EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012D0492

2012/492/UE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 3 ta’ Settembru 2012 li temenda d-Deċiżjoni 2000/96/KE fir-rigward tal-enċefalite li tinġarr mill-qurdien u l-kategorija ta’ mard li jittieħed trasmess mill-insetti (notifikata bid-dokument numru C(2012) 3241) Test b’relevanza għaż-ŻEE

OJ L 239, 5.9.2012, p. 3–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Croatian: Chapter 15 Volume 016 P. 308 - 309

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 25/07/2018; Impliċitament imħassar minn 32018D0945

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2012/492/oj

5.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 239/3


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-3 ta’ Settembru 2012

li temenda d-Deċiżjoni 2000/96/KE fir-rigward tal-enċefalite li tinġarr mill-qurdien u l-kategorija ta’ mard li jittieħed trasmess mill-insetti

(notifikata bid-dokument numru C(2012) 3241)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2012/492/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni Nru 2119/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Settembru 1998 dwar l-istabbiliment ta’ network għas-sorveljanza epidemoloġika u kontroll ta’ mard li jinxtered fil-Komunità (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 3(a) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/96/KE tat-22 ta’ Diċembru 1999 dwar mard li jittieħed li għandu jiġi kopert b’mod progressiv fin-netwerk tal-Komunità skont id-Deċiżjoni Nru 2119/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), telenka ċertu mard li jittieħed li għandu jiġi kopert b’sorveljanza epidemjoloġika fin-netwerk Komunitarju stabbilit bid-Deċiżjoni Nru 2119/98/KE.

(2)

L-Anness tad-Deċiżjoni Nru 2119/98/KE jsemmi b’mod speċifiku ‘Mard trasmess mill-insetti” bħala kategorija ta’ mard li jittieħed li trid tintgħażel sabiex tinkiseb informazzjoni uniformi għal finijiet ta’ rappurtar.

(3)

L-enċefalite (TBE) li tinġarr mill-qurdien hija marda fil-bniedem li tinġarr mill-qurdien li tikkawża diżabilitajiet newroloġiċi fit-tul u riżultati fatali sa 1,4 %. Il-marda tista’ tiġi pprevenuta permezz tat-tilqim u matul dawn l-aħħar snin l-inċidenza tagħha żdiedet u nfirxet lejn żoni ġeografiċi ġodda fl-Ewropa. Dawn l-iżviluppi x’aktarx li ġejjin minn kawżi differenti, inklużi l-bidla fil-klima u t-tibdil fl-ambjent fejn jgħix il-qurdien.

(4)

Għaldaqstant it-TBE tissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2000/96/KE għall-għażla ta’ mard li jittieħed li jrid jiġi kopert b’sorveljanza epidemjoloġika ġewwa n-netwerk tal-Komunità li ġie stabbilit bid-Deċiżjoni Nru 2119/98/KE, u huwa xieraq li tiżdied mal-lista ta’ mard li jittieħed li jrid jiġi kopert b’din is-sorveljanza epidemjoloġika fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2000/96/KE.

(5)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat li twaqqaf bid-Deċiżjoni Nru 2119/98/KE,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness I tad-Deċiżjoni 2000/96/KE hu emendat skont l-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Settembru 2012.

Għall-Kummissjoni

John DALLI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 268, 3.10.1998, p. 1.

(2)  ĠU L 28, 3.2.2000, p. 50.


ANNESS

Fil-punt 2.5 tal-Anness I tad-Deċiżjoni 2000/96/KE jiżdied il-punt 2.5.5 li ġej:

“2.5.5   Mard li jiġi trasmess mill-insetti

Enċefalite li tinġarr mill-qurdien (TBE)”


Top