid-dokument numru C(2012) 5538) Test b’relevanza għaż-ŻEE

OJ L 262, 27.9.2012, p. 1–57 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Croatian: Chapter 15 Volume 014 P. 263 - 319

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 25/07/2018; Impliċitament imħassar minn 32018D0945

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2012/506/oj

27.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 262/1


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-8 ta’ Awwissu 2012

li temenda d-Deċiżjoni 2002/253/KE li tistabbilixxi d-definizzjonijiet tal-każ għar-rapurtaġġ ta’ mard li jinxtered fin-netwerk tal-Komunità permezz tad-Deċiżjoni Nru 2119/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(notifikata bid-dokument numru C(2012) 5538)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2012/506/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni Nru 2119/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Settembru 1998 dwar l-istabbiliment ta’ network għas-sorveljanza epidemoloġika u kontroll ta’ mard li jinxtered fil-Komunità (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(c) tagħha,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/253/KE (2), id-definizzjonijiet tal-każi stabbiliti fl-Anness ta’ dik id-Deċiżjoni għandhom jiġu aġġornati safejn ikun meħtieġ fuq il-bażi tal-informazzjoni xjentifika l-aktar reċenti.

(2)

Skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 851/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 li jistabbilixxi ċentru Ewropew għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard (3) (ECDC), l-ECDC pprovda, fuq talba tal-Kummissjoni, opinjoni xjentifika dwar id-definizzjonijiet tal-każi li tgħin lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri fl-iżvilupp ta’ strateġiji ta’ intervent fil-kamp tas-sorveljanza u tar-rispons għal mard li jinxtered.

(3)

Id-definizzjonijiet tal-każi diġà elenkati fl-Anness tad-Deċiżjoni 2002/253/KE għal HIV/AIDS, difterite, Haemophilus influenzae (marda invażiva), epatite B u C, mard tal-meninġikokki, gattone, legjonellożi, rubella konġenitali, tossina shiga/veroċitotossina li tipproduċi infezzjoni ta’ Escherichia coli (STEC/VTEC), salmonellożi u leptospirożi għandhom ikunu aġġornati fuq il-bażi ta’ din l-opinjoni xjentifika mogħtija mill-ECDC.

(4)

Definizzjoni ġenerika ta’ każ ta’ reżistenza antimikrobika, definizzjoni ġenerika ta’ infezzjonijiet nożokomjali, għadd ta’ definizzjonijiet speċifiċi ta’ każi ta’ infezzjonijiet nożokomjali, u definizzjoni għall-każ ta’ enċefalite li tinġarr minn insetti parassiti għandhom ukoll ikunu inklużi fl-Anness tad-Deċiżjoni 2002/253/KE fuq il-bażi ta’ dik l-opinjoni xjentifika mogħtija mill-ECDC.

(5)

Għall-fini ta’ ċarezza, ikun xieraq li l-Anness tad-Deċiżjoni 2002/253/KE jkun ristrutturat biex ikun żgurat li d-definizzjonijiet tal-każi ta’ mard li jinxtered ikunu f’lista separata minn dawk ta’ kwistjonijiet speċjali ta’ saħħa, u li, f’kull lista, id-definizzjonijiet tal-każi jkunu jidhru f’ordni numeriku.

(6)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skont id-Deċiżjoni Nru 2119/98/KE,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness tad-Deċiżjoni 2002/253/KE qed jinbidel bl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Awwissu 2012.

Għall-Kummissjoni

John DALLI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 268, 3.10.1998, p. 1.

(2)  ĠU L 86, 3.4.2002, p. 44.

(3)  ĠU L 142, 30.4.2004, p. 1.


ANNESS

1.   SPJEGAZZJONI TAT-TAQSIMIET UŻATI FID-DEFINIZZJONI U L-KLASSIFIKAZZJONI TAL-KAŻI

Il-kriterji kliniċi

Il-kriterji kliniċi jinkludu sinjali u sintomi komuni u rilevanti tal-marda li jew individwalment jew magħqudin flimkien jikkostitwixxu stampa klinika ċara jew indikattiva tal-marda. Huma jagħtu d-deskrizzjoni ġenerali tal-marda u ma jindikawx neċessarjament il-fatturi kollha meħtieġa għal dijanjożi klinika individwali.

Il-kriterji tal-laboratorju

Il-kriterji tal-laboratorju huma lista ta’ metodi tal-laboratorju li jintużaw biex jikkonfermaw xi każ. Ġeneralment wieħed biss mit-testijiet imniżżla jkun biżżejjed biex jikkonferma l-każ. Jekk tkun tinħtieġ taħlita ta’ metodi biex tissodisfa l-konferma tal-laboratorju, dan jiġi speċifikat. It-tip ta’ kampjun li għandu jinġabar għat-testijiet tal-laboratorju jiġi speċifikat biss meta ċerti tipi ta’ kampjuni biss jitqiesu rilevanti għall-konferma ta’ dijanjożi. Il-kriterji tal-laboratorju għal xi każ probabbli huma inklużi għal xi każijiet eċċezzjonali miftiehma,. Dawk il-kriterji tal-laboratorju jikkonsistu f’lista ta’ metodi tal-laboratorju li jistgħu jintużaw biex isostnu d-dijanjożi ta’ każ iżda li ma jkunux konfermattivi.

Il-kriterji epidemjoloġiċi u r-rabta epidemjoloġika

Il-kriterji epidemjoloġiċi jitqiesu li ġew sodisfatti meta tkun tista’ tiġi stabbilita r-rabta epidemjoloġika.

Ir-rabta epidemjoloġika, matul il-perjodu ta’ inkubazzjoni, tfisser waħda minn dawn is-sitta li ġejjin:

—   Trażmissjoni minn bniedem għal bniedem: il-fatt li persuna kellha kuntatt ma’ każ uman ikkonfermat mil-laboratorju b’tali mod li kellha l-possibbiltà li tiġi infettata

—   Trażmissjoni minn annimal għal bniedem: il-fatt li persuna kellha kuntatt ma’ annimal b’infezzjoni/kolonizzazzjoni kkonfermata mil-laboratorju b’tali mod li kellha l-possibbiltà li tiġi infettata

—   Esponiment għal sors komuni: il-fatt li persuna tkun ġiet esposta għall-istess mezz jew sors komuni ta’ infezzjoni, bħala każ uman ikkonfermat

—   Esponiment għal ikel/ilma tax-xorb ikkontaminat: il-fatt li persuna tkun ikkonsmat ikel jew ilma tax-xorb b’kontaminazzjoni kkonfermata mil-laboratorju jew li tkun ikkonsmat prodotti potenzjalment ikkontaminati minn annimal b’infezzjoni/kolonizzazzjoni kkonfermata mil-laboratorju

—   Esponiment ambjentali:: il-fatt li persuna tkun għamet f’ilma jew kellha kuntatt ma’ sors ambjentali kkontaminat li jkun ġie kkonfermat mil-laboratorju

—   Esponiment fil-laboratorju:: il-fatt li persuna tkun ħadmet f’laboratorju fejn ikun hemm potenzjal għal esponiment

Persuna tista’ titqies marbuta b’mod epidemjoloġiku għal każ ikkonfermat jekk għall-inqas każ wieħed fil-katina ta’ trażmissjoni jkun ikkonfermat mil-laboratorju. Fil-każ ta’ tifqigħa ta’ infezzjonijiet trażmessi mill-ħmieġ tal-imsaren u mill-ħalq jew mill-arja, il-katina ta’ trażmissjoni ma għandhiex neċessarjament tiġi stabbilita biex każ jitqies marbut b’mod epidemjoloġiku.

It-trażmissjoni tista’ sseħħ permezz ta’ waħda jew aktar mir-rotot li ġejjin:

—   Mill-arja: permezz ta’ projezzjoni ta’ aerosol minn persuna infettata għal fuq membrani mukużi waqt li din tkun qed tisgħol, tobżoq, tkanta jew titkellem, jew meta l-aerosols mikrobiċi mxerrda fl-atmosfera jinġibdu man-nifs minn persuni oħra

—   Kuntatt: kuntatt dirett ma’ persuna infettata (il-ħmieġ tal-imsaren u l-ħalq, il-qtar respiratorji, l-esponiment tal-ġilda jew dak sesswali) jew ma’ annimal (eż. gdim, mess) jew kuntatt indirett ma’ materjali jew oġġetti infettati (fomites infettati, fluwidi tal-ġisem, demm)

—   Vertikali: mill-omm għat-tarbija, ħafna drabi fl-utru, jew b’riżultat tal-iskambju inċidentali ta’ fluwidi tal-ġisem normalment matul il-perjodu immedjatament qabel jew wara t-twelid

—   Trażmissjoni minn vettur: trażmissjoni indiretta minn nemus, dud irqiq, dubbien u insetti oħra infettati li jittrażmettu l-mard lill-bnedmin permezz tal-gdim tagħhom

—   Ikel jew ilma: konsum ta’ ikel jew ilma tax-xorb potenzjalment ikkontaminat.

Klassifikazzjoni tal-każ

Il-każi huma kklassifikati bħala “possibbli”, “probabbli” u “konfermati”. Il-perjodi ta’ inkubazzjoni għall-mard jingħataw fl-informazzjoni addizzjonali biex tiġi ffaċilitata l-valutazzjoni tar-rabta epidemjoloġika.

Każ possibbli

Każ possibbli tfisser każ li hu kklassifikat bħala possibbli għal għanijiet ta’ rapportar. Ġeneralment dan ikun każ li jissodisfa l-kriterji kliniċi kif deskritti fid-definizzjoni tal-każ mingħajr evidenza epidemjoloġika jew tal-laboratorju tal-marda konċernata. Id-definizzjoni ta’ każ bħala possibbli għandha sensittività għolja u speċifiċità baxxa. Din tippermetti l-individwazzjoni tal-biċċa l-kbira tal-każi iżda xi każi pożittivi foloz se jiġu inklużi f’din il-kategorija.

Każ probabbli

Każ probabbli tfisser każ li hu kklassifikat bħala probabbli għal għanijiet ta’ rapportar. Dan hu ġeneralment każ bi kriterji kliniċi u b’rabta epidemjoloġika kif deskritt fid-definizzjoni tal-każ. It-testijiet tal-laboratorju għal każi probabbli huma speċifikati biss għal ċertu mard.

Każ ikkonfermat

Każ ikkonfermat tfisser każ li hu kklassifikat bħala kkonfermat għal għanijiet ta’ rapportar. Il-każi kkonfermati jkunu kkonfermati mil-laboratorju u jistgħu jissodisfaw il-kriterji kliniċi jew le kif deskritti fid-definizzjoni tal-każ. Id-definizzjoni ta’ każ bħala kkonfermat hija speċifika ħafna u inqas sensittiva; għalhekk ħafna mill-każi miġbura se jkunu każi veri għalkemm xi wħud mhumiex se jkunu individwati.

Il-kriterji kliniċi ta’ xi mard ma jalludux għall-fatt li ħafna każi akuti ma jurux sintomi (eż. l-epatite A, B u C, il-kampilobatterjożi, s-salmonellożi), għalkemm dawn il-każi xorta jistgħu jkunu importanti mill-perspettiva ta’ saħħa pubblika fuq livell nazzjonali.

Il-każi kkonfermati jaqgħu f’waħda mit-tliet subkategoriji mniżżla hawn taħt. Huma se jkunu assenjati lil waħda minn dawk is-subkategoriji matul l-analiżi tad-dejta bl-użu tal-varjabbli miġburin fil-kuntest tal-informazzjoni dwar il-każ.

Każ ikkonfermat mil-laboratorju bi kriterji kliniċi

Il-każ jissodisfa l-kriterji tal-laboratorju għall-konferma tal-każ u l-kriterji kliniċi inklużi fid-definizzjoni tal-każ.

Każ ikkonfermat mil-laboratorju bi kriterji kliniċi mhux magħrufa

Il-każ jissodisfa l-kriterji tal-laboratorju għall-konferma tal-każ iżda ma hemm l-ebda informazzjoni disponibbli fir-rigward tal-kriterji kliniċi (eż. ir-rapport tal-laboratorju biss).

Każ ikkonfermat mil-laboratorju mingħajr kriterji kliniċi

Il-każ jissodisfa l-kriterji tal-laboratorju għall-konferma tal-każ iżda ma jissodisfax il-kriterji kliniċi fid-definizzjoni tal-każ jew ma jurix sintomi.

2.   DEFINIZZJONIJIET TAL-KAŻI TA’ MARD LI JINXTERED

2.1   SINDROMU TA’ IMMUNODEFIĊJENZA AKKWIŻITA (AIDS) u INFEZZJONI TAL-VIRUS UMAN TAL-IMMUNODEFIĊJENZA (HIV)

Kriterji Kliniċi (AIDS)

Kull persuna li għandha xi waħda mill-kundizzjonijiet kliniċi kif iddefiniti fid-definizzjoni Ewropea tal-każ tal-AIDS:

Adulti u adoloxxenti minn 15-il sena ’l fuq

Tfal li jkollhom inqas minn 15-il sena

Kriterji tal-Laboratorju (HIV)

Adulti, adoloxxenti u tfal minn 18-il xahar ’il fuq

Għall-inqas waħda minn dawn it-tlieta li ġejjin:

Riżultat pożittiv tat-test ta’ skrining tal-antikorpi għall-HIV jew test ta’ skrining ikkombinat (antikorp għall-HIV u antiġen p. 24 tal-HIV) ikkonfermat minn test tal-antikorpi aktar speċifiku (eż. il-Western blot)

Riżultat pożittiv ta’ żewġ testijiet tal-antikorpi għal EIA kkonfermat minn riżultat pożittiv ta’ test EIA ieħor

Riżultati pożittivi fuq żewġ kampjuni separati minn għall-inqas waħda minn dawn it-tlieta li ġejjin:

Sejbien ta’ aċidu nuklejku tal-HIV (HIV-RNA, HIV-DNA)

Dimostrazzjoni tal-HIV permezz tat-test ta’ antiġen HIV p. 24, inkluża analiżi ta’ newtralizzazzjoni

Iżolament tal-HIV

Tfal ta’ età < 18-il xahar

Riżultati pożittivi fuq żewġ kampjuni separati (eskluż id-demm tal-kurdun) minn għall-inqas waħda minn dawn it-tlieta li ġejjin:

Iżolament tal-HIV

Sejbien ta’ aċidu nuklejku tal-HIV (HIV-RNA, HIV-DNA)

Dimostrazzjoni tal-HIV permezz ta’ test tal-antiġen HIV p. 24, inkluża analiżi ta’ newtralizzazzjoni f’tarbija li jkollha minn xahar ’il fuq

Kriterji Epidemjoloġiċi MA

Klassifikazzjoni tal-Każ

A.   Każ possibbli MA

B.   Każ probabbli MA

C.   Każ ikkonfermat

Infezzjoni tal-HIV

Kull persuna li tilħaq il-kriterji tal-laboratorju għall-infezzjoni tal-HIV

AIDS

Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi għall-AIDS u l-kriterji tal-laboratorju għall-infezzjoni tal-HIV

2.2   ANTHRAX (Bacillus anthracis)

Kriterji Kliniċi

Kull persuna li jkollha għall-inqas waħda mill-forom kliniċi li ġejjin:

Antraks kutanju

Għall-inqas waħda minn dawn it-tnejn li ġejjin:

Ferita bi nfafet jew vexxikolari

Eskar imħaffra sewda b’edema mad-dawra

Antraks gastrointestinali

Deni jew stat ta’ deni

U għall-inqas waħda minn dawn it-tnejn li ġejjin:

Uġigħ akut addominali

Dijarea

Id-dħul man-nifs tal-anthrax

Deni jew stat ta’ deni

U għall-inqas waħda minn dawn it-tnejn li ġejjin:

Diffikultà respiratorja akuta

Evidenza radjoloġika ta’ twessigħ medjastinali

Antraks tal-meninġi/meningoenċefalopatiku

Deni

U għall-inqas waħda minn dawn it-tlieta li ġejjin:

Konvulżjonijiet

Telf tas-sensi

Sinjali ta’ meninġi

Anthrax septicaemia

Kriterji tal-Laboratorju

Iżolament ta’ Bacillus anthracis minn kampjun kliniku

Sejbien tal-aċidu nuklejku ta’ Bacillus anthracis f’kampjun kliniku

Kampjun nażali pożittiv mingħajr sintomi kliniċi ma jikkontribwixxix għal dijanjożi kkonfermat ta’ każ

Kriterji Epidemjoloġiċi

Għall-inqas waħda mit-tliet rabtiet epidemjoloġiċi li ġejjin:

Trażmissjoni minn annimal għal bniedem

Esponiment għal sors komuni

Esponiment għal ikel/ilma tax-xorb ikkontaminat

Klassifikazzjoni tal-Każ

A.   Każ possibbli MA

B.   Każ probabbli

Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u b’rabta epidemjoloġika

C.   Każ ikkonfermat

Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u tal-laboratorju

2.3   INFLUWENZA AVJARJA A/H5 JEW A/H5N1 FIL-BNEDMIN

Kriterji Kliniċi

Kull persuna b’waħda minn dawn it-tnejn li ġejjin:

Deni U sinjali u sintomi ta’ infezzjoni respiratorja akuta

Mewt minħabba marda respiratorja akuta inspjegabbli

Kriterji tal-Laboratorju

Għall-inqas waħda minn dawn it-tlieta li ġejjin:

Iżolament tal-influwenza A/H5N1 minn kampjun kliniku

Sejbien tal-aċidu nuklejku tal-influwenza A/H5 f’kampjun kliniku

Reazzjoni speċifika tal-antikorpi għall-influwenza A/H5 (żieda b’erba’ darbiet jew aktar jew titru singolu għoli)

Kriterji Epidemjoloġiċi

Għall-inqas waħda minn dawn l-erbgħa li ġejjin:

Trażmissjoni minn bniedem għal bniedem minħabba kuntatt mill-qrib (mhux aktar minn metru) ma’ persuna rrapportata bħala każ probabbli jew ikkonfermat

Esponiment fil-laboratorju: fejn hemm esponiment potenzjali għal influwenza A/H5N1

Kuntatt mill-qrib (mhux aktar minn metru) ma’ annimal b’infezzjoni A/H5N1 ikkonfermata għajr tjur u għasafar selvaġġi (eż. qattus jew ħanżir)

Għajxien jew żjara f’żona fejn l-influwenza A/H5N1 hi attwalment suspettata jew ikkonfermata (1) U għall-inqas waħda minn dawn it-tnejn li ġejjin:

Kuntatt mill-qrib (mhux aktar minn metru) ma’ tjur domestiċi jew għasafar selvaġġi morda jew mejta (2) fiż-żona affettwata

Kien f’dar jew f’razzett fejn ikun ġie rrapportat tjur domestiku marid jew mejjet matul ix-xahar ta’ qabel fiż-żona affettwata

Klassifikazzjoni tal-Każ

A.   Każ possibbli

Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u epidemjoloġiċi

B.   Każ probabbli

Kull persuna li jkollha test pożittiv għal influwenza A/H5 jew A/H5N1 imwettaq minn laboratorju li mhuwiex Laboratorju ta’ Referenza Nazzjonali li jipparteċipa fin-Netwerk Komunitarju tal-UE tal-Laboratorji ta’ Referenza għall-influwenza umana (CNRL)

C.   Każ ikkonfermat nazzjonalment

Kull persuna li jkollha test pożittiv għal influwenza A/H5 jew A/H5N1 imwettaq minn Laboratorju ta’ Referenza Nazzjonali li jipparteċipa fin-Netwerk Komunitarju tal-UE tal-Laboratorji ta’ Referenza għall-influwenza umana (CNRL)

D.   Każ ikkonfermat mill-WHO

Kull persuna b’konferma tal-laboratojru minn Ċentru ta’ Kollaborazzjoni tal-WHO għal H5

2.4   BOTULIŻMU (Clostridium botulinum)

Kriterji Kliniċi

Kull persuna li jkollha għall-inqas waħda mill-forom kliniċi li ġejjin:

Botuliżmu li jinġarr fl-ikel u botuliżmu minn ferita

Għall-inqas waħda minn dawn it-tnejn li ġejjin:

Indeboliment tan-nervaturi kranjali bilaterali (eż. diplopja, viżjoni mċajpra, dysphagia, fjakkezza fil-boċċa tal-għajn)

Paraliżi simetrika periferali

Botuliżmu fit-trabi

Trabi li jkollhom għall-inqas waħda minn dawn is-sitta li ġejjin:

Stitikezza

Letarġija

Nuqqas ta’ aptit

Ptożi

Dysphagia

Dgħufija ġenerali fil-muskoli

It-tip ta’ botuliżmu li normalment ikun hemm fit-trabi (ta’ inqas minn 12-il xahar) jista’ jaffettwa wkoll lit-tfal li jkollhom aktar minn 12-il xahar u xi kultant lill-adulti, b’anatomija gastrointestinali u mikroflora alterati.

Kriterji tal-Laboratorju

Għall-inqas waħda minn dawn it-tnejn li ġejjin:

Iżolament ta’ Clostridium botulinum għal botuliżmu fit-trabi (ippurgar) jew botuliżmu minn ferita (ferita) (l-iżolament ta’ Clostridium botulinum fl-ippurgar ta’ adulti mhux rilevanti għad-dijanjożi ta’ botuliżmu li jinġarr fl-ikel)

Sejbien ta’ tossina tal-botulinum f’kampjun kliniku

Kriterji Epidemjoloġiċi

Għall-inqas waħda miż-żewġ rabtiet epidemjoloġiċi li ġejjin:

Esponiment għal sors komuni (eż. l-ikel, l-iskambju ta’ labar jew apparati oħra)

Esponiment għal ikel/ilma tax-xorb ikkontaminat

Klassifikazzjoni tal-Każ

A.   Każ possibbli MA

B.   Każ probabbli

Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u b’rabta epidemjoloġika

C.   Każ ikkonfermat

Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u tal-laboratorju

2.5   BRUĊELLOŻI (Brucella spp.)

Kriterji Kliniċi

Kull persuna li jkollha d-Deni

U għall-inqas waħda mis-sebgħa li ġejjin:

Għaraq (abbundanti, jinten, speċjalment matul il-lejl)

Riħ qawwi

Artralġija

Dgħufija

Depressjoni

Uġigħ ta’ ras

Anoreksja

Kriterji tal-Laboratorju

Għall-inqas waħda minn dawn it-tnejn li ġejjin:

Iżolament ta’ Brucella spp. minn kampjun kliniku

Reazzjoni speċifika tal-antikorpi għall-Brucella (Test ta’ Agglutinazzjoni Standard, Fissazzjoni tal-Komplement, ELISA)

Kriterji Epidemjoloġiċi

Għall-inqas waħda mill-erba’ rabtiet epidemjoloġiċi li ġejjin:

Esponiment għal ikel/ilma tax-xorb ikkontaminat

Esponiment għal prodotti minn annimal ikkontaminat (ħalib jew prodotti tal-ħalib)

Trażmissjoni minn annimal għal bniedem (tnixxijiet jew organi kkontaminati eż. tnixxija vaġinali, plaċenta)

Esponiment għal sors komuni

Klassifikazzjoni tal-Każ

A.   Każ possibbli MA

B.   Każ probabbli

Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u b’rabta epidemjoloġika

C.   Każ ikkonfermat

Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u tal-laboratorju

2.6   KAMPILOBATTERJOŻI (Campylobacter spp.)

Kriterji Kliniċi

Kull persuna li jkollha għall-inqas waħda minn dawn it-tlieta li ġejjin:

Dijarea

Uġigħ addominali

Deni

Kriterji tal-Laboratorju

Iżolament ta’ Campylobacter spp. mill-ippurgar jew mid-demm

Jekk ikun possibbli għandha ssir differenzjazzjoni ta’ Campylobacter spp.

Kriterji Epidemjoloġiċi

Għall-inqas waħda mill-ħames rabtiet epidemjoloġiċi li ġejjin:

Trażmissjoni minn annimal għal bniedem

Trażmissjoni minn bniedem għal bniedem

Esponiment għal sors komuni

Esponiment għal ikel/ilma tax-xorb ikkontaminat

Esponiment ambjentali

Klassifikazzjoni tal-Każ

A.   Każ possibbli MA

B.   Każ probabbli

Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u b’rabta epidemjoloġika

C.   Każ ikkonfermat

Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u tal-laboratorju

2.7   INFEZZJONI TAL-KLAMIDJA (Chlamydia trachomatis), inkluża LYMPHOGRANULOMA VENEREUM (LGV)

Kriterji Kliniċi

Kull persuna li jkollha għall-inqas waħda mill-forom kliniċi li ġejjin:

Infezzjoni tal-Klamidja mhux LGV

Għall-inqas waħda minn dawn is-sitta li ġejjin:

Uretrite

Epididimite

Salpinġite akuta

Endometrite akuta

Ċerviċite

Proktite

Fi trabi tat-twelid għall-inqas waħda minn dawn it-tnejn li ġejjin:

Konġuntivite

Pulmonite

LGV

Għall-inqas waħda minn dawn il-ħamsa li ġejjin:

Uretrite

Ulċera ġenitali

Limfadenopatija ingwinali

Ċerviċite

Proktite

Kriterji tal-Laboratorju

Infezzjoni tal-Klamidja mhux LGV

Għall-inqas waħda minn dawn it-tlieta li ġejjin:

Iżolament ta’ Chlamydia trachomatis minn kampjun tal-passaġġ anoġenitali jew mill-konġuntiva

Dimostrazzjoni ta’ Chlamydia trachomatis permezz tat-test DFA f’kampjun kliniku

Sejbien tal-aċidu nuklejku tal-Chlamydia trachomatis f’kampjun kliniku

LGV

Għall-inqas waħda minn dawn it-tnejn li ġejjin:

Iżolament ta’ Chlamydia trachomatis minn kampjun tal-passaġġ anoġenitali jew mill-konġuntiva

Sejbien tal-aċidu nuklejku tal-Chlamydia trachomatis f’kampjun kliniku

U

Identifikazzjoni ta’ serovar (genovar) L1, L2 jew L3

Kriterji Epidemjoloġiċi

Rabta epidemjoloġika permezz ta’ trażmissjoni minn bniedem għal bniedem (kuntatt sesswali jew trażmissjoni vertikali)

Klassifikazzjoni tal-Każ

A.   Każ possibbli MA

B.   Każ probabbli

Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u b’rabta epidemjoloġika

C.   Każ ikkonfermat

Kull persuna li tilħaq il-kriterji tal-laboratorju

2.8   KOLERA (Vibrio cholerae)

Kriterji Kliniċi

Kull persuna li jkollha għall-inqas waħda minn dawn it-tnejn li ġejjin:

Dijarea

Remettar

Kriterji tal-Laboratorju

Iżolament ta’ Vibrio cholerae minn kampjun kliniku

U

Dimostrazzjoni ta’ antiġen O1 jew O139 fl-iżolat

U

Dimostrazzjoni ta’ enterotossina tal-kolera jew il-ġene tal-enterotossina tal-kolera fl-iżolat

Kriterji Epidemjoloġiċi

Għall-inqas waħda mill-erba’ rabtiet epidemjoloġiċi li ġejjin:

Esponiment għal sors komuni

Trażmissjoni minn bniedem għal bniedem

Esponiment għal ikel/ilma tax-xorb ikkontaminat

Esponiment ambjentali

Klassifikazzjoni tal-Każ

A.   Każ possibbli MA

B.   Każ probabbli

Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u b’rabta epidemjoloġika

C.   Każ ikkonfermat

Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u tal-laboratorju

2.9   IL-MARDA CREUTZFELDT-JAKOB, VARJANTI (vCJD)

Kundizzjonijiet minn qabel

Kull persuna li jkollha diżordni newropsikjatrika progressiva li ddum mill-inqas sitt xhur

Investigazzjonijiet ta’ rutina ma jissuġġerux dijanjożi alternattiva

L-ebda każ fl-imgħoddi ta’ esponiment għal ormoni pitwitarji umani jew tilqim uman ta’ dura mater

L-ebda evidenza ta’ forma ġenetika ta’ enċefalopatija sponġiformi li tinxtered

Kriterji Kliniċi

Kull persuna li jkollha għall-inqas erbgħa minn dawn il-ħamsa li ġejjin:

Sintomi psikjatriċi minn kmieni (3)

Sintomi sensorji b’uġigħ persistenti (4)

Ataksja

Mijoklonus jew kolera jew distonja

Dimenzja

Kriterji Dijanjostiċi

Kriterji dijanjostiċi għall-konferma tal-każ:

Konferma newropatoloġika: bidla sponġiformi u depożizzjoni estensiva tal-proteina prion b’qoxra żejda madwar iċ-ċerebru u ċ-ċervellett

Kriterji dijanjostiċi għal każ probabbli jew possibbli:

L-EEG ma jurix id-dehra tipika (5) ta’ CJD sporadika (6) fl-istadji bikrija tal-marda

Sinjal għoli pulvinari bilaterali fuq scan tal-moħħ bl-MRI

Bijopsija pożittiva tat-tunsilli (7)

Kriterji Epidemjoloġiċi

Rabta epidemjoloġika permezz ta’ trażmissjoni minn bniedem għal bniedem (eż. trasfużjoni tad-demm)

Klassifikazzjoni tal-Każ

A.   Każ possibbli

Kull persuna li tilħaq il-kundizzjonijiet minn qabel

U

tilħaq il-kriterji kliniċi

U

EEG negattiv għal CJD sporadika (8)

B.   Każ probabbli

Kull persuna li tilħaq il-kundizzjonijiet minn qabel

U

tilħaq il-kriterji kliniċi

U

EEG negattiv għal CJD sporadika (9)

U

scan tal-moħħ bl-MRI pożittiv

JEW

Kull persuna li tilħaq il-kundizzjonijiet minn qabel

U

bijopsija pożittiva tat-tunsilli

C.   Każ ikkonfermat

Kull persuna li tilħaq il-kundizzjonijiet minn qabel

U

tilħaq il-kriterji dijanjostiċi għall-konferma tal-każ

2.10   KRIPTOSPORIDJOŻI (Cryptosporidium spp.)

Kriterji Kliniċi

Kull persuna li jkollha għall-inqas waħda minn dawn it-tnejn li ġejjin:

Dijarea

Uġigħ addominali

Kriterji tal-Laboratorju

Għall-inqas waħda minn dawn l-erbgħa li ġejjin:

Dimostrazzjoni ta’ ooċiti tal-Cryptosporidium fl-ippurgar

Dimostrazzjoni tal-Cryptosporidium fil-fluwidi intestinali jew minn kampjuni miġbura b’bijopsija mill-imsaren iż-żgħar

Sejbien tal-aċidu nuklejku tal-Cryptosporidium fl-ippurgar

Sejbien tal-antiġen tal-Cryptosporidium fl-ippurgar

Kriterji Epidemjoloġiċi

Waħda mill-ħames rabtiet epidemjoloġiċi li ġejjin:

Trażmissjoni minn bniedem għal bniedem

Esponiment għal sors komuni

Trażmissjoni minn annimal għal bniedem

Esponiment għal ikel/ilma tax-xorb ikkontaminat

Esponiment ambjentali

Klassifikazzjoni tal-Każ

A.   Każ possibbli MA

B.   Każ probabbli

Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u b’rabta epidemjoloġika

C.   Każ ikkonfermat

Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u tal-laboratorju

2.11   DIFTERITE (Corynebacterium diphtheriae, Corynebacterium ulcerans u Corynebacterium pseudotuberculosis)

Kriterji Kliniċi

Kull persuna li jkollha għall-inqas waħda mill-forom kliniċi li ġejjin:

Difterite Respiratorja Klassika:

Marda fil-passaġġ ta’ fuq tan-nifs bil-larinġite jew bin-nażofarinġite jew bit-tonsillite

U

membrana/psewdomembrana aderenti

Difterite respiratorja ħafifa:

Marda tal-passaġġ ta’ fuq tan-nifs bil-larinġite jew bin-nażofarinġite jew bit-tonsillite

MINGĦAJR

membrana/psewdomembrana aderenti.

Difterite fil-Ġilda:

Ferita fil-ġilda

Difterite ta’ partijiet oħra:

Ferita tal-konġuntiva jew tal-membrani mukużi

Kriterji tal-Laboratorju

L-iżolament ta’ Corynebacterium diphtheriae, Corynebacterium ulcerans jew Corynebacterium pseudotuberculosis li jipproduċu tossina minn kampjun kliniku.

Kriterji Epidemjoloġiċi

Għall-inqas waħda mir-rabtiet epidemjoloġiċi li ġejjin:

Trażmissjoni minn bniedem għal bniedem

Trażmissjoni minn annimal għal bniedem

Klassifikazzjoni tal-Każ

A.   Każ possibbli

Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi għal difterite respiratorja klassika

B.   Każ probabbli

Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi għad-difterite (Difterite Respiratorja Klassika, Difterite Respiratorja Ħafifa, Difterite fil-Ġilda, Difterite ta’ partijiet oħra) b’rabta epidemjoliġika ma’ każ uman ikkonfermat jew b’rabta epidemjoliġika ma’ trażmissjoni minn annimal għal bniedem

C.   Każ ikkonfermat

Kull persuna li tilħaq il-kriterji tal-laboratorju U għall-inqas waħda mill-forom kliniċi

2.12   EKINOKOKKOŻI (Echinococcus spp.)

Kriterji Kliniċi

Mhux rilevanti għal għanijiet ta’ sorveljanza

Kriterji Dijanjostiċi

Għall-inqas waħda minn dawn il-ħamsa li ġejjin:

Istopatoloġija jew parassitoloġija kompatibbli ma’ Echinococcus multilocularis jew granulosus (eż. viżwalizzazzjoni diretta tal-protoskoliċi fil-fluwidu taċ-ċista)

Sejbien ta’ morfoloġija makroskopika patonjomonika ta’ Echinoccocus granulosus ta’ ċista/ċisti f’kampjuni kirurġiċi

Feriti f’organi tipiċi misjuba permezz ta’ tekniki bl-immaġni (eż.: tomografija kompjuterizzata, sonografija, MRI) U kkonfermati b’test seroloġiku

Antikorpi speċifiċi tas-serum ta’ Echinococcus spp. b’test seroloġiku b’sensittività għolja U kkonfermati permezz ta’ test seroloġiku bi speċifiċità għolja

Sejbien tal-aċidu nuklejku ta’ Echinococcus multilocularis jew granulosus f’kampjun kliniku

Kriterji Epidemjoloġiċi MA

Klassifikazzjoni tal-Każ

A.   Każ possibbli MA

B.   Każ probabbli MA

C.   Każ ikkonfermat

Kull persuna li tilħaq il-kriterji dijanjostiċi

2.13   ĠARDJAŻI (Giardia lamblia)

Kriterji Kliniċi

Kull persuna li jkollha għall-inqas waħda minn dawn l-erbgħa li ġejjin:

Dijarea

Uġigħ addominali

Nefħa

Sinjali ta’ ħdim ħażin tal-ikel (eż. steatorrea, telf fil-piż)

Kriterji tal-Laboratorju

Għall-inqas waħda minn dawn it-tnejn li ġejjin:

Dimostrazzjoni ta’ ċisti jew tropożojti tal-Giardia lamblia fl-ippurgar, fluwidu duodenali jew bijopsija tal-imsaren iż-żgħar

Dimostrazzjoni ta’ antiġeni ta’ Giardia lamblia fl-ippurgar

Kriterji Epidemjoloġiċi

Għall-inqas waħda mill-erba’ rabtiet epidemjoloġiċi li ġejjin:

Esponiment għal ikel/ilma tax-xorb ikkontaminat

Trażmissjoni minn bniedem għal bniedem

Esponiment għal sors komuni

Esponiment ambjentali

Klassifikazzjoni tal-Każ

A.   Każ possibbli MA

B.   Każ probabbli

Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u b’rabta epidemjoloġika

C.   Każ ikkonfermat

Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u tal-laboratorju

2.14   GONORREA (Neisseria gonorrhoeae)

Kriterji Kliniċi

Kull persuna li jkollha għall-inqas waħda minn dawn it-tmienja li ġejjin:

Uretrite

Salpinġite akuta

Marda ta’ infjammazzjoni pelvika

Ċerviċite

Epididimite

Proktite

Farinġite

Artrite

JEW

Kull tarbija tat-twelid b’konġuntivite

Kriterji tal-Laboratorju

Għall-inqas waħda minn dawn l-erbgħa li ġejjin:

L-iżolament ta’ Neisseria gonorrhoeae minn kampjun kliniku

Sejbien tal-aċidu nuklejku ta’ Neisseria gonorrhoeae f’kampjun kliniku

Dimostrazzjoni ta’ Neisseria gonorrhoeae permezz ta’ test b’sonda mhux amplifikata tal-aċidu nuklejku f’kampjun kliniku

Sejbien mikroskopiku ta’ diplokokki gram-negattivi intraċellulari f’kampjun maskili tal-uretra

Kriterji Epidemjoloġiċi

Rabta epidemjoloġika permezz ta’ trażmissjoni minn bniedem għal bniedem (kuntatt sesswali jew trażmissjoni vertikali)

Klassifikazzjoni tal-Każ

A.   Każ possibbli MA

B.   Każ probabbli

Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u b’rabta epidemjoloġika

C.   Każ ikkonfermat

Kull persuna li tilħaq il-kriterji tal-laboratorju

2.15   HAEMOPHILUS INFLUENZAE, MARDA INVAŻIVA (Haemophilus influenzae)

Kriterji Kliniċi

Mhux rilevanti għal għanijiet ta’ sorveljanza

Kriterji tal-Laboratorju

Għall-inqas waħda minn dawn it-tnejn li ġejjin:

Iżolament ta’ Haemophilus influenzae minn sit normalment sterili

Sejbien tal-aċidu nuklejku ta’ Haemophilus influenzae minn sit normalment sterili

Kriterji Epidemjoloġiċi MA

Klassifikazzjoni tal-Każ

A.   Każ possibbli MA

B.   Każ probabbli MA

C.   Każ ikkonfermat

Kull persuna li tilħaq il-kriterji tal-laboratorju

2.16   EPATITE A (Virus tal-Epatite A)

Kriterji Kliniċi

Kull persuna li jkollha bidu diskret ta’ sintomi (eż. għeja kbira, uġigħ addominali, telf ta’ aptit, nawżja u remettar intermittenti)

U

Għall-inqas waħda minn dawn it-tlieta li ġejjin:

Deni

Suffejra

Livelli elevati ta’ transaminażi tas-serum

Kriterji tal-Laboratorju

Għall-inqas waħda minn dawn it-tlieta li ġejjin:

Sejbien ta’ aċidu nuklejku tal-virus tal-epatite A fis-serum jew fl-ippurgar

Reazzjoni speċifika tal-antikorpi tal-virus tal-epatite A

Sejbien ta’ antiġen tal-virus tal-epatite A fl-ippurgar

Kriterji Epidemjoloġiċi

Għall-inqas waħda minn dawn l-erbgħa li ġejjin:

Trażmissjoni minn bniedem għal bniedem

Esponiment għal sors komuni

Esponiment għal ikel/ilma tax-xorb ikkontaminat

Esponiment ambjentali

Klassifikazzjoni tal-Każ

A.   Każ possibbli MA

B.   Każ probabbli

Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u b’rabta epidemjoloġika

C.   Każ ikkonfermat

Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u tal-laboratorju

2.17   EPATITE B (Virus tal-Epatite B)

Kriterji Kliniċi

Mhux rilevanti għal għanijiet ta’ sorveljanza

Kriterji tal-Laboratorju

Riżultati pożittivi ta’ għall-inqas wieħed jew aktar mit-testijiet li ġejjin jew taħlita ta’ testijiet:

Antikorp ċentrali tal-epatite B tal-IgM (anti-HBc IgM)

Antiġen tal-wiċċ tal-epatite B (HBsAg)

Antiġen e tal-epatite B (HBeAg)

Aċidu nuklejku tal-epatite B (HBV-DNA)

Kriterji Epidemjoloġiċi

Mhux rilevanti għal għanijiet ta’ sorveljanza

Klassifikazzjoni tal-Każ

A.   Każ possibbli MA

B.   Każ probabbli MA

C.   Każ ikkonfermat

Kull persuna li tilħaq il-kriterji tal-laboratorju

2.18   EPATITE C (Virus tal-Epatite C)

Kriterji Kliniċi

Mhux rilevanti għal għanijiet ta’ sorveljanza

Kriterji tal-Laboratorju

Għall-inqas waħda minn dawn it-tlieta li ġejjin:

Sejbien tal-aċidu nuklejku tal-virus tal-epatite C (HCV RNA)

Sejbien tal-antiġen ċentrali tal-virus tal-epatite C (HCV-core)

Reazzjoni speċifika tal-antikorp tal-virus tal-epatite C (anti-HCV) ikkonfermata minn test konfermattiv ta’ antikorp (eż. immunoblot) fuq persuni ta’ aktar minn 18-il xahar fl-età mingħajr evidenza ta’ infezzjoni mfejqa

Kriterji Epidemjoloġiċi MA

Klassifikazzjoni tal-Każ

A.   Każ possibbli MA

B.   Każ probabbli MA

C.   Każ ikkonfermat

Kull persuna li tilħaq il-kriterji tal-laboratorju

2.19   INFLUWENZA (virus tal-influwenza)

Kriterji Kliniċi

Kull persuna li jkollha għall-inqas waħda mill-forom kliniċi li ġejjin:

Marda simili għall-influwenza (ILI)

Bidu għal għarrieda tas-sintomi

U

Għall-inqas wieħed mill-erba’ sintomi sistemiċi li ġejjin:

Deni jew stat ta’ deni

Telqa

Uġigħ ta’ ras

Uġigħ fil-muskoli

U

Għall-inqas wieħed mit-tliet sintomi respiratorji li ġejjin:

Sogħla

Uġigħ fil-gerżuma

Qtugħ tan-nifs

Infezzjoni respiratorja akuta (ARI)

Bidu għal għarrieda tas-sintomi

U

Għall-inqas wieħed mill-erba’ sintomi respiratorji li ġejjin:

Sogħla

Uġigħ fil-gerżuma

Qtugħ tan-nifs

Koriża

U

Opinjoni klinika li l-marda hi kkawżata minn infezzjoni

Kriterji tal-Laboratorju

Għall-inqas waħda minn dawn l-erbgħa li ġejjin:

Iżolament tal-virus tal-influwenza minn kampjun kliniku

Sejbien tal-aċidu nuklejku tal-virus tal-influwenza f’kampjun kliniku

Identifikazzjoni ta’ antiġen tal-virus tal-influwenza permezz tat-test DFA f’kampjun kliniku

Reazzjoni speċifika tal-antikorpi tal-influwenza

Jekk ikun possibbli għandha ssir klassifikazzjoni tas-subtip tal-iżolati tal-influwenza

Kriterji Epidemjoloġiċi

Rabta epidemjoloġika bi trażmissjoni minn bniedem għal bniedem

Klassifikazzjoni tal-Każ

A.   Każ possibbli

Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi (ILI jew ARI)

B.   Każ probabbli

Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi (ILI jew ARI) u b’rabta epidemjoloġika

C.   Każ ikkonfermat

Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi (ILI jew ARI) u tal-laboratorju

2.20   INFLUWENZA A(H1N1)

Kriterji Kliniċi

Kull persuna b’waħda minn dawn it-tlieta li ġejjin:

deni > 38 °C U sintomi ta’ infezzjoni respiratorja akuta

Pulmonite (marda respiratorja akuta)

Mewt minħabba marda respiratorja akuta inspjegabbli

Kriterji tal-Laboratorju

Għall-inqas wieħed mit-testijiet li ġejjin:

RT-PCR

koltivazzjoni virali (meħtieġa faċilitajiet BSL 3)

żieda b’erba’ darbiet f’antikorpi newtralizzanti speċifikatament għal virus tal-influwenza A(H1N1) ġdida (li jimplika l-ħtieġa ta’ seri pari, minn marda f’fażi akuta u wara fi stadju ta’ konvalexxenza ta’ 10-14-il jum minimu)

Kriterji Epidemjoloġiċi

Għall-inqas waħda minn dawn it-tlieta li ġejjin fis-sebat ijiem qabel il-bidu tal-marda:

persuna li kienet f’kuntatt mill-qrib ma’ każ ikkonfermat ta’ infezzjoni minn virus tal-influwenza A(H1N1) ġdida waqt li l-każ kien waqt mard

persuna li vvjaġġat f’post fejn tkun iddokumentata trażmissjoni kontinwa minn bniedem għal bniedem tal-influwenza A(H1N1) ġdida

persuna li taħdem f’laboratorju fejn isiru testijiet tal-virus tal-influwenza A(H1N1) ġdida

Klassifikazzjoni tal-każ

A.   Każ taħt investigazzjoni

Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u epidemjoloġiċi

B.   Każ probabbli

Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi U epidemjoloġiċi U b’riżultat mil-laboratorju li juri infezzjoni pożittiva tal-influwenza A ta’ tip li ma jistax ikollu subtip

C.   Każ ikkonfermat

Kull persuna li tilħaq il-kriterji tal-laboratorju għall-konferma

2.21   LEĠJONELLOŻI (Legionella spp.)

Kriterji Kliniċi

Kull persuna b’pulmonite

Kriterji tal-Laboratorju

Kriterji tal-laboratorju għall-konferma tal-każ

Għall-inqas wieħed minn dawn it-tlieta li ġejjin:

Iżolament ta’ Legionella spp. minn tnixxijiet respiratorji jew kull sit normalment sterili

Sejbien tal-antiġen tal-Legionella pneumophila fl-urina

Żieda sinifikanti fil-livell speċifiku tal-antikorpi għal serogrupp 1 tal-Legionella pneumophila f’kampjuni pari tas-serum

Kriterji tal-laboratorju għal każ probabbli

Għall-inqas waħda minn dawn l-erbgħa li ġejjin:

Sejbien tal-antiġen tal-Legionella pneumophila fi tnixxijiet respiratorji jew tessut tal-pulmuni eż. permezz ta’ tebgħa bid-DFA bl-użu ta’ reaġenti derivati tal-antikorpi monoklonali

Sejbien tal-aċidu nuklejku tal-Legionella spp. fi tnixxijiet respiratorji, tessut tal-pulmun jew kull sit normalment sterili

Żieda sinifikanti fil-livell speċifiku tal-antikorpi għal-Legionella pneumophila minbarra serogrupp 1 jew Legionella spp. oħra f’kampjuni pari tas-serum

Livell singolu għoli tal-antikorp speċifiku għal serogrupp 1 tal-Legionella pneumophila fis-serum

Kriterji Epidemjoloġiċi MA

Klassifikazzjoni tal-Każ

A.   Każ possibbli MA

B.   Każ probabbli

Kull persuna li tilħaq il-kriterju kliniku U għall-inqas kriterju wieħed tal-laboratorju għal każ probabbli

C.   Każ ikkonfermat

Kull persuna li tilħaq il-kriterju kliniku U għall-inqas kriterju wieħed tal-laboratorju għal każ probabbli

2.22   LEPTOSPIROŻI (Leptospira spp.)

Kriterji Kliniċi

Kull persuna li jkollha

Deni

JEW

Għall-inqas tnejn minn dawn il-ħdax li ġejjin:

Riħ qawwi

Uġigħ ta’ ras

Uġigħ fil-muskoli

Xaqq tal-għaraq konġuntivali

Emorraġiji tal-ġilda jew ta’ membrani mukużi

Raxx

Suffejra

Mijokardite

Meninġite

Indeboliment renali

Sintomi respiratorji bħal emottiżi

Kriterji tal-Laboratorju

Għall-inqas waħda minn dawn l-erbgħa li ġejjin:

Iżolament ta’ Leptospira interrogans jew ta’ kull Leptospira spp. patoġenika oħra minn kampjun kliniku

Sejbien ta’ Leptospira interrogans jew ta’ aċidu nuklejku ta’ kull Leptospira spp. patoġenika oħra f’kampjun kliniku

Dimostrazzjoni ta’ Leptospira interrogans jew kull Leptospira spp. patoġenika oħra bl-immunofluworexxenza f’kampjun kliniku

Reazzjoni speċifika tal-antikorpi għal Leptospira interrogans jew għal kull Leptospira spp. patoġenika oħra

Kriterji Epidemjoloġiċi

Għall-inqas waħda mit-tliet rabtiet epidemjoloġiċi li ġejjin:

Trażmissjoni minn annimal għal bniedem

Esponiment ambjentali

Esponiment għal sors komuni

Klassifikazzjoni tal-Każ

A.   Każ possibbli MA

B.   Każ probabbli

Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u b’rabta epidemjoloġika

C.   Każ ikkonfermat

Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u tal-laboratorju

2.23   LISTERJOŻI (Listeria monocytogenes)

Kriterji Kliniċi

Kull persuna li jkollha għall-inqas waħda minn dawn it-tlieta li ġejjin:

Listerjożi ta’ trabi tat-twelid iddefinita bħala

Twelid ta’ tarbija mejta

JEW

Għall-inqas waħda minn dawn il-ħamsa li ġejjin matul l-ewwel xahar ta’ ħajja:

Granulomatożi infantisettika

Meninġite jew meningoenċefalite

Settiċemija

Dispnea

Feriti fil-ġilda, fil-membrani mukużi jew fil-konġuntiva

Listerjożi fit-tqala ddefinita bħala mill-inqas waħda minn dawn it-tlieta li ġejjin:

Abort, korriment, twelid ta’ tarbija mejta jew twelid prematur

Deni

Sintomi simili tal-influwenza

Forma oħra ta’ listerjożi ddefinita bħala mill-inqas waħda minn dawn l-erbgħa li ġejjin:

Deni

Meninġite jew meningoenċefalite

Settiċemija

Infezzjonijiet lokalizzati bħal artrite, endokardite, u axxessi

Kriterji tal-Laboratorju

Għall-inqas waħda minn dawn it-tnejn li ġejjin:

Iżolament ta’ Listeria monocytogenes minn sit normalment sterili

Iżolament ta’ Listeria monocytogenes minn sit normalment mhux sterili fil-fetu, f’tarbija mwielda mejta, f’tarbija tat-twelid jew fl-omm fi żmien jew mal-24 siegħa mit-twelid

Kriterji Epidemjoloġiċi

Għall-inqas waħda mit-tliet rabtiet epidemjoloġiċi li ġejjin:

Esponiment għal sors komuni

Trażmissjoni minn bniedem għal bniedem (trażmissjoni vertikali)

Esponiment għal ikel/ilma tax-xorb ikkontaminat

Informazzjoni addizzjonali

Perjodu ta’ inkubazzjoni ta’ 3 - 70 jum, ħafna drabi 21 jum

Klassifikazzjoni tal-Każ

A.   Każ possibbli MA

B.   Każ probabbli

Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u b’rabta epidemjoloġika

C.   Każ ikkonfermat

Kull persuna li tilħaq il-kriterji tal-laboratorju

JEW

Kull omm li jkollha infezzjoni talisterjożi ikkonfermata mil-laboratorju fil-fetu, fit-tarbija mwielda mejta jew fit-tarbija tat-twelid tagħha

2.24   MALARJA (Plasmodium spp.)

Kriterji Kliniċi

Kull persuna bid-deni JEW storja ta’ deni

Kriterji tal-Laboratorju

Għall-inqas waħda minn dawn it-tlieta li ġejjin:

Dimostrazzjoni tal-parassiti tal-malarja permezz ta’ mikroskopija ottika f’kampjuni tad-demm

Sejbien tal-aċidu nuklejku ta’ Plasmodium fid-demm

Sejbien tal-antiġen ta’ Plasmodium

Jekk ikun possibbli għandha ssir differenzjazzjoni ta’ Plasmodium spp.

Kriterji Epidemjoloġiċi MA

Klassifikazzjoni tal-Każ

A.   Każ possibbli MA

B.   Każ probabbli MA

C.   Każ ikkonfermat

Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u tal-laboratorju

2.25   ĦOŻBA (Virus tal-ħożba)

Kriterji Kliniċi

Kull persuna bid-deni

U

Raxx bi tbajja’ u nfafet

U għall-inqas waħda minn dawn it-tlieta li ġejjin:

Sogħla

Koriża

Konġuntivite

Kriterji tal-Laboratorju

Għall-inqas waħda minn dawn l-erbgħa li ġejjin:

Iżolament tal-virus tal-ħożba minn kampjun kliniku

Sejbien tal-aċidu nuklejku tal-virus tal-ħożba f’kampjun kliniku

Reazzjoni speċifika tal-antikorpi għall-virus tal-ħożba karatteristika ta’ infezzjoni akuta fis-serum jew fil-bżieq

Sejbien tal-antiġen tal-virus tal-ħożba permezz tad-DFA f’kampjun kliniku bl-użu ta’ antikorpi monoklonali speċifiċi tal-ħożba

Ir-riżultati tal-laboratorju għandhom ikunu interpretati skont l-istatus tat-tilqim. F’każ li t-tilqim ikun reċenti, investiga għall-virus naturali

Kriterji Epidemjoloġiċi

Rabta epidemjoloġika bi trażmissjoni minn bniedem għal bniedem

Klassifikazzjoni tal-Każ

A.   Każ possibbli

Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi

B.   Każ probabbli

Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u b’rabta epidemjoloġika

C.   Każ ikkonfermat

Kull persuna li ma ġietx imlaqqma reċentement u li tilħaq il-kriterji kliniċi u tal-laboratorju

2.26   MARDA MENINGOKKOKALI, INVAŻIVA (Neisseria meningitidis)

Kriterji Kliniċi

Kull persuna li jkollha għall-inqas wieħed mis-sintomi li ġejjin:

Sinjali ta’ meninġi

Raxx emorraġiku

Xokk settiku

Artrite settika

Kriterji tal-Laboratorju

Għall-inqas waħda minn dawn l-erbgħa li ġejjin:

Iżolament ta’ Neisseria meningitidis minn sit normalment sterili, jew minn feriti purpuriċi fil-ġilda

Sejbien tal-aċidu nuklejku ta’ Neisseria meningitidis minn sit normalment sterili, jew minn feriti purpuriċi fil-ġilda

Sejbien tal-antiġen ta’ Neisseria meningitidis f’CSF

Sejbien ta’ diplokokku imtebba’ gram-negattiv f’CSF

Kriterji Epidemjoloġiċi

Rabta epidemjoloġika bi trażmissjoni minn bniedem għal bniedem

Klassifikazzjoni tal-Każ

A.   Każ possibbli

Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi

B.   Każ probabbli

Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u b’rabta epidemjoloġika

C.   Każ ikkonfermat

Kull persuna li tilħaq il-kriterji tal-laboratorju

2.27   GATTONE (Virus tal-gattone)

Kriterji Kliniċi

Kull persuna li jkollha

Deni

U

Għall-inqas waħda minn dawn it-tlieta li ġejjin:

Bidu għal għarrieda ta’ nefħa sensitttiva unilaterali jew bilaterali tal-parotid jew ta’ glandoli oħra tal-bżieq mingħajr kawża oħra apparenti

Orkite

Meninġite

Kriterji tal-Laboratorju

Għall-inqas waħda minn dawn it-tlieta li ġejjin:

Iżolament tal-virus tal-gattone minn kampjun kliniku

Sejbien tal-aċidu nuklejku tal-virus tal-gattone

Reazzjoni speċifika tal-antikorpi għall-virus tal-gattone karatteristika ta’ infezzjoni akuta fis-serum jew fil-bżieq

Ir-riżultati tal-laboratorju għandhom ikunu interpretati skont l-istatus tat-tilqim

Kriterji Epidemjoloġiċi

Rabta epidemjoloġika bi trażmissjoni minn bniedem għal bniedem

Klassifikazzjoni tal-Każ

A.   Każ possibbli

Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi

B.   Każ probabbli

Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u b’rabta epidemjoloġika

C.   Każ ikkonfermat

Kull persuna li ma ġietx imlaqqma reċentement u li tilħaq il-kriterji tal-laboratorju

F’każ ta’ tilqim reċenti: kull persuna b’sejbien ta’ razza tal-virus tal-gattone tat-tip naturali

2.28   SOGĦLA KONVULSIVA (Bordetella pertussis)

Kriterji Kliniċi

Kull persuna li jkollha sogħla li ddum mill-inqas ġimagħtejn

U għall-inqas waħda minn dawn it-tlieta li ġejjin:

Attakk ta’ sogħla

“Tqaħqiħ” ispiratorju

Remettar wara s-sogħla

JEW

Kull persuna ddijanjostikata b’sogħla konvulżiva minn tabib

JEW

Episodji ta’ waqfien tan-nifs fit-trabi

Kriterji tal-Laboratorju

Għall-inqas waħda minn dawn it-tlieta li ġejjin:

Iżolament ta’ Bordetella pertussis minn kampjun kliniku

Sejbien tal-aċidu nuklejku ta’ Bordetella pertussis f’kampjun kliniku

Reazzjoni speċifika tal-antikorpi għal Bordetella pertussis

Kriterji Epidemjoloġiċi

Rabta epidemjoloġika bi trażmissjoni minn bniedem għal bniedem

Klassifikazzjoni tal-Każ

A.   Każ possibbli

Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi

B.   Każ probabbli

Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u b’rabta epidemjoloġika

C.   Każ ikkonfermat

Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u tal-laboratorju

2.29   PESTA (Yersinia pestis)

Kriterji Kliniċi

Kull persuna li jkollha għall-inqas waħda mill-forom kliniċi li ġejjin:

Pesta bubonika:

Deni

U

Bidu għal għarrieda ta’ linfadenite li tikkawża l-uġigħ

Pesta settiċemika:

Deni

Pesta pulmonari:

Deni

U

Għall-inqas waħda minn dawn it-tlieta li ġejjin:

Sogħla

Uġigħ fis-sider

Emottiżi

Kriterji tal-Laboratorju

Għall-inqas waħda minn dawn it-tlieta li ġejjin:

Iżolament ta’ Yersinia pestis minn kampjun kliniku

Sejbien tal-aċidu nuklejku ta’ Yersinia pestis minn kampjun kliniku (antiġen F1)

Reazzjoni speċifika tal-antikorpi kontra l-antiġen F1 ta’ Yersinia pestis

Kriterji Epidemjoloġiċi

Għall-inqas waħda mill-erba’ rabtiet epidemjoloġiċi li ġejjin:

Trażmissjoni minn bniedem għal bniedem

Trażmissjoni minn annimal għal bniedem

Esponiment fil-laboratorju (fejn hemm esponiment potenzjali għall-pesta)

Esponiment għal sors komuni

Klassifikazzjoni tal-Każ

A.   Każ possibbli MA

B.   Każ probabbli

Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u b’rabta epidemjoloġika

C.   Każ ikkonfermat

Kull persuna li tilħaq il-kriterji tal-laboratorju

2.30   MARD INVAŻIV TAL-PNEWMOKOKKI (Streptococcus Pneumoniae)

Kriterji Kliniċi

Mhux rilevanti għal għanijiet ta’ sorveljanza

Kriterji tal-Laboratorju

Għall-inqas waħda minn dawn it-tlieta li ġejjin:

Iżolament ta’ Streptococcus Pneumoniae minn sit normalment sterili

Sejbien tal-aċidu nuklejku ta’ Streptococcus Pneumoniae minn sit normalment sterili

Sejbien tal-antiġen ta’ Streptococcus Pneumoniae minn sit normalment sterili

Kriterji Epidemjoloġiċi MA

Klassifikazzjoni tal-Każ

A.   Każ possibbli MA

B.   Każ probabbli MA

C.   Każ ikkonfermat

Kull persuna li tilħaq il-kriterji tal-laboratorju

2.31   POLJOMELITE (Virus tal-poljo)

Kriterji Kliniċi

Kull persuna li għandha inqas minn 15-il sena b’paraliżi mpaħpħa akuta (AFP)

JEW

Kull persuna li t-tabib jissuspetta li għandha l-poljo

Kriterji tal-Laboratorju

Għall-inqas waħda minn dawn it-tlieta li ġejjin:

Iżolament tal-virus tal-poljo u differenzjazzjoni intratipika – Virus naturali tal-poljo (WPV)

Virus tal-poljo derivat mill-vaċċin (VDPV) (għall-VDPV mill-inqas 85 % xebh mal-virus tal-vaċċin fis-sekwenzi ta’ nukleotide tat-taqsima VP1)

Virus tal-poljo simili għal Sabin differenzjazzjoni intratipika mwettqa minn laboratorju tal-poljo akkreditat mill-WHO (għall-VDPV minn > 1 % sa 15 % differenza fis-sekwenza VP1 meta mqabbel mal-virus tal-vaċċin tal-istess serotip)

Kriterji Epidemjoloġiċi

Għall-inqas waħda miż-żewġ rabtiet epidemjoloġiċi li ġejjin:

Trażmissjoni minn bniedem għal bniedem

Storja ta’ vjaġġar lejn żona ta’ poljo endemika jew żona b’ċirkolazzjoni suspettata jew ikkonfermata tal-virus tal-poljo

Klassifikazzjoni tal-Każ

A.   Każ possibbli

Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi

B.   Każ probabbli

Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u b’rabta epidemjoloġika

C.   Każ ikkonfermat

Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u tal-laboratorju

2.32   DENI Q (Coxiella burnetii)

Kriterji Kliniċi

Kull persuna li jkollha għall-inqas waħda minn dawn it-tlieta li ġejjin:

Deni

Pulmonite

Epatite

Kriterji tal-Laboratorju

Għall-inqas waħda minn dawn it-tlieta li ġejjin:

Iżolament ta’ Coxiella burnetii minn kampjun kliniku

Sejbien tal-aċidu nuklejku ta’ Coxiella burnetii f’kampjun kliniku

Reazzjoni speċifika tal-antikorpi għal Coxiella burnetii (IgG jew IgM fażi II)

Kriterji Epidemjoloġiċi

Għall-inqas waħda miż-żewġ rabtiet epidemjoloġiċi li ġejjin:

Esponiment għal sors komuni

Trażmissjoni minn annimal għal bniedem

Klassifikazzjoni tal-Każ

A.   Każ possibbli MA

B.   Każ probabbli

Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u b’rabta epidemjoloġika

C.   Każ ikkonfermat

Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u tal-laboratorju

2.33   RABJA (virus Lyssa)

Kriterji Kliniċi

Kull persuna b’enċefalomjelite akuta

U

Għall-inqas tnejn minn dawn is-sebgħa li ġejjin:

Bidliet sensorji rriferuti għas-sit fejn qabel seħħet gidma minn annimal

Pareżi jew paraliżi

Spażmi tal-muskoli li jomogħdu

Idrofobija

Delirju

Konvulżjonijiet

Ansjetà

Kriterji tal-Laboratorju

Għall-inqas waħda minn dawn l-erbgħa li ġejjin:

Iżolament tal-virus Lyssa minn kampjun kliniku

Sejbien tal-aċidu nuklejku tal-virus Lyssa f’kampjun kliniku (eż. il-bżieq jew it-tessut tal-moħħ)

Sejbien tal-antiġeni virali minn DFA f’kampjun kliniku

Reazzjoni speċifika tal-antikorpi għall-virus Lyssa permezz ta’ analiżi ta’ newtralizzazzjoni tal-virus fis-serum jew CSF

Ir-riżultati tal-laboratorju għandhom ikunu interpretati skont l-istatus tat-tilqim jew tal-immunizzazzjoni

Kriterji Epidemjoloġiċi

Għall-inqas waħda mit-tliet rabtiet epidemjoloġiċi li ġejjin:

Trażmissjoni minn annimal għal bniedem (annimal b’infezzjoni suspettata jew ikkonfermata)

Esponiment għal sors komuni (l-istess annimal)

Trażmissjoni minn bniedem għal bniedem (eż. trapjant tal-organi)

Klassifikazzjoni tal-Każ

A.   Każ possibbli

Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi

B.   Każ probabbli

Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u b’rabta epidemjoloġika

C.   Każ ikkonfermat

Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u tal-laboratorju

2.34   RUBELLA (virus tar-Rubella)

Kriterji Kliniċi

Kull persuna li jkollha bidu għal għarrieda ta’ raxx ġeneralizzat bi tbajja’ u nfafet

U

Għall-inqas waħda minn dawn il-ħamsa li ġejjin:

Adenopatija ċervikali

Adenopatija tas-suboċċipite

Adenopatija ta’ wara l-widna

Artralġija

Artrite

Kriterji tal-Laboratorju

Kriterji tal-laboratorju għall-konferma tal-każ

Għall-inqas waħda minn dawn it-tlieta li ġejjin:

Iżolament tal-virus tar-rubella minn kampjun kliniku

Sejbien tal-aċidu nuklejku tal-virus tar-rubella f’kampjun kliniku

Reazzjoni speċifika tal-antikorpi għall-virus tar-rubella (IgG) fis-serum jew fil-bżieq

Kriterji tal-laboratorju għal każ probabbli

Reazzjoni speċifika tal-antikorpi għall-virus tar-rubella (IgM (10))

Ir-riżultati tal-laboratorju għandhom ikunu interpretati skont l-istatus tat-tilqim

Kriterji Epidemjoloġiċi

Rabta epidemjoloġika bi trażmissjoni minn bniedem għal bniedem

Klassifikazzjoni tal-Każ

A.   Każ possibbli

Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi

B.   Każ probabbli

Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u li jkollha għall-inqas waħda minn dawn it-tnejn li ġejjin:

Rabta epidemjoloġika

Kriterji tal-laboratorju li jridu jintlaħqu għal każ probabbli

C.   Każ ikkonfermat

Kull persuna li ma ġietx imlaqqma reċentement u li tilħaq il-kriterji tal-laboratorju għall-konferma tal-każ

F’każ ta’ tilqim reċenti, persuna b’sejbien ta’ razza tal-virus tar-rubella tat-tip naturali

2.35   RUBELLA, KONĠENITALI (Inkluż is-Sindromu tar-Rubella Konġenitali)

Kriterji Kliniċi

Infezzjoni tar-rubella konġenitali (CRI)

Ma jistgħu jiġu ddefiniti l-ebda kriterji kliniċi għal CRI

Sindromu tar-rubella konġenitali (CRS)

Kull tarbija li jkollha inqas minn sena jew kull tarbija mwielda mejta bi:

Għall-inqas tnejn mill-kundizzjonijiet imniżżla taħt il-kategorija (A)

JEW

Waħda fil-kategorija (A) u waħda fil-kategorija (B)

(A)

Katarretta/Katarretti

Glawkoma konġenitali

Mard tal-qalb konġenitali

Nuqqas ta’ smigħ

Retinopatija pigmentarja

(B)

Purpura

Splenomegalija

Mikroċefalija

Dewmien fl-iżvilupp

Meningoenċefalite

Marda tal-għadam radjoluċida

Suffejra li tibda fi żmien 24 siegħa wara t-twelid

Kriterji tal-Laboratorju

Għall-inqas waħda minn dawn l-erbgħa li ġejjin:

Iżolament tal-virus tar-rubella minn kampjun kliniku

Sejbien tal-aċidu nuklejku tal-virus tar-Rubella

Reazzjoni speċifika tal-antikorpi għall-virus tar-rubella (IgM)

Persistenza tal-IgG tar-rubella fl-età ta’ bejn 6 u 12-il xahar (għall-inqas żewġ kampjuni b’konċentrazzjoni simili ta’ IgG tar-rubella)

Ir-riżultati tal-laboratorju għandhom ikunu interpretati skont l-istatus tat-tilqim

Kriterji Epidemjoloġiċi

Kull tarbija jew tarbija mwielda mejta ta’ omm b’infezzjoni tar-rubella kkonfermata mil-laboratorju matul it-tqala permezz ta’ trażmissjoni minn bniedem għal bniedem (trażmissjoni vertikali)

Klassifikazzjoni tal-Każ Rubella konġenitali

A.   Każ possibbli MA

B.   Każ probabbli

Kull tarbija mwielda mejta jew tarbija li jew mhijiex ittestjata JEW li jkollha riżultati negattivi tal-laboratorju u b’għall-inqas waħda minn dawn it-tnejn li ġejjin:

Rabta epidemjoloġika U għall-inqas waħda mill-kondizzjonijiet elenkati fil-kriterji kliniċi ta’ CRS tal-kategorija ‘A’

Il-kriterji kliniċi li jridu jintlaħqu għal CRS

C.   Każ ikkonfermat

Kull tarbija mwielda mejta li tilħaq il-kriterji tal-laboratorju

JEW

Kull tarbija li tilħaq il-kriterji tal-laboratorju U li jkollha għall-inqas waħda minn dawn it-tnejn li ġejjin:

Rabta epidemjoloġika

Għall-inqas waħda mill-kondizzjonijiet elenkati fil-kriterji kliniċi ta’ CRS tal-kategorija “A”

2.36   SALMONELLOŻI (Salmonella spp. għajr Salmonella typhi u Salmonella paratyphi)

Kriterji Kliniċi

Kull persuna li jkollha għall-inqas waħda minn dawn l-erbgħa li ġejjin:

Dijarea

Deni

Uġigħ addominali

Remettar

Kriterji tal-Laboratorju

L-iżolament ta’ Salmonella (għajr Salmonella typhi u Salmonella paratyphi) mill-ippurgar, awrina, xi mkien fil-ġisem (eż. ferita infettata) jew minn kull fluwidu u tessut tal-ġisem normalment sterili (eż. demm, CSF, għadam, fluwidu sinovjali, eċċ.)

Kriterji Epidemjoloġiċi

Għall-inqas waħda mill-ħames rabtiet epidemjoloġiċi li ġejjin:

Trażmissjoni minn bniedem għal bniedem

Esponiment għal sors komuni

Trażmissjoni minn annimal għal bniedem

Esponiment għal ikel/ilma tax-xorb ikkontaminat

Esponiment ambjentali

Klassifikazzjoni tal-Każ

A.   Każ possibbli MA

B.   Każ probabbli

Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u b’rabta epidemjoloġika

C.   Każ ikkonfermat

Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u tal-laboratorju

2.37   SINDROMU RESPIRATORJU AKUT GRAVI – SARS (SARS-coronavirus, SARS-CoV)

Kriterji Kliniċi

Kull persuna bid-deni jew storja ta’ deni

U

Għall-inqas waħda minn dawn it-tlieta li ġejjin:

Sogħla

Diffikultà biex tieħu n-nifs

Qtugħ tan-nifs

U

Għall-inqas waħda minn dawn l-erbgħa li ġejjin:

Evidenza radjografika ta’ pulmonite

Evidenza radjografika tas-sindromu ta’ diffikultà respiratorja akuta

Sejbien ta’ pulmonite fl-awtopsja

Sejbien fl-awtopsja ta’ sindromu ta’ diffikultà respiratorja akuta

U

L-ebda dijanjożi alternattiva li tista’ tispjega l-marda b’mod sħiħ

Kriterji tal-Laboratorju

Kriterji tal-laboratorju għall-konferma tal-każ

Għall-inqas waħda minn dawn it-tlieta li ġejjin:

Iżolament tal-virus fil-koltivazzjoni taċ-ċelluli minn kull kampjun kliniku u identifikazzjoni ta’ SARS-CoV bl-użu ta’ metodu bħal RT-PCR

Sejbien tal-aċidu nuklejku ta’ SARS-CoV f’għall-inqas waħda mit-tlieta li ġejjin:

Għall-inqas żewġ kampjuni kliniċi differenti (eż. kampjun rinofarinġali u ppurgar)

L-istess kampjun kliniku miġbur f’żewġ okkażjonijiet jew aktar matul il-marda (eż. aspirati rinofarinġali sekwenzjali)

Żewġ analiżi differenti jew ripetizzjoni ta’ RT-PCR bl-użu ta’ estratt ġdid ta’ RNA mill-kampjun kliniku oriġinali f’kull okkażjoni tal-ittestjar

Reazzjoni speċifika tal-antikorpi tas-SARS-CoV permezz ta’ waħda minn dawn it-tnejn li ġejjin:

Serokonverżjoni permezz ta’ ELISA jew IFA tas-serum fil-fażi akuta u konvalexxenti ttestjat b’mod parallel

Żieda b’erba’ darbiet jew aktar fit-titru tal-antikorpi bejn seri fil-fażi akuta u konvalexxenti ttestjati b’mod parallel

Kriterji tal-laboratorju għal każ probabbli

Għall-inqas waħda minn dawn it-tnejn li ġejjin:

Test pożittiv wieħed tal-antikorpi għas-SARS-CoV

Riżultat pożittiv tal-PCR għas-SARS-CoV f’kampjun kliniku wieħed u analiżi waħda

Kriterji Epidemjoloġiċi

Għall-inqas waħda minn dawn it-tlieta li ġejjin:

Kull persuna li jkollha għall-inqas waħda minn dawn it-tlieta li ġejjin:

Impjegati f’xogħol marbut ma’ riskju akbar ta’ esponiment għas-SARS-CoV (eż. l-istaff f’laboratorju li jaħdem b’virus ħajjin simili tas-SARS-CoV/SARS-CoV jew jaħżen kampjuni kliniċi infettati bis-SARS-CoV; persuni b’esponiment għal annimali selvaġġi jew annimali oħra meqjusa riżerva tas-SARS-CoV, il-ħmieġ jew it-tnixxijiet tagħhom, eċċ..)

Kuntatt mill-qrib (11) ta’ persuna waħda jew aktar bis-SARS ikkonfermat jew taħt investigazzjoni għas-SARS

Storja ta’ vjaġġar jew residenza f’żona fejn isseħħ tifqigħa ta’ SARS

Żewġ ħaddiema jew aktar fil-qasam tal-kura tas-saħħa (12) b’evidenza klinika ta’ SARS fl-istess unità ta’ kura tas-saħħa u bil-bidu tal-marda fl-istess perjodu ta’ għaxart ijiem

Tliet persuni jew aktar (ħaddiema fil-qasam tal-kura tas-saħħa u/jew pazjenti u/jew viżitaturi) b’evidenza klinika ta’ SARS bil-bidu tal-marda fl-istess perjodu ta’ għaxart ijiem u marbuta epidemjoloġikament ma’ faċilità tal-kura tas-saħħa

Klassifikazzjoni tal-Każ għall-perjodu interepidemiku

Tapplika wkoll matul tifqigħa f’pajjiż jew f’żona mhux affettwata

A.   Każ possibbli

Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u b’rabta epidemjoloġika

B.   Każ probabbli

Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi U b’rabta epidemjoloġika U li tilħaq il-kriterji tal-laboratorju għal każ probabbli

C.   Każ ikkonfermat nazzjonalment

Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u tal-laboratorju għall-konferma tal-każ fejn l-ittestjar ikun sar f’laboratorju ta’ referenza nazzjonali

D.   Każ ikkonfermat

Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u tal-laboratorju għall-konferma tal-każ fejn l-ittestjar ikun sar f’laboratorju tal-WHO ta’ referenza u ta’ verifika tas-SARS

Klassifikazzjoni tal-Każ matul tifqigħa

Tapplika matul tifqigħa f’pajjiż/żona fejn mill-inqas persuna waħda ġiet ikkonfermata minn laboratorju tal-WHO ta’ referenza u ta’ verifika tas-SARS

A.   Każ possibbli

Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi

B.   Każ probabbli

Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u b’rabta epidemjoloġika ma’ każ ikkonfermat nazzjonalment jew każ ikkonfermat

C.   Każ ikkonfermat nazzjonalment

Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u tal-laboratorju għall-konferma tal-każ fejn l-ittestjar ikun sar f’laboratorju ta’ referenza nazzjonali

D.   Każ ikkonfermat

Waħda minn dawn it-tlieta li ġejjin:

Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u tal-laboratorju għall-konferma tal-każ fejn l-ittestjar ikun sar f’laboratorju tal-WHO ta’ referenza u ta’ verifika tas-SARS

Kull każ ikkonfermat nazzjonalment b’rabta epidemjoloġika ma’ katina ta’ trażmissjoni fejn mill-inqas każ wieħed ġie vverifikat b’mod indipendenti minn laboratorju tal-WHO ta’ referenza u ta’ verifika tas-SARS

Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u tal-laboratorju għal każ probabbili b’rabta epidemjoloġika ma’ katina ta’ trażmissjoni fejn mill-inqas każ wieħed ġie vverifikat b’mod indipendenti minn laboratorju tal-WHO ta’ referenza u ta’ verifika tas-SARS

2.38   INFEZZJONI TA’ ESCHERICHIA COLI LI TIPPRODUĊI T-TOSSINA SHIGA/VEROĊITOTOSSINA (STEC/VTEC)

Kriterji Kliniċi

Dijarea STEC/VTEC

Kull persuna li jkollha għall-inqas waħda minn dawn it-tnejn li ġejjin:

Dijarea

Uġigħ addominali

HUS

Kull persuna li jkollha insuffiċjenza renali akuta u għall-inqas waħda minn dawn it-tnejn li ġejjin:

Anemija emolitika mikroanġopatika

Tromboċitopenija

Kriterji tal-Laboratorju

Għall-inqas waħda minn dawn l-erbgħa li ġejjin:

Iżolament ta’ razza ta’ Escherichia coli li tipproduċi t-tossina Shiga (Stx) jew li żżomm fiha ġene/ġeni stx1 jew stx2

Iżolament ta’ Escherichia coli O157 li ma jiffermentax sorbitol (NSF) (mingħajr ittestjar tal-ġene Stx jew stx)

Sejbien dirett tal-aċidu nuklejku tal-ġene/ġeni stx1 jew stx2 (mingħajr l-iżolament tar-razza)

Sejbien dirett ta’ Stx ħieles fil-feċi (mingħajr l-iżolament tar-razza)

Dan li ġej jista’ jintuża bħala kriterju tal-laboratorju biex jikkonferma STEC/VTEC f’każ ta’ HUS biss:

Reazzjoni speċifika tal-antikorpi ta’ serogruppi (LPS) Escherichia coli

Jekk ikun possibbli għandhom isiru iżolament tar-razza STEC/VTEC u karatterizzazzjoni addizzjonali f’serotip, tip batterjofagu, ġeni eae, u s-sottotipi ta’ stx1/stx2

Kriterji Epidemjoloġiċi

Għall-inqas waħda mill-ħames rabtiet epidemjoloġiċi li ġejjin:

Trażmissjoni minn bniedem għal bniedem

Esponiment għal sors komuni

Trażmissjoni minn annimal għal bniedem

Esponiment għal ikel/ilma tax-xorb ikkontaminat

Esponiment ambjentali

Klassifikazzjoni tal-Każ

A.   Każ possibbli ta’ HUS assoċjat ma’ STEC

Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi għal HUS

B.   Każ probabbli ta’ STEC/VTEC

Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u b’rabta epidemjoloġika

C.   Każ ikkonfermat ta’ STEC/VTEC

Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u tal-laboratorju

2.39   SIĠELLOŻI (Shigella spp.)

Kriterji Kliniċi

Kull persuna li jkollha għall-inqas waħda minn dawn l-erbgħa li ġejjin:

Dijarea

Deni

Remettar

Uġigħ addominali

Kriterji tal-Laboratorju

Iżolament ta’ Shigella spp. minn kampjun kliniku

Kriterji Epidemjoloġiċi

Għall-inqas waħda mill-ħames rabtiet epidemjoloġiċi li ġejjin:

Trażmissjoni minn bniedem għal bniedem

Esponiment għal sors komuni

Trażmissjoni minn annimal għal bniedem

Esponiment għal ikel/ilma tax-xorb ikkontaminat

Esponiment ambjentali

Klassifikazzjoni tal-Każ

A.   Każ possibbli MA

B.   Każ probabbli

Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u b’rabta epidemjoloġika

C.   Każ ikkonfermat

Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u tal-laboratorju

2.40   ĠIDRI (Virus tal-Variola)

Kriterji Kliniċi

Kull persuna li jkollha għall-inqas waħda minn dawn it-tnejn li ġejjin:

Deni

U

Raxx b’vexxikoli jew ponot ibsin fl-istess stadju ta’ żvilupp b’distribuzzjoni ċentrifuga

Preżentazzjonijiet atipiċi ddefiniti bħala mill-inqas waħda minn dawn l-erbgħa li ġejjin:

Feriti bl-emorraġija

Feriti ċatti bellusin li ma jiżviluppawx f’ponot

Variola sine eruptione

Tip aktar ħafif

Kriterji tal-Laboratorju

Kriterji tal-laboratorju għall-konferma tal-każ

Għall-inqas wieħed miż-żewġ testijiet tal-laboratorju li ġejjin:

Iżolament tal-ġidri (virus tal-Variola) minn kampjun kliniku segwit bl-għoti ta’ sekwenzi (laboratorji P4 speċifikati biss)

Sejbien tal-aċidu nuklejku tal-virus tal-Variola f’kampjun kliniku segwit bl-għoti ta’ sekwenzi

Ir-riżultati tal-laboratorju għandhom ikunu interpretati skont l-istatus tat-tilqim

Kriterji tal-laboratorju għal każ probabbli

Identifikazzjoni tal-partikuli tal-virus tal-orthopox permezz ta’ EM

Kriterji Epidemjoloġiċi

Għall-inqas waħda miż-żewġ rabtiet epidemjoloġiċi li ġejjin:

Trażmissjoni minn bniedem għal bniedem

Esponiment fil-laboratorju (fejn hemm esponiment potenzjali għall-virus tal-Variola)

Klassifikazzjoni tal-Każ

A.   Każ possibbli

Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi

B.   Każ probabbli

Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u li jkollha għall-inqas waħda minn dawn it-tnejn li ġejjin:

Rabta epidemjoloġika ma’ każ uman ikkonfermat bi trażmissjoni minn bniedem għal bniedem

Kriterji tal-laboratorju li jridu jintlaħqu għal każ probabbli

C.   Każ ikkonfermat

Kull persuna li tilħaq il-kriterji tal-laboratorju għall-konferma tal-każ

Matul tifqigħa tal-marda: kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u b’rabta epidemjoloġika

2.41   SIFILIDE (Treponema pallidum)

Kriterji Kliniċi

Sifilide primarja

Kull persuna li jkollha ulċera waħda jew aktar (normalment mingħajr uġigħ) fil-parti ġenitali, perineali u anali jew fil-mukuża tal-ħalq jew tal-farinġi jew f’parti oħra ekstraġenitali

Sifilide sekondarja

Kull persuna li jkollha għall-inqas waħda minn dawn il-ħamsa li ġejjin:

Raxx bi tbajja’ u nfafet diffużi li spiss jinvolvi l-keff tal-id u l-qiegħ tas-sieq

Limfadenopatija ġeneralizzata

Condyloma lata

Enantema

Alopeċja diffuża

Sifilide latenti prekoċi (inqas minn sena)

Storja ta’ sintomi kompatibbli ma’ dawk tal-istadji bikrin tas-sifilide fi żmien it-12-il xahar preċedenti

Sifilide latenti tardiva (aktar minn sena)

Kull persuna li tilħaq il-kriterji tal-laboratorju (testijiet seroloġiċi speċifiċi)

Kriterji tal-Laboratorju

Għall-inqas wieħed mill-erba’ testijiet tal-laboratorju li ġejjin:

Dimostrazzjoni ta’ Treponema pallidum fl-effużjoni jew fit-tessuti tal-ferita permezz ta’ eżami mikroskopiku fuq sfond skur

Dimostrazzjoni ta’ Treponema pallidum fl-effużjoni jew fit-tessuti tal-ferita permezz ta’ test DFA

Dimostrazzjoni ta’ Treponema fl-effużjoni jew fit-tessuti tal-ferita permezz ta’ PCR

Sejbien ta’ antikorpi ta’ Treponema pallidum permezz ta’ test ta’ skrining (TPHA, TPPA jew EIA) U sejbien addizzjonali ta’ antikorpi Tp-IgM (permezz ta’ IgM-ELISA, IgM immunoblot jew 19S-IgM-FTA-abs) – ikkonfermati bit-tieni analiżi tal-IgM

Kriterji Epidemjoloġiċi

Sifilide primarja/sekondarja

Rabta epidemjoloġika bi trażmissjoni minn bniedem għal bniedem (kuntatt sesswali)

Sifilide latenti prekoċi (inqas minn sena)

Rabta epidemjoloġika bi trażmissjoni minn bniedem għal bniedem (kuntatt sesswali) fi żmien it-12-il xahar preċedenti

Klassifikazzjoni tal-Każ

A.   Każ possibbli MA

B.   Każ probabbli

Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u b’rabta epidemjoloġika

C.   Każ ikkonfermat

Kull persuna li tilħaq il-kriterji tal-laboratorju għall-konferma tal-każ

2.42   SIFILIDE, KONĠENITALI u NEONATALI (Treponema pallidum)

Kriterji Kliniċi

Kull tarbija li għandha inqas minn sentejn li jkollha mill-inqas waħda minn dawn l-għaxra li ġejjin:

Epatosplenomegalija

Feriti mukużi u fil-ġilda

Condyloma lata

Rinite persistenti

Suffejra

Psewdoparaliżi (minħabba perjostite u osteokondrite)

Involviment tas-sistema nervuża ċentrali

Anemija

Sindromu nefrotiku

Malnutriment

Kriterji tal-Laboratorju

Kriterji tal-laboratorju għall-konferma tal-każ

Għall-inqas waħda minn dawn it-tlieta li ġejjin:

Dimostrazzjoni ta’ Treponema pallidum permezz ta’ mikroskopija fuq sfond skur fil-kurdun taż-żokra, plaċenta, tnixxija nażali jew materjal tal-ferita fil-ġilda

Dimostrazzjoni ta’ Treponema pallidum permezz ta’ DFA-TP fil-kurdun taż-żokra, plaċenta, tnixxija nażali jew materjal tal-ferita fil-ġilda

Sejbien ta’ Treponema pallidum – IgM speċifika (FTA-abs, EIA)

U test reattiv mhux treponemali (VDRL, RPR) fis-serum tat-tarbija

Kriterji tal-laboratorju għal każ probabbli

Għall-inqas waħda minn dawn it-tlieta li ġejjin:

Riżultat tat-test VDRL-CSF reattiv

Testijiet serloġiċi reattivi mhux treponemali u dawk treponemali fis-serum tal-omm

It-titru tal-antikorpi mhux treponemali tat-tarbija jkun erba’ darbiet aktar mit-titru tal-antikorpi fis-serum tal-omm jew akbar

Kriterji Epidemjoloġiċi

Kull tarbija b’rabta epidemjoloġika bi trażmissjoni minn bniedem għal bniedem (trażmissjoni vertikali)

Klassifikazzjoni tal-Każ

A.   Każ possibbli MA

B.   Każ probabbli

Kull tarbija jew tifel/tifla li tilħaq il-kriterji kliniċi u li jkollha għall-inqas waħda minn dawn it-tnejn li ġejjin:

Rabta epidemjoloġika

Kriterji tal-laboratorju li jridu jintlaħqu għal każ probabbli

C.   Każ ikkonfermat

Kull tarbija li tilħaq il-kriterji tal-laboratorju għall-konferma tal-każ

2.43   TETNU (Clostridium tetani)

Kriterji Kliniċi

Kull persuna li jkollha għall-inqas tnejn minn dawn it-tlieta li ġejjin:

Kontrazzjonijiet muskolari li jikkawżaw l-uġigħ primarjament tal-muskoli masseteri u tal-għonq li jwasslu għal spażmi tal-wiċċ magħrufa bħala trismu u “risus sardonicus”

Kontrazzjonijiet muskolari li jikkawżaw l-uġigħ tal-muskoli tat-tronk

Spażmi ġeneralizzati, ħafna drabi l-pożizzjoni tal-opistotonu

Kriterji tal-Laboratorju

Għall-inqas waħda minn dawn it-tnejn li ġejjin:

Iżolament ta’ Clostridium tetani minn sit tal-infezzjoni

Sejbien ta’ tossina tat-tetanu f’kampjun tas-serum

Kriterji Epidemjoloġiċi MA

Klassifikazzjoni tal-Każ

A.   Każ possibbli MA

B.   Każ probabbli

Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi

C.   Każ ikkonfermat

Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u tal-laboratorju

2.44   ENĊEFALITE MILL-QURDIEN (virus TBE)

Kriterji Kliniċi

Kull persuna li jkollha sintomi ta’ infjammazzjoni tas-CNS (eż. meninġite, meningoenċefalite, enċefalomjelite, enċefaloradikulite)

Kriterji tal-Laboratorju  (13)

Kriterji tal-laboratorju għall-konferma tal-każ:

Għall-inqas waħda minn dawn il-ħamsa li ġejjin:

IgM speċifika ta’ TBE U antikorpi IgG fid-demm

Antikorpi ta’ IgM speċifika ta’ TBE f’CSF

Serokonverżjoni jew żieda b’erba’ darbiet ta’ antikorpi speċifiċi ta’ TBE f’kampjuni pari tas-serum

Sejbien ta’ aċidu nuklejku virali ta’ TBE f’kampjun kliniku,

Iżolament tal-virus ta’ TBE minn kampjun kliniku

Kriterji tal-Laboratorju għal każ probabbli:

Sejbien ta’ antikorpi ta’ IgM speċifika ta’ TBE f’kampjun wieħed tas-serum

Kriterji Epidemjoloġiċi

Esponiment għal sors komuni (prodotti tal-ħalib mhux pasturizzat)

Klassifikazzjoni tal-każ

A.   Każ possibbli MA

B.   Każ probabbli

Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u l-kriterji tal-laboratorju għal każ probabbli,

JEW

Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u b’rabta epidemjoloġika

C.   Każ ikkonfermat

Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u tal-laboratorju għall-konferma tal-każ

2.45   TOKSOPLASMOŻI, KONĠENITALI (Toxoplasma gondii)

Kriterji Kliniċi

Mhux rilevanti għal għanijiet ta’ sorveljanza

Kriterji tal-Laboratorju

Għall-inqas waħda minn dawn l-erbgħa li ġejjin:

Dimostrazzjoni ta’ Toxoplasma gondii fit-tessuti jew fil-fluwidi tal-ġisem

Sejbien tal-aċidu nuklejku ta’ Toxoplasma gondii f’kampjun kliniku

Reazzjoni speċifika tal-antikorpi għal Toxoplasma gondii (IgM, IgG, IgA) f’tarbija tat-twelid

Titri ta’ IgG Toxoplasma gondii stabbli b’mod persistenti f’tarbija (ta’ inqas minn 12-il xahar)

Kriterji Epidemjoloġiċi MA

Klassifikazzjoni tal-Każ

A.   Każ possibbli MA

B.   Każ probabbli MA

C.   Każ ikkonfermat

Kull tarbija li tilħaq il-kriterji tal-laboratorju

2.46   TRIKINOŻI (Trichinella spp.)

Kriterji Kliniċi

Kull persuna li jkollha għall-inqas tlieta minn dawn is-sitta li ġejjin:

Deni

Uġigħ fil-muskoli

Dijarea

Edema tal-wiċċ

Eosinofilija

Emorraġiji subkonġuntivali, taħt id-difer u tar-retina

Kriterji tal-Laboratorju

Għall-inqas waħda minn dawn it-tnejn li ġejjin:

Dimostrazzjoni tal-larva ta’ Trichinella fit-tessut miksuba minn bijopsija muskolari

Reazzjoni speċifika tal-antikorpi għat-Trichinella (test IFA, ELISA jew Western Blot)

Kriterji Epidemjoloġiċi

Għall-inqas waħda miż-żewġ rabtiet epidemjoloġiċi li ġejjin:

Esponiment għal ikel (laħam) ikkontaminat

Esponiment għal sors komuni

Klassifikazzjoni tal-Każ

A.   Każ possibbli MA

B.   Każ probabbli

Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u b’rabta epidemjoloġika

C.   Każ ikkonfermat

Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u l-kriterji tal-laboratorju

2.47   TUBERKOLOŻI (Kumpless tal-Mycobacterium tuberculosis)

Kriterji Kliniċi

Kull persuna b’dawn it-tnejn li ġejjin:

Sinjali, sintomi u/jew sejbiet radjoloġiċi konsistenti ma’ tuberkolożi attiva f’kull sit

U

Deċiżjoni minn tabib biex il-persuna tieħu trattament b’kors sħiħ ta’ terapija kontra t-tuberkolożi

JEW

Każ li ġie skopert post mortem b’sejbiet patoloġiċi konsistenti ma’ tuberkolożi attiva li seta’ jindika trattament antibijotiku kontra t-tuberkolożi li kieku l-pazjent ġie ddijanjostikat qabel mewtu

Kriterji tal-Laboratorju

Kriterji tal-laboratorju għall-konferma tal-każ

Għall-inqas waħda minn dawn it-tnejn li ġejjin:

Iżolament tal-kumpless tal-Mycobacterium tuberculosis (għajr Mycobacterium bovis-BCG) minn kampjun kliniku

Sejbien tal-aċidu nuklejku tal-kumpless tal-Mycobacterium tat-tuberkolożi f’kampjun kliniku U mikroskopija pożittiva għal baċilli b’rabta aċiduża jew baċilli b’tebgħa fluworexxenti ekwivalenti fuq mikroskopija ottika

Kriterji tal-laboratorju għal każ probabbli

Għall-inqas waħda minn dawn it-tlieta li ġejjin:

Mikroskopija għal baċilli b’rabta aċiduża jew baċilli b’tebgħa fluworexxenti ekwivalenti fuq mikroskopija ottika

Sejbien tal-aċidu nuklejku tal-kumpless tal-Mycobacterium tat-tuberkolożi f’kampjun kliniku

Dehra istoloġika ta’ granulomata

Kriterji Epidemjoloġiċi MA

Klassifikazzjoni tal-Każ

A.   Każ possibbli

Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi

B.   Każ probabbli

Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u l-kriterji tal-laboratorju għal każ probabbli

C.   Każ ikkonfermat

Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u tal-laboratorju għall-konferma tal-każ

2.48   TULAREMJA (Francisella tularensis)

Kriterji Kliniċi

Kull persuna li jkollha għall-inqas waħda mill-forom kliniċi li ġejjin:

Tularemja ulċeroglandolari

Ulċera fil-ġilda

U

Limfadenopatija reġjonali

Tularemja glandolari

Glandoli limfatiċi kbar u li jikkawżaw l-uġigħ mingħajr ulċera apparenti

Tularemja okuloglandolari

Konġuntivite

U

Limfadenopatija reġjonali

Tularemja orofarinġali

Limfadenopatija ċervikali

U għall-inqas waħda minn dawn it-tlieta li ġejjin:

Stomatite

Farinġite

Tonsillite

Tularemja intestinali

Għall-inqas waħda minn dawn it-tlieta li ġejjin:

Uġigħ addominali

Remettar

Dijarea

Tularemja pulmonari

Pulmonite

Tularemja tat-tifojde

Għall-inqas waħda minn dawn it-tnejn li ġejjin:

Deni mingħajr sinjali jew sintomi lokalizzati minn qabel

Settiċemija

Kriterji tal-Laboratorju

Għall-inqas waħda minn dawn it-tlieta li ġejjin:

Iżolament ta’ Francisella tularensis minn kampjun kliniku

Sejbien tal-aċidu nuklejku ta’ Francisella tularensis f’kampjun kliniku

Reazzjoni speċifika tal-antikorpi għal Francisella tularensis

Kriterji Epidemjoloġiċi

Għall-inqas waħda mit-tliet rabtiet epidemjoloġiċi li ġejjin:

Esponiment għal sors komuni

Trażmissjoni minn annimal għal bniedem

Esponiment għal ikel/ilma tax-xorb ikkontaminat

Klassifikazzjoni tal-Każ

A.   Każ possibbli MA

B.   Każ probabbli

Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u b’rabta epidemjoloġika

C.   Każ ikkonfermat

Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u tal-laboratorju

2.49   DENI TAT-TIFOJDE/PARATIFOJDE (Salmonella typhi/paratyphi)

Kriterji Kliniċi

Kull persuna li jkollha għall-inqas waħda minn dawn it-tnejn li ġejjin:

Bidu ta’ deni sostnut

Għall-inqas tnejn minn dawn l-erbgħa li ġejjin:

Uġigħ ta’ ras

Bradikardija relattiva

Sogħla mhux produttiva

Dijarea, stitikezza, telqa tal-ġisem jew uġigħ addominali

Id-deni tal-paratifojde għandu l-istess sintomi bħad-deni tat-tifojde, għalkemm normalment ikun aktar ħafif

Kriterji tal-Laboratorju

Iżolament ta’ Salmonella Typhi jew paratyphi minn kampjun kliniku

Kriterji Epidemjoloġiċi

Għall-inqas waħda mit-tliet rabtiet epidemjoloġiċi li ġejjin:

Esponiment għal sors komuni

Trażmissjoni minn bniedem għal bniedem

Esponiment għal ikel/ilma tax-xorb ikkontaminat

Klassifikazzjoni tal-Każ

A.   Każ possibbli MA

B.   Każ probabbli

Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u b’rabta epidemjoloġika

C.   Każ ikkonfermat

Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u tal-laboratorju

2.50   DENI EMORRAĠIKU VIRALI (VHF)

Kriterji Kliniċi

Kull persuna li jkollha għall-inqas waħda minn dawn it-tnejn li ġejjin:

Deni

Manifestazzjonijiet emorraġiċi taħt forom diversi li jistgħu jwasslu għal insuffiċjenza multiorganika

Kriterji tal-Laboratorju

Għall-inqas waħda minn dawn it-tnejn li ġejjin:

Iżolament tal-virus speċifiku minn kampjun kliniku

Sejbien tal-aċidu nuklejku tal-virus speċifiku f’kampjun kliniku u ġenotipar

Kriterji Epidemjoloġiċi

Għall-inqas waħda minn dawn li ġejjin:

Ivvjaġġar matul l-aħħar 21 jum lejn reġjun fejn huwa magħruf jew maħsub li seħħew każi ta’ VHF

Esponiment matul l-aħħar 21 jum għal każ probabbli jew ikkonfermat ta’ VHF li l-bidu tiegħu kien matul l-aħħar sitt xhur

Klassifikazzjoni tal-Każ

A.   Każ possibbli MA

B.   Każ probabbli

Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u b’rabta epidemjoloġika

C.   Każ ikkonfermat

Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u tal-laboratorju

2.51   DENI TAL-PUNENT TAN-NIL (Infezzjoni virali tal-Punent tan-Nil, WNV)

Kriterji Kliniċi

Kull persuna bid-deni

JEW

Għall-inqas waħda minn dawn it-tnejn li ġejjin:

Enċefalite

Meninġite

Kriterji tal-Laboratorju

Test tal-laboratorju għall-konferma tal-każ

Għall-inqas waħda minn dawn l-erbgħa li ġejjin:

Iżolament ta’ WNV mid-demm jew CSF

Sejbien tal-aċidu nuklejku ta’ WNV fid-demm jew CSF

Reazzjoni speċifika tal-antikorpi għal WNV (IgM) f’CSF

Titru għoli ta’ WNV IgM U sejbien ta’ WNV IgG, U konferma permezz ta’ newtralizzazzjoni

Test tal-laboratorju għal każ probabbli

Reazzjoni speċifika tal-antikorpi għal WNV fis-serum

Ir-riżultati tal-laboratorju għandhom ikunu interpretati skont l-istatus tat-tilqim kontra l-flavivirus

Kriterji Epidemjoloġiċi

Għall-inqas waħda miż-żewġ rabtiet epidemjoloġiċi li ġejjin:

Trażmissjoni minn annimal għal bniedem (li jgħix, żar jew kien espost għal gdim tan-nemus f’żona fejn il-WNV hija endemika fiż-żwiemel jew fl-għasafar)

Trażmissjoni minn bniedem għal bniedem (trażmissjoni vertikali, trasfużjoni tad-demm, trapjanti)

Klassifikazzjoni tal-Każ

A.   Każ possibbli MA

B.   Każ probabbli

Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi U li jkollha għall-inqas waħda minn dawn it-tnejn li ġejjin:

Rabta epidemjoloġika

Test tal-laboratorju għal każ probabbli

C.   Każ ikkonfermat

Kull persuna li tilħaq il-Kriterji tal-laboratorju għall-konferma tal-każ

2.52   DENI ISFAR (Virus tad-deni isfar)

Kriterji Kliniċi

Kull persuna bid-Deni

U

Għall-inqas waħda minn dawn it-tnejn li ġejjin:

Suffejra

Emorraġija ġeneralizzata

Kriterji tal-Laboratorju

Għall-inqas waħda minn dawn il-ħamsa li ġejjin:

Iżolament tal-virus tad-deni isfar minn kampjun kliniku

Sejbien tal-aċidu nuklejku tal-virus tad-deni isfar

Sejbien tal-antiġen tad-deni isfar

Reazzjoni speċifika tal-antikorpi għad-deni isfar

Dimostrazzjoni ta’ feriti tipiċi f’istopatoloġija tal-fwied post mortem

Ir-riżultati tal-laboratorju għandhom ikunu interpretati skont l-istatus tat-tilqim kontra l-flavivirus

Kriterji Epidemjoloġiċi

Ivvjaġġar matul l-aħħar ġimgħa lejn reġjun fejn huwa magħruf jew maħsub li seħħew każi ta’ deni isfar

Klassifikazzjoni tal-Każ

A.   Każ possibbli MA

B.   Każ probabbli

Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u b’rabta epidemjoloġika

C.   Każ ikkonfermat

Kull persuna li ma ġietx imlaqqma reċentement u li tilħaq il-kriterji kliniċi u tal-laboratorju

F’każ ta’ tilqim reċenti, persuna b’sejbien ta’ razza tal-virus tad-deni isfar tat-tip naturali

2.53   JERSINJOŻI (Yersinia enterocolitica, Yersinia pseudotuberculosis)

Kriterji Kliniċi

Kull persuna li jkollha Għall-inqas waħda minn dawn il-ħamsa li ġejjin:

Deni

Dijarea

Remettar

Uġigħ addominali (psewdoappendiċite)

Teneżmu

Kriterji tal-Laboratorju

L-iżolament ta’ Yersinia enterocolitica jew Yersinia pseudotuberculosis patoġenika għall-bniedem minn kampjun kliniku

Kriterji Epidemjoloġiċi

Għall-inqas waħda mill-erba’ rabtiet epidemjoloġiċi li ġejjin:

Trażmissjoni minn bniedem għal bniedem

Esponiment għal sors komuni

Trażmissjoni minn annimal għal bniedem

Esponiment għal ikel ikkontaminat

Klassifikazzjoni tal-Każ

A.   Każ possibbli MA

B.   Każ probabbli

Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u b’rabta epidemjoloġika

C.   Każ ikkonfermat

Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u tal-laboratorju

3.   DEFINIZZJONIJIET TAL-KAŻI TA’ KWISTJONIJIET SPEĊJALI TA’ SAĦĦA

3.1   DEFINIZZJONI ĠENERALI TAL-KAŻ TA’ INFEZZJONI NOŻOKOMJALI (JEW “INFEZZJONI ASSOĊJATA MAL-KURA TAS-SAĦĦA”)

Infezzjoni nożokomjali assoċjata ma’ permanenza attwali fi sptar hija ddefinita bħala infezzjoni li taqbel ma’ waħda mid-definizzjonijiet tal-każi U

il-bidu tas-sintomi jkun fit-tielet jum jew wara (jum tad-dħul = l-ewwel jum) tad-dħul attwali fi sptar JEW

il-pazjent ikun operat fl-ewwel jum jew fit-tieni jum u jiżviluppa sintomi ta’ Infezzjoni ta’ Sit Kirurġiku qabel it-tielet jum JEW

apparat invażiv jitqiegħed fl-ewwel jum jew fit-tieni jum li jirriżulta f’HAI qabel it-tielet jum

Infezzjoni nożokomjali assoċjata ma’ waqfa preċedenti fi sptar hija ddefinita bħala infezzjoni li taqbel ma’ waħda mid-definizzjonijiet tal-każi

U

il-pazjent jisfa b’infezzjoni iżda jerġa’ jiddaħħal f’anqas minn jumejn wara dħul preċedenti fi sptar ta’ kura akuta

JEW

il-pazjent ikun iddaħħal b’infezzjoni li tissodisfa d-definizzjoni tal-każ ta’ Infezzjoni ta’ Sit Kirurġiku (SSI), jiġifieri l-SSI tkun seħħet fi żmien 30 jum mill-operazzjoni (jew fil-każ ta’ kirurġija li tinvolvi impjant kienet SSI fonda jew ta’ organu/spazju li tkun żviluppat fi żmien sena mill-operazzjoni) u l-pazjent ikollu sintomi skont id-definizzjoni tal-każ u/jew ikun fuq trattament antimikrobiku għal dik l-infezzjoni

JEW

il-pazjent ikun iddaħħal (jew jiżviluppa sintomi fi żmien jumejn) b’infezzjoni ta’ Clostridium difficile f’anqas minn 28 jum minn rilaxx preċedenti minn sptar ta’ kura akuta.

Għall-fini ta’ stħarriġ ta’ prevalenza ta’ punti, infezzjoni nożokomjali attiva li jkun hemm fil-jum tal-istħarriġ hija ddefinita bħala infezzjoni li għaliha jkun hemm sinjali u sintomi tal-infezzjoni fid-data tal-istħarriġ jew li kien hemm sinjali u sintomi tagħha fil-passat u l-pazjent ikun (għadu) qed jirċievi trattament għal dik l-infezzjoni fid-data tal-istħarriġ. Il-preżenza ta’ sintomi u sinjali għandha tkun ivverifikata sal-bidu tat-trattament biex ikun iddeterminat jekk l-infezzjoni ttrattata tkunx taqbel ma’ waħda mid-definizzjonijiet tal-każi ta’ infezzjoni nożokomjali.

3.1.1   BJ: INFEZZJONI TAL-GĦADAM U L-ĠOGI

BJ-BONE: Osteomjelite

L-osteomjelite għandha tilħaq għall-inqas wieħed mill-kriterji li ġejjin:

Il-pazjent ikollu organiżmi kkoltivati minn għadam

Il-pazjent ikollu evidenza ta’ osteomjelite b’eżami dirett tal-għadam matul operazzjoni kirurġika jew eżami istopatoloġiku

Il-pazjent ikollu għall-inqas tnejn mis-sinjali jew sintomi li ġejjin b’ebda kawża oħra magħrufa: deni (> 38 °C), nefħa lokalizzata, irtubija, sħana, jew skulatura f’sit suspettuż ta’ infezzjoni tal-għadam

U għall-inqas waħda minn dawn li ġejjin:

organiżmi kkoltivati mid-demm

test pożittiv tal-antiġen tad-demm (eż. Haemophilus influenzae, Streptococcus Pneumoniae)

evidenza radjografika ta’ infezzjoni (eż. sejbiet anormali b’X-ray, CT scan, MRI, scan b’marka radjoattiva [gallju, teknezju, eċċ.]).

Innota l-istruzzjoni dwar rapportar:

Irrapporta l-medjastinite wara kirurġija kardijaka li tkun akkumpanjata minn osteomjelite bħala infezzjoni ta’ sit kirurġiku-organu/spazju (SSI-O).

BJ-JNT: Ġog jew bursa

Infezzjonijiet tal-ġogi jew tal-bursae għandhom jilħqu għall-inqas wieħed mill-kriterji li ġejjin:

Il-pazjent ikollu organiżmi kkoltivati minn fluwidu tal-ġogi jew bijopsija sinovjali

Il-pazjent ikollu evidenza ta’ infezzjoni tal-ġogi jew tal-bursae li tidher matul operazzjoni kirurġika jew eżami istopatoloġiku

Il-pazjent ikollu għall-inqas tnejn mis-sinjali jew sintomi li ġejjin b’ebda kawża oħra magħrufa: uġigħ fil-ġogi, nefħa, irtubija, sħana, evidenza ta’ effużjoni jew limitazzjoni tal-moviment

U għall-inqas waħda minn dawn li ġejjin:

organiżmi u ċelluli tad-demm bojod li jidhru fuq tebgħa Gram ta’ fluwidu tal-ġogi

test pożittiv tal-antiġen fuq demm, awrina jew fluwidu tal-ġogi

profil ċellulari u kimiki ta’ fluwidu tal-ġogi kompatibbli ma’ infezzjoni u mhux spjegabbli b’diżordni rewmatoloġiku fil-bażi

evidenza radjografika ta’ infezzjoni (eż. sejbiet anormali b’X-ray, CT scan, MRI, scan b’marka radjoattiva [gallju, teknezju, eċċ.])

BJ-DISC: Infezzjoni fl-ispazju tad-diska

L-infezzjoni fl-ispazju ta’ diska vertebrali għandu jilħaq għall-inqas wieħed mill-kriterji li ġejjin:

Il-pazjent ikollu organiżmi kkoltivati minn tessut mill-ispazju ta’ diska vertebrali miksub matul operazzjoni kirurġika jew aspirazzjoni bil-labra

Il-pazjent ikollu evidenza ta’ infezzjoni fl-ispazju ta’ diska vertebrali li tidher matul operazzjoni kirurġika jew eżami istopatoloġiku

Il-pazjent ikollu d-deni (> 38 °C) b’ebda kawża oħra magħrufa jew uġigħ fl-ispazju tad-diska vertebrali involut

U evidenza radjografika ta’ infezzjoni, (eż. sejbiet anormali b’X-ray, CT scan, MRI, scan b’marka radjoattiva [gallju, teknezju, eċċ.]).

Pazjent ikollu d-deni (> 38 °C) b’ebda kawża oħra magħrufa u uġigħ fl-ispazju tad-diska vertebrali involut

U test pożittiv tal-antiġen fuq demm jew awrina (eż. Haemophilus influenzae, Streptococcus Pneumoniae, Neisseria meningitidis, jew Streptococcus ta’ Grupp B).

3.1.2   BSI: INFEZZJONI TAL-FLUSS TAD-DEMM FIL-ĠISEM

BSI: Infezzjoni tal-fluss tad-demm fil-ġisem ikkonfermata mil-laboratorju

Koltivazzjoni pożittiva waħda tad-demm għal patoġen magħruf

JEW

Il-pazjent ikollu għall-inqas wieħed minn dawn is-sinjali jew sintomi li ġejjin: deni (> 38 °C), riħ qawwi, jew pressjoni għolja

U żewġ koltivazzjonijiet pożittivi ta’ demm għal kontaminant komuni tal-ġilda (minn żewġ kampjuni separati ta’ demm, is-soltu fi żmien 48 siegħa)

Kontaminanti tal-ġilda = stafilokokki koagulażi-negattivi, Micrococcus spp., Propionibacterium acnes, Bacillus spp., Corynebacterium spp.

Sors ta’ infezzjoni tal-fluss tad-demm fil-ġisem:

—   Relatat ma’ kateter: l-istess mikroorganiżmu kien ikkoltivat mill-kateter jew sintomi jitjiebu fi żmien 48 siegħa wara t-tneħħija tal-kateter (C-PVC: kateter periferali, C-CVC: kateter ċentrali venuż (nota: irrapporta C-CVC jew C-PVC BSI bħala CRI3-CVC jew CRI3-PVC rispettivament jekk il-mikrobijoloġija tkun ikkonfermata, ara d-definizzjoni CRI3)).

—   Sekondarju għal infezzjoni oħra: l-istess mikroorganiżmu kien iżolat minn sit ieħor ta’ infezzjoni jew tkun teżisti evidenza klinika qawwija li l-infezzjoni tal-fluss tad-demm fil-ġisem kienet sekondarja għal sit ieħor ta’ infezzjoni, proċedura invażiva dijanjostika jew korp barrani

Pulmonari (S-PUL)

Infezzjoni tal-passaġġ tal-awrina (S-UTI)

Infezzjoni tal-passaġġ diġestiv (S-DIG)

SSI (S-SSI): infezzjoni ta’ sit kirurġiku

Ġilda u tessut artab (S-SST)

Oħrajn (S-OTH)

—   Oriġini mhux magħrufa (UO): Xejn minn ta’ hawn fuq, infezzjoni tal-fluss tad-demm fil-ġisem ta’ oriġini mhux magħrufa (ivverifikata matul stħarriġ u ma nstab ebda sors)

—   Mhux magħruf (UNK): M’hemm ebda informazzjoni dwar is-sors tal-infezzjoni tal-fluss tad-demm fil-ġisem jew dwar informazzjoni nieqsa

3.1.3   CNS: INFEZZJONI TAS-SISTEMA NERVUŻA ĊENTRALI

CNS-IC: Infezzjoni intrakranjali (axxess tal-moħħ, infezzjoni subdurali jew epidurali, enċefalite)

Infezzjoni intrakranjali għandha tilħaq għall-inqas wieħed mill-kriterji li ġejjin:

Il-pazjent ikollu organiżmi kkoltivati minn tessut tal-moħħ jew dura

Il-pazjent ikollu axxess jew evidenza ta’ infezzjoni intrakranjali li tidher matul operazzjoni kirurġika jew eżami istopatoloġiku

Il-pazjent ikollu għall-inqas tnejn mis-sinjali jew sintomi li ġejjin b’ebda kawża oħra magħrufa: uġigħ ta’ ras, sturdament, deni (> 38 °C), sinjali newroloġiċi li jillokalizzaw, livell jinbidel ta’ kuxjenza, jew konfużjoni

U għall-inqas waħda minn dawn li ġejjin:

organiżmi li jidhru f’eżami mikroskopiku ta’ tessut tal-moħħ jew axxess miksubin b’aspirazzjoni bil-labra jew b’bijopsija matul operazzjoni kirurġika jew awtopsja

test pożittiv tal-antiġen fuq demm jew awrina

evidenza radjografika ta’ infezzjoni, (eż. sejbiet anormali bl-ultrasound, CT scan, MRI, scan tal-moħħ b’radjunuklide, jew arteriogram)

titru ta’ antikorp wieħed dijanjostiku (IgM) jew żieda b’erba’ darbiet f’seri pari (IgG) għal patoġen

U jekk issir dijanjożi antemortem, it-tabib jibda terapija antimikrobika xierqa.

Innota l-istruzzjoni dwar rapportar:

Jekk ikun hemm il-meninġite u axxess tal-moħħ flimkien, irrapporta l-infezzjoni bħala IC

CNS-MEN: Meninġite jew ventrikulite

Il-meninġite jew il-ventrikulite għandhom jilħqu għall-inqas wieħed mill-kriterji li ġejjin:

Il-pazjent ikollu organiżmi kkoltivati minn fluwidu ċerebrospinali (CSF)

Il-pazjent ikollu għall-inqas wieħed minn dawn is-sinjali jew sintomi li ġejjin b’ebda kawża oħra magħrufa: deni (> 38 °C), uġigħ ta’ ras, għonq iebes, sinjali ta’ meninġi, sinjali ta’ nervi kranjali, jew irritabbiltà

U għall-inqas waħda minn dawn li ġejjin:

żieda f’ċelluli bojod, proteina elevata, u/jew glukożju anqas f’CSF

organiżmi li jidhru fuq tebgħa Gram ta’ CSF

organiżmi kkoltivati mid-demm

test pożittiv tal-antiġen ta’ CSF, demm, jew awrina

titru ta’ antikorp wieħed dijanjostiku (IgM) jew żieda b’erba’ darbiet f’seri pari (IgG) għal patoġen

U jekk issir dijanjożi antemortem, tabib jibda terapija antimikrobika xierqa.

Innota l-istruzzjonijiet dwar rapportar

Irrapporta infezzjoni ta’ passaġġ alternattiv għaċ-ċirkolazzjoni tad-demm (shunt) tas-CSF bħala SSI jekk isseħħ ≤ sena minn meta jkun tqiegħed; jekk aktar tard jew wara manipulazzjoni tal-passaġġ alternattiv għaċ-ċirkolazzjoni tad-demm jew aċċess għalih, irrapporta bħala CNS-MEN

Irrapporta meningoenċefalite bħala MEN

Irrapporta axxess spinali bil-meninġite bħala MEN

CNS-SA: axxess spinali mingħajr meninġite

Axxess tal-ispazju tal-epidurali jew subdurali spinali, mingħajr ma jkollhom x’jaqsmu l-fluwidu ċerebrospinali jew l-istrutturi tal-għadam ta’ mal-ġenb, għandu jilħaq għall-inqas wieħed mill-kriterji li ġejjin:

Il-pazjent ikollu organiżmi kkoltivati minn axxess fl-ispazju epidurali jew subdurali spinali

Il-pazjent ikollu axxess fl-ispazju epidurali jew subdurali spinali li jidher matul operazzjoni kirurġika jew waqt awtopsja jew ikun hemm evidenza ta’ axxess li jidher matul eżami istopatoloġiku

Il-pazjent ikollu għall-inqas wieħed minn dawn is-sinjali jew sintomi li ġejjin b’ebda kawża oħra magħrufa: deni (> 38 °C), uġigħ tad-dahar, irtubija fokali, radikulite, parapareżi, jew parapleġja

U għall-inqas waħda minn dawn li ġejjin:

organiżmi kkoltivati mid-demm

evidenza radjografika ta’ axxess spinali (eż. sejbiet anormali f’majlografija, ultrasound, CT scan, MRI, jew scans oħra [gallju, teknezju, eċċ.])

U jekk issir dijanjożi antemortem, tabib jibda terapija antimikrobika xierqa

Innota l-istruzzjonijiet dwar rapportar

Irrapporta axxess spinali bil-meninġite bħala meninġite (CNS-MEN)

3.1.4   CRI: INFEZZJONI RELATATA MA’ KATETER  (14)

CRI1-CVC: Infezzjoni lokali relatata ma’ CVC (ebda koltivazzjoni pożittiva tad-demm)

koltivazzjoni kwantitattiva ta’ CVC ≥ 103 CFU/ml jew semikoltivazzjoni kwantitattiva ta’ CVC > 15 CFU

U materja/infjammazzjoni fis-sit ta’ inserzjoni jew mina

CRI1-PVC: Infezzjoni lokali relatata ma’ PVC (ebda koltivazzjoni pożittiva tad-demm)

koltivazzjoni kwantitattiva ta’ PVC ≥ 103 CFU/ml jew semikoltivazzjoni kwantitattiva ta’ PVC > 15 CFU

U materja/infjammazzjoni fis-sit ta’ inserzjoni jew mina

CRI2-CVC: Infezzjoni ġenerali relatata ma’ CVC (ebda koltivazzjoni pożittiva tad-demm)

koltivazzjoni kwantitattiva ta’ CVC ≥ 103 CFU/ml jew semikoltivazzjoni kwantitattiva ta’ CVC > 15 CFU

U sinjali kliniċi jitjiebu fi żmien 48 siegħa wara t-tneħħija tal-kateter

CRI2-PVC: Infezzjoni ġenerali relatata ma’ PVC (ebda koltivazzjoni pożittiva tad-demm)

koltivazzjoni kwantitattiva ta’ PVC ≥ 103 CFU/ml jew semikoltivazzjoni kwantitattiva ta’ PVC > 15 CFU

U sinjali kliniċi jitjiebu fi żmien 48 siegħa wara t-tneħħija tal-kateter

CRI3-CVC: infezzjoni tal-fluss tad-demm fil-ġisem relatata ma’ CVC kkonfermata mikrobijoloġikament

BSI li sseħħ 48 siegħa qabel jew wara t-tneħħija tal-kateter

U koltivazzjoni pożittiva bl-istess mikroorganiżmu ta’:

koltivazzjoni kwantitattiva ta’ CVC ≥ 103 CFU/ml jew semikoltivazzjoni kwantitattiva ta’ CVC > 15 CFU jew

kampjun tad-demm CVC/kampjun tad-demm periferali > 5 ta’ proporzjon ta’ koltivazzjoni kwantitattiva tad-demm jew

dewmien divrenzjali ta’ koltivazzjonijiet pożittivi tad-demm: koltivazzjonijiet ta’ kampjun tad-demm ta’ CVC pożittiv sagħtejn jew aktar qabel koltivazzjonijiet periferali tad-demm (kampjuni tad-demm meħudin fl-istess ħin) jew

koltivazzjoni pożittiva bl-istess mikroorganiżmu minn materja minn sit ta’ inserzjoni

CRI3-PVC: infezzjoni tal-fluss tad-demm fil-ġisem relatata ma’ PVC ikkonfermata mikrobijoloġikament

BSI li sseħħ 48 siegħa qabel jew wara t-tneħħija tal-katerer

U koltivazzjoni pożittiva bl-istess mikroorganiżmu ta’:

koltivazzjoni kwantitattiva ta’ PVC ≥ 103 CFU/ml jew semikoltivazzjoni kwantitattiva ta’ PVC > 15 CFU jew

koltivazzjoni pożittiva bl-istess mikroorganiżmu minn materja minn sit ta’ inserzjoni

3.1.5   CVS: INFEZZJONI TAS-SISTEMA KARDJOVASKULARI

CVS-VASC: Infezzjoni arterjali jew venuża

Infezzjoni arterjali jew venuża għandha tilħaq għall-inqas wieħed mill-kriterji li ġejjin:

Il-pazjent ikollu organiżmi kkoltivati minn arterji jew vini mneħħija matul operazzjoni kirurġika

U koltivazzjoni tad-demm li ma tkunx saret jew ebda organiżmu kkoltivat mid-demm

Il-pazjent ikollu evidenza ta’ infezzjoni arterjali jew venuża li tidher matul operazzjoni kirurġika jew eżami istopatoloġiku

Il-pazjent ikollu għall-inqas wieħed minn dawn is-sinjali jew sintomi li ġejjin b’ebda kawża oħra magħrufa: deni (> 38 °C), uġigħ, eritema, jew sħana fis-sit vaskulari involut

U aktar minn 15-il kolonja kkoltivati minn ponta ta’ kannula intravaskulari bl-użu tal-metodu ta’ koltivazzjoni semikwantitattiva

U koltivazzjoni tad-demm li ma tkunx saret jew ebda organiżmu kkoltivat mid-demm

Il-pazjent ikollu skulatura purulenti fis-sit vaskulari involut

U koltivazzjoni tad-demm li ma tkunx saret jew ebda organiżmu kkoltivat mid-demm

Innota l-istruzzjonijiet dwar rapportar

Irrapporta infezzjonijiet ta’ tilqim arterjovenuż, passaġġ alternattiv għaċ-ċirkolazzjoni tad-demm, jew fistula jew sit ta’ kannulazzjoni intravaskulari mingħajr organiżmi kkoltivati mid-demm bħala CVS-VASC

CVS-ENDO: Endokardite

Endokardite ta’ valv naturali jew prostetiku tal-qalb għandha tilħaq għall-inqas wieħed mill-kriterji li ġejjin:

Il-pazjent ikollu organiżmi kkoltivati minn valv jew veġetazzjoni

Il-pazjent ikollu tnejn jew aktar mis-sinjali u sintomi li ġejjin b’ebda kawża oħra magħrufa: deni (> 38 °C), murmuriju ġdid jew jinbidel, fenomena embolika, manifestazzjonijiet tal-ġilda (eż. tbenġil, emorraġiji separati, għoqod taħt il-ġilda jweġġgħu), attakk tal-qalb konġestiv, jew anormalità ta’ konduzzjoni kardijaka

U għall-inqas waħda minn dawn li ġejjin:

organiżmi kkoltivati minn tnejn jew aktar koltivazzjonijiet tad-demm

organiżmi li jidhru fuq tebgħa Gram ta’ valv meta l-koltivazzjoni tkun negattiva jew ma tkunx saret

veġetazzjoni valvulari li tidher matul operazzjoni kirurġika jew awtopsja

test pożittiv tal-antiġen fuq demm jew awrina (eż. Haemophilus influenzae, Streptococcuspneumoniae, Neisseria meningitidis, jew Streptococcus ta’ Grupp B)

evidenza ta’ veġetazzjoni ġdida li tidher fuq ekokardjogramma

U jekk issir dijanjożi antemortem, tabib jibda terapija antimikrobika xierqa

CVS-CARD: Mijokardite jew perikardite

Il-mijokardite jew il-perikardite għandhom jilħqu għall-inqas wieħed mill-kriterji li ġejjin:

Il-pazjent ikollu organiżmi kkoltivati minn tessut perikardju jew fluwidu miksub b’aspirazzjoni bil-labra jew matul operazzjoni kirurġika

Il-pazjent ikollu għall-inqas tnejn mis-sinjali jew sintomi li ġejjin b’ebda kawża oħra magħrufa: deni (> 38 °C), uġigħ fis-sider, polz paradossali, jew daqs tal-qalb akbar

U għall-inqas waħda minn dawn li ġejjin:

EKG anormali konsistenti ma’ mijokardite jew perikardite

test pożittiv tal-antiġen fuq demm (eż. Haemophilus influenzae, Streptococcus Pneumoniae)

evidenza ta’ mijokardite jew perikardite fuq eżami istoloġiku ta’ tessut tal-qalb

żieda b’erba’ darbiet f’antikorp speċifiku għal tip b’iżolament jew mingħajru ta’ virus mill-falanġi jew mill-feċi

effużjoni perikardjali identifikata b’ekokardjogramma, CT scan, MRI, jew anġjografija

CVS-MED: Medjastinite

Il-medjastinite għandha tilħaq għall-inqas wieħed mill-kriterji li ġejjin:

Il-pazjent ikollu organiżmi kkoltivati minn tessut medjastinali jew fluwidu miksub minn operazzjoni kirurġika jew aspirazzjoni bil-labra

Il-pazjent ikollu evidenza ta’ medjastinite li tidher matul operazzjoni kirurġika jew eżami istopatoloġiku

Il-pazjent ikollu għall-inqas wieħed minn dawn is-sinjali jew sintomi li ġejjin b’ebda kawża oħra magħrufa: deni (> 38 °C), uġigħ fis-sider, jew instabbiltá sternali

U għall-inqas waħda minn dawn li ġejjin:

rilaxx purulenti minn parti medjastinali

organiżmi kkoltivati mid-demm jew rilaxx minn parti medjastinali

twessigħ medjastinali b’X-ray

Innota l-istruzzjonijiet dwar rapportar

Irrapporta medjastinite wara kirurġija kardijaka li tkun akkumpanjata minn osteomjelite bħala SSI-O

3.1.6   EENT: INFEZZJONI TAL-GĦAJN, WIDNA, IMNIEĦER, GERŻUMA, JEW ĦALQ

EENT-CONJ: Konġuntivite

Konġuntivite għandha tilħaq għall-inqas wieħed mill-kriterji li ġejjin:

Il-pazjent ikollu patoġeni kkoltivati minn effużjoni purulenti miksuba mill-konġuntiva jew minn tessuti kontigwi, bħal tebqet il-għajn, kornea, glandoli tal-Mejbomju, jew glandoli tad-dmugħ

Il-pazjent ikollu wġigħ jew ħmura tal-konġuntiva jew madwar l-għajn

U għall-inqas waħda minn dawn li ġejjin:

WBCs u organiżmi li jidhru fuq tebgħa Gram ta’ effużjonijiet

Effużjonijiet purulenti

test pożittiv tal-antiġen (eż. ELISA jew IF għal Chlamydia trachomatis, virus ta’ herpes simplex, adenovirus) fuq fdal effużjonali jew konġuntivali

ċelluli ġganti b’ħafna nuklei li jidhru f’eżami mikroskopiku ta’ effużjoni konġuntivali jew ta’ fdalijiet

koltivazzjoni pożittiva virali

titru ta’ antikorp wieħed dijanjostiku (IgM) jew żieda b’erba’ darbiet f’seri pari (IgG) għal patoġen

Innota l-istruzzjonijiet dwar rapportar

Irrapporta infezzjonijiet oħra tal-għajn bħala EYE

Tirrapportax konġuntivite kimika kkawżata minn nitrat tal-fidda (AgNO3) bħala infezzjoni assoċjata ma’ kura tas-saħħa

Tirrapportax konġuntivite li sseħħ bħala parti minn marda virali mxerrda aktar fil-wisa’ (bħal ħożba, ġidri r-riħ, jew URI)

EENT-EYE: Għajn, minbarra konġuntivite

Infezzjoni tal-għajn, minbarra konġuntivite, għandha tilħaq għall-inqas wieħed mill-kriterji li ġejjin:

Il-pazjent ikollu organiżmi kkoltivati minn kavità anterjuri jew posterjuri jew minn fluwidu trasparenti

Il-pazjent ikollu għall-inqas tnejn mis-sinjali jew sintomi li ġejjin b’ebda kawża oħra magħrufa: għajn tuġa’, disturb viżwali, jew ipopjun

U għall-inqas waħda minn dawn li ġejjin:

dijanjożi ta’ tabib ta’ infezzjoni ta’ għajn

test pożittiv tal-antiġen fuq demm (eż. Haemophilus influenzae, Streptococcus Pneumoniae)

organiżmi kkoltivati mid-demm

EENT-EAR: Mastojde tal-widna

Infezzjonijiet tal-widna u tal-mastojde għandhom jilħqu għall-inqas wieħed mill-kriterji li ġejjin:

Otite esterna għandha tilħaq għall-inqas wieħed mill-kriterji li ġejjin:

Il-pazjent ikollu patoġeni kkoltivati minn skulatura purulenti mill-kanal tal-widna

Il-pazjent ikollu għall-inqas wieħed minn dawn is-sinjali jew sintomi li ġejjin b’ebda kawża oħra magħrufa: deni (> 38 °C), uġigħ, ħmura, jew skulatura mill-kanal tal-widna

U organiżmi li jidhru fuq tebgħa Gram ta’ skulatura purulenti

Otite medja għandha tilħaq għall-inqas wieħed mill-kriterji li ġejjin:

Il-pazjent ikollu organiżmi kkoltivati minn fluwidu min-nofs tal-widna miksuba minn timpanoċentesi jew waqt operazzjoni kirurġika

Il-pazjent ikollu għall-inqas tnejn mis-sinjali jew sintomi li ġejjin b’ebda kawża oħra magħrufa: deni (> 38 °C), uġigħ fit-tanbur tal-widna, infjammazzjoni, ritrattazzjoni jew mobilità mnaqqsa tat-tanbur tal-widna, jew fluwidu wara t-tanbur tal-widna

Otite interna għandha tilħaq għall-inqas wieħed mill-kriterji li ġejjin:

Il-pazjent ikollu organiżmi kkoltivati minn fluwidu fil-widna ta’ ġewwa miksub waqt operazzjoni kirurġika

Il-pazjent ikollu dijanjożi ta’ tabib ta’ infezzjoni fil-widna ta’ ġewwa

Mastojdite għandha tilħaq għall-inqas wieħed mill-kriterji li ġejjin:

Il-pazjent ikollu organiżmi kkoltivati minn skulatura purulenti minn mastojde

Il-pazjent ikollu għall-inqas tnejn mis-sinjali jew sintomi li ġejjin b’ebda kawża oħra magħrufa: deni (> 38 °C), uġigħ, irtubija, eritema, uġigħ ta’ ras, jew paraliżi tal-wiċċ

U għall-inqas waħda minn dawn li ġejjin:

organiżmi li jidhru fuq tebgħa Gram ta’ materjal purulenti minn mastojde

test pożittiv tal-antiġen fuq demm

EENT-ORAL: Kavità orali (ħalq, ilsien, jew ħniek)

Infezzjonijiet tal-kavità orali għandhom jilħqu għall-inqas wieħed mill-kriterji li ġejjin:

Il-pazjent ikollu organiżmi kkoltivati minn materjal purulenti minn tessuti ta’ kavità orali

Il-pazjent ikollu axxess jew evidenza oħra ta’ infezzjoni ta’ kavità orali li tidher f’eżami dirett, matul operazzjoni kirurġika, jew matul eżami istopatoloġiku

Il-pazjent ikollu għall-inqas wieħed minn dawn is-sinjali jew sintomi li ġejjin b’ebda kawża oħra magħrufa: axxess, ulċerazzjoni, jew irqajja’ bojod imqabbżin fuq mukuża infjammata, jew plakek fuq mukuża orali

U għall-inqas waħda minn dawn li ġejjin:

organiżmi li jidhru fuq tebgħa Gram

tebgħa KOH pożittiva (idrossidu)

ċelluli ġganti b’ħafna nuklei li jidhru f’eżami mikroskopiku ta’ fdalijiet mukużi

test pożittiv tal-antiġen fuq tnixxijiet orali

titru ta’ antikorp wieħed dijanjostiku (IgM) jew żieda b’erba’ darbiet f’seri pari (IgG) għal patoġen

dijanjożi ta’ tabib ta’ infezzjoni u trattament b’terapija topikali jew orali kontra l-fungi

Innota l-istruzzjonijiet dwar rapportar

Irrapporta infezzjonijiet primarji ta’ herpes simplex tal-kavità orali assoċjati mal-kura tas-saħħa bħala ORAL; infezzjonijiet herpes li jirrikorru mhumiex assoċjati ma’ kura tas-saħħa

EENT-SINU: Sinużite

Sinużite għandha tilħaq għall-inqas wieħed mill-kriterji li ġejjin:

Il-pazjent ikollu organiżmi kkoltivati minn materjal purulenti miksub minn kavità tas-sinus

Il-pazjent ikollu għall-inqas wieħed minn dawn is-sinjali jew sintomi li ġejjin b’ebda kawża oħra magħrufa: deni (> 38 °C), uġigħ jew irtubija mferxa fuq is-sinus involut, uġigħ ta’ ras, effużjoni purulenti, jew imblukkar nażali

U għall-inqas waħda minn dawn li ġejjin:

Tranżilluminazzjoni pożittiva

Eżami radjografiku pożittiv (inkluż CT scan)

EENT-UR: Passaġġ ta’ fuq tan-nifs, farinġite, larinġite, epiglottite

Infezzjonijiet tal-passaġġ ta’ fuq tan-nifs għandhom jilħqu għall-inqas wieħed mill-kriterji li ġejjin:

Il-pazjent ikollu għall-inqas tnejn mis-sinjali jew sintomi li ġejjin b’ebda kawża oħra magħrufa: deni (> 38 °C), eritema tal-falanġi, uġigħ fil-gerżuma, sogħla, ħanqa, jew effużjoni purulenti fil-gerżuma

U għall-inqas waħda minn dawn li ġejjin:

organiżmi kkoltivati mis-sit speċifiku

organiżmi kkoltivati mid-demm

test pożittiv tal-antiġen fuq demm jew tnixxijiet respiratorji

titru ta’ antikorp wieħed dijanjostiku (IgM) jew żieda b’erba’ darbiet f’seri pari (IgG) għal patoġen

dijanjożi ta’ tabib ta’ infezzjoni tal-passaġġ ta’ fuq tan-nifs

Il-pazjent ikollu axxess li jidher f’eżami dirett, matul operazzjoni kirurġika, jew matul eżami istopatoloġiku

3.1.7   GI: INFEZZJONI TAS-SISTEMA GASTROINTESTINALI

GI-CDI: Infezzjoni tal-Clostridium difficile

Infezzjoni tal-Clostridium difficile (li r-referenza għaliha qabel kienet ta’ dijarea assoċjata tal-Clostridium difficile jew CDAD) għandha tilħaq għall-inqas wieħed mill-kriterji li ġejjin:

Ippurgar b’dijarea jew megakolon tossiku, u analiżi tal-laboratorju pożittiva għal tossina A u/jew B tal-Clostridium difficile fl-ippurgar

Kolite psewdomembrana murija b’endoskopija gastrointestinali ta’ taħt

Istopatoloġija tal-kolon karatteristika tal-infezzjoni tal-Clostridium difficile (b’dijarea jew mingħajrha) fuq kampjun miksub minn endoskopija, kolektomija jew awtopsja

GI-GE: Gastroenterite (CDI eskluża)

Gastroenterite għandha tilħaq għall-inqas wieħed mill-kriterji li ġejjin:

Il-pazjent ikollu bidu akut ta’ dijarea (ippurgar likwidu għal aktar minn 12-il siegħa) b’remettar jew mingħajru jew deni (> 38 °C) u x’aktarx mingħajr kawża mhux infettiva (eż. testijiet dijanjostiċi, dieta terapewtika minbarra aġenti antimikrobiċi, aggravar akut ta’ kondizzjoni kronika, jew tensjoni psikoloġika)

Il-pazjent ikollu għall-inqas tnejn mis-sinjali jew sintomi li ġejjin b’ebda kawża oħra magħrufa: nawżea, remettar, uġigħ addominali, deni (> 38 °C), jew uġigħ ta’ ras

U għall-inqas waħda minn dawn li ġejjin:

patoġen enteriku li jkun ikkoltivat mill-ippurgar jew minn kampjun tar-rektum

patoġen enteriku li jinstab b’mikroskopija ta’ rutina jew tal-elettroni

patoġen enteriku li jinstab b’analiżi ta’ antiġen jew ta’ antikorp fuq demm jew feċi

evidenza ta’ patoġen enteriku li tinstab b’tibdiliet ċitopatiċi f’koltivazzjoni ta’ tessuti (analiżi ta’ tossina)

titru ta’ antikorp wieħed dijanjostiku (IgM) jew żieda b’erba’ darbiet f’seri pari (IgG) għal patoġen

GI-GIT: Passaġġ gastrointestinali (l-esofagu, l-istonku, il-musrana l-kbira u ż-żgħira, u r-rektum) esklużi l-gastroenterite u l-appendiċite

Infezzjoni tal-passaġġi gastrointestinali, esklużi l-gastroenterite u l-appendiċite, għandha tilħaq għall-inqas wieħed mill-kriterji li ġejjin:

Il-pazjent ikollu axxess jew evidenza oħra ta’ infezzjoni li tidher matul operazzjoni kirurġika jew eżami istopatoloġiku

Il-pazjent ikollu għall-inqas tnejn mis-sinjali jew sintomi li ġejjin b’ebda kawża oħra magħrufa u kompatibbli ma’ infezzjoni tal-organu jew tat-tessut involuti: deni (> 38 °C), nawżea, remettar, uġigħ addominali, jew irtubija

U għall-inqas waħda minn dawn li ġejjin:

organiżmi kkoltivati minn skulatura jew tessut miksub minn operazzjoni kirurġika jew endoskopija jew minn drejn imqiegħed b’operazzjoni kirurġika

organiżmi li jidhru fuq tebgħa Gram jew KOH jew ċelluli ġganti b’ħafna nuklei li jidhru f’eżami mikroskopiku ta’ skulatura jew tessut miksub minn operazzjoni kirurġika jew endoskopija jew minn drejn imqiegħed b’operazzjoni kirurġika

organiżmi kkoltivati mid-demm

evidenza ta’ sejbiet patoloġiċi f’eżami radjografiku

evidenza ta’ sejbiet patoloġiċi f’eżami endoskopiku (eż. esopaġite jew proktite ta’ Candida spp.)

GI-HEP: Epatite

l-epatite għandha tilħaq il-kriterju li ġej:

Il-pazjent ikollu għall-inqas tnejn mis-sinjali jew sintomi li ġejjin b’ebda kawża oħra magħrufa: deni (> 38 °C), anoreksja, nawżea, remettar, uġigħ addominali, suffejra, jew storja ta’ trasfużjoni tul it-tliet xhur preċedenti

U għall-inqas waħda minn dawn li ġejjin:

antiġen pożittiv jew test għal antikorp għall-epatite A, l-epatite B, l-epatite C, jew epatite delta

testijiet għal funzjoni anormali tal-fwied (eż. ALT/AST elevati, bilirubin)

ċitomegalovirus (CMV) misjub fl-awrina jew fi tnixxijiet orofarinġi

Innota l-istruzzjonijiet dwar rapportar

Tirrapportax epatite jew suffejra ta’ oriġini mhux infettiva (defiċjenza antitrypsin alpha-1, eċċ.)

Tirrapportax epatite jew suffejra li tkun ġejja minn esponiment għal epatotossini (epatite alkoħolika jew miġjuba bl-aċetaminofen, eċċ.)

Tirrapportax epatite jew suffejra li jiġu minn imblukkar biljari (koleċistite)

GI-IAB: Intraaddominali, mhux speċifikat band’oħra, inklużi l-bużżieqa tal-marrara, kanali tal-bili, il-fwied (eskluża l-epatite virali), il-milsa, il-frixa, il-peritonew, l-ispazju subfreniku jew subdijaframmatiku, jew tessut intraaddominali ieħor jew parti mhux speċifikata band’oħra

Infezzjonijiet intraaddominali għandhom jilħqu għall-inqas wieħed mill-kriterji li ġejjin:

Il-pazjent ikollu organiżmi kkoltivati minn materjal purulenti minn spazju intraaddominali miksub minn operazzjoni kirurġika jew aspirazzjoni bil-labra

Il-pazjent ikollu axxess jew evidenza oħra ta’ infezzjoni intraaddominali li tidher matul operazzjoni kirurġika jew eżami istopatoloġiku

Il-pazjent ikollu għall-inqas tnejn mis-sinjali jew sintomi li ġejjin b’ebda kawża oħra magħrufa: deni (> 38 °C), nawżea, remettar, uġigħ addominali, jew suffejra

U għall-inqas waħda minn dawn li ġejjin:

organiżmi kkoltivati minn skulatura minn drejn imqiegħed b’operazzjoni kirurġika (eż. sistema ta’ skulatura bi rdigħ magħluq, drejn miftugħ, drejn għamla ta’ T)

organiżmi li jidhru fuq tebgħa Gram ta’ skulatura jew tessut miksuba minn operazzjoni kirurġika jew aspirazzjoni bil-labra

organiżmi kkoltivati mid-demm u evidenza radjografika ta’ infezzjoni (eż. sejbiet anormali bl-ultrasound, CT scan, MRI, jew scans b’marka radjoattiva [gallju, teknezju, eċċ.] jew b’X-ray addominali)

Innota l-istruzzjonijiet dwar rapportar

Tirrapportax pankreatite (sindromu li jġib infjammazzjoni kkaratterizzata minn uġigħ addominali, nawżea, u remettar assoċjat ma’ livelli għoljin ta’ serum ta’ enzimi tal-frixa) ħlief jekk ikun stabbilit li tkun infettiva fl-oriġini

3.1.8   LRI: INFEZZJONI TAL-PASSAĠĠ TA’ ISFEL TAN-NIFS, MINBARRA PULMONITE

LRI-BRON: Bronkite, trakeobronkite, bronkijolite, trakeite, mingħajr evidenza ta’ pulmonite

Infezzjonijiet trakeobronkjali għandhom jilħqu għall-inqas wieħed mill-kriterji li ġejjin:

Il-pazjent ma jkollux evidenza klinika jew radjografika ta’ pulmonite

U l-pazjent ikollu għall-inqas tnejn mis-sinjali jew sintomi li ġejjin b’ebda kawża oħra magħrufa: deni (> 38 °C), sogħla, produzzjoni ġdida jew miżjuda ta’ bżieq, rhonchi, tħarħir

U għall-inqas waħda minn dawn li ġejjin:

koltivazzjoni pożittiva miksuba minn aspirat fil-fond tat-trakea jew bi bronkoskopija

test pożittiv tal-antiġen fuq tnixxijiet respiratorji

Innota l-istruzzjonijiet dwar rapportar

Tirrapportax bronkite kronika f’pazjent b’marda kronika tal-pulmun bħala infezzjoni ħlief jekk ikun hemm evidenza ta’ infezzjoni sekondarja akuta, murija b’bidla fl-organiżmu

LRI-LUNG: Infezzjonijiet oħra tal-passaġġ ta’ isfel tan-nifs

Infezzjonijiet oħra tal-passaġġ ta’ isfel tan-nifs għandhom jilħqu għall-inqas wieħed mill-kriterji li ġejjin:

Il-pazjent ikollu organiżmi li jidhru fuq tiċpisa jew ikkoltivati minn tessut tal-pulmun jew fluwidu, inkluż fluwidu tal-plewra

Il-pazjent ikollu axxess tal-pulmun jew materja fil-plewra (empyema) li jidhru matul operazzjoni kirurġika jew eżami istopatoloġiku

Il-pazjent ikollu kavità ta’ axxess li tidher f’eżami radjografiku tal-pulmun

Innota l-istruzzjonijiet dwar rapportar

Irrapporta axxess tal-pulmun jew empyema mingħajr pulmonite bħala LUNG

3.1.9   NEO: DEFINIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI TAL-KAŻI NEONATALI

NEO-CSEP: Sepsis klinika

It-tliet kriterji KOLLHA li ġejjin:

It-tabib li jagħmel superviżjoni jkun beda terapija antimikrobika xierqa għal sepsis għal mill-inqas ħamest ijiem.

Ebda sejbien ta’ patoġeni fil-koltivazzjoni tad-demm jew li ma jkunux ġew ittestjati

Ebda infezzjoni ċara f’sit ieħor

U tnejn mill-kriterji li ġejjin (mingħajr kawża apparenti oħra):

Deni (> 38 °C) jew instabbiltà fit-temperatura (post-set frekwenti tal-inkubatur) jew ipotermja (< 36,5 °C)

Takikardija (> 200/min) jew bradikardija ġdida/miżjuda(< 80/min)

Ħin ta’ mili kapillari mill-ġdid (CRT) > 2s

Apnea (s) ġdida jew miżjuda (> 20s)

Aċidożi metabolika inspjegabbli

Bidu ġdid ta’ ipergliċemja (> 140 mg/dl)

Sinjal ieħor ta’ sepsis (kulur il-ġilda (biss jekk ma jintużax CRT)), sinjali tal-laboratorju (CRP, interleukin), ħtieġa akbar ta’ ossiġnu (intubazzjoni), kondizzjoni ġenerali mhux stabbli tal-pazjent, apatija)

NEO-LCBI: BSI kkonfermata mil-laboratorju

għall-inqas tnejn minn: temperatura > 38 °C jew < 36,5 °C jew instabbiltà fit-temperatura, takikardija jew bradikardija, apnea, ħin ta’ mili kapillari mill-ġdid (CRT) estiż, aċidożi metabolika, ipergliċemja, sinjal ieħor ta’ BSI bħall-apatija

U

patoġen magħruf minbarra stafilokokki koagulażi-negattivi (CNS) ikkoltivat mid-demm jew fluwidu ċerebrospinali (CSF; dan huwa inkluż minħabba li meninġite fil-grupp ta’ din l-età is-soltu tkun ematoġenuża, għalhekk CSF pożittiv jista’ jitqies bħala evidenza ta’ BSI wkoll jekk koltivazzjonijiet tad-demm ikunu negattivi jew ma jkunux ittieħdu)

Innota l-istruzzjonijiet dwar rapportar:

biex tkun konsistenti f’rapportar dwar BSI f’adulti (inkluża BSI sekondarja), il-kriterju “l-organiżmu mhux relatat ma’ infezzjoni f’sit ieħor” tneħħa mid-definizzjoni ta’ Neo-KISS għall-finijiet tal-PPS tal-UE

irrapporta l-oriġini tal-BSI neonatali fil-qasam ta’ oriġini ta’ BSI

jekk iż-żewġ definizzjonijiet tal-każi għal NEO-LCBI u NEO-CNSB ikunu jaqblu, irrapporta NEO-LCBI

NEO-CNSB: BSI kkonfermata mil-laboratorju bi stafilokokki koagulażi-negattivi (CNS)

għall-inqas tnejn minn: temperatura > 38 °C jew < 36.5 °C jew instabbiltà fit-temperatura, takikardija jew bradikardija, apnea, ħin estiż għal rikapillarizzazzjoni, aċidożi metabolika, ipergliċemja, sinjal ieħor ta’ BSI bħall-apatija

U CNS tkun ikkoltivata mid-demm jew minn ponta ta’ kateter

U l-pazjent ikollu waħda minn: proteina C-reattiva > 2,0 mg/dL, proporzjon ta’ newtrofilu immatur/totali (I/T ratio) > 0,2, lewkoċiti < 5/nL, platelets < 100/nL

Innota l-istruzzjonijiet dwar rapportar:

biex tkun konsistenti f’rapportar dwar BSI f’adulti (inkluża BSI sekondarja), il-kriterju “l-orgniżmu mhux relatat ma’ infezzjoni f’sit ieħor” tneħħa mid-definizzjoni ta’ Neo-KISS għall-finijiet tal-PPS tal-UE

irrapporta l-oriġini tal-BSI neonatali fil-qasam ta’ oriġini ta’ BSI

jekk iż-żewġ definizzjonijiet tal-każi għal NEO-LCBI u NEO-CNSB ikunu jaqblu, irrapporta NEO-LCBI

NEO-PNEU: Pulmonite

kompromess respiratorju

U infiltrat ġdid, konsolidazzjoni jew effużjoni plewrali fuq X-ray tas-sider

U għall-inqas erbgħa minn: temperatura > 38 °C jew < 36,5 °C jew instabbiltà fit-temperatura, takikardija jew bradikardija, takipnoea jew apnea, dispnea, aktar tnixxijiet respiratorji, bidu ġdid ta’ bżieq purulenti, iżolament ta’ patoġen minn tnixxijiet respiratorji, proteina C-reattiva > 2,0 mg/dL, I/T proporzjon > 0,2

NEO-NEC: Enterokolite nekrotika

Evidenza istopatoloġika ta’ enterokolite nekrotika

JEW

għall-inqas anormalità radjografika karatteristika waħda (pnewmoperitonew, pnewmatożi intestinali, ċrieki ‘riġidi’ li ma jinbidlux tal-musrana ż-żgħira) u għall-inqas tnejn minn dawn li ġejjin mingħajr spjegazzjoni oħra: remettar, distensjoni addominali, fdalijiet ta’ qabel l-ikel, ippurgar persistentement mikroskopiku jew b’ħafna demm

3.1.10   PN: PULMONITE

Żewġ X-rays jew CT-scans jew aktar wara xulxin tas-sider bi xbiha suġġestiva tal-pulmonite għal pazjenti li jkollhom ukoll mard tal-qalb jew tal-pulmun. F’pazjenti li ma jkollhomx ukoll mard tal-qalb jew tal-pulmun, X-ray jew CT-scan wieħed definittiv tas-sider ikun biżżejjed

U għall-inqas wieħed mis-sintomi li ġejjin:

Deni > 38 °C b’ebda kawża oħra

Lewkopenja (< 4 000 WBC/mm3) jew lewkoċitożi (12 000 WBC/mm3)

U għall-inqas waħda minn dawn li ġejjin (jew għall-inqas tnejn jekk ikun hemm pulmonite klinika biss = PN 4 u PN 5)

Bidu ġdid ta’ bżieq purulenti, jew bidla fil-karattru tal-bżieq (lewn, riħa, kwantità, konsistenza)

Sogħla jew dispnea jew takipnea

Askultazzjoni suġġestiva (ħsejjes tan-nifs tal-pulmun jew tal-bronki), ronki, tħarħir

Skambju jeħżien ta’ gass (eż. desaturazzjoni ta’ O2 jew aktar ħtiġijiet ta’ ossiġnu jew talba għal aktar ventilazzjoni)

u skont il-metodu dijanjostiku użat

a   Dijanjostika batterjoloġika mwettqa permezz ta’:

 

Koltivazzjoni kwantitattiva pożittiva b’kampjun LRT  (15) minimament ikkontaminat (PN 1)

Ħasil bronkoalveolari (BAL), b’limitu ta’ ≥ 104 CFU/ml (16) jew ≥ 5 % ta’ ċelluli miksuba minn BAL, ikun fih batterja intraċellulari f’eżami mikroskopiku dirett (ikklassifikat fil-kategorija dijanjostika BAL)

Pinzellata protetta (PB Wimberley) b’limitu ta’ ≥ 103 CFU/ml

Aspirat protett fit-tarf (DPA) b’limitu ta’ ≥ 103 CFU/ml

 

Koltivazzjoni kwantitattiva pożittiva possibbilment minn kampjun LRT kontaminat (PN 2)

Koltivazzjoni kwantitattiva ta’ kampjun LRT (eż. aspirat endotrakeali) b’limitu ta’ 106 CFU/ml

b   Metodi alternattivi mikrobijoloġiċi (PN 3)

Koltivazzjoni pożittiva tad-demm mhux relatata ma’ sors ta’ infezzjoni

Tkabbir pożittiv fil-koltivazzjoni ta’ fluwidu plewrali

Axxess plewrali jew pulmonari b’aspirazzjoni pożittiva bil-labra

Eżami istoloġiku pulmonari juri evidenza ta’ pulmonite

Eżamijiet pożittivi għal pulmonite b’virus jew b’mikrobi partikolari (eż. Legionella, Aspergillus, mikobatterja, mikoplażma, Pneumocystis jirovecii)

Sejbien pożittiv ta’ antiġen virali jew antikorp minn tnixxijiet respiratorji (eż. EIA, FAMA, analiżi ta’ kunjett magħluq, PCR)

Eżami dirett pożittiv jew koltivazzjoni pożittiva minn tnixxijiet jew tessut tal-bronki

Konverżjoni ta’ serum (eż. virus tal-influwenza, Legionella, Chlamydia)

Sejbien ta’ antiġeni fl-awrina (Legionella)

c   Oħrajn

Koltivazzjoni ta’ bżieq pożittiv jew koltivazzjoni ta’ kampjun LRT mhux kwantitattiv (PN 4)

Ebda mikrobijoloġija pożittiva (PN 5)

Nota:

Kriterji ta’ PN 1 u PN 2 ikunu ġew ivvalidati mingħajr terapija minn qabel kontra l-mikrobi

Pulmonite assoċjata ma’ intubazzjoni (IAP)

Il-pulmonite hija ddefinita bħala assoċjata ma’ intubazzjoni (IAP) jekk ikun hemm apparat tan-nifs invażiv (ukoll minn ħin għal ieħor) fit-48 siegħa qabel il-bidu ta’ infezzjoni

Nota:

Pulmonite li għaliha tkun inbdiet intubazzjoni fil-jum meta tkun bdiet mingħajr informazzjoni addizzjonali fis-sekwenza ta’ ġrajjiet ma titqiesx bħala IAP

3.1.11   REPR: INFEZZJONI TAL-PASSAĠĠ RIPRODUTTIV

REPR-EMET: Endometrite

Endometrite għandha tilħaq għall-inqas wieħed mill-kriterji li ġejjin:

Il-pazjenta jkollha organiżmi kkoltivati minn fluwidu jew tessut minn endometriju miksuba minn operazzjoni kirurġika, b’aspirazzjoni bil-labra, jew b’bijopsija bil-pinzell

Il-pazjenta jkollha għall-inqas tnejn mis-sinjali jew sintomi li ġejjin b’ebda kawża oħra magħrufa: deni (> 38 °C), uġigħ addominali, irtubija tal-utru, jew skulatura purulenti mill-utru

Innota l-istruzzjonijiet dwar rapportar

Irrapporta endometrite wara t-twelid bħala infezzjoni assoċjata ma’ kura tas-saħħa ħlief jekk il-fluwidu amnijotiku jkun infettat fil-ħin meta l-pazjenta tiddaħħal jew il-pazjenta tkun iddaħħlet 48 siegħa wara li l-membrana tkun inqasmet

REPR-EPIS: Episjotomija

Infezzjonijiet tal-episjotomija għandhom jilħqu għall-inqas wieħed mill-kriterji li ġejjin:

Il-pazjenta wara l-ħlas postvaġinali jkollha skulatura purulenti mill-episjotomija

Il-pazjenta wara l-ħlas postvaġinali jkollha axxess ta’ episjotomija

REPR-VCUF: Keffa vaġinali

Infezzjoni tal-keffa vaġinali għandha tilħaq għall-inqas wieħed mill-kriterji li ġejjin:

Il-pazjenta wara isterektomija jkollha skulatura purulenti mill-keffa vaġinali

Il-pazjenta wara isterektomija jkollha axxess tal-keffa vaġinali

Il-pazjenta wara isterektomija jkollha patoġeni kkoltivati minn fluwidu jew tessut miksuba mill-keffa vaġinali

Innota l-istruzzjonijiet dwar rapportar

Irrapporta infezzjonijiet tal-keffa vaġinali bħala SSI-O

REPR-OREP: Infezzjonijiet oħra tal-passaġġ riproduttiv tar-raġel jew tal-mara (epididimu, testikuli, prostata, vaġina, ovarji, utru, jew tessuti oħra pelviċi, esklużi infezzjonijiet tal-endometrite jew tal-keffa vaġinali)

Infezzjonijiet oħra tal-passaġġ riproduttiv tar-raġel jew tal-mara għandhom jilħqu għall-inqas wieħed mill-kriterji li ġejjin:

Il-pazjent ikollu organiżmi kkoltivati minn tessut jew fluwidu minn sit affettwat

Il-pazjent ikollu axxess jew evidenza oħra ta’ infezzjoni ta’ sit affettwat li tidher matul operazzjoni kirurġika jew eżami istopatoloġiku

Il-pazjent ikollu tnejn mis-sinjali jew sintomi li ġejjin b’ebda kawża oħra magħrufa: deni (> 38 °C), nawżea, remettar, uġigħ, irtubija, jew disurja

U għall-inqas waħda minn dawn li ġejjin:

organiżmi kkoltivati mid-demm

dijanjożi ta’ tabib

Innota l-istruzzjonijiet dwar rapportar

Irrapporta endometrite bħala EMET

Irrapporta infezzjonijiet tal-keffa vaġinali bħala VCUF

3.1.12   SSI: INFEZZJONI TA’ SIT KIRURĠIKU

Nota:

Il-preżunzjoni hija li d-definizzjonijiet kollha jkunu kkonfermati għall-finijiet ta’ rapportar ta’ sorveljanza.

Inċiżjoni superfiċjali (SSI-S)

Infezzjoni sseħħ fi żmien 30 jum wara l-operazzjoni U l-infezzjoni tinvolvi biss il-ġilda u tessut ta’ taħt il-ġilda tal-inċiżjoni U għall-inqas waħda minn dawn li ġejjin:

Skulatura purulenti b’konferma mil-laboratorju jew mingħajrha, mill-inċiżjoni superfiċjali

Organiżmi iżolati minn koltivazzjoni miksuba b’mod mhux settiku ta’ fluwidu jew tessut mill-inċiżjoni superfiċjali

Għall-inqas wieħed minn dawn is-sinjali jew sintomi li ġejjin ta’ infezzjoni: uġigħ jew irtubija, nefħa lokalizzata, ħmura, jew sħana U inċiżjoni superfiċjali li tinfetaħ deliberatament mill-kirurgu, ħlief jekk l-inċiżjoni tkun koltivazzjoni negattiva

Dijanjożi ta’ SSI inċiżjonali superfiċjali magħmula minn kirurgu jew tabib assistent

Inċiżjoni fonda (SSI-D)

Infezzjoni sseħħ fi żmien 30 jum wara l-operazzjoni jekk impjant ma jitħalliex fil-post jew fi żmien sena jekk impjant ikun f’postu U l-infezzjoni tkun tidher relatata mal-operazzjoni U l-infezzjoni tinvolvi tessut artab fond (eż. faxxa, muskolu) tal-inċiżjoni U għall-inqas waħda minn dawn li ġejjin:

Skulatura purulenti mill-inċiżjoni fonda iżda mhux mill-komponent ta’ organu/spazju tas-sit kirurġiku

Inċiżjoni fonda tinferaħ spontanjament jew tinfetaħ deliberatament minn kirurgu meta l-pazjent ikollu għall-inqas wieħed minn dawn is-sinjali jew sintomi li ġejjin: deni (> 38 °C), uġigħ jew irtubija lokalizzati, ħlief jekk l-inċiżjoni tkun koltivazzjoni negattiva

Axxess jew evidenza oħra ta’ infezzjoni li jinvolvu l-inċiżjoni fonda jinstabu f’eżami dirett, matul operazzjoni mill-ġdid, jew f’eżami istopatoloġiku jew radjoloġiku

Dijanjożi ta’ SSI inċiżjonali fil-fond magħmula minn kirurgu jew tabib assistent

Organu/Spazju (SSI-O)

Infezzjoni sseħħ fi żmien 30 jum wara l-operazzjoni jekk impjant ma jitħalliex fil-post jew fi żmien sena jekk impjant ikun f’postu U l-infezzjoni tidher li tkun relatata mal-operazzjoni U l-infezzjoni tinvolvi kull parti tal-anatomija (eż. organi u spazji) minbarra l-inċiżjoni li tkun infetħet jew li tkun ġiet immanipulata matul operazzjoni U għall-inqas waħda minn dawn li ġejjin:

Skulatura purulenti minn drejn li jitqiegħed fl-organu/spazju minn naħa għal oħra ta’ ferita b’oġġett bil-ponta

Organiżmi iżolati minn koltivazzjoni miksuba b’mod mhux settiku ta’ fluwidu jew tessut fl-organu/spazju

Axxess jew evidenza oħra ta’ infezzjoni li tinvolvi l-organu/spazju li jinstabu f’eżami dirett, matul operazzjoni mill-ġdid, jew b’eżami istopatoloġiku jew radjoloġiku

Dijanjożi ta’ organu/spazju ta’ SSI magħmula minn kirurgu jew tabib assistent

3.1.13   SST: INFEZZJONI TAL-ĠILDA U TA’ TESSUT ARTAB

SST-SKIN: Infezzjoni tal-ġilda

Infezzjonijiet tal-ġilda għandhom jilħqu għall-inqas wieħed mill-kriterji li ġejjin:

Il-pazjent ikollu skulatura purulenti, ponot bil-materja, bżieżaq, jew imsiemer

Il-pazjent ikollu għall-inqas tnejn mis-sinjali jew sintomi li ġejjin b’ebda kawża oħra magħrufa: uġigħ jew irtubija, nefħa lokalizzata, ħmura, jew sħana

U għall-inqas waħda minn dawn li ġejjin:

organiżmi kkoltivati minn aspirat jew skulatura minn sit affettwat; jekk l-organiżmi jkunu flora ta’ ġilda normali (eż. difterojdi [Corynebacterium spp.], Bacillus [mhux B.anthracis] spp., Propionibacterium spp., stafilokokki koagulażi negattivi [inkluża Staphylococcusepidermidis], streptokokki tal-grupp viridans, Aerococcus spp., Micrococcus spp.), huma għandhom ikunu koltivazzjoni pura

organiżmi kkoltivati mid-demm

test pożittiv tal-antiġen magħmul fuq tessut jew demm infettat (eż. herpes simplex, varicella zoster, Haemophilus influenzae, Neisseria meningitidis)

ċelluli ġganti b’ħafna nuklei li jidhru f’eżami mikroskopiku ta’ tessut affettwat

titru ta’ antikorp wieħed dijanjostiku (IgM) jew żieda b’erba’ darbiet f’seri pari (IgG) għal patoġen

Innota l-istruzzjonijiet dwar rapportar

Irrapporta ulċeri decubitus infettati bħala DECU

Irrapporta ħruq infettat bħala BURN

Irrapporta axxessi tas-sider jew mastite bħala BRST

SST-ST: Tessut artab (faxxite nekrotika, kankrena infettiva, ċellulite nekrotika, mijożite infettiva, limfadenite, jew limfanġite)

Infezzjonijiet ta’ tessut artab għandhom jilħqu għall-inqas wieħed mill-kriterji li ġejjin:

Il-pazjent ikollu organiżmi kkoltivati minn tessut jew skulatura minn sit affettwat

Il-pazjent ikollu skulatura purulenti fis-sit affettwat

Il-pazjent ikollu axxess jew evidenza oħra ta’ infezzjoni li tidher matul operazzjoni kirurġika jew eżami istopatoloġiku

Il-pazjent ikollu għall-inqas tnejn mis-sinjali jew sintomi li ġejjin fis-sit affettwat b’ebda kawża oħra magħrufa: uġigħ jew irtubija lokalizzati, ħmura, nefħa, jew sħana

U għall-inqas waħda minn dawn li ġejjin:

organiżmi kkoltivati mid-demm

test pożittiv tal-antiġen magħmul fuq demm jew awrina (eż. Haemophilus influenzae, Streptococcus Pneumoniae, Neisseria meningitidis, Streptococcus ta’ Grupp B, Candida spp.)

titru ta’ antikorp wieħed dijanjostiku (IgM) jew żieda b’erba’ darbiet f’seri pari (IgG) għal patoġen

Innota l-istruzzjonijiet dwar rapportar

Irrapporta ulċeri decubitus infettati bħala DECU

Irrapporta infezzjoni ta’ tessuti pelviċi fondi bħala OREP

SST-DECU: Ulċera decubitus, inklużi infezzjonijiet kemm superfiċjali kif ukoll fondi

Infezzjonijiet ta’ ulċeri decubitus għandhom jilħqu l-kriterju li ġej:

Il-pazjent ikollu għall-inqas tnejn mis-sinjali jew sintomi li ġejjin b’ebda kawża oħra magħrufa: ħmura, irtubija, jew nefħa fil-ġnub tal-ferita decubitus

U għall-inqas waħda minn dawn li ġejjin:

organiżmi kkoltivati minn fluwidu jew tessut miġburin kif imiss

organiżmi kkoltivati mid-demm

SST-BURN: Ħruq

Infezzjonijiet minn ħruq għandhom jilħqu għall-inqas wieħed mill-kriterji li ġejjin:

Il-pazjent ikollu bidla fid-dehra jew fil-karattru tal-ferita minn ħruq, bħal separazzjoni rapida ta’ eskar, jew tidnis tal-kulur f’kannella skur, iswed, jew ta’ lewn vjola tal-eskar, jew edema f’tarf il-ferita

U eżami istoloġiku tal-bijopsija tal-ħarqa juri invażjoni ta’ organiżmi f’tessut vijabbli fil-ġenb

Il-pazjent ikollu bidla fid-dehra jew fil-karattru tal-ferita minn ħruq, bħal separazzjoni rapida ta’ eskar, jew tidnis tal-kulur f’kannella skur, iswed, jew ta’ lewn vjola tal-eskar, jew edema f’tarf il-ferita

U għall-inqas waħda minn dawn li ġejjin:

organiżmi kkoltivati mid-demm fin-nuqqas ta’ infezzjonijiet oħra identifikabbli

l-iżolament tal-virus ta’ herpes simplex, identifikazzjoni istoloġika ta’ inklużjonijiet b’mikroskopija ottika jew ta’ elettroni, jew viżwalizzazzjoni ta’ partikuli b’mikroskopija tal-elettroni f’bijopsiji jew fdalijiet ta’ leżjoni

Il-pazjent b’ħarqa jkollu għall-inqas tnejn mis-sinjali jew sintomi li ġejjin b’ebda kawża oħra magħrufa: deni (> 38 °C) jew ipotermja (< 36 °C), pressjoni għolja, oligurija (< 20 cc/hr), ipergliċemja f’livell ta’ karboidrat ta’ dieta li qabel kien ikun tollerabbli, jew konfużjoni mentali

U għall-inqas waħda minn dawn li ġejjin:

eżami istoloġiku tal-bijopsija tal-ħarqa juri invażjoni ta’ organiżmi f’tessut vijabbli fil-ġenb

organiżmi kkoltivati mid-demm

l-iżolament tal-virus ta’ herpes simplex, identifikazzjoni istoloġika ta’ inklużjonijiet b’mikroskopija ottika jew ta’ elettroni, jew viżwalizzazzjoni ta’ partikuli b’mikroskopija tal-elettroni f’bijopsiji jew fdalijiet ta’ leżjoni

SST-BRST: Axxess tas-sider jew mastite

Axxess tas-sider jew mastite għandu jilħaq għall-inqas wieħed mill-kriterji li ġejjin:

Il-pazjent ikollu koltivazzjoni pożittiva ta’ tessut tas-sider affettwat jew fluwidu miksub b’inċiżjoni u skulatura jew aspirazzjoni bil-labra

Il-pazjent ikollu axxess tas-sider jew evidenza oħra ta’ infezzjoni li tidher matul operazzjoni kirurġika jew eżami istopatoloġiku

Il-pazjent ikollu d-deni (> 38 °C) u infjammazzjoni lokali tas-sider

U dijanjożi ta’ tabib ta’ axxess tas-sider

3.1.14   SYS: INFEZZJONI SISTEMIKA

SYS-DI: Infezzjoni mferrxa

Infezzjoni mferrxa hija infezzjoni li tinvolvi organi jew sistemi multipli, mingħajr ebda sit wieħed ta’ infezzjoni li jkun jidher, is-soltu ta’ oriġini virali, u b’sinjali jew sintomi ma’ ebda kawża oħra magħrufa u kompatibbli ma’ involviment infettiv ta’ organi jew sistemi multipli

Innota l-istruzzjonijiet dwar rapportar

Uża dan il-kodiċi għal infezzjonijiet virali li jinvolvu sistemi multipli ta’ organi (eż. ħożba, gattone, rubella, variċella, eritema infectiosum). Dawn l-infezzjonijiet sikwit jistgħu jkunu identifikati bi kriterji kliniċi biss. Tużax dan il-kodiċi għal kura assoċjata mas-saħħa infezzjonijiet b’siti metastatiċi multipli, bħal b’endokardite batterjali: għandu jkun irrapportat biss is-sit primarju ta’ dawn l-infezzjonijiet

Tirrapportax deni ta’ oriġini mhux magħrufa (FUO) bħala DI

Irrapporta eżantemi jew mard ta’ raxx bħala DI

SYS-CSEP: Sepsi klinika f’adulti u tfal

Il-pazjent ikollu għall-inqas waħda minn dawn li ġejjin

sinjali kliniċi jew sintomi b’ebda kawża oħra magħrufa

deni (> 38 °C)

pressjoni għolja (pressjoni sistolika < 90 mm/Hg)

jew oligurija (20 cm3(ml)/hr)

U koltivazzjoni tad-demm li ma tkunx saret jew ebda organiżmi jew antiġen misjubin fid-demm

U ebda infezzjoni apparenti f’sit ieħor

U tabib jistitwixxi trattament għal sepsi

Innota l-istruzzjonijiet dwar rapportar:

Tużax din il-kodiċi ħlief jekk ikun assolutament meħtieġ

Għal CSEP fi trabi tat-twelid, uża d-definizzjoni tal-każ NEO-CSEP (ara hawn taħt)

3.1.15   UTI: INFEZZJONI FIL-PASSAĠĠ TAL-AWRINA

UTI-A: UTI sintomatika kkonfermata mikrobijoloġikament

Il-pazjent ikollu għall-inqas wieħed minn dawn is-sinjali jew sintomi li ġejjin b’ebda kawża oħra magħrufa: deni (> 38 °C), urġenza, frekwenza, disurja, jew irtubija suprapubes

U

Il-pazjent ikollu koltivazzjoni pożittiva tal-awrina, jiġifieri, ≥ 105 mikroorganiżmi għal kull ml ta’ awrina b’mhux aktar minn żewġ speċijiet ta’ mikroorganiżmi.

UTI-B: UTI sintomatika mhux ikkonfermata mikrobijoloġikament

Il-pazjent ikollu għall-inqas tnejn minn dawn li ġejjin b’ebda kawża oħra magħrufa: deni (> 38 °C), urġenza, frekwenza, disurja, jew irtubija suprapubes

U

Għall-inqas waħda minn dawn li ġejjin:

Dipstik pożittiva għall-lewkoċite esterażi u/jew nitrat

Kampjun ta’ awrina bil-materja bi ≥ 104 WBC/ml jew ≥ 3 WBC/qasam mikroskopiku ta’ riżoluzzjoni għolja ta’ awrina mhux ċentrifuga

Organiżmi li jidhru fuq tebgħa Gram ta’ awrina mhux ċentrifuga

Għall-inqas żewġ koltivazzjonijiet tal-awrina b’iżolament imtenni tal-istess uropatoġen (batterja gram negattiva jew Staphylococcus saprophyticus) bi ≥ 102 kolonji/ml awrina f’kampjuni mhux kompluti

≤ 105 kolonji/ml ta’ uropatoġen wieħed (batterja gram negattiva jew Staphylococcus saprophyticus) f’pazjent li jkun qed jiġi ttrattat b’aġent antimikrobiku effettiv għal infezzjoni tal-awrina

Dijanjożi ta’ tabib ta’ infezzjoni fil-passaġġ tal-awrina

Tabib jistitwixxi terapija xierqa għal infezzjoni tal-awrina

Batterjurja asintomatika m’għandhiex tkun irrapportata, iżda infezzjonijiet tal-fluss tad-demm fil-ġisem sekondarja għall-batterjurja asintomatika jkunu rrapportati bħala BSI b’sors (oriġini) S-UTI

Infezzjoni fil-passaġġ tal-awrina (UCA-UTI) hija ddefinita bħala li jkollha rabta ma’ kateter jekk kateter tal-awrina li jkun imqiegħed ġewwa kien preżenti (ukoll kultant) fis-sebat ijiem qabel il-bidu tal-infezzjoni

3.2   DEFINIZZJONI ĠENERIKA TA’ KAŻ TA’ REŻISTENZA ANTIMIKROBIKA

Definizzjoni

Mikroorganiżmu huwa ddefinit bħala suxxettibbli klinikament, intermedju klinikament jew reżistenti klinikament għal aġent antimikrobiku skont il-valuri tal-limitu kliniċi EUCAST, jiġifieri valuri tal-limitu MIC kliniċi u l-korrelati tad-dijametru taż-żona ta’ inibizzjoni tagħhom (17)

Suxxettibbli Klinikament (S)

mikroorganiżmu huwa ddefinit bħala suxxettibbli b’livell ta’ attività antimikrobika assoċjat ma’ probabbiltà kbira ta’ suċċess terapewtiku

mikroorganiżmu huwa kkategorizzat bħala suxxettibbli (S) bl-applikazzjoni tal-valur tal-limitu adatt f’sistema definita ta’ test fenotipiku

dan il-valur tal-limitu jista’ jinbidel b’tibdiliet leġittimi fiċ-ċirkostanzi

Intermedju Klinikament (I)

mikroorganiżmu huwa ddefinit bħala intermedju b’livell ta’ attività ta’ aġent antimikrobiku assoċjata ma’ effett terapewtiku inċert. Jimplika li infezzjoni minħabba l-iżolat tista’ tiġi ttrattata kif imiss f’siti ta’ korpi fejn il-mediċini jkunu kkonċentrati fiżikament jew meta tkun tista’ tintuża doża għolja ta’ mediċina; jindika wkoll faxxa ta’ protezzjoni li m’għandhiex tħalli fatturi tekniċi żgħar, mhux ikkontrollati, joħolqu diskrepanzi kbar f’interpretazzjonijiet

mikroorganiżmu huwa kkategorizzat bħala intermedju (I) bl-applikazzjoni tal-valuri tal-limitu adatti f’sistema definita ta’ test fenotipiku

dawn il-valuri tal-limitu jistgħu jinbidlu b’tibdiliet leġittimi fiċ-ċirkostanzi

Reżistenti Klinikament (R)

mikroorganiżmu huwa ddefinit bħala reżistenti b’livell ta’ attività antimikrobika assoċjat ma’ probabbiltà kbira ta’ falliment terapewtiku

mikroorganiżmu huwa kkategorizzat bħala reżistent (R) bl-applikazzjoni tal-valur tal-limitu adatt f’sistema definita ta’ test fenotipiku

dan il-valur tal-limitu jista’ jinbidel b’tibdiliet leġittimi fiċ-ċirkostanzi

Valuri tal-limitu kimiċi huma ppreżentati bħala S≤x mg/L; I>x, ≤y mg/L; R>y mg/L

Mikroorganiżmi u aġenti antimikrobiċi korrispondenti (taħlitiet ta’ mediċini kontra virus) rilevanti għal sorveljanza fil-bnedmin huma ddefiniti fil-protokolli ta’ sorveljanza rilevanti


(1)  Ara l-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali –OIE- u l-Kummissjoni Ewropea (SANCO) Sistema ta’ Notifika dwar Mard tal-Annimali (ADNS), disponibbli fuq: http://www.oie.int/eng/en_index.htm u http://ec.europa.eu/food/animal/diseases/adns/index_en.htm#)

(2)  Dan ma jinkludix għasafar li jidhru b’saħħithom u li ġew maqtula, pereżempju mill-kaċċa.

(3)  Depressjoni, ansjetà, apatija, tbegħid mis-soċjetà, taqriq.

(4)  Dan jinkludi kemm uġigħ evidenti u/jew disesteżija.

(5)  Id-dehra tipika tal-EEG f’CJD sporadika tikkonsisti f’kumplessi perjodiċi ġeneralizzati b’rata ta’ madwar wieħed kull sekonda. Dawn jistgħu jidhru kultant fl-aħħar stadji tal-vCJD.

(6)  Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 5.

(7)  Il-bijopsija tat-tunsilli mhijiex irrakkomandata bħala rutina u lanqas f’każijiet b’dehriet tal-EEG tipiċi tas-CJD sporadika, iżda tista’ tkun utli f’każi suspettati fejn il-fatturi kliniċi jkunu kompatibbli mal-vCJD u l-MRI ma jurix sinjal għoli pulvinari.

(8)  Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 5.

(9)  Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 5.

(10)  Meta tkun issuspettata r-rubella fit-tqala, tinħtieġ konferma ulterjuri tar-riżultati pożittivi tal-IgM tar-rubella (eż. test ta’ qawwa ta’ IgG speċifika tar-rubella li juri qawwa baxxa). F’ċerti sitwazzjonijiet, bħal tifqigħat ikkonfermati ta’ rubella s-sejbien tal-virus IgM tar-rubella jista’ jitqies konfermattiv f’każijiet mhux ta’ tqala.

(11)  Kuntatt mill-qrib hija persuna li ħadet ħsieb, għexet ma’, jew kellha kuntatt dirett mat-tnixxijiet respiratorji, il-fluwidi tal-ġisem u/jew il-ħmieġ (eż. il-feċi) ta’ każijiet ta’ SARS.

(12)  F’dan il-kuntest it-terminu “ħaddiem fil-qasam tal-kura tas-saħħa” jinkludi l-istaff kollu tal-isptar. Id-definizzjoni tal-unità tal-kura tas-saħħa fejn iseħħu l-każijiet se tiddependi fuq is-sitwazzjoni lokali. Id-daqs tal-unità jista’ jvarja minn faċilità sħiħa tal-kura tas-saħħa jekk tkun żgħira, għal dipartiment wieħed jew sala waħda ta’ sptar terzjarju kbir.

(13)  Riżultati seroloġiċi għandhom ikunu interpretati skont l-istatus tat-tilqim u esponiment preċedenti għal infezzjonijiet flavivirali. Każijiet ikkonfermati f’sitwazzjonijiet bħal dawn għandhom ikunu vvalidati b’analiżi ta’ newtralizzazzjoni tas-serum jew b’analiżi oħrajn ekwivalenti.

(14)  CVC = kateter vaskulari ċentrali, PVC = kateter vaskulari periferali

kolonizzazzjoni ta’ kateter vaskulari ċentrali m’għandhiex tkun irrapportata. CRI3 (-CVC or –PVC) hija wkoll infezzjoni tal-fluss tad-demm fil-ġisem b’sors ta’ C-CVC jew C-PVC rispettivament; iżda meta CRI3 tkun irrapportata, il-BSI m’għandhiex tkun irrapportata fl-istħarriġ tal-prevalenza tal-punti; BSI relatata ma’ kateter ikkonfermata mikrobijoloġikament għandha tkun irrapportata bħala CRI3

(15)  LRT = Passaġġ tan-Nifs ta’ Isfel [Lower Respiratory Tract]

(16)  CFU = Unitajiet li Jifformaw Kolonji [Colony Forming Units]

(17)  http://www.eucast.org/clinical_breakpoints/


Top